Datasets:
url
stringlengths 31
264
| title
stringlengths 0
1.28k
⌀ | base_url
stringclasses 9
values | text
stringlengths 80
21.4k
| labels
sequencelengths 1
5
|
---|---|---|---|---|
https://netnews.com.mt/2021/03/22/l-affarijiet-ma-jsirux-fl-interess-tac-cittadin-taht-gvern-laburista/ | netnews.com.mt | Clyde Puli, PN Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-arresti ta' nhar is-sibt li għadda jikkonfermaw kemm taħt gvern Laburista l-affarijiet ma jsirux fl-interess taċ-ċittadin iżda fl-interess ta' min ried iħaxxen butu minn fuq il-poplu. Fil-parlament Clyde Puli qal li l-arresti li saru huma marbuta mal-operat tal-gvern u sostna li dawn l-arresti saru għaliex l-ex Kap tal-PN Simon Busuttil ressaq il-każi quddiem il-maġistrat għal inkjesta u mhux għax l-istituzzjonijiet jaħdmu. Il-gvern ma kellu l-ebda interess li dawn il-każi jkunu investigati; l-impunità bdiet tieħu post is-saltna tad-dritt. Hu qal li qed jidher li elementi mafjużi jinfiltraw l-istrutturi tal-poter u l-istituzzjonijiet, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-poter mhux intrebaħ iżda nħataf meta l-affarijiet kienu maħsuba u premeditati. L-elezzjoni tal-2013 ma ntrebħitx minħabba l-programm elettorali tal-PL li kien ħareġ tant tard fil-kampanja elettorali jew minħabba l-proposti iżda kienet rebħa fuq il-vilifikazzjoni tal-Gvern immexxi mill-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi u d-diversi ftehim sigrieti u maħmuġin li saru fir-raba' sular taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. X'kien qed ikun diskuss f'dan ir-raba' sular? staqsa Clyde Puli, li kompla li kien hemm l-infiltrazzjoni ta' nies li kienu fuq in-naħa Laburista u fil-media. Din l-infiltrazzjoni tħabbet ma' diretturi maniġerjali ta' istituzzjonijiet fil-media, sostna Clyde Puli, li staqsa x'kienu l-infuwenzi tal-flus li għaddew bejn Keith Schembri u Adrian Hillman. Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm domandi serji dwar x'ġara bejn l-2008 u l-2013 u qal li l-istejjer fuq The Times huma xokkanti. Hemm bżonn diskussjoni serja dar dan għaliex il-fiduċja trid terġa' tkun restawrata; il-fiduċja ilha titnawwar. Jeħtieġ li titneħħa d-dipendenza tal-partiti minn fuq in-negozji u titneħħa d-dipendenza tal-media indipendenti minn fuq ir-riklami jew il-programmi tal-gvern. Il-governanza tajba għandha tkun implimentata f'sull settur, sostna Clyde Puli, li semma' l-każ ta' konsulent li ngħata €5,000 fx-xahar fil-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jagħti konsulenza f'diversi setturi fosthom fl-isport. Hu staqsa min huma l-konsulenti tal-ministeru tal-Edukazzjoni u sostna li f'Jannar l-isem ta' dan il-konsulent ex player tal- football ma kienx jidher. X'kompetenza, kwalifiċi u esperjenza għandu dan il-konsulent?, staqsa Clye Puli, li kompla li l-kwalifiċi tal-konsulenti l-oħra mhux jissemmew ukoll. Clyde Puli kkritika wkoll it-triq li qed issir f'Ħad Dingli u l-proġett tal- fly-over tal- by-pass ta' Ħal Qormi u qal li dawn huma proġetti li ma jwasslu għal imkien; għalhekk il-poplu jistaqsi x'ikun l-iskop warajhom. | [
12
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/03/25/korea-ta-fuq-aktar-provi-ta-missili-ballistici-minkejja-l-projbizzjoni/ | netnews.com.mt | Il-Korea ta' Fuq sparat żewġ missili ballistiċi għal ġol-Baħar tal-Ġappun minkejja li l-pajjiż komunista hu projbit milli jwettaq provi għal dawn it-tipi ta' armi — skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. L-isparatura kienet l-ewwel ta' dan it-tip mindu Joe Biden laħaq President tal-Istati Uniti u tista' titqies ukoll bħala provokazzjoni diretta għall-Gvern ġdid f'Washington. Sadanittant, l-Istati Uniti u l-Ġappun ikkundannaw il-provi tal-missili mingħajr riservi, bil-Ġappuniżi, wara, jgħidu li ma waqa' l-ebda materjal mill-missili fl-ibħra territorjali tagħhom. Il-provi seħħew ftit jiem biss wara li l-Korea ta' Fuq kienet sparat żewġ missili li ma kenux ta' tip ballistiku għal ġol-Baħar l-Isfar. Kelliema għall-US Pacific Command li jmexxi lill-qawwiet militari fir-reġjun tal-Asja u l-Paċifiku qalu li l-provi tal-missili ballistiċi mill-Korea komunista enfasizzaw 'it-theddida mill-armamenti illegali ta' Pyongyang għall-Istati ġiriien u l-komunità internazzjonali'. Aktar kmieni fil-ġimgħa, il-President Biden kien ipprova jimminimizza s-sinifikat tal-provi tal-missili fil-Baħar l-Isfar u qal li Washington ma kienx qed iqis dawn il-provi bħala provokazzjoni. Il-missili f'dan il-każ x'aktarx li kienu tal-artillerija jew tat-tip cruise li mhumiex ipprojbiti taħt ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għall-Korea komunista. Sadanittant, wasal l-Istati Uniti l-ewwel raġel mill-Korea ta' Fuq li qed jinżamm taħt arrest dwar reat speċifiku. Ir-raġel, Mun Chol Myung, hu negozjant li kien estradit mill-Malasja fuq akkużi li uża s-sistema finanzjarja tal-Istati Uniti għall-ħasil ta' flus, bil-għan li jwassal oġġetti ta' lussu lill-Korea ta' Fuq. Intant, il-Korea komunista tant hi rrabjata għal dan l-iżvilupp li waqqfet ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Malasja. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/03/25/ejjew-niddiskutu-imma-jrid-jieqaf-ix-xoghol/ | netnews.com.mt | "Ejjew niddiskutu, imma x-xogħol irid jieqaf" Residenti u bdiewa minn Ħad Dingli flimkien ma' għadd ta' attivisti mill- Moviment Graffiti qed jistennew li Fredrick Azzopardi, Kap Eżekettiv ta' Infrastructure Malta u Ian Borg, Ministru responsabbli mit-toroq jiltaqgħu magħhom u jiddiskutu l-pjan għal triq li l-aġenżija u l-Ministru beħsiebhom jgħaddu fil-lokalità. Graffiti sejħu konferenza tal-aħbarijet wara li ftit tal-jiem ilu daħlu inġenji kbar f'zona agrikola u bdew iqaċċtu siġar u jagħmlu sfreġju mingħajr ma ħadd kien avżat li kienu se jsiru xi xogħolijiet. Jidher li Infrastructure Malta trid tgħaddi din it-triq minn żona li fiha fost l-oħrajn għadd ta' siġar tal-ħarrub li għandhom mijiet tas-snin. Residenti Dinglin qalu li huma ngħataw diversi skużi għalfejn jeħtieġ li tgħaddi t-triq. L-ewwel intqal li għax ma jgħaddux is-servizzi tal-emerġenza… imbagħad għax kienet skemata… imbagħad li r-residenti jriduha. U dan minkejja li din it-triq la hemm pjanti uffiċjali għaliha, u wisq anqas permessi. L-attivisti insistew li jridu jiltaqgħu ma' Fredrick Azzopardi u Ian Borg…sabiex tkun magħrufa r-raġuni vera għalfejn trid tgħaddi triq minn żona li hija barra miż-żona ta' żvilupp. | [
7
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/03/26/jghid-li-t-truppi-tal-eritrea-se-jirtiraw-mill-etjopja/ | netnews.com.mt | Il-Prim Ministru tal-Etjopja, Abiy Ahmed, qal li l-Eritrea għandha tirtira lit-truppi mill-fruntiera tagħha mal-Etjopja – b'dan għandu jsir kważi ħames xhur wara l-bidu tal-konflitt fir-reġjun ta' Tigray. Is-suldati kienu stazzjonati fl-inħawi biex jappoġġjaw lill-Gvern Etjopjan waqt il-battalji tiegħu ma' grupp ta' ribelli li kienu qed jisfidaw lill-Gvern ċentrali f'Addis Ababa. Intant mietu l-mijiet f'dan il-konflitt – bl-Eritrea, sal-bieraħ, ma tikkonfermax l-irtirar tat-truppi tagħha. Il-preżenza tas-suldati tal-Eritrea fl-Etjopja kienet partikularment kontroversjali peress li dan il-pajjiż u l-Etopja kienu ġġieldu gwerra qalila li ntemmet biss (uffiċjalment) wara li Abiy kien laħaq Prim Ministru fl-2018. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/03/29/sergio-aguero-se-jhalli-lil-man-city-fl-ahhar-tal-istagun/ | netnews.com.mt | L-attakant Arġentin ta' Manchester City Sergio Aguero illejla ħabbar li dan se jkun l-aħħar staġun tiegħu ma' Man City, hekk kif jiskadilu il-kuntratt magħhom. Aguero hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa attakkanti li lagħbu fil-Premier League u jibqa' mfakkar għal gowl li skorja fl-aħħar sekondi tal-istaġun 2011/2012, fejn bil-gowl tiegħu fl-aħħar sekondi kontra QPR, ta l-ewwel Premier League lil Man City. Minn dakinhar Man City rebħu l-Premier League għal tliet darbiet oħra, kif ukoll darba l-F.A. Cup u ħames darbiet oħra l-League Cup, b' Aguero jkun protagonista fir-rebħ ta' dawn l-unuri kollha. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/03/29/monte-carmeli-l-investiment-tal-miljuni-xejn-hlief-fake-news-mumn/ | netnews.com.mt | "Inaċċettabbli li l-Ministru tas-Saħħa qed ikompli jipprova jbella l-fake news lill-pubbliku" Is-suppost investiment tal-miljuni ta' ewro fl-isptar Monte Carmeli ġie deskritt bħala xejn anqas minn fake news mill-union tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN. Il-union qalet li fl-aħħar tmien snin, fl-istpar Monte Carmeli ingħalqu tmien swali u l-mantunezjoni hija ineżistenti u riedet taċċerta lill-media u lill–pubbliku in ġenerali li mhu qed isir l-ebda investiment f'dan l-isptar. għajr għaċ-ċaqliq ta'pazjenti kroniċi lejn djar tal-kura tal-anzjani li mhumiex speċjalizzati fil-kura tas-saħħa mentali. Fi stqarrija ta' kundanna għat-telqa li spiċċa fih dan l-uniku sptar tas-saħħa mentali f'pajjiżna, il-union tal-infermiera u qwiebel fakkret kif uħud minn dawn is-swali ilhom magħluqin aktar minn sitt snin. Parti mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista tal-2017 L-MUMN qalet li din is-sitwazzjoni qed tirriżulta f'taħlit ta' pazjenti b'kundizzjonijiet kroniċi ma' dawk akuti. Xi ħaġa li l-professjonisti jinsistu kontriha. Aktar minn hekk, il-management tal-isptar ta' spiss isib diffikultà biex isib sodod vojta għal pażjentii ġodda, b'riżultat li qed jonqos ir-rispett lejn id-dinjità tal-pazjenti. Il-union tistaqsi kif fi sptarijiet oħra sala titranġa f'sena u f'Mount Carmel kull sala li ngħalqet baqgħet ma nfetħitx. Filwaqt li fl-aħħar ġimgħa għalqet sala oħra, kollox qed jindika li fiż-żmien li ġej se jkomplu jingħalqu aktar swali. L-MUMN qed tinsisti li din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli u ma jistax ikun jibgħqu jingħaqlu s-swali mingħajr ma jsir xi tip ta' progress. Dan, kompliet il-union, qed jaqta' qalb il-ħaddiema ta' dan l-isptar li qed jaħdmu dejjem f'ambjent aktar diffiċli. L-istqarrija temm tgħid li kemm il-ħaddiema ta' Monte Carmeli kif ukoll il-pazjenti li qed jingħataw il-kura fih qed isibu ruħhom fi sptar li l-Ministeru tas-Saħħa għażel li jabbanduna. Dan, insistiet il-union, qed ikomplu jikxef kif il-Ministru tas-Saħħa qed jibqa' jgħaddi fake news lill-media meta fil-verità dan l-istpar baqa' ma ra l-ebda titjib jew investiment. | [
8
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/03/30/brazil-bolsonaro-kostrett-li-jaghmel-reshuffle-taht-pressjoni/ | netnews.com.mt | Il-President Brażiljan Jair Bolsonaro ikkonferma li sar reshuffle fil-Kabinett tiegħu fejn qed jinbidlu talanqas sitt Ministri. Dan hu l-akbar reshuffle fil-Brażil mindu Bolsonaro – politiku radikali tal-lemin – kiseb il-poter sentejn ilu u meta l-bidliet jinvolvu anki l-Ministeri rispettivi għad-Difiża u l-Affarijiet Barranin. Jair Bolsonaro spiċċa l-mira ta' rabja minn ħafna Brażiljani fi żmien meta s-servizzi tas-saħħa tal-pajjiż jinsabu f'xifer ta' kollass – u bil-Brażil qed jipprova jrażżan l-impatt qattiel ta' tieni mewġa tal-coronavirus. Bolsonaro qed ikun ikkritikat bil-kbir għal kif baqa' jopponi l-miżuri ta' kwarantina fost l-eqqel tal-pandemija. Il-President Brażiljan, fost oħrajn, qed jinsisti li l-ħsara għall-ekonomija mill-pandemija għandha tkun agħar mill-effetti għas-saħħa tal-Brażiljani – u minkejja li fil-Brażil mietu 'il fuq minn 300,000 bil-Covid-19. Intant, Ernesto Araujo – alleat politiku kbir ta' Bolsonaro – warrab minn Ministru għall-Affarijiet Barranin wara li d-deputati Brażiljani kritikawh dwar politika li 'għarrqet ir-reputazzjoni internazzjonali tal-Brażil'. Araujo kien akkużat 'dwar il-mod ħażin kif mexxa r-relazzjonijiet bilaterali maċ-Ċina, l-Indja u l-Istati Uniti' u li hu responsabbli għal sitwazzjoni fejn il-Brażil mgħandhiex il-kwantitajiet suffiċjenti ta' vaċċini kontra l-Covid-19. Il-membri ġodda fil-Kabinett Brażiljan intant għandhom konnessjoni ma' koalizzjoni ta' partiti tal-lemin li jappoġġjaw lill-President Bolsonaro fil-Kungress. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/03/30/aggornata-keith-schembri-jinzamm-arrestat/ | netnews.com.mt | Fl-awla Schembri deher viżibbilment anzjuż Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta' Keith Schembri, Malcolm Scerri, u Robert Zammit. Dan ifisser li l-eks Chief of Staff ta' Kastilja se jinżamm arrestat f'Kordin. Viżibbilment anzjuż, Schembri deher jinħareġ mill-ġdid mill-awla taħt sigurta kbira. Hu qed ikun akkużat fost l-oħrajn b'korruzzjoni, ħasil tal-flus, li assoċja ruħu ma' nies f'Malta jew barra l-pajjiż bil-għan li jikkommetti reat, li ħoloq dokumenti foloz, u li ta xhieda falza. Intant…fl-istess deċiżjoni, il-Qorti ordnat li missier Keith Schembri, Alfio Schembri, jingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan sar b'numru ta' kundizzjonijiet li ġew imposti. L-Avukat Edward Gatt minn naħa tiegħu talab li fis-seduta li jmiss il-Prosekuzzjoni tressaq lil dawk ix-xhieda li ġenwinanent tqis li huma sensittivi. Aktar tard matul il-jum, quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, se jkomlu l-proċeduri fil-konfront ta' Brian Tonna u Karl Cini ta' Nexia BT. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/03/29/ghexieren-ta-deals-suspettuzi-ta-keith-schembri-feluf-kbar-ta-ewro/ | netnews.com.mt | L-investigaturi li kienu qed ifittxu fuq 'deals' finanzjarji ta' Keith Schembri sabu għexieren ta' transazzjonijiet suspettużi li jammontaw għal mijiet ta' eluf ta' ewro li joħorġu minn kont bankarju miżmum mill-awdituri tiegħu Nexia BT. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech kompliet tisma' x-xhieda fil-każ kontra Keith Schembri, missieru Alfio, is-sieħeb fin-negozju Malcolm Scerri u l-kontrollur finanzjarju Robert Zammit. Sadanittant deċiżjoni dwar t-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-erba' rġiel hija mistennija nhar it-Tlieta (għada) filgħodu. L-uffiċjal tal-pulizija Emmanuel Schembri qal lill-qorti li l-analiżi tiegħu ta' tranżazzjonijiet li jinvolvu kont fi proprjetà ta' BTI Management Ltd. sabet li madwar € 600,000 għaddew mill-kont f'44 transazzjoni bejn l-2015 u l-2016. Bejn wieħed u ieħor € 250,000 marru għal individwi. It-tranżazzjonijiet kienu jinkludu ċekk minn Colson Services Limited, ditta offshore li hija proprjetà ta 'Keith Schembri, b'pagamenti oħra mmarkati' KS 'jew' Loft ', kumpanija proprjetà tal-mara ta' Schembri, Josette. Id-diretturi ta' BTI Management Ltd huma Brian Tonna u Karl Cini, iż-żewġ diretturi ta' Nexia BT. Schembri serva bħala chief of staff tal-eks prim ministru Joseph Muscat bejn l-2013 u l-2019. Huwa jinsab akkużat b'korruzzjoni, ħasil ta' flus, falsifikazzjoni ta' dokumenti u reati oħra b'rabta ma 'allegati kickbacks fuq il-bejgħ ta' passaporti Maltin u ta' makkinarju lill-kumpanija tal-istampar Progress Press u li ħa ġurament falz. Fil-Qorti diġa ħareġ li l-investigaturi kienu segwew teħid ta' flus b'mod kumpless li Schembri uża biex jixtri u jbiegħ mill-ġdid il-makkinarju tal-istampar tal-Progress Press u li l-pulizija tissuspetta li kienet tinvolvi $ 5.5m f'xogħlijiet. Spettur xehed li jidher li l-kumpanija kienet ħallset US $ 6.5m aktar milli kellha, lil hinn mill-'markup profitt standard' lil Schembri. Edward Gatt, avukat ta' Keith Schembri, ressaq is-sottomissjonijiet għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. Il-qofol tal-argument ta' Gatt huwa li r-riskji ta' ħarba jew tbagħbis tal-evidenza huma ineżistenti. "Aħna m'għandniex ninkwetaw dwar li naċċettaw jew ma naċċettawx il-pleġġ minħabba dak li n-nies jistgħu jgħidu," huwa qal lill-qorti. Huwa qal li l-erba 'akkużati għandhom jingħataw il-libertà proviżorja f'dan ix-xenarju. "Bir-rispett dovut kollu, l-uniċi raġunijiet li nista' nara li ma jeħdux il-libertà proviżorja huma għaliex huma min huma." Waqt li argumentat kontra l-libertà proviżorja, l-avukat Elaine Mercieca Rizzo mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali rrimarkat li filwaqt li r-reat innifsu beda fl-2010, baqa' jippersisti sa mill-inqas l-2019. . Mercieca Rizzo qalet li l-prosekuzzjoni mhix konvinta li dawk l-akkużati jippermettu li l-proċeduri jinżammu fis-serenità jekk dawn jingħataw il-ħelsien mill-arresat. Qalet li investigazzjonijiet oħra għadhom għaddejjin, u dawk l-investigazzjonijiet ma jeskludux il-possibbiltà li jwasslu għal; aktar arresti. Keith Schembri flimkien ma' missieru Alfio Schembri, direttur ta' bosta mill-kumpaniji Kasco, u s-sieħeb fin-negozju Malcolm Scerri u l-kontrollur finanzjarju Robert Zammit ġew akkużati fuq diversi każijiet ta' ħasil ta' flus, frodi, falsifikazzjoni u korruzzjoni. Inizjalment, l-irġiel kollha ġew miċħuda l-libertà proviżorja u ttieħdu fil-Faċilità Korrettiva ta 'Kordin. Huma jiffurmaw parti minn grupp ta' 11-il persuna akkużati b'dawn ir-reat, inkluż magħhom, l-eks direttur maniġerjali f'Allied Newspapers, pubblikaturi ta' Times of Malta, li skont l-aħħar rapport jinsab l-Ingilterra. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/03/31/l-ue-azzjoni-kontra-l-polonja-dwar-ir-riforma-tal-gudikatura/ | netnews.com.mt | Il-Kummissjoni Ewropea konfermat li qed tressaq lill-Polonja quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja meta qed tixli lill-Gvern ta' Varsavja dwar riforma li allegatament qed ittellef l-indipendenza ġudizzjarja. Dan meta l-Unjoni qed titlob biex il-Qorti Ewropea toħroġ direttiva proviżorja li tissospendi l-liġi (riforma) tal-Polonja li twaqqfet fl-2019, sakemm joħroġ il-verdett finali. Il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-Unjoni, Didier Reynders, qal li l-Kummissjoni Ewropea temmen li l-liġi tal-Polonja qed tostakola l-aġir indipendenti tal-ġudikatura f'dak il-pajjiż, minbarra li hi wkoll inkompatibbli mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ġustizzja. Il-pass tal-Kummissjoni qed jitqies bħala parti mill-kampanja tal-Eżekuttiv tal-UE biex il-Polonja u l-Ungerija jibdew jirrispettaw aktar 'il-liġijiet u l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Ewropa'. Il-Kummissjoni anki qed takkuża lill-gvernijiet populisti tal-Polonja u l-Ungerija b'li qed joħonqu lill-media indipendenti u b'li qed jimponu riformi li effettivament jeskludu l-imħallfin li d-digrieti tagħhom jistgħu jmorru kontra l-fehmiet tal-Partiti fil-Gvern rispettivi. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/02/filmat-l-ex-inter-guarin-arrestat-wara-li-hebb-ghal-missieru/ | netnews.com.mt | Dan wara li allegatament il-Kolumbjan ta' 34 sena, li preżentament qed jilgħab mat-tim ta' Millonarios, ħebb għal qraba tiegħu hekk kif il-familja tiegħu ċemplu għall-għajnuna tal-Pulizija wara li atti ta' vjolenza domestika fuq il-familja. Fil-filmati Guarin deher taħt l-influwenza tax-xorb, fejn saħansitra f'mument waqgħa mal-art waqt li kien qed jiġi miġbur mill-Pulizija…bid-demm mal-qalziet. S'issa mhux ċar jekk id-demm hux tiegħu jew ta' xi ħaddieħor. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/02/l-aqwa-timijiet-fl-ewropa-interessati-f-erling-haaland/ | netnews.com.mt | Hekk kif ilbieraħ bosta rapporti minn Spanja irrapurtaw li missier Elring Haaland u l-aġent Mino Raiola kienu jinsabu f'Barcelona u Madrid, illum rapporti mill-midja Ingliża qed jindikaw li jista' jkollhom diversi laqgħat ma' klabbs mill-Premier League. F'dak li jista jitqies bħala it-trasferiment tas-sajf, dejjem jekk dan iseħħ, Erling Haaland jista' kiċċaqlaq minn ma Borussia Dortmund u jinaqgħad ma' wieħed mill-aqwa timijiet fl-Ewropa, b'Barcelona u Real Madrid diġa bdew id-diskussjonijiet dwar il-possibilita jsir it-trasferiment. Minkejja dan bosta klabbs mill-Premier Leaue fosthom; Man Utd, Man City, Chelsea u Liverpool kollha mistennija jkollhom diskussjonijiet ma' missier Haaland u Raiola sabiex jinnegozzjaw it-trasferiment ta' dan il-plejer żagħżugħ. Minkejja dan id-direttur sportiv ta' Dortmund, Michael Zorc, stqarr li l-intenzjoni ta' Dortmund huwa li jżommu lil Haaland magħhom, fejn saħaq li dan qalu wkoll lill-aġent Raiola. Haaland dan l-istaġun huwa wieħed mill-aktar attakkanti prolifiċi fl-Ewropa fejn skorja 33 gowl f' 31 partita ma' Dortmund sa issa. FL-2020 Haaland rebaħ ukoll l-unur tal-Golden Boy fejn bosta qed jqisuh bħala l-istilla tal-futur tal-futbol Ewropew. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/02/etjopja-provi-dwar-massakru-ta-irgiel-civili/ | netnews.com.mt | Feġġew il-provi li membri tal-militar, f'Marzu, wettqu massakru f'zona lejn it-Tramuntana tal-Etjopja – bil-każ qed ikun investigat mill-BBC Africa. Dan wara li ħarġu l-filmati fuq il-media soċjali li juri lis-suldati qed jisparaw lejn irġiel ċivili u mhumiex armati u bis-suldati, imbagħad, iwaddbu l-katavri tal-vittmi minn xifer ta' irdum. Il-massakru seħħ fir-reġjun ta' Tigray fejn l-Armata Etjopjana qed tiġġieled kontra l-qawwiet tal-Front għal-Liberazzjoni tal-Poplu ta' Tigray. Il-ġlied ilu għaddej mindu l-Gvern Etjopjan, f'Novembru, beda offensiva militari kontra l- Front, li l-ġellieda tiegħu qed jopponu l-isforzi tal-Prim Ministru Etjopjan, Abiy Ahmed, biex iżid il-poteri tal-Gvern federali. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/02/pellegrini-tikkwalifika-ghall-olimpjadi-ghall-hames-darba-fil-karriera/ | netnews.com.mt | L-għawwiema Taljana Federica Pellegrini rnexxielha tikkwalifika għall-Olimpjadi 2020 għall-ħames darba fil-karriera tagħha. Minkejja li Pellegrini kellħa post garantit fl-Olimpjadi ta' Tokyo, minħabba li hija iċ-champion attwali tal-200metru freestyle, Pellegrini rnexxielha tagħmel din id-distanza f'ħin ta' 1:56:90. Hi rnexxielha tikseb dan il-ħin impressjonanti fil-Kampjonati Taljani tal-2021 li qed isiru f'Riccone l-Italja. Pellegrini iddebutat fl-Olimpjadi fl-2004 f'Ateni, fejn hemmhekk rebħet il-midalja tal-fidda fl-eta' ta' sittax-il sena. Fl-2008 f'Beijing, Pellegrini rebħet il-midalja tad-deheb fil-200metru freestyle, biex segwit b'rebħiet fil-kampjonati mondjali tal-2009,2011, 2017 u fl-2019. Pellegrini hi l-unika għawwiema li rnexxielha tirbaħ tmien midalji konsekuttivi fil-kampjonati mondjali fl-istess kategorija. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/04/l-indonezja-jiccelebraw-l-ghid-taht-sigurta-kbira/ | netnews.com.mt | Il-Kristjani fl-Indoneżja ċċelebraw l-Għid il-Kbir taħt sigurtà intensiva, bil-qawwiet tas-sigurtà jħarsu sitwazzjoni ta' allert assoluta minħabba l-possibbiltà ta' attakki terroristiċi ġodda. Dan waqt li l-pulizija u militar armati sa snienhom kienu preżenti fil-knejjes u l-madwar fejn saru ċ-ċelebrazzjonijet tal-Għid tradizzjonali. Il-maġġoranza assoluta tal-Indoneżjani huma Musulmani waqt li l-Kristjani jiffurmaw għaxra fil-mija biss ta' dan il-poplu. Fl-Indoneżja, fl-aħħar snin saru numru ta' attakki mill-militanti Iżlamiċi u t-tensjoni ma naqsitx minn Ħadd il-Palm — meta żewġ terroristi wettqu splużjoni suwiċida fl-inħawi ta' knisja fil-belt ta' Makassar (fil-Gżira ta' Sulawesi) u li fiha ndarbu numru ta' persuni. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/03/jorge-martin-jirbah-il-pole-position-fdoha/ | netnews.com.mt | Fit-tieni Grand Prix tiegħu fil-Moto GP, is-sewwieq ta' Ducati rnexxielu jikseb il-Pole Position fit-tieni Grand Prix li qed isir f'Doha l-Qatar. Fit-tieni post temm is-sewwieq Franċiż Johann Zarco filwaqt li l-Ispanjol Maverick Vinales li rebaħ il-Grand Prix tal-ġimgħa li għaddiet temm fit-tielet post. Is-sewwieq l-ieħor ta' Ducati Jack Miller se jkun qiegħed jibda mir-raba' post, bil-Franċiż ta' Yamaha Fabio Quartararo se jkun qed jitlaq mill-ħames post. Francesco Bagnaia u Alex Espargaro temmew fis-sitt u fis-seba' post rispettivament filwaqt li Alex Rins temm fit-tmien post. Ic-champion renjanti Joa Mir se jkun qed jibda mid-disa' pożozzjoni filwaqt li Franco Morbidelli se jkun qed jitlaq mill-għaxar post. It-tellieqa ta' għada tibda fis-7.00pm ħin ta' Malta. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/07/imhallef-consuelo-scerri-herrera-tirrikuza-ruhha-mill-kaz-tal-hsbc-fuq-talba-tal-kohhu-minhabba-l-allegat-involviment-ta-eks-ministru-u-ministru-prezenti/ | netnews.com.mt | L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera mhux se tippresjedi l-proċess ta' Vince Muscat "Il-Koħħu" fir-rigward tal-attentat ta' 'hold-up' fuq l-HSBC f'Ħal Qormi. L-Imħallef iddeċiediet li tirrikuża ruħha. Muscat, li kien għamel din it-talba, allegatament qal lill-investigaturi tal-pulizija li jista' jorbot żewġ politiċi Laburisti ta' profil għoli mal-attentat tas-serqa tal-2010. Ħu Scerri Herrera, José Herrera, bħalissa jservi bħala Ministru tal-Kultura. Fit-talba tiegħu, Muscat qal li ħu l-imħallef ma kienx wieħed miż-żewġ politiċi li jista' jorbot mar-reat iżda nnota li "bla dubju' kellu relazzjoni mill-qrib magħhom, bis-saħħa tax-xogħol tiegħu. L-avukat tiegħu Marc Sant argumenta li kien fl-interess tal-ġustizzja li l-Imħallef Scerri Herrera kellha twarrab mis-smigħ tal-każ, biex tiżgura li ma jintefgħu l-ebda dubji dwar il-kors tal-ġustizzja. Fid-digriet tagħha, Scerri Herrera ċċitat fit-tul il-ġurisprudenza lokali u tal-'European Courts of Human Rights' dwar dan is-suġġett u kkonkludiet li "sabiex il-ġustizzja ma ssirx biss imma tidher li qed issir" kienet qed tilqa' t-talba. Dan biex jiġi evitat kwalunkwe suspett ta' mparzjalità. Il-każ issa ntbagħat lill-Prim Imħallef biex jiġi assenjat mill-ġdid. Wieħed mill-qattiela ta' Daphne Caruana Galizia, li ammetta l-każ u kien għamel it-talba għall-ewwel darba f'Jannar. Vince Muscat, implika eks ministru u ministru eżistenti fost dawk li kienu nvoluti fil-komplott, f'attentat biex jiżgura maħfra presidenzjali fuq numru ta' reati li kien involut fihom hu. Fi Frar, Muscat ingħata maħfra presidenzjali għar-rwol tiegħu fl-isparatura fatali tal-avukat minn Birkirkara Carmel Chircop fl-2015, bi skambju għal informazzjoni minn dwar il-pjan tal-qtil. Muscat wieġeb ħati tal-involviment tiegħu fil-qtil ta 'Caruana Galizia b'karozza bomba Bidnija tal-2017 u ġie kkundannat 15-il sena ħabs. Huwa talab ukoll it-tieni maħfra biex jikxef informazzjoni privileġġata dwar tliet reati oħra, żewġ serqiet falluti u qtil, li baqgħu mhux solvuti. Il-proċess fuq ir-reat fuq l-HSBC kien skedat li jsir aktar kmieni f'Jannar iżda ġie differit b'mod indefinit meta l-pandemija COVID-19 kellha impatt fuq il-funzjonament ta' kuljum tal-qrati. Żewġ allegati qattiela oħra, George u Alfred Degiorgio, talbu wkoll maħfra presidenzjali bi skambju għal informazzjoni dwar il-qtil. Jiddikjaraw ukoll li għandhom għarfien li jista' jimplika lil eks-ministru u ministru attwali biex iwettqu l-attentat ta' serqa, u jagħtu iktar piż lit-talbiet ta' Muscat stess. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/08/covid-19-il-gvern-tar-renju-unit-konvint-li-se-jlaqqam-lill-adulti-kollha-sal-ahhar-ta-lulju/ | netnews.com.mt | Is-Segretarju tas-Saħħa Britanniku, Matt Hancock, qal li r-Renju Unit 'għadu fid-direzzjoni t-tajba' biex joffri t-tilqima kontra l-Covid-19 lill-adulti kollha fil-pajjiż sal-aħħar ta' Lulju. Dan it-tragward – li rranka sew fl-aħħar ġimgħat – jidher li se jintlaħaq minkejja l-polemika attwali dwar 'is-sigurtà' tal-vaċċin tal-AstraZeneca, bir-Renju Unit anki jinsab 'ottimist' dwar il-provvisti regolari tad-vaċċini għall-futur. Hancock qal li d-deċiżjoni biex iċ-ċittadini taħt it-30 sena jkunu offruti vaċċini oħra minflok l-AstraZeneca mhix se taffettwa r-rollout (distribuzzjoni) tad-dożi. Dan wara li r-regolatur tal-mediċini (MHRA) fir-Renju Unit u r-regolataur tal-Unjoni Ewropea rreferew għal każi 'mill-aktar rari' ta' trombożi li jistgħu jkunu relatati mat-tilqim bl-AstraZeneca u meta, fil-fatt, mhemm l-ebda provi konkreta dwar il-konnessjoni bejn il-vaċċin u din il-kundizzjoni fil-ġisem. Iż-żewġ regolaturi, intant, irreferew għall-effettività indiskutibbli tal-vaċċin tal-AstraZenca u Hancock qal li n-nies iridu jafdaw fir-regolazzjoni tas-sigurtà għall-vaċċini kontra l-Covid-19. Hu kompla li 'is-sogru ta' side-effect perikoluż hu kalkulat mal-erba' f'miljun każ (wara tilqima bil-vaċċin inkwistjoni).' Intant, aktar minn 1.6 miljun minn fost l-10 miljun ċittadin taħt it-30 sena fir-Renju Unit diġà ngħataw l-ewwel tilqima u Hancock qal li ma teżisti assolutament l-ebda provi ta' inċidenzi ta' trombożi ( blood clotting ) wara t-tieni tilqima bl-AstraZeneca. Fl-istess ħin, is-Segretarju tas-Saħħa Britanniku enfasizza li pajjiżu għandu 'aktar minn biżżejjed' vaċċini tal-Pfizer u Moderna biex jieħu ħsieb it-8.5 miljun 'li fadal' (fir-Renju Unit) bejn it-18 u d-29 sena. Intant, ir-Renju Unit qed jittama li jirċievi dalwaqt il-kunsini ta' tliet vaċċini oħra – tan-Novavax, Valneva u Johnson and Johnson – li se jgħinu biex il-pajjiż iqarreb in-normalità wara xhur ta' kriżi. Rapport mill-Awstralja qal, sadanittant, li mijiet ta' eluf ta' dożi tal-vaċċin tal-AstraZeneca kienu twasslu lejn il-pajjiż mir-Renju Unit, bis-sors tal-kunsinni jinżamm 'mistur' biex tinevita kontroversja mal-Gvern Britanniku. Il-gazzetta Sydney Morning Herald qalet li l-ewwel 300,000 doża tal-AstraZeneca waslu f'Sydney fit-28 ta' Frar – xahar wara li l-Kummissjoni Ewropea approvat il-kontrolli għall-esportazzjoni tal-vaċċini li huma prodotti fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Kunsinna oħra kbira ta' vaċċini twasslet l-Awstralja b'ajruplan tal-passiġġieri tal-Emirates Airlines matul ix-xahar li għadda – u wara li l-Italja u l-Kummissjoni Ewropea kienu waqqfu formalment applikazzjoni tal-AstraZeneca biex twassal mal-250.000 doża lejn dak il-pajjiż. Ingħad ukoll li l-kunsinni lejn l-Awstralja ma saru qatt 'għall-ispejjeż tar-rollout tal-vaċċini fir-Renju Unit' li hu fost l-aktar effettivi fid-dinja. Fi żviluppi oħra, New Zealand għalissa mhix tippermetti aċċess lin-nies kollha – inklużi ċ-ċittadini tiegħu – li qegħdin jivvjaġġaw għal hemm mill-Indja. Id-direttiva se tibqa' effettiva għal madwar ġimgħatejn wara r-rapporti dwar numru ta' persuni li nstabu infettati bil-Covid-19 mal-wasla tagħhom fi New Zealand. L-awtoritajiet fi New Zealand, fl-aħħar 24 siegħa reġistraw 23 każ ġdid tal-coronavirus – bi sbatax minnhom jinvolvu persuni li kienu ġejjin mill-Indja. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/08/michuda-talba-ta-yorgen-fenech-biex-jittiehdu-passi-kontra-l-media-u-jason-azzopardi/ | netnews.com.mt | Il-Qorti tal-Maġistrati ċaħdet talba ta' Yorgen Fenech, mixli li kien kompliċi wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia biex jittieħdu passi kontra midja li ppubblikat chats mill-mobajl tiegħu u kontra l-avukat Jason Azzopardi fejn kienu allegaw li kien irrefera għal dawn il-konverżazzjonijiet bil-privileġġ Parlamentari tiegħu sabiex jattakka lill-opponenti tiegħu. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello qalet f'deċiżjoni li hija tagħat li billi ma jirrizultax mill-atti li effettivament seħħ dak li ġie allegat fir-rikors, u fi kwalsiasi każ, diġa' pprovdiet dwar allegat ksur tal-ordnijiet tagħha kontra t-trasmissjoni tal-kontenut, fid-digriet tagħha tas-26 ta' Marzu 2021, ticħad it-talba biex jigi ordnat li jittiehdu proċedimenti għal disprezz u tastjeni mit-talba li jingħataw rimedji ulterjuri. L-avukati ta' Yorgen Fenech kienu qed jitolbu lill-Qorti biex issib lill-midja li ppubblikat chats mill-mowbajl tal-klijent tagħhom ħatja ta' disprezz. Yorgen Fenech, eks Direttur tat-Tumas Group u sid il-kumpanija 17 Black, huwa akkużat b'kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Xi ġurnali, fosthom it-Times of Malta, ippubblikaw biċċiet minn konverżazzjonijiet ta' WhatsApp li kienu fuq il-mowbajl ta' Fenech, fosthom ma' politiċi bħad-Deputat Laburista Rosianne Cutajar. L-Avukati Gianluca Caruana Curran, Charles Mercieca u Marion Camilleri, li qed jirrappreżentaw lill-akkużat, ressqu rikors fejn kienu nkludew ukoll pen drive b'kopji tal-konverżazzjonijiet ta' Fenech ma' Keith Schembri, Rosianne Cutajar, Johann Buttigieg u Heathcliff Farrugia biex juru li l-informazzjoni ttieħdet minn hemm. Huma rreferew għal storja oħra tal-gazzetta Illum u għall-istejjer maħruġin mit-Times, li jinkludu minn waħda dwar korrispondenza bejn Fenech u Cutajar għal waħda li ħarġet il-Ħadd, 21 ta' Marzu dwar kuntatt bejn l-eks Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri u Fenech. Din l-istorja kienet inkludiet ritratt ta' Fenech u Cuschieri jgħajbu lill-kamera, u dan ir-ritratt seta' jittieħed biss mill-mowbajl ta' Fenech, qalu l-avukati. Huma qalu li din l-aħħar storja kienet invażata bi kwotazzjonijiet u referenzi meħudin minn konverżazzjonijiet bejn iż-żewġ irġiel. L-avukati qalu li huwa preokkupanti li informazzjoni bħal din qed tgħaddi għand il-midja, speċjalment meta l-Qorti ġieli wissiet fuq dawn il-kwistjonijiet. Huma allegaw li dan qed isir biex joskura l-karattru tal-akkużat u biex dan jitqiegħed f'lenti ħażina fil-midja, ma' dawk li 'l quddiem għad ikunu jridu jiddeċiedu l-futur tiegħu jekk ikunu parti mill-ġuri. Tennew ukoll li l-istejjer ippubblikati kull ġimgħa jidher li għandhom l-intenzjoni li joħolqu għagħa politiku, u hu ċar li ġejjin mingħand xi ħadd li hu involut fil-proċeduri. L-avukati kkummentaw ukoll dwar kif l-Avukat Jason Azzopardi, parte civile għall-familja Daphne Caruana Galizia, u Membru Parlamentari, kien irrefera għal dawn il-konverżazzjonijiet bil-privileġġ parlamentari tiegħu. L-avukati kienu appellaw lill-Maġistrat Montebello li qed tisma' l-kumpilazzjoni kontra Fenech biex tipprovdi rimedju urġenti sabiex twaqqaf lill-midja milli tiżvela informazzjoni bħal din, liema talba kienet miċħuda. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/09/grecja-gurnalista-prominenti-maqtul-barra-d-dar-tieghu/ | netnews.com.mt | Il-ġurnalista Grieg, Giorgos Karaivaz, inqatel kiesaħ u biered barra d-dar tiegħu f'Alimos, li hu subborg ta' Ateni. Ir-rapporti qalu li żewġ irġiel fuq mutur sparaw sitt darbiet għal Karaivaz waqt li l-ġurnalista kien ħiereġ mill-karozza tiegħu. L-indikazzjonijiet huma li l-qattiela użaw silencer peress li l-ġirien tal-ġurnalista ma semgħu xejn. Mhux ċar għalfejn il-qattiela segwew lil Karaivaz jew qagħdu jistennew lill-ġurnalista biex jasal id-dar. Il-ġurnalista kien jispeċjalizza f'rapporti dwar reati kriminali man-network televiżiv STAR u kien protagonista wkoll fi spettaklu televiżiv mal-istess network. L-investigaturi bħalissa qed jiġbru l-informazzjoni li tista' tgħin fl-istħarriġ tagħhom u mistennija jiġbru l-evidenza mill-kameras tas-sigurtà fil-post fejn seħħ il-qtil. L-omiċidju qanqal xokk kbir fil-Greċja — b'mod partikulari fost il-ġurnalisti. Ħafna jemmnu li l-ħidma ta' Karaivaz bħala crime reporter setgħet kellha x'taqsam mal-assassinju. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/09/hamrun-spartns-champions-tal-kampjonat-bov-premier-wara-30-sena/ | netnews.com.mt | Ħamrun Spartans huma ċ-champions il-ġodda tal-Kampjonat BOV Premier wara li l-Eżekuttiv tal-MFA ddeċieda li l-Kampjonati tal-futbol lokali jintemmu. Dan wara li nhar l-Erbgħa l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-isport lokali mhux se jkun jista' jitkompla minn nhar it-Tnejn. Ħamrun dan l-istaġun kienu l-aktar tim konsistenti fejn sa meta twaqqaf l-isport lokali, huma kienu fl-ewwel post tal-klassifika b'56 punt minn 23 partita. Dan l-istaġun huma rebħu 17-il partita, ġew draw f'ħames logħbiet u tilfu partita waħda. Ħamrun kellhom ukoll l-aħjar attakk fil-Kampjonat Premier fejn skorjaw 56 gowl u kellhom ukoll l-aħjar difiża flimkien ma' Hibernians fejn sofrew 20 gowl. Dan se jkun t-tmien kampjonat ta' Ħamrun Spartans fl-istorja tal-klabb u l-ewwel wieħed fi tletin sena hekk kif l-aħħar kampjonat li rebħu kien fl-istaġun 1990-91. Mal-wasla ta' Joseph Portelli bħala l-investitur ewlieni fil-klabb ta' Ħamrun fejn aktar tard matul l-istaġun kien maħtur bħala President, huma wettqu bosta akkwisti importanti fejn apparti li ħatru lil Mark Buttigieg bħala kowċ, kisbu għadd ta' players promittenti lokali fosthom lil Joseph Mbong, Matthew Guillaumier u Juan Corbolan u komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom f'Jannar b'żewġ akkwisti ta' players barranin stabbiliti dak ta' Claude Dielna u Seydou Doumbia. Fatt interessanti hu li Mark Buttigieg sar l-ewwel Għawdxi li rebaħ il-Kampjonat Premier Malti. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jawgura lit-tim ta' Ħamrun Spartans Permezz ta' messaġġ fuq il-paġna tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech feraħ lit-tim ta' Ħamrun Spartans għal dan is-suċċess. Hu rrimarka kif l-isport f'pajjiżna għandu bżonn ikompli jissaħħaħ bil-fatti mux bil-kliem biss fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti f'pajjiżna. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/09/hamrun-spartans-bappell-ghal-kawtela-lill-partitarji-taghhom/ | netnews.com.mt | Hekk kif illum mistennija tittieħed id-deċiżjoni dwar l-eżitu tal-Kampjonat BOV Premier, fid-dawl li dan mhux se jkun jista' jitkompla minħabba li r-resrtizzjonijiet fuq l-isport baqgħu fis-seħħ, il- klabb ta' Ħamrun Spartans fi stqarrija appella lil partitarji għal kawtela u responsbailita', tkun xi tkun id-deċiżjoni. Ħamrun Spartans qalu li se jkunu f'kuntatt dirett mal-puluzija sabiex jkun żgurat li d-direttivi ta-saħħa ma jinkisrux, kemm jekk ikunu iddikjarati champions kif ukoll jekk ikun deċiż mod ieħor. Fl-eventwalita' li Ħamrun jkunu iddikjarati champions il-klabb saħaq li se tinstab data oħra fil-futur, li matulha jkunu jistgħu jsiru iċ-ċelebrazzjonijiet organizzati, jekk peremessi mill-direttivi marbuta mal-pandemija. Ħamurn jinsabu fl-ewwel post tal-Kampjonat BOV Premier b'56 punt, bid-deċiżjoni dwar jekk hux se jkunu nkuruntati champions mistennija tkun diskussa illum waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżektuttiv tal-MFA li mistennija tibda għas-2.30pm. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/12/18-il-xahar-habs-u-wara-li-jiskonta-s-sentenza-jitkecca-minn-malta/ | netnews.com.mt | Raġel mill-Ghana, residenti ż-Żurrieq ġie kkundannat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li dan ix-xahar kien f'kuntatt ma' diversi persuni oħra bl-iskop biex iħajjarhom jidħlu u jitilqu minn Malta. Yunus Yusif a,mmetta wkoll quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li għamel użu ta' ismijiet foloz u ffalsifika passaport u dokumenti oħrajn. Huwa ġie kkundannat 18-il xahar ħabs u ħarġet ordni lill-awtoritajiet biex malli jiskonta s-sentenza jiġi jintbagħat lejn l-Italja, l-pajjiż minn fejn ġie. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/13/ir-russja-mill-gdid-tirreferi-ghall-istati-uniti-bhala-avversarju/ | netnews.com.mt | Ir-Russja, fl-aħħar sigħat, irreferiet biċ-ċar għall-Istati Uniti bħala 'avversarju' fost twissija biex il-bastimenti tal-gwerra Amerikani jibqgħu 'il barra mill-Krimea 'għall-ġid tagħhom'. Moska qed tqis l-istazzjonar ta' dawn il-bastimenti fil-Baħar l-Iswed bħala 'provokazzjoni' u l-aħħar żviluppi indikaw li d-diplomazija tal-aħħar snin bejn ir-Russja u l-Istati Uniti (eks-avversarji tal-Gwerra Bierda) qed tiffaċċja kriżi sinifikanti. Ir-Russja kienet ħatfet il-Krimea lill-Ukrajna fl-2014 u l-bastimenti Amerikani mistennija jaslu fil-Baħar l-Iswed din il-ġimgħa. Dan ukoll fi żmien meta żdiedu l-battalji fil-Lvant tal-Ukrajna bejn il-qawwiet tal-Gvern Ukren u s-separatisti li qed jingħataw sostenn minn Moska. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/12/sassuolo-brebha-minima-kontra-benevento/ | netnews.com.mt | Auto-gowl ta' Barba kien biżżejjed għal Sassuolo biex jiksbu tlett punti oħra li permezz tagħhom telgħu fit-tmien post fil-klassifika bi 43 punt u fl-istess waqt qabżu lil Verona. Għal kuntrarju b'din it-telfa Benevento baqgħu fis-sittax il-post bi 30 punt daqs Fiorentina. Minkejja li Sassuolo ddominaw għal ħinijiet twal l-ewwel taqsima, kien fil-ħin miżjud li fetħu l-iskor. Wara azzjoni ta' Jeremie Boga, kien FEDERICO BARBA li f'tentattiv li jikklerja għeleb lil sieħbu Lorenzo Montipo. Minkejja reazzjoni minn Benevento matul it-tieni taqsima b'xi mod Sassuolo zammew il-vantagg minimu sa tmiem il-partita. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/12/aktar-minn-85-tal-istudenti-lura-fl-iskejjel-primarji/ | netnews.com.mt | Fl-ewwel jum tal-iskola għall-iskejjel primarji tal-Istat wara l-waqfa minħabba l-miżuri kontra t-tixrid tal-pandemija kif ukoll wara l-vaganzi tal-Għid, l-attendenza tal-istudenti kienet dik ta' 85.5, dan ifisser li 14.5% baqgħu d-dar. Bħala total globali, fil-kindergarten, fil-primarji u fl-iskejjel medji u sekondarji – l-aħħar tnejn b'tagħlim onlajn, kien hemm 80.6% attendenza ta' studenti. Dan hekk kif it-Tnejn filgħodu fetħu wkoll il-kindergartens, ċ- childcare centres filwaqt li l-iskejjel medji u sekondarji se jibdew jilqgħu lill-istudenti b'mod fiżiku minn nhar l-Erbgħa u nhar il-Ġimgħa rispettivament. Intant fl-iskejjel kollha qed ikunu implimentati l-miżuri meħtieġa sabiex tkun imħarsa s-saħħa tal-edukaturi kif ukoll tal-istudent fl-isfond tal-pandemija tal-Covid-19. | [
5
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/12/alex-muscat-jirtira-allegazzjoni-fil-konfront-ta-adrian-delia-dwar-l-mep-david-casa/ | netnews.com.mt | Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat illum irtira allegazzjoni li kien għamel fil-konfront tad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia dwar l-MEP David Casa. Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia kien ressaq ksur ta' privileġġ fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari Alex Muscat li kien allega li l-ex Kap tal-PN Adrian Delia kien mar talab flus biex ma jitlax l-MEP David Casa fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Meta ressaq il-każ tal-ksur tal-privileġġ id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia kien oġġezzjona għal dan id-diskors ta' Alex Muscat u ċaħad kategorikament l-allegazzjoni tas-Segretarju Parlamentari Laburista. Fit-tweġiba tiegħu Alex Muscat kien qal li hu kien qed jirrepeti dak li kien intqal f'seduta tal-qorti. Fir- ruling tiegħu llum, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li kien qed jirreferi għal dak li seħħ fil-qorti u sostna li wara li eżamina x-xhieda fil-qorti, iqis li d-diskors ta' Alex Muscat fil-konfront ta' Adrian Delia jammonta għal ksur ta' privileġġ prima facie. L-Ispeaker ikkonkluda li Alex Muscat kien ibbaża d-diskors tiegħu fuq dak li intqal fil-qorti u għalhekk se jitlob lil Alex Muscat jirtira l-kliem li qal fil-konfront ta' Adrian Delia u jitolbu jikkonferma li hu għamel biss riferenza għal dak li inqtal fil-qorti. Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat qal li hu kien ikkwota dak li ħareġ mill-qorti iżda kien naqas li jagħmel riferenza għar-rapporti li rapportaw dak li intqal fil-qorti. Mitlub jispeċifika jekk hux qed jirtira l-allegazzjonijiet li għamel, Alex Muscat qal li hu kien qed jgħid dak li ħareġ mill-qorti u rtira l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Adrian Delia. | [
12
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/13/mark-cavendish-kiseb-l-ewwel-rebha-fi-tlett-snin-fit-tour-tat-turkija/ | netnews.com.mt | Il-Britanniku Mark Cavendish kiseb l-ewwel rebħa fi tliet snin meta ddomina it-tieni ġurnata tat-Tour tat-Turkija. Cavendish, ta' 35 sena li rritorna ma' Quick Step wara sitt snin fil-Belġju kellu tellieqa perfetta fejn żamm dejjem mal-grupp biex fl-isprint finali ddomina fuq Jasper Philipsen tal-Belgju. Fi tmiem it-tieni prova Cavendish ikkummenta illi huwa nkredibbli wara dak li għadda minnu matul l-aħħar tlett snin. Ir-rebħa fit-Tour tat-Turkija waslet f'mument meta ingħata kuntratt ta' sena minn Quick Step wara li kien qed jikkunsidra li jirtira mill-ġurnata tat-tielet prova tat-Tour ta' Dubai tal-2018 Fil-kummenti fi tmiem it-tellieqa, Cavendish qal li kien importanti lir-rwol tat-tim fejn fl-isprint ra li Phulipsen ipprova joħroġ kmieni mill-grupp u kien f'dak il-mument li daħal b'saħħtu fl-aħħar metri Fil-karriera Cavendish rebaħ 30 stadju fit-Tour de France u huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa sprinters ta' kull żmien iżda ftit kien fl-azzjoni mill-2018 fejn kien qed ibati biex isib il-forma ideali u jkun kompetittiv. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/13/ragel-arrestat-bi-224-qartas-ta-drogi-sintetici-jsostni-li-huma-kollha-ghall-uzu-personali/ | netnews.com.mt | Raġel arrestat minħabba li kien fil-pussess ta' 224 qartas ta' droga sintetika ddikjara li kienu kollha għall-użu personali tiegħu. L-Ispettur Mark Mercieca akkuża lil Nathan Hili ta' 22 sena mill-Ħamrun fuq reati ta' pussess ta' drogi sintetiċi f'ċirkostanzi li jindikaw li ma kinux biss għall-użu personali tiegħu. Huwa ġie akkużat ukoll b'pussess sempliċi ta' kannabis. Hili wieġeb mhux ħati u talab il-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni qalet li d-drogi kienu biżżejjed biex iservu 200 persuna. L-avukat difensur argumenta li minkejja l-ammont kbir, id-drogi ma kinux maħsuba għall-bejgħ, u qal li din it-tip ta' droga sempliċement ma tinbiegħx f'ammonti iżgħar. L-Ispettur Mercieca qal lill-maġistrat Donatella Frendo Dimech li r-raġel kien ġie arrestat diversi drabi fil-passat iżda dejjem inħeles mingħajr akkuża peress li d-drogi fil-pussess tiegħu ma kinux sustanzi skedati dak iż-żmien. Żied jgħid li emendi reċenti fil-liġi biddlu dan. Waqt li oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest, l-ispettur żied li Hili nstab li kien qed iġorr tliet mowbajls u ġie osservat li dejjem juża karozza tal-kiri, minkejja li ma kellux dħul. Għalkemm kien jgħix mal-ġenituri tiegħu, huma kellhom diffikultà biex jikkontrollawh, qal l-ispettur. Il-Qorti, wara li qieset in-natura tal-akkużi flimkien mal-istadju bikri tal-proċeduri, ċaħdet il-libertà proviżorja. Dan minħabba n-nuqqas tal-akkużat fuq affidabbli biżżejjed biex jingħata l-libertà proviżorja f'dan l-istadju, qalet il-maġistrat, u ordnat lil Hili jinżamm arrestat Ikkummenta //= $special ?> | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/12/andrew-cohen-se-jilghab-fl-ewropa-qabel-jirtira-ufficjalment/ | netnews.com.mt | Ftit tal-minuti ilu il-paġna sportiva Replay ħabbret li Gżira United offrew lil Andrew Cohen l-opporunita' li jilgħab magħhom fl-Ewropa qabel jirtira uffiċjalment. Iktar kmieni din is-sena Cohen kien ħabbar li fi tmiem l-istaġun kien se jkun qed jirtira mill-futbol Malti bħala plejer biex jikkonċentra fuq il-karriera ta' kowċ. Madanakollu, id-diriġenti ta' Gżira ħassew li plejer b'karriera bħal ta' Andrew Cohen jixraqlu jirtira fil-ground u mhux bil-mod kif intemm il-kampjonat. Replay ikkonferma wkoll li Cohen aċċetta din il-proposta u se jkun qed jilgħab ma' Gżira fl-esperjaneza tagħhom fl-Ewropa, biex imbagħad itemm il-karriera tiegħu kif tintemm l-avventura ta' Gżira f'din il-kompetizzjoni. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/13/72-tal-pubbliku-ta-tokjo-jridu-l-olimpajdi-kkancellati-jew-posposti/ | netnews.com.mt | Fi staħrriġ tal-opinjoni pubblika mill-aġenzija tal-aħbarijiet Ġappuniża 'Kyodo News' ħareġ li 72% tal-pubbliku ta' Tokjo jrid li l-Olimpjadi tas-sajf li ġej ikunu kkanċellati jew posposti minħabba l-pandemija tal-coronavirus. L-Olimpjadi mistennija jibdew f'inqas minn 100 jum ieħor iżda l-pandemija tal-COVID-19 qed iħarbtu xi ftit mill-preparazzjonijiet tal-atleti minn madwar id-dinja hekk kif il-każijiet pożittivi fil-Ġappun qegħdin jiżdiedu ta' kuljum. Ir-riżultati ta' dan is-sondaġġ ħarġu ftit jiem wara meta l-Gvern Ġappuniż ħabbar aktar miżuri stretti fl-ibliet ta' Tokjo, Kyoto u Okinawa, fejn uħud minn dawn il-miżuri jinkludu li ristoranti u ħwienet oħra jkunu magħluqin fit-8.00pm. Il-Ġappun sa issa laqqam bejn wieħed u ieħor 36 miljun persuna b'60% tal-poplazzjoni ma tkun sodisfatta bir-rata li biha qed jingħata l-vaċċin. L-Olimpjadi huma skedati bejn it-23 ta' Lulju u t-8 ta' Awwissu. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/12/jitressaq-il-qorti-bakkuzi-ta-romance-fraud-u-hasil-ta-flus/ | netnews.com.mt | Wara li fi Frar illi għadda tressqu l-Qorti sitt persuni b'rabta ma' allegat frodi magħruf bħala romance fraud , komplew l-investigazzjonijiet b'rabta ma' din l-iskema. Il-Pulizija tad-Distrett ta' Raħal Ġdid u l-Iskwadra ta' Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment talInvestigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, arrestaw persuna oħra. Mill-investigazzjonijiet illi sar rriżulta li l-vittma, mara ta' 58 sena, daħlet f'relazzjoni virtwalima' persuna li allega li huwa Malti-Awstraljan li kien qiegħed jgħix Malta, imma kellu jmur lura l-Awstralja. Għaldaqstant, għalkemm qatt ma ltaqgħet wiċċ imb'wiċċ miegħu, hija ddepożitat eluf ta' ewro f'kont bankarju. Iżda rriżulta li l-persuna li kienet qiegħda tirċievi l-flus ma kienx qiegħed jgħix l-Awstralja, iżda Malta. Wara li ġiet stabbilità r-residenza tiegħu, is-Sibt illi għadda, il-Pulizija arrestat raġel ta' 26 sena mill-Kosta tal-Avorju, f'appartament f'San Pawl il-Baħar. Aktar kmieni illum, il-Pulizija ressqet b'arrest quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud lir-raġel ta' 26 sena u ġie akkużat li kien involut fi skema ta' frodi li wasslet għar-reat ta' ħasil ta' flus. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Karl Muscat, Sean Xerri de Caro u Abigail Caruana Vella mill-uffiċċju tal-Avukat Generali, flimkien mal-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa mid-Distrett ta' Raħal Ġdid u mill-Ispettur Claire Borg mill-Iskwadra ta' Kontra r-Reati Ekonomici. L-akkużat wieġeb mhux ħati u baqa' taħt arrest preventiv. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/16/stati-uniti-diversi-vittmi-ta-sparatura-findianapolis/ | netnews.com.mt | Il-pulizija fil-belt ta' Indianapolis ikkonfermaw li talanqas tmien persuni tilfu ħajjiithom fi sparatura li seħħet f'faċilità tal-kumpanija FedEx. L-attakk – li rriżulta wkoll f'diversi midruba — twettaq minn raġel li kien armat b'arma awtomatika u li, imbagħad, spiċċa joqtol lilu nnifsu fuq il-post. L-awtoritajiet li kienu qed jiġbru d-dettalji dwar il-qtil tal-massa qalu, fl-aħħar sigħat, li 'ma kienx hemm aktar theddida għall-pubbliku'. Filwaqt li magħruf li l-aggressur ma kellux il-kompliċi 'preżenti', l-investigazzjonijiet mistennija jkomplu fit-tul, meta numru ta' midruba, bħalissa, jinsabu rikoverati l-isptar. Mhux magħruf xi skop kellu l-aggressur, bil-kumpanija FedEx qed tikkoopera 'bis-sħiħ' fl-investigazzjoni. Dan il-każ terribbli seħħ ftit jiem wara li l-President Amerikan Joe Biden kien ħabbar passi biex jissikka l-kontroll għall-armi tan-nar fil-pajjiż, wara sensiela ta' sparaturi simili għal ta' Indianapolis. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/15/caster-semenya-mhux-se-tiehu-sehem-fil-200-metru-fl-olimpjadi-ta-tokyo/ | netnews.com.mt | L-atleta Caster Semenya ikkonfermat li mhux ser tipprova tikkwalifika għal kompetizzjoni tal-200 metru u tkun eliġibbli għal Olimpijadi ta' Tokjo. Hija kkonfermat wara li ddefendiet it-titlu nazzjonali għall-Afrika t'Isfel fuq id-distanza ta' 5000 metru. Semenya li għandha 30 sena rebħet fi 15 il-minuta 52.28 sekondi li huwa 42.48 sekondi lil hinn mill-ħin ta' kwalifikazzjoni għall-Olimpijadi. Hija ma tistax tiddefendi t-titlu tagħha tat-800 metru wara r-regolament kontroversjali mill-Federazzjoni Dinjija tal-Atletika b'rabta mal-livell tat-testosterone f'atleti nisa. Semenya qalet li apparti l-fattur tal-eta' hija qed tibża li l-200 metru jgħamel pressjoni żejjda fuq il-muskoli. Il-kwalifika għal Tokjo tgħalaq fid-29 ta' Ġunju. Caster Semenya rebħet darbtejn it-800 metru tal-Olimpijadi rebħet wkoll l-1500 metru fil-Logħob tal-Commonwealth fl-2018. Skont ir-regolamenti ġodda tal-atletika hija ma tistax tikkompeti fl-400 metru u fl-1500 metru sa kemm ma taċċettax li tieħu droga biex tnaqqas il-livell għoli ta' testosterone. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/14/qormi-fc-jichdu-li-l-klabb-se-jaghlaq/ | netnews.com.mt | Fi stqarrija fuq il-paġna uffiċjali tal-klabb, Qormi FC ċaħdu kull xniegħa li l-klabb se jkun qed jagħlaq jew li n-nursery mhux se tibqa' titmexxa. Qormi FC qalu li l-klabb qed jaħdem bla waqfien biex ikompli jitmexxa fid-direzzjoni t-tajba u biex jerġgħu jirritornaw f'diviżjoni li tiexraq lill-klabb. Wara d-deċiżjonijiet tal-MFA nhar il-Ġimgħa, li l-Kampjonati jiġu fi tmiemhom, minkejja li l-BOV Challenge League ġie dikkjarat null, Qormi kienu matematikament relegati u b'hekk fl-istaġun li ġej se jilgħabu fl-Amateur League. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/16/suspettat-traffikant-tad-droga-jinghata-l-liberta-provizorja/ | netnews.com.mt | Suspettat traffikant tad-droga minn Ħaż-Żabbar li ħabat ma' 'roundabout' wara li allegatament ipprova jaħrab lill-Pulizija li kienu qed isegwuh lejn in-Nofsinhar ta' Malta ingħata l-libertà proviżorja. It-talba għall-pleġġ ġiet milqugħa fuq depożitu ta' €4,000 u garanzija personali ta' l-istess ammont, f'waħda mill-aħħar seduti tal-Maġistrat Audrey Demicoli wara li hija ġiet promossa għal Imħallef. Josef Zammit, ta' 29 sena, qed jiġi akkużat li rreżista b'mod vjolenti l-arrest u kkawża aktar minn €2500 fi ħsara fuq karozzi ta' diversi persuni, li saq b'mod perikoluż, traskurat u negliġenti, naqas milli jieqaf meta ordnat mill-pulizija, li sar reċidiv u li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja tiegħu. Huwa qed jiġi akkużat ukoll fuq pussess ta' kannabis. L-Ispettur Mark Anthony Mercieca qal fil-qorti li l-pulizija bdew jagħmlu sorveljanza fuq Zammit dan ix-xahar stess, wara li rċievew informazzjoni li kien involut fit-traffikar tad-droga. Huwa ġie osservat jiskambja affarijiet ma' numru ta' nies waqt li kien fil-karozza tiegħu. Fix-xhieda tiegħu fil-Qorti waqt il-bidu tal-kumpilazzjoni l-Ispettur Mercieca qal li l-akkużat ħareg mir-residenza tiegħu f'Ħaż-Żabbar u beda jsuq lejn Bormla. Il-Pulizija li segwewh u nizlu għalih fejn talbuh biex jieqaf, iżda hu baqa sejjer. Huwa ħareġ minn Bormla u mar lejn il-Fgura. Il-Pulizija ghalqulu t-triq u saq 'one way' u spiċċa biex daħal fuq karozzi pparkjati u tela fuq 'roundabout' u saq dritt. Fi ftit tal-ħin huwa ġie iċċirkondat u arrestat. Saret tfittxija fuq il-persuna u l-vettura tiegħu u nstabu tliet mobajls u flus kontanti fl-ammont ta' €1,370. Wara l-Pulizija marru jiftħu r-residenza tiegħu, iżda ma kien hemm ħadd. Dak inhar stess il-Pulizija raw lil missieru, Mario Brignone, ħiereg u li dan kellu fil-pusses tiegħu ammont ta' flus , basket bi €12,000 u vażetti mimli b'ħafna muniti tal-flus għar. Huwa wkoll ipprova jitlaq minn fuq il-pst, Sadanittant Josef Zammit qal li lest li jagħmel tajjeb ghal ħsara volontarja li wettaq fuq il-karozzi filwaqt li qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih Il-Qorti laqgħet it-talba għal libertà proviżorja fuq depożitu ta' €4,000 u garanzija personali ta' €4,000 oħra, li jiffirma kuljum fl-Għassa tal-Pulizija ta' Ħaż-Żabbar bejn it- 8.00am u t-8.00pm. u li jkun id-dar bejn id-9.00am u s-7.00pm. Josef Zammit, imlaqqam "Marozz", flimkien ma' kuġinuh Joseph Brignone, allegatament kienu qed imexxu ċirku ewlieni ta' provvista tad-droga fix-xlokk ta' Malta Zammit kien ġie arrestat mill-pulizija fl-10 ta' Mejju 2020 u ġie akkużat bil-pussess illegali ta' droga, armi u ħasil ta' flus. Huwa kien ġie mixli wkoll li kellu attività sesswali ma' minuri ,tfajla tiegħu ta' 15-il sena. Għalih qegħdin jidhru l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/14/man-city-jzommu-hajjin-it-tamiet-li-jirbhu-l-erba-tazzzi-dan-l-istagu/ | netnews.com.mt | Manchester City żammew it-tamiet li jirbħu l-erba' tazzi ħajjin meta kwalifkaw għas-semifinali tal-UEFA Champions League meta għelbu lil Borussia Dortmund 2-1 u 4-2 bl-aggregate. Borussia Dortmund kellhom bidu mill-aqwa u fis-17-il minuta fetħu l-iskor meta wara li x-xutt ta' Mahmoud Dahoud kien parzjalment imblokkat, kien iż-żgħażugħ Inlgiż JUDE BELLINGHAM li rreaġixxa u kkonkluda għal wara Ederson fir-rokna tax-xibka biex b'hekk sar l-iżgħar player ta' Borussia Dortmund li qatt skorja fil-UEFA Champions League u l-iżgħar player Ingliż li qatt għamel dan. Manchester City wettqu reazzjoni u fl-24 minuta, l-konklużjoni ta' Kevin De Bruyne ħabtet mal-wieqfa. Fit-tieni taqsima, Manchester City ħarġu jsibu l-gowl tad-draw u minn cross ta' Phil Foden, Emre Can deher imiss il-ballun b'idu fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty, Minn ħdax-il metru, RIYAD MAHREZ ma żbaljax biex b'hekk it-tim ta' Pep Guardiola reġa ħa l-kontroll tal-partita. Manchester City dawwru l-konfront favur tagħhom u aċċertaw mill-kwalifikazzjoni kwarta mit-tmiem meta kien PHIL FODEN li b'konklużjoni minn barra l-kaxxa għamilhom 2-1, bit-tim Ingliż fis-semifinali jilgħab kontra PSG. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/14/gvern-reattiv-ristoranti-u-barijiet-fl-ghama-lis-sidien-tas-self-catering-stennew/ | netnews.com.mt | Għal darboħra il-Gvern fl-aħħar jiem reġa' kkonferma kemm qed ikun reattiv wara li qed jinsa barra diversi oqsma fl-ippjanar tiegħu. Għall-mistoqsija dwar il-ftuħ tar-ristoranti u l-barijiet, waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Clayton Bartolo ta konferma ċara li dawn in-negozjanti intesew għalkollox mill-Gvern ta' Robert Abela. Dan is-sit staqsa lill-Ministru għal data speċifika meta se jiftħu dawn l-istabbilimenti, u jekk m'għandux data, tlabnih jgħidilna x'inhu l-kejl li se jkun qed juża' l-Gvern biex jirrilassa l-miżuri fil-konfront tagħhom – jekk hux in-numri ta' każi ġodda, dawk fl-ITU jew xi tip ta kejl ieħor. Madankollu, il-Ministru la ta datau wisq anqas ma qal x'inhu l-kejl li se juża' għall-ftuħ ta' dawn l-istabbilimenti. Anzi indika ċar li m'għandu l-ebda tip ta' direzzjoni meta qal li l-Gvern jinsab f'diskussjonijiet, u kif ikollu xi forma ta' direzzjoni jgħadduha mill-ewwel lis-sidien tar-ristoranti u l-barijiet. Minsija wkoll il-qasam tas-self catering meta tfassal il-pjan ta' rkupru għall-qasam turistiku. Filfatt, meta ħabbar l-iskema ta' għajnuna, il-Ministru ħalla barra lis-sidien ta' propjetajiet tal-vaganzi self catering mill-iskema ta' sussidju. Issa l-Ministru inkixef li kien qed ikun reattiv, tant li se joħroġ skemi oħrajn iżda talab lil dawk milqutin biex jistennew naqra oħra. Sadanittant, wara li t-Tnejn li għadda t-Tobba tal-Emerġenza esprimew it-tħassib kbir tagħhom għall-fatt li qed ikunu rriklamati attivitajiet tal-masssa għas-Sajf li ġej, u qalu li l-Gvern ma kien tgħallem xejn mis-sena l-oħra, staqsejna lil Bartolo x'inhi l-pożizzjoni preżenti dwar dawn l-attivitajiet. Iżda l-Ministru għażel li din il-mistoqsija jaqbiża għal kollox. Ikkummenta Tags Attivitajiet barijiet clayton bartolo massa ristoranti Robert Abela turiżmu //= $special ?> | [
4
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/14/mitt-jum-il-boghod-mill-olimpjadi-ta-tokjo/ | netnews.com.mt | Fadal 100 jum għall-bidu tal-Olimpjadi f'Tokjo li se jibdew fit-23 ta' Lulju u jintemmu fit-8 ta' Awwissu, Olimpjadi li kellhom isiru s-sajf li għadda iżda ġew posposti kawża tal-pandemija tal-COVID-19. Matul dawn l-aħħar snin, il-Kumitat Organizzattiv tal-Olimpjadi f'Tokjo affaċċja bosta sfidi kawża tal-posponiment tal-Olimpjadi. Fl-aħħar ġimgħat, il-President tal-Kumitat Organizzattiv kellu jirriżenja wara kummenti sessissti. Mill-għadd ta' infrastruttura, l-istadiums u l-postijiet kollha li se jospitaw dawn l-avvenimenti huma kollha lesti. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali matul ix-xhur li għaddew ħarġu sett ta' regoli li għandhom ikunu segwiti sabiex jassiguraw li l-Olimpjadi jsiru b'suċċess u b'mod sigur fejn fost l-oħrajn, il-partitarji li se jattendu mhux se jitħallew jgħajjtu jew ikantaw. Il-kontiġenti se jkunu ristretti fin-numru tad-delegati li se jitħallew jattendu kif ukoll se jkollhom isegwu d-distanza soċjali u ttestjar regolari. L-ivjaġġar fil-Ġappun se jkun ukoll ristrett għall-vjaġġar marbut mal-kompetizzjoni iġifieri l-atleti se jitħallew jivjaġġaw biss mill-lukandi sal-post fejn se jkunu qed jitħarrġu jew jipparteċipaw. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/14/l-awtorita-tal-ippjanar-bi-rwol-importani-fl-ippjanar-ambjentali-tal-futur/ | netnews.com.mt | Hemrann Schiavone, PN L-Awtorità tal-Ippjanar għandha rwol importanti ħafna biex il-pajjiż ikollu pjan ħolisitiku għall-futur. Fil-parlament Hermann Schiavone qal li l-PN jaqbel li l-eċċezzjonijiet preliminari jibdew trattati biex ma jinħeliex il-ħin. Hu qal li t-tribunal hu bord tal-appell għall-każi tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-ERA biex dawn ma jmorrux quddiem il-qorti iżda jmorru quddiem dan it-tribunal. Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan il-bord irid ikun indipendenti u enfażizza l-importanza tal-integrità biex ma jkunx hemm konflitt ta' interess. Iċ-Chairman mhux liberu li jiddeċiedi kif irid għaliex meta jispiċċa minn chairman irid imur lura jaħdem mal-Awtorità tal-Ippjanar. Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-Awtorità tal-Ippjanar u qal li l-limitazzjonijiet tal-bini ogħli jwasslu għal erba' sulari u pent house iżda hawn eluf ta' binjiet ta' 25 sena ilu li għandhom garaxxijiet ta' 14-il filata ma jistgħux itellgħu sular ieħor propju minħabba metru. Dan qed jeffettwa lil ħafna familji bl-ulied li jixtiequ jibnu djarhom. Din il-problema tista' tkun solvuta, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li l-pajjiż qed jimtela' b'torrijiet b'ħafna appartamenti. Hermann Schiavone tkellem dwar il-binjiet fil-UCA u qal li hemm binjiet li qed iħaffru minħabba l-multa li bilfors irid ikollhom garaxx. Hu ppropona li fiċ-ċentri tal-villaġġi u fejn hemm peremessi ta' ikar sulari, titneħħa l-multa tal-garaxxijiet biex ma jsirx tħaffir taħt l-art għaliex qed iseħħu l-inċidenti waqt it-tħaffir. | [
12
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/18/imut-felix-silla-attur-famuz-ghall-irwol-tieghu-fthe-addams-family-u-star-wars/ | netnews.com.mt | Kellu 84 sena l-attur Italo-Amerikan Felix Silla, illi miet matul il-lejl li għadda fl-Istati Uniti. Silla kien popolari immens anke f'pajjiżna għar-rwol uniku li kellu f' The Addams Family , fil-karattru tal-kuġin Itt. L-attur twieled fl-Italja fl-1937. Iżda fl-1955 kien trasferixxa ruħu lejn l-Amerika fejn kiseb suċċess enormi fis-settur ċinematografiku. Silla kien ukoll popolari għar-rwol li kellu fi Star Wars: Return of the Jedi . | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/19/malta-se-tospita-l-kampjonati-ewropej-ta-taht-id-19-il-sena-tal-futbol/ | netnews.com.mt | Wara l-laqgħa tal-EXCO tal-UEFA, kien ikkonfermat li Malta rebħet id-dritt li tospita l-Kampjonati Ewropej ta' taħt id-19-il sena tal-futbol li se jsiru fis-sajf tal-2023. Dan se jkun l-ewwel tournament internazzjonali tal-futbol li pajjiżna se jospita wara l-Kampjonati Ewropej wara dawk ta' taħt is-17 -il sena li kienu organizzati f'pajjiżna fl-2014 fejn kien intrebaħ mill-Ingilterra. F'Lulju li għadda, Malta kienet applikat għad-dritt li tospita l-fażi finali ta' tournament tal-UEFA tal-2024. Il-Kampjonati Ewropej tas-sena li għaddiet u ta' din is-sena kienu kkanċellati minħabba l-pandemija tal-COVID-19 filwaqt li dik tas-sena d-dieħla mistennija ssir fis-Slovakkja. Taħt it-tmexxija tal-President Bjorn Vassallo, l-MFA fix-xhur li għaddiet nediet strateġija bl-għan li l-istandard tal-futbol f'pajjiżna jkompli jitjieb, bil-pjan se jkun qed jindirizza sabiex isir titjib fl-istruttura teknika u dik infrastrutturali tal-logħba tal-futbol. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/19/il-pressjoni-mill-oppozizzjoni-twassal-biex-jitrangaw-il-hofor-fit-toroq-li-jwasslu-ghall-korsa-tal-marsa/ | netnews.com.mt | Wara ġimgħat ta' pressjoni mill-Oppożizzjoni u mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Clyde Puli dwar il-problemi li qed jaffaċjaw id-dilettanti taż-żwiemel fil-korsa tal-Marsa, jidher li fl-aħħar jiem sar xi xogħol ta' 'patching' fit-toroq tal-madwar sabiex jitranġaw il-ħofor fit-toroq li jwasslu għall-korsa tal-Marsa. Fl-aħħar ġimgħat bosta dilettanti taż-żwiemel fil-Marsa għamlu kuntatt dirett mal-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Isport dwar il-problemti li qed jaffaċjaw, fejn minbarra l-problema tal-ħofor fit-toroq tal-madwar, id-dilettanti tkellmu wkoll dwar il-problema tad-drenaġġ fl-istess żona u r-ramel li jintuża fil-korsa. F'messaġġ fuq il-paġna ta' Facebook, Clyde Puli filwaqt li rrikonoxxa u li l-ħofor ġew irranġati u li dan se jgħin lid-dilettanti taż-żwiemel, appella biex mill-aktar fis jiġu ndirizzati l-problemi tar-ramel fil-korsa tal-Marsa u l-problema tad-drenaġġ fl-inħawi. Fil-jiem li għaddew il-Gvern jidher li sabiex ipatti għan-nuqqas ta' konsultazzjoni mal-isportivi u l-assoċjazzjonijiet wara li l-isport f'pajjiżna baqa' projbit, sema' il-karba tad-dilettanti taż-żwiemel u bidel ir-ramel fil-korsa tal-Marsa. Jidher iżda li r-ramel li nġieb f'pajjiżna m'huwiex tajjeb u se jkun qed jerġa jinbidel fil-jiem li ġejjin. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/19/disa-xhur-habs-fuq-passaport-falz-germaniz/ | netnews.com.mt | Immigrant żagħżugħ mis-Somalja, residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far ġie kkundannat disa' xhur ħabs wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Victor Axiak ta' 21 sena li pprova jaħrab minn Malta b'passaport falz Ġermaniż. Abdifatah Eidle ta' 21 sena kien wieġeb mhux ħati meta kien tressaq il-Qorti fit-30 ta' Marzu li għadda iżda t-Tnejn, ddeċieda li jammetti li fid-29 ta' Marzu li għadda ipprova jitlaq mill-ajruport internazzjonali ta' Malta. Huwa ammetta li ffalsifika l-passaport li kien f'isem ħaddieħor, ċertu Omar Abdukadir bid-dokument jgħid li kellu permess ta' residenza Ġermaniża, li rriżulta li kien wieħd falz. Il-Qorti qieset is-severità tar-reat u l-fatt ukoll li Eidle ammetta fi stadju bikri, għalkemm mhux għal kollox tal-proċeduri. L-Ispettur Huber Gerada mexxa l-Prosekuzzjoni. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/21/chris-cardona-kien-jaf-bil-pjan-biex-tinqatel-daphne-caruana-galizia-il-kohhu/ | netnews.com.mt | "Chris Cardona kien jaf bil-pjan li kellha tinqatel Daphne Caruana Galizia u anke dwar il-prezz li kienu se jitħassu dawk li kellhom joqtluha. Darba minnhom l-eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u eks Ministru tal-Ekonomija kien bagħat messaġġ. "Ħsibt li l-messaġġ kien ta' test bħal dawk li jien nibgħat, li ma jistax jitħassar. Wara li bagħat dak il-messaġġ, Chris Cardona kien qal lil Alfredegiorgio li kien hemm xi gang ieħor li qed jikkomplotta, u dan għal €150,000. U Alfred kien qal lil Cardona, 'Le, aħna aħna tal-150,000. Hemm żewġ gruppi," kien qal Cardona. Persuna oħra, (li ma tistax tissemma) kien jaf mija fil-mija dwar il-bomba. Din il-persuna kienet taf sew lil Keith Schembri u Chris Cardona u wara l-qtil marret taħt it-tinda tal-patata. Dan kien jimita l-isplużjoni kemm qabel kif ukoll wara l-qtil u kien ukoll jagħmel it-"thumbs up." Dan ħareġ minn xhieda xokkanti ta' Vince Muscat magħruf bħala "Il -Koħħu" fil-kumpilazzjoni kontra l-aħwa Degiorgio. Qal ukoll lio jiftakar li huma t-tlieta (hu u l-aħwa Degiorgio) kienu jkunu f'bar jixorbu fejn kien ikun hemm Chris Cardona u dan qabel il-qtil u mhux wara. Muscat kien mistoqsi dwar il-ħin li ħa lil George Degiorgio f'Portomaso biex jiltaqa' mma' Chris Cardona fl-2015. Huwa jgħid li din il-persuna li ma tistax tissemma kienet taf ukoll dwar il-komplott tal-qtil li kellu jseħħ bejn 2014 u 2015, li qatt ma mmaterjalizza. "Jien kont preżenti meta George Degiorgio kien jinsisti (ma' din il-persuna) għall-flus tal-qtil taħt it-tinda tal-patata," qal Muscat. Tenna wkoll li ftit tal-jiem qabel ma saru l-arresti f'Diċembru tal-2017 hu flimkien mal-aħwa Degiorgio kienu viċin il-Mile End fil-Ħamrun. Alfred Degiorgio qalilhom li xi ħadd għadda l-messaġġ "żommu raskomk għolja". Dakinhar li kien il-jum tas-Sibt, l-aħwa Degiorgio kienu se jiltaqgħu ma' Chris Cardona. Muscat qal ukoll li kien isuq lil Alfred Degiorgio lejn l-ministeru ta' Cardona u anke issemmiet Kastilja. Muscat qal li darba ra lil Alfred Degiorgio jidħol minn bieb tal-ġenb u li hu kien saq lil Alfred Degiorgio hemm madwar tliet darbiet. Muscat qal ukoll li darba, huma t-tnejn ittieħdu l-Belt Valletta minn xi ħadd ieħor. Anke dak kien il-ħin li kien ra lil Alfred jgħaddi mill-bieb tal-ġenb. Kompla li jista' jkun wkoll li huwa kien wassal lil Alfred Degiorgio b'bini ieħor u mhux Kastilja. Xhieda oħra xokkanti tal-Koħħu tgħid li sa fejn jaf hu, l-informazzjoni mogħtija lilhom ma kinitx tiġi mill-eks deputat kap tal-pulizija Silvio Valletta u avukat ieħor, iżda kien Chris Cardona kienx qed jipprovdilhom informazzjoni, anke jekk dan l-avukat li kien viċin Cardona kien imur taħt it-tinda tal-patata jikkonfoffa mal-akkużati. Il-ħbiberija tant kienet kbira, li t-tifla ta' Alfred Degiorgio qabdet taħdem fil-Ministeru ta' Cardona Il-kobba tkompli titħabbel meta fil-Qorti Muscat ġie mistoqsi dwar persuna li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti li ħadem ma' Cardona qabel l-elezzjoni tal-2017 u darba kien mar taħt it-tinda tal-patata u tkellem bil-ħeġġa ħafna fuq il-ministru, u dan għax skont san ir-raġel, Cardona kien neħħieh mill-ministeru tiegħu u ħadlu postu xi ħadd ieħor. Qal li dan mar hemm bil-karozza tal-Ministeru. Muscat qal li Alfred Degiorgio kien tant qrib Chris Cardona, li hu [Cardona] kien irranġa biex bintu [Alfred] taħdem fil-Ministeru." Cuschieri jagħfas lil Muscat dwar it-talba tiegħu li (isem ma jistax jixxandar) kien irrabjat ma 'Cardona. Kif jista 'jgħid (isem ma jistax jixxandar)]kien qed jgħaddi messaġġi f'isem il-ministru, jekk kien irrabjat miegħu? Muscat: Dak kollu li naf. Vince Muscat magħruf bħala "il-Koħħu" li ammetta li kien wieħed mill-persuni li qatel lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qed ikompli x-xhieda tiegħu fil-każ kontra l-eks-ko akkużat tiegħu Alfred u George Degiorgio. L-aħwa Degiorgio jinsabu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia f'Ottubru 2017 – reat li ammetta Muscat bi skambju għal sentenza ta' 15-il sena ħabs. Muscat xehed l-aħħar nhar il-Ġimgħa, 16 ta 'April. Waqt dik is-sessjoni, huwa qal lill-qorti li Alfred Degiorgio kien" ħabib qrib"ta' Chris Cardona, l-eks ministru tal-ekonomija u deputat mexxej Laburista, u kien issuġġerixxa li jersaq lejh għall-għajnuna meta hu u l-aħwa Degiorgio kienu qegħdin jippjanaw biex isibu l-mument opportun biex joqtlu lil Caruana Galizia. L-Avukat tal-aħwa Degiorgio, William Cuschieri beda l-kontro-eżami ta' Muscat fejn ħadu lura għall-ewwel pjan tagħhom biex joqtlu lil Daphne Caruana Galizia, billi jisparawlha. Allegatament il-qattiela poġġew xkejjer fuq ħajt tas-sejjieħ biex l-ixkubetta tkun soda, b'Alfred Degiorgio r-raġel magħżul biex jispara. "X'kien il-pjan tiegħek wara?" l-avukat difensur jistaqsi lix-xhud. Muscat qal li l-pjan tagħhom kien li George Degiorgio jmur għalihom, imbagħad imur lejn il-garaxx tan-Naxxar, ipoġġi l-arma u l-karozza hemm u kulħadd imur għal rasu minn hemm. Cuschieri, hawn istaqsi, ħsibt li tmur x'imkien? Il-karozza tiegħek, pereżempju? Muscat wieġeb fl-afermattiv fejn qal li kien hemm pjan. "Kollha kellna l-karozzi tagħna stess. Il-karozza tiegħi kienet x'imkien viċin dak il-garaxx". Cuschieri hawn irribatta u staqsa, "x'jiġri jekk ngħidlek li qatt ma ħallejt il-karozza tiegħek hemm? B'Muscat: jiċħad u jgħid mhux veru. Dwar garaxx f'Santa Venera, Muscat qal li George Degiorgio kien qallu biex jikri dan, f'isem ħaddieħor. Dik il-persuna taf biss dwar ir-rabta tagħha mal-garaxx, huwa tenna."Jekk jiġri xi ħaġa, dik il-persuna ssemmini, mhux George Degiorgio." Muscat iżid li s-sid fil-fatt kien jaf lil George Degiorgio u li inizjalment, kien George li kien ikkonkluda kirja tal-garaxx, bi ktieb tal-kera magħmul lil kerrej falz jismu "Charlie. Muscat qal li l-ewwel darba li ħallasu l-kera, George qallu biex immexxih għand sid il-garaxx. Aħna użajna l-karozza tiegħi. Allura s-sid kien jaf lil George, imma lili kien jafni iktar. Muscat qal li kien pjuttost twil il-garaxx mikri. Mistoqsi jekk kien intuża għal reati oħra, Muscat wieġeb, x'għandu x'jaqsam ma' dan il-każ? Il-maġistrat Rachel Montebello tgħid lil Muscat li għandu d-dritt li ma jweġibx, jekk jirriskja li jinkrimina lilu nnifsu. Qam argument fil-qorti, hekk kif l-Avukat Cuschieri jinsisti li x-xhud irċieva maħfra biex jgħid "il-verità kollha u xejn ħlief il-verità." Muscat minn naħa tiegħu qal, "irċivejt maħfra għall-każ dwar l-avukat Chircop. Ingħatajt sentenza ta' ħabs għall-każ ta' Daphne Caruana Galizia. Cuschieri staqsa dwar il-karozza li il-Koħħuu l-aħwa Degiorgio kisbu, mingħand negozjant tal-karozzi Bugibba, biex jipprattikaw fuq is-serraturi tagħha u li kellha l-istess mudell ta 'Peugeot li kienet issuq Daphne Caruana Galizia. L-avukat jgħid li x-xhud xehed li Robert Agius, tal-Maksar, kien irranġalhom fuq dan, imma li hu qatt sema' lil Robert jgħid dan id-diskors. Muscat tenna li hu dejjem qal li sar jaf mingħand Alfred jew George. Cuschieri qal lix-xhud li allura ma jistax jgħid jekk Robert ġabx karozzi mingħand dak in-negozjant? Muscat qabel u qal li le, ma jistax. Tenna li kien hu u l-aħwa Degiorgio li marru għal dik il-karozza. Tenna li ma jafx jekk Alfred u George ma kinux qed jgħidulu il-verità kollha, u tenna li kien qed jgħid biss dak li sema' jew ra. Cuschieri qal li Muscat kien tenna li l-prattikar tas-serraturi tal-karozza kien iksir taħt it-tinda tal-patata tal-Marsa fejn kienu jinġabru spiss. Cuschieri jistaqsi għaliex hemm meta viżibbli għal kulħadd. Jieħu lil Degiorgio għand Chris Cardona Muscat qal li wara nofsinhar, ikun kwiet pero xorta waħda kienu joqgħodu attenti f'każ li jgħaddi xi ħadd min hemm u li l-karozza kienet tkun taħt il-tinda. Parti minnha kienet ġewwa fit-tinda. Wara l-mistoqsijiet ikkonċentaw fuq iż-żmien li Muscat kien ħa lil Alfred Degiorgio biex ikellem lil Chris Cardona fejn ix-xhud qal li dan kien qabel seħħ il-qtil u għax wara ma kienx isuqu. Kien iwasslu għall-informazzjoni. "Alfred kien qalli, Ċens jien ser nitlob lil Chris Cardona biex jgħidilna fejn tinsab, jew jekk kinitx marret barra minn Malta. L-Avukat Cuschieri jistaqsi x'kellu x'jaqsam Chris Cardona ma' Daphne Caruana Galizia u l-qtil tagħha? "Dan huwa ministru li qed nitkellmu dwaru. X'wassal biex tgħid dan? Muscat wieġeb: Ma kont assolutament naf xejn dwar Chris Cardona. Kull ma għamilt kien li nirrepeti dak li qalli Alfred Degiorgio. Xejn iktar. Cuschieri staqsa, Imma xi ngħidu dwar ir-reazzjoni tiegħek għas-suġġeriment ta' Alfred? Għaliex ħeġġiġtu, "Jekk mhux Chris Cardona, allura min irid ikun l-ieħor?" Hawn Cuschieri jistaqsi lix-xhud jekk ġieli kienx fil-kumpanija ta 'Alfred Degiorgio u Cardona. Muscat, hawn jitlob lill-Maġistrat, "nista ma nwieġebx għal din id-domanda? Il-maġistrat: tistaqsi lill-Koħħu, it-tlieta li intom? B'Muscat iwieġeb fl-affermattiv u jikkonferma dak li qallu l-Avukat li kienu jkunu xi bar jixorbu u dan qabel il-qtil u mhux wara u jerġa jisħaq li qatt ma ltaqa' miegħu wara l-qtil. Cuschieri hawn innota li Muscat xehed li kien isuq lil Alfred Degiorgio lejn l-ministeru ta' Cardona, iżda kien qal "Kastilja ".Jaf li l-ministeru ta' Cardona ma kienx f'Kastilja? Muscat hawn qal li darba ra lil Alfred jidħol minn bieb tal-ġenb. "Dak hu kollu li nista 'ngħid. Dak li rajt u dak li naf. Soqtu hemm madwar tliet darbiet". Muscat qal ukoll li darba, huma t-tnejn ittieħdu l-Belt Valletta minn xi ħadd ieħor. "Dak kien il-ħin li kien ra lil Alfred jgħaddi mill-bieb tal-ġenb. Cuschieri jistaqsi jekk jistax ikun li kien hemm żminijiet oħra meta mar f'xi bini ieħor, mhux f'Kastilja, b'Muscat jgħid li jista 'jkun. Cuschieri jgħid li biex xi ħadd li jidħol f'Kastilja għandu jissottometti d-dettalji personali tiegħu, b'Muscat jgħid li iva jaf li hekk isir u dan peress li l-eks avukat tiegħu Arthur Azzopardi kien qal lill-familja tiegħu biex imorru jsellmu lill-Prim Ministru fis-Sena l-Ġdida. U qalulu li l-ismijiet ġew irreġistrati fil-ktieb tal-viżitaturi. Cuschieri jistaqi lil Muscat, skond dak li qallek Alfred, Chris Cardona kien jaf bil-pjan tal-qtil u dwar il-prezz ukoll. Hekk hu? Muscat iwieġeb fl-affermattiv, u dejjem skond ma kien jgħidlu Alfred Degiorgio. "Alfred qalli li waqt laqgħa waħda, Chris Cardona kien bagħat xi messaġġ. Ħsibt li l-messaġġ kien ta' test bħal dawk li jien nibgħat, li ma jistax jitħassar. Wara li bagħat dak il-messaġġ, Chris Cardona kien qal lil Alfred li kien hemm xi gang ieħor li qed jikkomplotta, għal €150,000. U Alfred kien qal lil Cardona, 'Le, aħna aħna.'"150,000. Hemm żewġ gruppi," kien qal Cardona. Hawn il-maġistrat tordna projbizzjoni fuq isem li għandu jissemma fl-parti li jmiss tax-xhieda ta' Muscat. Cuschieri jistaqsa, Iltqajtu ma 'Chris Cardona qabel il-qtil? Muscat qal li iva, imma snin qabel il-qtil. Cuschieri: Xi ngħidu għall-2017? Taħlef taħt ġurament li fil-ġimgħat u x-xhur qabel il-qtil, ma kontx fl-istess bar? Cuschieri: Int ċert? Ma ngħidx jekk rajtx biss jew qattajtx sagħtejn titkellem. Muscat iżomm mat-tweġiba tiegħu. "Le" Muscat huwa mistoqsi dwar l-eks deputat kap tal-pulizija Silvio Valletta u avukat. Huwa jgħid li kien iltaqa' mal-avukat f'dak il-bar, iżda "xi 10 snin ilu." Cuschieri jistaqsi dwar ir-rejds wara l-qtil, u jekk Chris Cardona kienx qed jipprovdilhom informazzjoni. Muscat jgħid li ma jafx, imma li kien taħt l-impressjoni li "kien ġej mill-ministru". Cuschieri jaqra mix-xhieda preċedenti. "Muscat kien qal li l-informazzjoni kienet ġejja mill-assistent kummissarju Silvio Valletta. Jekk jogħġbok weġibni. Liema hija l-verżjoni t-tajba? Mill-ministru? Muscat tenna li Alfred Degiorgio kien qallu li l-informazzjoni dwar ir-rejds tal-4 ta' Diċembru kienet ġejja mill-Belt Valletta, li għaddietha lil avukat. Huwa kompla: "Kien hemm ukoll (isem ma jistax jixxandar) li beda jġibilna informazzjoni. Huwa kien qed jintbagħat minn Chris Cardona, sabiex Alfred ma jmurx ħdejh. Dan kien jiġi taħt it-tinda tal-patata u qatt ma kien ikellimni. Oħrajn ikunu madwar u Alfred u dawn kienu jikkonsultaw flimkien. Konna qiesna aħwa u ttradewni Muscat ikkonferma kemm hu u l-aħwa Degiorgio kienu ħbieb, anzi kienu qieshom aħwa u li lilu dejjem qalulu kollox. Tenna li dejjem qalulu l-verità ħlief darba. Dik id-darba dware il-messaġġ li bagħat George Degiorgio dakinhar tal-qtil, biex iżid il-kreditu tat-telefon użat biex tiġi sploduta 'l-bomba. "Meta ġejt arrestat, is-Supretendent Keith Arnaud qalli li kieku ma kienx għal dak it-top-up … u qatt ma qaluli. Minflok, qaluli li kien hemm "xi diskors" (xi leħen). Qaluli li George probabbilment se jinżamm arrestat, imma mhux jien. Dak għalija tradiment. "Huma kienu jafu bl-arresti u ma qalulix l-verità. U qaluli biex immur taħt it-tinda tal-patata magħhom f'Diċembru, biex nispiċċa arrestat u akkużat magħhom! Jason Azzopardi, li jirrappreżenta l-familja tal-vittma, jieħu f'idejh l-interrogazzjoni. Huwa jieħu x-xhud lura għal April 2018, meta Muscat tkellem mal-pulizija. Sussegwentement l-aħwa Degiorgio kienu qalulu li "ma rqadux dak il-lejl." Muscat qal li kienu qed jistennew lill-Avuklat William Cuschieri jmur l-ħabs biex ikellem lit-tlieta li huma. Iż-żewġ aħwa qalulu li kellhom lejl bla rqad wara li saru jafu li mar jitkellem fid-depot tal-pulizija. Dan seħħ madwar jumejn jew tliet ijiem wara li tkellem mal-pulizija. Huma kienu jafu wkoll fuq liema każ ieħor kien tkellem mal-pulizija. Dwar x'qal lill-Maġistrat inkwirenti dwar il-konversazzjoni li kellu mal-aħwa Degiorgios dwar il-ħelsien mill-arrest, Muscat qal li darba minnhom , waqt li kienu qed jistennew lill-Avukat William Cuschieri fil-ħabs, huma qalulu li kellhom jieħdu l-libertà proviżorja. "Li konna rranġajniha għal €100,000. Huma kienu jistennew li l-imħallef Mizzi jkun qed jaħdem u jippreżentaw l-applikazzjoni. Il-flus kellhom jitħallsu lill-Imħallef. George Degiorgio kien kuntent qabel is-smigħ, għax kellna nieħdu l-libertà proviżorja. Naturalment, wara, ħadd ma kien kuntent," qal ix-xhud. Xi ngħidu għal mowbajl moħbi fil-ħabs ta' Kordin? staqsa l-Avukat Azzopardi, Muscat qal li meta ttieħdu fi diviżjonijiet separati fl-2018, Alfred Degiorgio qallu li kien hemm "żewġ mobiles jiċċirkolaw il-ħabs". L-aħwa kellhom idejhom fuq wieħed minnhom. Huma kienu saħansitra ċemplu lil Melvin Theuma billi użaw dak it-telefon. Kompla jgħid li l-aħwa Id-Degiorgio u l-avukat tagħhom darba kienu ddiskutew li jibagħtu ittra lil Joseph Muscat. L-Avukat William Cuschieri kien staqsa "kif nista 'nġib dik l-ittra lill-prim ministru?" Qalulu 'int tħalli dak f'idejna'. Huma riedu li t-tlieta minna niffirmaw dik l-ittra. L-ittra ma kinitx miktuba. Azzopardi jistaqsi, taf x'kienet tgħid l-ittra? Muscat jgħid li ma jiftakarx eżattament, imma kellha tidher il-frażi "jaf x'qed jagħmel" referenza għall-qtil. "Hu jaf x'qed jagħmel fil-każ tagħna". Cuschieri interrompa u staqsa lill-Koħħu,: Taqbel li jien qatt ma ktibt ittra bħal din u qatt ma ġibt ittra bħal din miegħi l-ħabs? Muscat: jgħidu iva, imma kien preżenti meta ġie diskuss. Cuschieri jgħidlu, jekk ngħid li mhux veru? Muscat jgħid Iva, żgur. Ħadd ma jista' jisfida għajnejja u widnejja. Il-kumpilazzjoni tal-provi fil-każ kontra l-aħwa Degiorgio tintemm hawn bir-rekords tal-każ jgħaddu għall-qorti kriminali. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/23/tragedja-ohra-fil-bahar-mediterran/ | netnews.com.mt | Numru kbir ta' immigranti jinsabu mitlufa 'l barra mill-kosta Libjana wara li d-dinghy li kienu fuqu inqaleb. Kollox jindika li din taf tkun traġedja oħra fil-Mediterran, tant li sa issa għadu ma nstab ħadd ħaj. Skont ekwipaġġ tal-Ocean Viking, fuq id-dinghy kien hemm xejn anqas minn 130 persuna li kienu qed jippruvaw jaqsmu bil-baħar lejn l-Ewropa. Il-każ jidher li seħħ fil-Grigal ta' Tripli, f'kundizzjonijiet tat-temp ħżiena ħafna. Fiz-zona hemm tliet bastimenti merkantili li qed jgħinu fit-tfittxijiet. //= $special ?> | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/22/napoli-jeghlbu-lil-lazio-roma-mizmuma-minn-atalanta/ | netnews.com.mt | Seba' gowls f'partita mill-isbaħ b'Napoli jkomplu bis-serje pożittiva fejn telgħu fil-ħames post fil-klassifika bi 63 punt. Wara li sal-ewwel tnax il-minuta Napoli fetħu vantaġġ doppju l-partita ħadet xejra differenti. Fit-8 minuta foul ta' Sergei Milinkovic Savic fuq Konstantinos Manolas. Saffar penalty għal Napoli b'LORENZO INSIGNE jgħeleb lil Pepe Reina. Fit-12 il-minuta kien MATTEO POLITANO li rdoppja minn azzjoni ta' Dries Mertens. L-andament matul it-tieni taqsima baqa' l-istess l-aktar wara li fit-53 minuta minn azzjoni ta' Elseid Hysaj kien mill-ġdid LORENZO INSIGNE li għeleb lil Reina għat 3 – 0 . L-iskor kompla jikber fil-65 minuta meta minn pass ta' Piotr Zielinski kien DRIES MERTENS li għamel l-iskor 4 – 0 . Fil-71 minuta minn azzjoni ta' Andreas Pereira kien CIRO IMMOBILE li għeleb lil Meret 4 – 1 . Żewġ minuti wara b'Lazio fuq l-offensiva kien SERGEI MILINKOVIC SAVIC li kompla jnaqqas l-iskor għal 4 – 2 . Fit-80 minuta kien VICTOR OSIMHEN li minn pass ta' Hirving Losano mill-ġdid għeleb lil Reina għal 5 – 2. Atalanta kisbu draw importanti ta' 1-1 kontra Roma. Minkejja li fl-ewwel fażi l-logħob kien maqsum, fis-26 minuta Atalanta fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta' Robin Gosens kien RUSLAN MALINOVSKY li għeleb lil Paul Lopez . Riżultat li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima. L-andament matul it-tieni taqsima baqa' l-istess bid-differenza li wara ammonizzjoni doppja, fis-69 minuta tkeċċa Robin Gosens għal Atalanta. Roma approfittaw u ħames minuti wara kisbu l-gowl tad-draw.Minn azzjoni ta' Roger Ibanez kien BRYAN CRISTANTE li għeleb lil Pierluigi Gollini . | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/20/chelsea-mizmuma-minn-brighton-fi-draw-ta-minghajr-gowls/ | netnews.com.mt | Ebda gowl f'partita fejn minkejja li Chelsea kellhom aktar pussess u f'mumenti ddettaw il-partita, naqsu milli jimpenjaw serjament lil Robert Sanchez. Partita li kompliet mas-serje ta' riżultati ftit li xejn utli wara li mill-aħħar tlettax il-partita Chelsea rebħu biss darbtejn. Bil-punt miksub Chelsea baqgħu fir-raba' post b'55 punt daqs West Ham. Aktar importanti l-punt miksub għal Brighton f'tentattiv biex izommu posthom fil-Premiership. Brighton telgħu fis-16 il-post b'34 punt daqs Burnley. L-aħjar ċans għal Brighton wasal fit-80 minuta meta tentattiv ta' Danny Welbeck għeleb lil Kepa Arrizabalaga iżda ħabat mal-lasti. Fit-92 minuta Brighton kellhom lil Ben White imkeċċi għal ammonizzjoni doppja f'temp ta' ftit minuti. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/20/jehtieg-bilanc-gust-bejn-is-sidien-u-min-jikri/ | netnews.com.mt | Maria Deguara, PN Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara qalet fil-parlament li jeħtieġ bilanċ ġust bejn is-sidien u min jikri. Fil-parlament Maria Deguara qalet li hu tajjeb li l-abbozz jipprovdi li meta sid il-kera jippreżenta rikors quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera biex din tiġi riveduta, kull kerrej li ma għandux mezzi għandu bi dritt ikun intitolat għal benefiċċi tal-għajnuna legali. Tajjeb ukoll li la darba l-kera tiġi speċifikata u kkonfermata, il-Bord li Jirregola l-Kera għandu jwettaq test ta' mezzi tal-kerrej. Dan biex jiġi stabbilit jekk dan għandux bżonn l-għajnuna finanzjarja min-naħa tal-Istat. F'dawk il-każi fejn il-kerrej ma jissodisfax il-kriterji tad-dħul u tal-kapital stabbilit mit-test tal-mezzi, il-Bord jiddeċiedi u jagħti permess lill-kerrej jibqa' jgħix fil-post u jrid jivvakah fi żmien ħames snin. Tul dawn il-ħames snin il-kerrej jkun obbligat li jħallas lis-sid il-kera doppja li kien soltu jħallas irrispettivament minn kemm verament tkun kera ġusta li tirrifletti r-realtà tas-suq tal-gurnata. Huwa dritt stabbilit ta' sid il-kera li jamministra l-proprjetà tiegħu u għalhekk mhux ġust li jiġi impost fuqu kif u meta jista' jieħu l-proprjetà tiegħu lura. Dan ifisser li s-sid tul dawn il-ħames snin ikun qed jiġi mċaħħad milli jirċievi kera li jistħoqqlu. Min-naħa l-oħra f'dawk il-każi fejn il-kerrej għandu dħul baxx u limitat u allura jissodisfa l-kriterji tad-dħul u tal-kapital tat-test tal-mezzi tal-istess Awtorità, dan m'għandux ibati. Hu d-dmir tal-Istat li jintervjeni biex dawn il-kerrejja jingħataw għajnuna biex ileħħqu maż-żieda tal-kera li tkun mifruxa fuq medda ta' żmien. Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba u ġust u bżonnjuż fil-konfront tal-kerrej. Però fir-realtà fil-maġġoranza tal-każi s-sid ma jkunx interessat la li jgħolli u lanqas li jġedded il-kera. Aktar u aktar f'dawk il-każi fejn jkollu bżonn il-post bħala post ta' abitazzjoni għal uliedu jew għal xi membru tal-familja tiegħu. Ikun aktar ġust u jagħmel iżjed sens li kieku f'dawn is-sitwazzjonijiet il-kerrej jingħata post alternattiv mis-social housing biex b'hekk is-sid ikun jista' jieħu lura dak li hu bid-dritt tiegħu. Mhux ġust li minkejja li persuna jkollha post jew aktar mikrija għand terzi, uliedu stess jiġu mċaħħda minn ħwejjiġhom u jkollhom jikru mingħand oħrajn b'rata attwali u aktar għolja li jitlob is-suq tal-ġurnata. Din l-inġustizzja ilha tkarkar magħna għal għexiren ta' snin u ippersistit taħt amministrazzjonijiet differenti. Soluzzjoni ġusta u fit-tul kienet tkun li fuq medda ta' snin kellhom jinbnew numru ta' social housing fejn l-inkwilini fil-kera tal-privat u li verament jistħoqilhom setgħu jingħataw akkomodazzjoni alternattiva biex jivvakaw post li kien mikri lilhom mil-privat qabel in-1995. Id-deputat Nazzjonalista sostniet li minkejja dan il-fatt il-gvern la lesta u allura lanqas qassam post wieħed biss biex jindirizza din il-problema. Ma nistgħux impoġġu l-kerrejja kollha f'keffa waħda. Hemm kerrejja li sal-lum qatt ma xtraw proprjetà u lanqas qatt ma ħallsu kera għolja. Hemm oħrajn li ma għandhomx la l-finanzi u lanqas biżżejjed taħt rashom biex jixtru proprietà u lanqas ma huma f'pożizzjoni li jħalsu krejjiet għolja. Lil dawn kemm is-soċjetà kif ukoll il-Gvern huma fid-dmir li jgħinuhom. Hemm sidien li għandhom numru ta' proprjetajiet imma li d-dħul mil-krejjiet tagħhom hu tant baxx li huma stess ma jistgħu jgħixu ħajja diċenti. Numru kbir ta' propretarji li wirtu postijiet mikrija lil terzi kellhom iħallsu t-taxxa tas-suċċessjoni fuq il-valur kurrenti tas-suq kif iddikjarat fil-kawża mortis u dan minkejja li ħafna minnhom meta wirtuha kienu qed idaħħlu kera baxxa. Fil-prattika dan ifisser li kellhom iħallsu somma bħala taxxa u jridu jgħaddu snin kbar biex forsi xi darba jirkuprawha mil-kera baxxa li jkunu qed jirċievu. Mhux biss il-kerrej imma anke is-sid għandu bżonn l-għajnuna. Dan l-abbozz donnu nkiteb mhux biex isolvi l-problema tal-kirjiet protetti darba għal dejjem. Jikber allura s-suspett li l-għan aħħari wara dan l-abbozz hu biex jipposponi għal ftit snin il-problemi li dawn il-kirjiet kienu, għadhom joħolqu sal-ġurnata tal-lum u wisq nibża' se jibqgħu magħna wara li dan l-abbozz isir liġi. Dan l-abbozz ser jiftaħ il-bibien beraħ għal iktar litigar bejn il-kerrej u sidien. Ħafna iżjed nies se jirrikkorru għal qrati biex jieħdu dak li ħaqqhom u dan il-proċess jista' jieħu fit-tul, sostniet Maria Deguara. | [
12
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/20/nigerjan-iehor-mixli-fkaz-ta-frodi-romantiku/ | netnews.com.mt | Niġerjan ġie akkużat li wettaq reati ta' ħasil ta' flus u li kien immaniġġja proprjetà misruqa waqt li kien qed jaġixxi bħala l-intermedjarju fi frodi romantiku onlajn. Godonu Dele ta' 29 sena li jaħdem fil-kisi u t-tikħil u li joqgħod il-Qawra kien akkużat fuq scam ta' €21,500 li rat mara anzjana tispiċċa bil-kont bankarju tagħha battal. Huwa ġie arrestat b'riżultat ta' investigazzjoni separata ta' numru ta' individwi Niġerjani li diġa tressqu l-Qorti. L-akkużat ipprotesta b'mod siket mal-avukat tiegħu hekk kif l-akkużi ta' ħasil ta' flus u maniġġar ta' oġġetti misruqa, kienu qed jinqraw bil-ġurament mill-ispettur Sarah Zerafa. Dele wieġeb mhux ħati f'każ, li potenzjalment jista' jwassal għal akkuża quddiem qorti kriminali. L-Avukat Yanika Bugeja, maħtura avukat tal-għajnuna legali għall-akkużat, iddikjarat li mhix se titlob il-libertà proviżorja minħabba li kien hemm bosta xhieda ċivili li għad iridu jixhdu. Qalet li se tkun qed tagħmel it-talba fi stadju aktar tard. Il-qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni għall-iffriżar tal-assi kollha tar-raġel, miżura standard f'każijiet ta' ħasil ta' flus. Il-każ issa se jiġi assenjat skont il-liġi. Il-Maġistrat Audrey Demicoli ppresediet il-każ fejn x'aktarx din kienet l-aħħar ġurnata li ħadmet tal-għassa minħabba li hija waħda mill-erba' ġudikanti li sar Imħallfin. L-Ispetturi Sarah Zerafa u Claire Borg mexxew il-Prosekuzzjoni, flimkien mal-prosekuturi avukati Sean Xerri de Caro u Karl Muscat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/20/esklussiva-is-super-league-hu-mudell-kummercjali-maghluq-ghall-ftit-bjorn-vassallo-president-tal-mfa/ | netnews.com.mt | Il-President tal-MFA, Bjorn Vassallo sejjaħ il-pjan tat-twaqqif tas-Super League bħal wieħed imfassal "fuq proposti ta' mudell kummerċjali li huwa magħluq għall-ftit u li jikkuntrasta bil-kbir il-valuri sportivi, kulturali u socjali fejn il-profitti jiddettaw fuq kollox". Vassallo, li bħalissa jinsab f'Montreux, l-Iżvizzera għall-kungress tal-UEFA, qal dan meta kien qed jagħti l-ewwel kummenti tiegħu lil Net News, bħala reazzjoni għal dak li qed jiġri bħalissa. "Il-pressjoni li saret mill-partitarji tat-tnax-il tim li riedu jiffurmaw is-Super League u oħrajn inkluż il-FIFA u l-UEFA u saħansitra bosta politiċi nvoluti fid-deċiżjonijiet mhux sportivi izda li jolqtu l-ħajja ta' kuljum tas-socjeta' wasslet biex titreġġa lura l-idea ta' uħud mill-klabbs nvoluti u b'hekk jidher li mistenni jirtiraw mis-Super Leauge", qal Vassallo wara li għadd ta' klabbs jidher li qed jaghmlu u-turn dwar l-ideja li jinħoloq u jkunu parti mis-Super League. Vassallo qal li l-kwistjoni kollha ddur mal-mudell propost ta' dan il-kampjonat, hekk kif il-mudell Ewropew huwa mfassal fuq l-unita', il-kompetizzjonijiet miftuħa, il-prinċipji sportivi, is-solidarejtà u r-ridistribuzzjoni finanzjarja, mentri s-Super League huwa mfassal fuq proposti ta' mudell kummerċjali li huwa magħluq għall-ftit u li jikkuntrasta bil-kbir il-valuri sportivi, kulturali u socjali fejn il-profitti jiddettaw fuq kollox. Il-President tal-MFA laqa' b'sodissfazzjoni l-aħħar żviluppi hekk kif kollox jidher li reġa' ġej lura għan-normal u qal li għandu jkun hemm djalogu biex fejn il-UEFA naqset jintlaħaq kompromess biex ikunu zgurati sostenibbilita' u żvilupp tal-logħba tal-futbol ghall-benefiċċju ta' kull klabb involut fil-logħba. Ma jfissirx li m'hemmx fejn jitjieb fil-kalendarju, l-format u r-ridistribuzzjoni finanzjarja iżda permezz ta' unita' u djalogu hemm soluzzjonijiet għal kollox. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/20/dizugwaljanza-kbira-fis-socjeta/ | netnews.com.mt | Edwin Vassallo, PN Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li fis-soċjetà qed tinħoloq diżugwaljanza kbira li qed teffettwa l-kwalità tal-ħajja. Fil-parlament Edwin Vassallo qal li din ir-riforma qed issir issa għaliex il-qorti obbligat lill-Gvern biex iwettaq din ir-riforma u għalhekk din daħlet għaliex ma kienx hemm triq oħra u mhix ir-riżultat tal-prinċipji Soċjalisti. Din ir-riforma daħlet għaliex il-gvern ma jistax jagħmel mod ieħor, sostna Edwin Vassallo, li kompla li s-sentenzi tal-qrati huma bomba fuq il-gvern għaliex is-sistema ġġarrfet. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN hu favur din il-liġi u żied li din il-liġi mhix ġejja mill-qalb tal-gvern għaliex qabel is-sentenzi tal-qorti il-gvern ma kellux pjani għal din ir-riforma. Hu sostna li anki l-bdiewa qed ikunu mġiegħla joħorġu mir-raba' tagħhom iżda anki hawn il-gvern mhux joffri soluzzjonijiet. Edwin Vassallo appella biex il-pitkalja ma ssirx ċentru tal- wholesale minn fejn jinbiegħu l-prodotti agrikoli. Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-pajjiż hawn diżugwaljanza kbira bejn min jiflaħ u min ma jiflaħx u bejn min jaf u min ma jafx. Dan qed iġib diżugwaljanza fi-kwalità tal-ħajja li qed jgħix il-poplu. Edwin Vassallo kompla li fil-liġi m'hemm distinzjoni bejn il-kirjiet kummerċjali u l-kirjiet residenzjali. Hu sostna li l-qofol tal-liġi li qed iressaq il-gvern hu dar l-importanza tal-qbil bejn il-propjetarju u l-ikwilin. | [
12
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/20/qed-naghmlu-dan-biex-insalvaw-il-futbol-florentino-perez/ | netnews.com.mt | F'intervista li ta wara li ġie mħabbar il-European Super League, iċ-Chairman ta' dan il-kampjonat u l-president ta' Real Madrid Florentino Perez qal li "dan il-kampjonat ġie ffurmat sabiex jkun salvat il-futbol". Fil-programm televiżiv Spanjol El Chiringuito, Perez qal li l-klabbs Ingliżi, Taljani u Spanjoli jridu jsibu mod kif jġibu lura l-flus li tilfu fosthom minnħabba l-pandemija, u dan jistgħu jagħmlu billi jilgħabu aktar logħob kompettitivi. B'hekk għal Perez, is-Super League huwa l-mod ta' kif jista' jsalva l-futbol u lil klabbs finanzjarjament. Fl-intervista Perez saħaq li l-futbol irid jevlovi għaliex żagħżagħ m'għadhomx interessati fil-futbol għaliex il-kwalita' tal-partiti m'hijiex ta' livell għoli. Perez qal ukoll li teżisti l-possibilita' li l-partiti jiqsaru fil-ħin tagħhom għaliex skontu l-istess żagħżagħ m'għadhomx isegwu partita ta' 90 minuta. Il-President ta' Real Madrid ikkritika l-format il-ġdid propost għall-UEFA Champions League, kif ukoll assigura lit-timjiet li qed jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet attwali li m'humiex se jitkeċċew minn dan l-istaġun. Florentino Perez ikkritika wkoll il-mod kif titmexxa l-UEFA kif ukoll lil President attwali Aexander Ceferin, fejn qal li din l-istituzzjoni trid titmexxa b'aktar trasperenza. Filwaqt li ddefenda bis-sħiħ l-ideja ta' dan il-kampjonat, Perez assigura wkoll lil plejers li dawn se jitħallew jippartertiċipaw f'kompetizzjonjiet internazzjonali, kuntrarju għal dak li qalet il-UEFA. Minkejja dan, rapporti fil-midja Ingliża irrimarkaw li Florentino Perez biss ħareġ jitkellem fuq din il-proposta, bis-sidien ta' dawk il-klabbs involuti jibqgħu siekta. Minħabba dan, żewġ klabbs Ingliżi involuti qegħdin jevalwaw il-possibilita' li joħorġu minn dan il-ftehim. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/20/l-inkjesta-fuq-il-bank-pilatus-swiet-e7-5-miljuni/ | netnews.com.mt | Jason Azzopardi, PN Id-deputat Nazzjoalista Jason Azzopardi qal li l-inkjesta maġisterjali dwar il-Bank Pilatus swiet lill-poplu Malti €7.5 miljuni. Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-ħaddiema qed ibatu minn buthom l-ispejjeż tas-serq li l-gvern qed jagħmel; ħsara llum u ħsara għall-ġejjieni. Hu sostna li l-gvern seraq u qed jisraq il-ġejjieni tagħna lkoll u kompla li jirriżulta li l-inkjesta maġisterjali dwar il-bank Pilatus swiet lill-poplu €7.5 miljuni. Din l-inkjesta intemmet f'Diċembru li għadda fuq bank li nfetaħ bi skopijiet biex ministri u uffiċjali tal-gvern jaħslu l-flus. Dan hu prezz tas-serq li l-gvern welled bi pjan u b'kompliċità tal-ex Prim Ministru Jospeh Muscat u l-appoġġ tal-Prim Ministru Robert Abela. Il-Pilatus Bank qatt ma missu nfetaħ f'Malta u kellu l-iskop li fih jinħaslu l-flus maħmuġin. Id-deputat Nazzjonalista staqsa għaliex għadhom ma kienux arrestati l-uffiċjali u sidien kollha tal-Pilatus Bank wara li l-inkjesta ordnat li dawn jitressqu l-qorti. Hu staqsa jekk inħarġux warrants internazzjonali ta' arrest kontra Ali Sadr u l-uffiċjali l-oħra tal-Pilatus Bank. Hu staqsa wkoll għaliex dawn ma nħarġux u jekk inħarġu, meta? Veru li l-maġistrat ordna investigazzjoni fuq il-Bank Pilatus? Jason Azzopardi semma' wkoll il-Bank BNP Paripas u qal li hu bank kriminali li wettaq atti kriminali madwar id-dinja. F'Ottubru 2020 il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galziia għamlet talba fi Franza biex tinbeda investigazzjoni dwar korruzzjoni kontra dan il-bank. Minkejja ir-rapporti, dan il-bank jinsisti biex f'Novembru jkun iffirmat il-fehim tas-self. Fl-2014, sentenza fl-Amerika, li fiha kien dikjarat li l-BNI Paripas kiser is-sanzjonijiet kontra is-Sudan, l-Iran u Kuba u ftiehem fil-qorti li jħallas 8 biljun dollaru u multa ta' 140 miljun dollari. Każ ieħor hu ta' impjegat Ortodoss li fetaħ kawża fl-Amerika fejn il-bank kellu jtih 40 miljun dollaru għax ilmenta li kellu jara film fuq Hilter u n-Nażi waqt it-taħriġ tiegħu biex jgħolli l-moral. Fi Frar 2021 qorti fi New York tat sentenza li kawża magħmula mill-eredi ta' vittmi ta' ġenoċidju fis-Sudan tista' titkompa. Hemm ukoll allegazzjonijiet li l-bank qed jiffinanzja l-Hamas. Malta ġiet assoċjata ma' dawn il-kirminali fejn fil-proġett tal-Electrogas; fejn il-poplu qed jinsteraq €40 miljun kull sena. Dan il-bank kien ordnat tliet darbiet biex l-uffiċjali tiegħu jidhru fil-qorti f'Malta biex ikunu investigat fil-korruzzjoni iżda dawn qed jirrifjutaw. | [
12
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/20/sentenza-sospiza-u-multa-ta-aktar-minn-e75000-fuq-kutrabandu-ta-xorb-bla-dazju-u-vat/ | netnews.com.mt | Raġel ta' 49 sena, residenti l-Floriana ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin u multa ta' €75,321.72 wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li f'Novembru tal-2015 u fix-xhur ta' qabel dwana kellu xorb ġej mill-kutrabandu li fuqu ma kienx tħallas dajzu tas-Sisa u VAT. Fuq dan ix-xorb Ivan (Ivan-Maria) Hallett ma ħallasx dak dovut skont il-liġi. Il-valur tax-xorb b'kollox dan kien jammonta għal total ta' €53,910.72 fejn fuqu kellu jitħallas €25,107.24 f'dazju tas-Sisa u €12,433.40 f'taxxa tal-VAT. Dan il-każ kien ġie solvut wara investigazzjoni ntensa tal-Pulizija u ufficjali tad-Dwana wara li kien instab ammont kbir f'maħżen fi Blata l-Bajda. Waqt din it-tfitxxija kienu nstabu 436 kaxxa b'sitt fliexken f'kull kaxxa vodka, 92 kaxxa b'sitt fliexken f'kull kaxxa whisky, 418 kaxxa b'sitt fliexken f'kull kaxxa Baileys, 21 kaxxa b'sitt fliexken f'kull kaxxa ta' Liquore di Limone, kif ukoll 95 kaxxa b'sitt fliexken f' kull kaxxa ta' Martini Bianco. Minn dan ix-xorb kien hemm numru minnu li l-importazzjoni tiegħu hija pprojbita jew ristretta. Huwa ammetta wkoll li fit-8 ta' Mejju 2015 issottometta dokument, datat 19 ta' Diċembru, 2014, lill-ufficċjali tad-Dwana, li kien wieħed falz. Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li bl-ammissjoni tiegħu sabitu ħati tar-reati miġjubin kontrih. Il-Qorti qieset, ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ fosthom il-kondotta ta' Hallett li filwaqt li mhijiex netta ma jirriżulta xejn allarmanti. Ġie kkunsidrat ukoll il-fatt li l-amissjoni ta' Hallett ma sarirx fl-iktar stadju bikri tal-proċeduri, izda saret fl-istadju tad-difiża tieghu. Madankollu la darba din saret waqt il-kawża u qabel l-għoti tas-sentenza finali, l-ammissjoni, għalkemm mhux l-aktar bikrija titqies bhala waħda favur tiegħu. Il-Qorti hadet konjizzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-partijiet, inkluż l-Avukat Generali dwar il-piena f'każ ta' ammissjoni. Minn dak li rat u eżaminat il-Qorti hija rat mhux biss l-aspett riformattiv ta' l-imputat iżda sabet bilanċ bejn il-gravità tal-każ u l-ħarsien u l-interessi tal-vittmi tar-reat u s-soċjetà in generali sabiex tara li dan ir-reat ma jergax jigi kommess kif ukoll taghti l-ħarsien meħtieġ lill-pubbliku. Għaldaqstant huwa ġie kkundannat ghall-piena ta' sentejn priġunerija sospiżi għal erba' snin kif ukoll multa ta' €75,321.72 li terz minnhom, €25,107.24 għandu jitqies bħala dejn ċivili addebitat u li jrid jitħallas lid-Dipartiment tad-Dwana. Il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska tax-xorb. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Doriette Cuschieri. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/20/fwales-jifthu-r-ristoranti-fuq-barra-u-jizdied-ghal-6-n-numru-ta-persuni-li-jistghu-jiltaqghu/ | netnews.com.mt | F'Wales minn nhar it-Tnejn se jiftħu mill-ġdid ir-ristoranti li jistgħu iservu ikel u xorb fuq barra u se jitla' għal sitta n-numru ta' persuni minn households differenti li jistgħu jiltaqgħu barra. Dan wara li l-infezzjonijiet f'dan il-pajjiż naqsu drastikament u l-proċess tat-tilqim miexi b'ritmu mgħaġġel ferm. Ir-rilass tal-miżuri kienu mħabbra mill-Prim Ministru Mark Drakeford li wissa' li minkejja dan it-tnaqqis tal-miżuri, wieħed jibqa' fl-obbligu li jżomm id-distanzi soċjali u jimxi mar-regoli li jillimataw in-numru ta' households ġewwa. Sadanittant huwa qal li s-soċjalizzazzjoni fuq barra hija ferm aktar sigura milli meta gruppi ta' nies jiltaqgħu fil-magħluq u kien għalhekk li se jiżdied il-limitu ta' persuni minn households differenti li jistgħu jiltaqgħu barra. Din il-miżura mistennija tgħin lil ħafna wkoll f'dik li hija saħħa mentali. Ikkummenta Tags restrizzjonijiet rilass ristoranti wales //= $special ?> | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/23/il-prim-ministru-u-l-brigadier-mitluba-biex-jixhdu-fil-kaz-ta-pushback-ta-immigranti-lejn-il-libja/ | netnews.com.mt | Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Brigadier Jeffrey Curmi se jiġu msejħa biex jixhdu x-xahar id-dieħel, flimkien mal-Ministru Clyde Caruana u l-eks koordinatur tal-OPM Neville Gafa, f'każ ippreżentat f'isem 52 li kienu qed jfittxu l-ażil u li fuqhom sar 'pushback' lejn il-Libja f'April tas-sena l-oħra. F'seduta kkaratterizzata minn skambji qawwija bejn l-avukati involuti, l-Imħallef Lawrence Mintoff sema' lmenti magħmula mill-avukat Paul Borg Olivier dwar applikazzjoni ppreżentata l-Ħamis mill-Avukat Ġenerali, li oġġezzjona għat-talba ta' Borg Olivier għall-preżentazzjoni ta' kopja tal-inkjesta u atti, kif ukoll xhieda, quddiem il-qorti tal-maġistrati. L-oġġezzjoni ġiet ippreżentata mingħajr ma ġie avżat l-avukat tal-atturi u ġiet milqugħa mill-qorti, li apparentement ordnat li Borg Olivier jikteb hu direttament lill-Avukat Ġenerali. L-AĠ qed jirreżisti l-isforzi biex juri d-dokumenti mitluba, u qed issostni li kien qed juża d-diskrezzjoni wiesgħa li huwa mogħti mil-liġi, biex jagħmel dan. Qal li l-Qorti Kostituzzjonali għandha 'carte blanche' biex tinvestiga u tippromwovi d-Drittijiet tal-Bniedem, qal Borg Olivier, u dan biex ma jiksirx id-dritt għal smigħ ġust u jirreżisti l-produzzjoni tal-provi tal-AĠ. It-tensjonijiet fl-awla kienu għoljin, tant li f'ħin minnhom Borg Olivier, wara li għal diversi drabi mill-avukat tal-Istat Chris Soler. "Ilbieraħ ġiet ippreżentata applikazzjoni li din in-naħa ma kellha l-ebda opportunità li twieġeb għaliha," ipprotesta l-Avukat Borg Olivier. L-imħallef spjega li t-talba tal-AĠ kienet intbagħtet fl-uffiċċju tiegħu din il-ġimgħa, wara li ġiet ippreżentata ħamest ijiem qabel. "Se nagħmlu sottomissjonijiet fuq digriet?" Soler staqsa, iżda Borg Olivier irrisponda li t-talba kienet għadha ma ġietx deċiża, u qal lil Soler li hu "għandu jistħi" talli ssuġġerixxa dan. L-Imħallef Mintoff irrimarka li l-qorti mhix obbligata tibgħat notifika "meta talba ma tkunx konformi mal-liġi." Borg Olivier ressaq talba ġdida matul is-seduta, fejn talab li jingħata l-opportunità li jispjega l-importanza, il-validità u d-dritt legali u kostituzzjonali tiegħu li l-AĠ jew ir-rappreżentant tiegħu jippreżentaw il-konklużjonijiet tal-inkjesta dwar il-merti minbarra dokumenti oħra. L-avukat kompla jiddetta nota twila dwar il-legalità tal-kwistjoni. Huwa argumenta li l-applikanti kienu vittmi ta '"dan l-istess nazzjon u għalhekk fil-kompetenza Kostituzzjonali tagħha, din il-qorti għandha, kif rikonoxxuta mill-AĠ stess, is-setgħat kollha biex tiġbor l-evidenza kollha biex timmassimizza t-tfittxija tagħha għall-verità." Il-klijenti ta' Borg Olivier, li jinsabu fil-Libja, kienu għadhom qed isofru trattament inuman, huwa qal u għalhekk il-qorti għandha tiżgura li l-proċess ikun imparzjali u ġust. It-tfittxija għall-verità ma tistax tiġi mblukkata minn xi parti tax-xhieda ta' dan il-każ, qall-avukat. Soler argumenta li kien hemm metodi oħra, aktar stabbiliti, biex jikkontestaw il-kostituzzjonalità tal-liġi. L-Avukat Susan Agius għall-AFM żiedet li l-konklużjonijiet tal-inkjesta inkwistjoni kienu "magħrufa sew u fid-dominju pubbliku," b'tali mod li jekk ikun hemm bżonn din il-qorti tista 'tieħu avviż ġudizzjarju tal-istess. "Għalhekk l-imputat ma jistax jifhem l-insistenza li tisma' lill-AĠ meta l-liġi hija ċara u għalhekk jidher li din l-insistenza hija biss waħda vessatorja." Mintoff enfasizza l-fatt li huwa r-reġistratur tal-Qorti Kriminali li għandu jesebixxi l-fajl tal-każ. Jekk mhux fir-reġistru, għandha ssir talba ad hoc lill-AG, huwa qal. Borg Olivier wieġeb li l-AG tista 'tieħu xhur biex twieġbu. "Jekk irid jgħid le, għaliex ma jiġix hawn u jgħidli 'le'?" Il-laywer ippropona li dawn kienu "formaliżmi żejda, li qed jiġu instigati mill-Qorti u l-AG." L-Imħallef Mintoff qal li se jiddekreta mill-kmamar dwar il-kwistjoni. F'dan il-punt l-avukati għal darb'oħra bickered b'leħen qawwi, u kkawżaw lill-imħallef jirrimarka li ma kienx il-post biex jagħmel dan. "Jekk għandek xhieda, issejjaħhom għas-seduta li jmiss," żied l-imħallef. Borg Olivier avża bl-intenzjoni tiegħu li jsejjaħ lill-Brigadier Jeffrey Curmi u lill-Prim Ministru Robert Abela fis-seduta li jmiss, b'mod limitat dwar il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni. "L-operazzjoni kienet ikkoordinata mill-OPM, wara kollox," huwa qal. Żied jgħid ukoll li kien hemm Clyde Caruana, Neville Gafa u s-sidien tad-dgħajjes. "Il-vapur kien aġent tal-istat jew le? Dan joħroġ mill-mistoqsijiet li se nagħmel, "qal Borg Olivier, waqt li spjega li ried jipprova r-rabta bejn l-operazzjoni ta' salvataġġ u min ikkoordinaha. Il-każ se jkompli fid-19 ta 'Mejju. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/23/l-indonezja-tkompli-t-tfittxija-ghas-sottomarin/ | netnews.com.mt | Il-militar tal-Istati Uniti bagħat l-ajruplani biex jgħinu lill-awtoritajiet Indoneżjani fit-tfittxija għal sottomarin li sparixxa bl-ekwipaġġ ta' 53 membru 'il hinn mill-kosta ta' Bali. Il-każ seħħ f'nofs il-ġimgħa u l-awtoritajiet qed jikkalkulaw li fadal biss 'xi sigħat' biex isibu s-sottomarin – tat-tip KRI Nanggala 402 – qabel jispiċċa l-ossiġinu għall-ekwipaġġ. Is-sottomarin kien għeb waqt eżerċizzji u fl-aħħar jiem ma waqfitx it-tfittxija ddisprata għalih. Intant, roqgħa żejt li nstabet fuq wiċċ il-baħar kapaċi tindika li s-sottomarin ġarrab il-'ħsarat fatali' minħabba problemi li żviluppawlu f'tank tal-fuel. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/24/tmut-il-kantanta-u-attrici-popolari-milva/ | netnews.com.mt | Hi kellha 82 sena Id-dinja mużikali fl-Italja tinsab f'luttu wara l-mewt tal-attriċi u kantanta popolari Milva, li fis-snin 70 kienet meqjusa "ikona" fost it-Taljani. Milva kienet kisbet suċċess kbir, fl-istess epoka ta' Mina u Ornella Vanoni. Milva ħarġet numru kbir ta' albums tul il-karriera tagħha u ħadet sehem f'Sanremo għal xejn anqas minn 15-il darba; iżda qatt ma rebħet il-festival. Hi kellha 82 sena, u telqet mix-xena tal-ispettaklu eżatt 10 snin ilu. | [
2,
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/26/iran-sena-habs-ghal-mara-ta-cittadinanza-britannika/ | netnews.com.mt | Add New Post Save draftPreviewPublishAdd title Qorti li tibbaża fuq 'l-ispirtu tar-Rivoluzzjoni Iżlamika' ikkundannat mara ta' ċittadinanza doppja – Britannika u Iranjana – għal sena oħra ta' priġunerija u fejn hi wkoll ipprojbita milli tħalli l-pajjiż għal tnax-il xahar. Il-mara kundannata, Nazanin Zaghari-Ratcliffe – li hi miżżewġa lill-Britanniku Richard Ratcliffe — hi project manager mal-grupp ta' fejda Thomson Reuters Foundation Charity. Intant, hi ilha miżmuma fl-Iran minn April tal-2016 u issa se jkollha terġa' tiskonta l-priġunerija wara li nstabet ħatja dwar akkużi ta' 'propaganda kontra r-Repubblika Iżlamika (tal-Iran).' Din il-mara, ix-xahar li għadda, kienet inħelset minn sitwazzjoni ta' arrest f'darha ( f'Tehran) u wara li hi kienet ikkundannata għal ħames snin ħabs — skont verdett tal-2016, li kien sabha ħatja dwar 'kumplott kontra l-Gvern Iranjan'. Madankollu Zaghari-Ratcliffe 'mal-ewwel' kellha tiffaċċja dan il-każ ġdid fil-qorti u li kellu jirriżultalha fi priġunerija. Hi qed tiċħad l-akkużi, bl-avukat tagħha mistenni jappella mis-sentenza ġdida fi żmien il-21 jum permessi mil-liġi tal-Iran. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/27/il-uefa-se-thalli-skwadri-ta-26-player-ghall-euro-2020/ | netnews.com.mt | Fil-jiem li ġejjin, il-UEFA mistennija taċċetta li n-nazzjonijiet li se jikkompetu fl-EURO 2020 tas-sajf li ġej se jkunu jistgħu jieħdu 26 player minflok 23 kif kien orġinarjament. Ix-xahar li għadda l-UEFA kienet diġa ħabbret li n-nazzjonijiet li se jieħdu sehem se jkunu jistgħu jagħmlu ħames sostitutzzjonijiet waqt il-partiti. Jidher li din id-deċiżjoni se tkun qed tħalli mpatt pożittiv fuq il-players hekk kif aktar players se jkollhom iċ-ċans li jintgħażlu għal din il-kompetizzjoni. L-EURO 2020 se tibda fit-13 ta' Ġunju u tintemm xahar wara bil-partiti se jkunu qed jintlagħbu madwar l-Ewropa. | [
15
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/26/32-xahar-habs-wara-li-kisser-diversi-bus-stops/ | netnews.com.mt | Immigrant ta' 31 sena mill-Eritrea ġie kundannat 32 xahar ħabs wara li ammetta li f'lejl wieħed kisser mill-inqas 13-il bus stop madwar Malta. Huwa ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li f'lejl wieħed għamel ħsara fuq dawn il-bus f'diversi lokalitajiet ta' Malta li jinkludu l-Ħamrun, San Pawl il-Baħar, il-Marsa, Ħal Luqa, Marsakala u il-Mellieħa, liema ħsara tlaħħaq mal-€15,000. Solomon Abrham Tekeludetentur kien jgħix il-Mosta u li jaħdem ma' kumpanija lokali tal-irħam u ammetta li wettaq dawn ir-reati fil-lejl ta' bejn it-23 u l-24 t'Ottubru, 2020. Il-Pulizija kien irnexxielhom jarrestaw lil immigrant li kellhu fil-pussess tiegħu ħadida u ħġieġ li allegatament beda juża biex jkisser. Huwa ammetta wkoll li sar riċediv. Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li l-imputat ammetta l-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu. Dwar il-piena l-Qorti hadet in konsiderazzjoni n-natura serja tar-reati u l-kondotta tiegħu, li minnha jirriżulta li huwa mhux xi 'first-time offender'. Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li l-imputat ikkawża din il-ħsara nspjegabbilment b'mod kontinwu, dik li lahhqet l-€15,082.40c. Ġie kkunsidrat ukoll li bl-ebda mod u fl-ebda ħin Tekeludetentur ma wera xi rimors għall-għemilu jew offra jikkumpensa tal-ħsara li kkommetta. Il-Qorti tkellmet fuq il-fatt dwar il-periklu li jippreżenta l-immigrant kejn l-komunità u jekk ma jkunx hemm żmien biex jirrajibilita` ruħu verament, ma għandux jitħalla liberu fis-soċjetà.Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Mercieca u Roderick Spiteri. Fost reati oħra li kkommetti l-immigrant hemm li pprova jisraq arma ta' kuntistabbli tal-Pulizija, li kkawża lilu u warden ġrieħi ħfief, li għamel ħsara f'mobajl u li ma obdiex l-ordnijiet leġittmi ta' awtorita u kien ikkundannat 19-il xahar ħabs. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/27/herrera-insulta-lil-mijiet-ta-professjonisti-fl-industrija-tal-arti-u-d-divertiment/ | netnews.com.mt | Il-MEIA se tkompli tiżgura li l-artisti jiksbu l-istatus professjonali li jistħoqqilhom Wara dak li ġie rrappurtat fil-midja lbieraħ filgħaxija, l-assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-industirja tal-arti u d-divertiment (MEIA) esprimiet id-diżappunt tagħha għall-kummenti magħmula mill-Ministru għall-Kultura Jose Herrera. Fl-istqarrija tiegħu, il-Ministru sostna li 'l-arti huma aktar minn vokazzjoni minn impjieg jew negozju'. Huwa ddikjara wkoll li 'l-IQ tal-artist mhux daqshekk orjentat lejn in-negozju'. Dawn il-kummenti, qalet l-MEIA, jinsultaw lill-mijiet ta 'nies impjegati u li jaħdmu għal rashom fis-setturi kif ukoll lill-intraprendituri kreattivi li bnew l-industrija permezz ta' għexieren ta' snin ta' ħidma u investiment. "Kummenti bħal dawn, li setgħu kellhom intenzjoni differenti, jista 'jkollhom effett devastanti u jikkontrobattu l-isforzi kollha possibbli u sagrifiċċji magħmula mid-diversi setturi kif ukoll Ministeri oħra biex jirrispondu għall-kriżi attwali. Huwa għalhekk ta' tħassib kbir li sentiment bħal dan iqanqal narrattiva li tista' tonqos lill-artisti fi żmien meta jeħtieġ l-aktar appoġġ". Fid-dawl ta' dan, l-MEIA qed tappella lill-Ministru tal-Kultura biex joħroġ apoloġija lill-professjonisti li jaħdmu fl-industrija l-iktar milquta matul il-pandemija, kif ukoll lill-familji tagħhom li jiddependu mill-għixien tagħhom. Il-MEIA se tkompli tiżgura li l-artisti jiksbu l-istatus professjonali li jistħoqqilhom. Intant, wara r-rabja kbira li qamet fost l-artisti, żeffiena, nies tat-teatru, kantanti, persuni tekniċi u oħrajn…il-Ministru dalgħodu prova jbenġilha billi stqarr li "Net News kien żleali" lejn kliemu. Dan meta l-fatti jikkonfermaw il-kliem preċiż illi qal Herrera meta semma' l-IQ ta' dawn il-ħaddiema professjonali. | [
2,
4
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/29/100-jum-fit-tmexxija-tal-istati-uniti/ | netnews.com.mt | F'diskors lejliet il-100 jum tiegħu fil-kariga, il-President tal-Istati Uniti stabbilixxa pjan ta' investiment radikali għall-impjiegi, l-edukazzjoni u l-kura soċjali. Joe Biden ippreżenta pjanijiet li jinvolvu madwar $4 triljun f'infiq. Analisti qed jgħidu li din hija l-akbar reviżjoni tal-benefiċċji Amerikani sa mis-snin sittin iżda l-proposti qed jiffaċjaw oppożizzjoni qawwija mir-Repubblikani. Dak li ġara fl-aħħar sigħat kien meqjus bħala mument storiku hekk kif għall-ewwel darba, wara l-President tal-Amerika kien hemm il-Viċi President tal-Istati Uniti Kamala Harris u l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Nancy Pelosi. Din hija l-ewwel darba li żewġ nisa dehru wara l-President waqt diskors lill-Kungress. Minħabba restrizzjonijiet imposti għall-kontra l-pandemija tal-Coronavirus, dan l-avveniment kien fuq skala ħafna iżgħar minn dawk passati. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/29/il-vatikan-mizuri-godda-kontra-l-korruzzjoni/ | netnews.com.mt | Il-Papa Franġisku ħareġ pakkett ġdid ta' regoli għal kontra l-korruzzjoni li qegħdin jorbtu lill-uffiċjali ewlenin u membri oħra tal-istaff tal-Vatikan, wara sensiela ta' skandli finanzjarji. Ir-regoli jirrikjedu li l-kapijiet tad-dekasteri u istituzzjonijiet – l-istess bħall-membri tal-istaff amminsitrattiv tal-Vatikan – ma jkollhomx l-assi f'zoni fejn mhumiex obbligati li jħallsu t-taxxa. Huma lanqas ma jistgħu jinvestu f'kumpaniji jew ażjendi li 'joperaw kontra d-duttrina tal-Knisja Kattolika'. L-uffiċjali jridu jiffirmaw dikjarazzjoni li tistqarr li huma ma kenux investigati jew ikkundannati għal ħasil ta' flus jew evażjoni tat-taxxa – meta l-Vatikan, bħalissa, qed jipprova jżid it-trasparenza ta' dak kollu relatat mal-management tal-finanzi pubbliċi. | [
10
] |
|
https://netnews.com.mt/2021/04/29/jixhed-melvin-theuma-johorgu-aktar-dettalji-dwar-l-assassinju/ | netnews.com.mt | Fil-Qorti qed ikompli l-każ ta' Robert Agius, Adrian Agius, Jamie Vella, u George Degiorgio li jinsabu akkużati fost l-oħrajn bl-involviment tagħhom f'żewġ delitti: dak tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-qtil tal-avukat Carmel Chircop. Illum għall-ewwel darba issejjaħ biex jagħti x-xhieda tiegħu Melvin Theuma, għalkemm fil-bidu tas-seduta instema' maħnuq bil-Maġistrat tgħidlu biex jistrieħ. Thuema rrepeta diversi fatti li issa ilhom magħrufa fosthom li Daphne Caruana Galizia kienet se tikteb xi ħaġa u kien għalhekk li riedu joqtulha, li tħallas depożitu ta' €30,000 qabel id-delitt u li wara l-laqgħa li kellu ma' Alfred Degiorgio l-Imsida ċempillu Sandro Craus mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jinfurmah li kellu laqgħa skedata ma' Keith Schembri. Theuma semma' kif Fenech kien tah €150,000 biex imexxi bil-pjan u jgħid li żamm €120,000 għandu sakemm ilestu kollox. Fil-Qorti l- middleman jgħid li Yorgen Fenech kien il-ħin kollu jgħidlu biex jgħidilhom imexxu bil-pjan għaliex kien qed jibża' li Daphne Caruana Galizia kienet se toħroġ xi informazzjoni dwaru. Meta Theuma kien jinkwieta, Fenech kien darba qallu li "l- power tagħna l-flus." Jingħaw ukoll dettalji dwar ħanut f'Ħal Qormi li Yorgen Fenech kien xtaq jikri mingħand Melvin Theuma biex jagħmlu ħanut tal-logħob. Melvin Theuma jispjega li wara kien daħli jaħdem Portomaso bit- taxi , xogħol li skont Theuma xtaq jagħmel għaliex minnu seta' jdaħħal il-flus. Melvin Theuma jispjega x'kienu jagħmlu fil-Bidnija sa ma waslet il-ġurnata biex tinqatel il-ġurnalista. Hu saħaq li darba minnhom l-aħwa Degiorgio kienu qalulu "qtilna tant bulijiet ma noqtlux lil din. "Theuma jisħaq li meta nqatlet Daphne Caruana Galizia, qabditu biża' kbira u kien mar għand Yorgen Fenech biex jgħidlu. Fenech kien qallu biex ma joqgħodx jinkwieta għax il-Pulizija ta' barra jaħdmu bħal ta' Malta. Fil-Qorti, Theuma qal li Yorgen Fenech kien qallu li l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat, għandhom problemi kbar għaliex kien sar jaf li kien se jsirilhom raid taħt it-tinda tal-patata. Thuema kien mar jinforma lill-aħwa. Mhux ċert minn fejn Fenech kien ġab din l-informazzjoni sensittiva li suppost kienet biss għand l-awtoritajiet. Theuma saħaq li wara r- raid tfixkel, beda jixrob ħafna u jibla l-primli. Jgħid li darba tela' fuq il-bejt biex jagħmel suwiċidju iżda ftakar li kieku għamel hekk, Yorgen Fenech kien ikun ħieles għax l-aħwa Degiorgio ma kienux jafu bih. Isemmi kif Fenech kien tah €5,000 biex imur vaganza u hu kien għażel li jmur Londra mal-familja tiegħu. Theuma saħaq li beda jaħseb li Yorgen Fenech kien se joqtlu għaliex stqarr li la wasal biex joqtol ġurnalista għax kienet se toħroġ informazzjoni, aħseb u ara x'kien lest jagħmel lil min kie nse jitfgħu għomru l-ħabs. Meta kien qed jitkellem dwar l-involviment tal-aħwa Agius, Thuema jgħid li lil 'Tal-Maksar' ma' jafhomx u jispjega li kien Yorgen Fenech li qallu jmur ifittixhom għax Vince Muscat kien qed jikxef mal-Pulizija li l-bomba kienu għamluha huma. Dan kollu jmur lura għas-sena 2018 meta din l-informazzjoni suppost kienet biss għand il-pulizija u persuni ta' kariga għolja f'Kastilja. Fix-xhieda jissemmew ukoll Johann Cremona u Kenneth Camilleri fejn Theuma jispjega li darba minnhom marru d-dar tiegħu. Camilleri kien qallu li l-aħwa Degiorgio u 'l-Koħħu' kienu se jieħdu l-pleġġ u jingħataw €1 miljun kull wieħed. Theuma beda jistaqsi minn fejn ġie dan Kenneth Camilleri u Yorgen Fenech kien qallu li ma jafx u li kien se jiċċekkja. Jidher li Fenech kien ikkonferma li kien Keith Schembri li kellem lil Kenneth Camilleri u involvih u jintqal ukoll li Johann Cremona kien jaf kollox, kien jaf id-dettalji kollha apparti min għamel il-bomba. Melvin Theuma kompla jixhed u reġa' rrefera għar- recordings u kif kien jagħmilhom. Il- middleman spjega li bir- recordings kienet taf ukoll it-tifla tal- partner tiegħu għax kienet hi li wrietu kif jirrekordja. Theuma spjega li mhux dejjem kien jirrekorjda lil Fenech. Waqt ix-xhieda tiegħu Melvin Theuma spjega li Fenech ġieli għamel xahar ma jirrispondihx imma flus dejjem ipprovdielu. Hu jgħid li Yorgen Fenech ipprova anke jiftaħlu negozju, biex ibiegħ id-deheb, fejn kien anke ġablu deheb minn barra l-pajijiż. Theuma jgħid li kien tah kollox lura u jistqarr li Fenech kien tah €150,000 biex tinqatel Daphne Caruana Galizia. Meta kien qed jispjega affarijiet oħrajn, Theuma qal li Fenech kien qallu li hu ma kienx se jaċċetta li Theuma jiġi arrestat fuq ħasil ta' flus u kien wegħdu li jekk jarrestawh imur ħdejn id-Depot fil-Floriana u jekk idum jidħol għalih hu. Theuma stqarr li kien jaf meta kien se jkun arrestat għax kienu qalulu. L-Ispettur tal-Pulizija Keith Arnaud staqsa lil Theuma kif sar jaf lil Yorgen Fenech fejn il- middleman stqarr li Fenech kien jieħdu Franza għaż-żwiemel u kien iħallaslu kollox hu. Mistoqsi jekk hemmx affarijiet li jrid iżid, Theuma jgħid li Johann Cremona u Yorgen Fenech kienu qalulu li l-eks Ministru u eks Deputat Mexxej tal-PL, Chris Cardona kien qabbad lill-aħwa Degiorgos biex jioqtlu lill-ġurnalista. Il- middleman jistqarr li kien jikkomunika ma' Yorgen Fenech permezz ta' Whats App u Signal . Din tal-aħħar kienet app li kien niżżillu fuq il- mobile Fenech stess. | [
0
] |
|
https://netnews.com.mt/2020/08/18/covid-19-cipru-jwaqqaf-it-titjiriet-minn-malta/ | COVID-19: Ċipru jżid ir-restrizzjonijiet fil-konfront ta' Malta | netnews.com.mt | Ċipru ngħaqad mal-lista ta' pajjiżi li qed jieħdu restrizzjonijiet fil-konfront ta' Malta. Dan hekk kif fl-aħħar sigħat Ċipru waqqaf li l-Maltin jidħlu fdan il-pajjiż, ħlief għal dawk ċ-Ċiprijotti li jkunu qed jirritornaw lura lejn pajjiżhom. Dawn tal-aħħar jridu joqħgodu fi kwarantina għal 14-il ġurnata. Minn kategorija A, Malta spiċċat f'kategorija Ċ, jiġiferi qabel ma kien hemm l-ebda restrizzjoni filwaqt li issa huma projbiti vjaġġaturi minn Malta ħlief għal residenti Ċiprijotti li jirritornaw lura d-dar. Spanja u l-Awstralja wkoll tqiegħdu fil-lista tal-Kategorija Ċ. | [
1,
8
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/17/barcelona-jilqu-ftehim-ma-ronald-koeman-biex-isir-il-kowc-il-gdid-taghhom/ | Barcelona jilħqu ftehim ma' Ronald Koeman biex isir il-kowċ il-ġdid tagħhom | netnews.com.mt | Skond rapporti fil-midja internazzjonli jidher li Barcelona għażlu lill-kowċ Olandiż Ronald Koeman biex jieħu post Quique Setien li mistenni jkun imkeċċi formalment fis-siegħat li ġejjin. Fil-preżent, Koeman jinsab kowċ tat-tim nazzjonali Olandiż u fis-siegħat li ġejjin mistenni jirriżenja biex ikun jista' jsir kowċ ta' Barcelona. Koeman li għandu esperjenza kbira fejn mexxa bosta timijiet, f'Mejju li għadda kellu jiddaħħal l-isptar wara li sofra problemi f'sidru. Il-midja Spanjola qed tgħid li wara li nżammew diskussjonijiet ma' Mauricio Pochettino u Xavi, Barcelona waslu għall-konklużjoni li jagħżlu lil Ronald Koeman biex imexxi lil Barcelona f'dan l-istaġun li qed jitiqies bħala wieħed ta' transizzjoni biex warajh jinħatar l-eks plejer ta' Barcelona stess Xavi. | [
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/17/camilleri-u-demicoli-pass-eqreb-lejn-it-titlu-tal-kampjonat-tal-ghawm/ | Camilleri u Demicoli pass eqreb lejn it-titlu tal-Kampjonat tal-Għawm | netnews.com.mt | Fl-aħħar tellieqa li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fuq medda ta' żewġ kilometri fis-Salina, rat lil Andre Camilleri u Sarah Demicoli jiddominaw hekk kif temmew l-ewwel fil-kategoriji rispettivi tagħhom. Fil-kategorija tal-irġiel, ma' Camilleri fuq il-podju temmew Stefano Debono Grech u Bernard Sant li kisbu it-tieni u t-tielet post rispettivament. F'dik femminili, wara Demicoli, temmew Kelsey Borg u Leah Satariano li temmew biss tliet sekondi bogħod minn xulxin. Kemm Camiller kif ukoll Demicoli jonqoshom biss tellieqa waħda biex jirbħu l-Kampjonat tal-Għawm Open Water Garmin BSJ. Għal Camilleri dan ikun l-ewwel titlu ġenerali tiegħu wara li fl-2015 rebaħ it-titlu fil-kategorija ta' taħt l-14 –il sena. Għal Demicoli min naħa l-oħra, dan ikun is-sitt titlu tagħha. L-aħħar tellieqa ser issir għada u se tkun fuq distanza ta' 4km u tibda fil-5.00pm. | [
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/17/data-gdida-ghall-konsagrazzjoni-tal-isqof-anton-teuma/ | Data ġdida għall-Konsagrazzjoni tal-Isqof Anton Teuma | netnews.com.mt | Minħabba l-miżuri ġodda li tħabbru iktar kmieni llum sabiex tkun kontrollata l-imxija tal-Coronavirus f'pajjiżna, id-Djoċesi ta' Għawdex ħabbret xi bidliet fil-programm uffiċjali tal-Inawgurazzjoni Episkopali tal-Ministeru ta' Mons. Anton Teuma Il-Konsagrazzjoni Episkopali tad-Disa' Isqof tad-Djoċesi Għawdxija tmexxiet għal nhar il-Ġimgħa 21 ta' Awwissu fil-5.30p.m. fir-Rotunda Arċipretali San Ġwann Battista fix-Xewkija. Iċ-ċelebrazzjoni ta' talb bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali se tinżamm il-Ħamis 20 ta' Awwissu fit-8p.m. fil-Kappella tal-Istitu tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni fir-Rabat Għawdex. Din se ssir bil-magħluq. | [
1,
13
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/17/konferma-tas-sospensjoni-tad-direttivi-il-mam-theggeg-lill-pubbliku-jobdi-l-mizuri/ | Konferma tas-sospensjoni tad-direttivi: il-MAM tħeġġeġ lill-pubbliku jobdi l-miżuri | netnews.com.mt | L-Assoċjazzjoni Medika Maltija laqgħet il-miżuri li kienu mħabbra llum bil-għan li titrażżan l-imxija tal-Coronavirus f'pajjiżna. Fi stqarrija, il-MAM qalet li l-miżuri mħabbra mill-Ministru Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci huma simili ħafna għal dawk li talbet l-Assoċjazzjoni tat-Tobba u għaldaqstant m'hemmx iktar lok għal azzjoni industrijali f'dan l-istadju. Il-MAM tħeġġeġ lill-pubbliku biex josserva dawn il-miżuri ġodda u se tosserva mill-qrib li l-awtoritajiet jinforzaw bis-serjeta. L-istqarrija ttemm li hu ta' importanza vitali, kemm għas-saħħa pubblika kif ukoll għall-ekonomija nazzjonali, li n-numri jinżlu malajr jekk irridu nevitaw li ngħaddu minn lockdown. | [
1,
8
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/17/jittestja-pozittiv-fruma-mar-ritorn-minn-malta/ | Jittestja pożittiv f'Ruma mar-ritorn minn Malta | netnews.com.mt | Dan propju fl-ewwel ġurnata ta' testing fl-Ajruport ta' Fiumicino f'Ruma Il-pandemija tkompli tgħolli rasha madwar id-dinja kollha, partikolarment f'pajjiżi li kienu kkontrollaw l-ewwel mewġa, hekk kif globalment il-kazi telghu ghal 21 miljun u kien hemm aktar minn 770,000 fatalita'. Din iż-żieda qed jarawha l-aktar il-pajjiżi Ewropej, b'bosta pajjiżi jerġgħu jimponu lockdown fir-reġjuni l-aktar milquta u oħrajn daħħlu l-miżuri t'ilbies ta' maskri u ż-żamma ta' distanzi soċjali. Fl-ewwel ġurnata ta' testing fl-ajruport ta' Fiumicino f'Ruma, l-ewwel persuna li ttestja pożittiv għall-Coronavirus kien żagħżugħ minn Pescara li kien għadu kif irritorna minn Malta b'titjira tar-Ryanair. Filwaqt fil-Veneto, fost 14,000 test fi 48 siegħa minn wasliet bl-ajru fir-reġjun, instabu 37 pożittiv, fosthom nies li waslu minn Malta. Mill-Italja ukoll, huma 2500 it-turisti li telghu abbord l-MSC Grandiosa li telaq mill-port ta' Genoa u li jinsab fi triqtu lejn Malta fi vjaġġ ta' 7 ijiem. Intant, fir-Renju Unit, aktar minn 100,000 applikaw biex jippartecipaw fil-provi tal-vaċċin tal-COVID-19 mill-NHS, bir-riċerkaturi jappellaw għal ħtieġa t'aktar voluntiera. U l-linja tal-ajru, Ryanair, ħabbret li se tkun qed tnaqqas il-kapaċità tagħha b'20% bejn Settembru u Ottubru wara tnaqqis notevoli fir-riżervazzjonijiet fl-aħħar minħabba l-inċertezza maħluqa biż-żieda ta' każi ta' COVID-19 fil-pajjiżi Ewropej. Din id-deċiżjoni se tolqot l-aktar n-numri ta' titjiriet minflok l-għeluq ta' rotot. Fi zviluppi ohra, il-Ġappun qed jesperjenza l-akbar daqqa ekonomika fl-istorja hekk kif l-ekonomija ċkienet b'7.8% f'din l-aħħar kwart tas-sena. Dan waqt li l-Prim Ministru Ġappuniż qiegħed rikoverat l-isptar b'għajja kbira kawża ta' ħidmietu biex jikkontrolla l-pandemija. U fi New Zealand, il-Prim Ministru Jacinda Ardern posponiet l-elezzjonijiet skedati għas-17 t'Ottubru kawża taż-żieda ta' każijiet fil-belt ta' Auckland. ġappun renju unit | [
1,
8,
10
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/17/nuqqas-ta-dixxiplina-u-infurzar-tefghuna-lura/ | Nuqqas ta' dixxiplina u infurzar tefgħuna lura | netnews.com.mt | Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet il-miżuri li tħabbru llum mill-Awtoritajiet tas-Saħħa bil-għan li titrażżan iż-żieda fil-każi ta' Coronavirus ta' dawn l-aħħar ġimgħat. Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ għamlet diversi talbiet għal linji gwida iktar ċari għan-negozji biex titħares is-saħħa u s-sigurta' ta' kulħadd Il-Kamra tal-Kummerċ tifhem li ċertu restrizzjonijiet fuq il-bars kellhom jidħlu mill-ġdid minħabba nuqqas ta' dixxiplina u ta' infurzar f'ċertu setturi tal-ekonomija. L-istqarrija tkompli li t-tkomplija tal-attivita' kummerċjali tiddependi fuq imġieba responsabbli minn kulħadd u infurzar effettiv. Il-Kamra tal-Kummerċ ittenni li l-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel f'Settembru hu kruċjali, mhux biss biex l-ekonomija taħdem kif suppost iżda wkoll biex ġenerazzjonijiet futuri ma jkollhomx nuqqasijiet mill-lat edukattiv li jipperikola l-futur tagħhom u tnaqqir fil-ħiliet tar-riżorsa umana tal-ġejjieni Il-Kamra tittama li nitgħallmu minn dak li ġara fl-aħħar ġimgħat. "Il-mexxejja tagħna, in-negozji u l-pubbliku in ġenerali irir jifhem il-gravita' tas-sitwazzjoni u naġixxu flimkien biex ma nieħdux iktar passi lura." Il-Kamra tal-Kummerċ tħeġġeġ lill-Gvern biex ikollu pjan ċar għal kif se noħorġu minn dawn ir-restrizzjonijiet u l-pjan għandu jkun komunikat mal-istakeholders kollha biex jiġi implimentat b'mod effettiv u sigur. "Biex l-ekonomija tirpilja b'mod b'saħħtu teħtieġ popolazzjoni b'saħħitha, " ittemm l-istqarrija. kamra tal-kummerc //= $special ?> | [
1,
8
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/19/sensiela-tincidenti-fberlin-bmotivi-marbuta-mal-estremizmu-izlamiku/ | Sensiela t'inċidenti f'Berlin b'motivi marbuta mal-estremiżmu Iżlamiku | netnews.com.mt | Tlieta ndarbu serjament f'sensiela t'inċident fi triq arterjali li tagħti lejn il-kapitali Ġermaniża L-awtoritajiet Ġermaniżi qed jinvestigaw sensiela ta' inċidenti tat-traffiku fi triq arterjali li tagħti lejn il-kapitali Ġermaniża, Berlin, b'motivi terroristiċi marbuta mal-estremiżmu Iżlamiku. L-inċident konsekuttivi seħħew għall-ħabta tas-sebgħa tat-Tlieta filgħaxija, bil-Pulizija jirnexxiela tegħleb lill-Iraqi u tarrestah. Il-Pulizija qed iżżomm lis-sewwieq Iraqqin ta' 30 sena taħt arrest għal aktar stħarriġ għadda rimarki wara l-inċidenti li jalludu għal motivi reliġjużi, bl-Avukat Ġenerali ta' Berlin, Martin Stelner, jikkonferma li l-inċidenti kienu motivati mill-Iżlam. Huwa darab serjament 3 minn nies filwaqt li tlieta oħra sofrew ġrieħi ħfief, bl-indikazzjonijiet juru li r-raġel Iraqqin. abbanduna l-vettura wara l-inċidenti iżda ħalla warajh fuqha kaxxa bl-iskrataċċ allegatament perikoluża. Minkejja l-motivi marbuta mal-estremiżmu Iżlamiku, indikazzjonijiet juru li r-raġel kien ibati ukoll minn problemi ta' saħħa mentali. L-investigaturi infatti analizzaw il-kaxxa minn barra u meta eventwalment fetħuha, huma sabu pistola tal-ilma kif ukoll numru ta' għodda oħra. inċident tat-traffiku Iżlam kapitali Ġermaniża | [
10
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/17/hamrun-spartans-u-zejtun-corinthians-jissospendu-t-tahrig-taghhom/ | Ħamrun Spartans u Żejtun Corinthians jissospendu t-taħriġ tagħhom | netnews.com.mt | Ħamrun Spartans u Żejtun Corinthians ħabbru li għal jiem li ġejjin se jkunu qed iwaqqfu t-taħriġ tagħhom wara li fil-partita ta' ħbiberija li kellhom nhar il-Ġimgħa, wieħed mill-uffiċjali tal-partita rriżulta pożittiv għall-coronaviurs. Iż-żewġ klabbs ħabbru li t-taħriġ se jibqa' sospiż sakemm il-plejers u l-istaff kollu jiġi ttestjat filwaqt li għamluha ċara li l-ebda plejer jew staff ma għandu sintomi. Ħamrun ħabbru li huma qed jieħdu l-prekawzzjonijiet kollha neċessarji u ffumigaw l-grawnd fejn nlagħbet il-partita u anke d-dressing rooms. Fil-konferenza tal-aħbarijiet li saret illum mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Dr. Charmaine Gauci fejn tħabbru numru ta' miżuri restrittivi, il-Ministru Fearne qal li jinsab f'diskussjonijiet kontinwi mal-MFA u qal li hemm protokoll li qiegħed ikun segwit. | [
1,
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/19/amerikan-mixli-li-fera-gravi-lis-siehba-tieghu/ | Amerikan mixli li fera gravi lis-sieħba tiegħu | netnews.com.mt | Amerikan ta' 51 sena nżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq fil-Qorti ta' Għawdex, mixli li nhar it-Tnejn li għadda f'Għajnsielem, fera gravament lis-sieħba tiegħu ta' nazzjonalità Rumena ta' 26 sena. Huwa ġie mixli quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana li weġġa' serjament lis-sieħba tiegħu b'arma li taqta' u bil-ponta wara argument jaħraq fejn il-mara spiċċat bi ġrieħi f'rasha u saqajha. Il-koppja ftit li xejn ikkoperaw mal-Pulizija fuq il-każ li seħħ fl-appartament tal-akkużat li ilhom jgħixu fih għal dawn l-aħħar tmien xhur. Il-koppja ilhom flimkien għal madwar sentejn u nofs bl-akkużat iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih u li iżda baqa' miżmum taħt arrest preventiv. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci filwaqt li għall-akkużat deher l-Avukat Timothy Bartolo. | [
0
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/20/stati-uniti-obama-jikkritika-lil-trump-dwar-tmexxija-li-saret-tixbah-reality-show/ | Stati Uniti: Obama jikkritika lil Trump dwar tmexxija 'li saret tixbah reality show' | netnews.com.mt | L-eks President Demokratiku tal-Istati Uniti, Barack Obama, akkuża lill-President Amerikan attwali, Donald Trump, b'li qed jitratta r-rwol ta' President bħala 'reality show' (spettaklu li jiżvolġi minn mument għall-ieħor). Dan waqt diskors li l-istess Obama kien qed jagħmel waqt il-Konvenzjoni tal-Partit Demokratiku fil-belt ta' Philadelphia. Obama, li kien il-President Amerikan qabel Trump, qal li 'Donald Trump ma rawwimx ir-rwol Presidenzjali li daħal għalih għaliex mgħandux din il-kapaċità'. Intant, il-President Trump ma damx biex jattakka lil Obama u fejn, permezz ta' messaġġ mill-White House, tenna li 'hu (Trump) kien spiċċa elett minħabba s-sitwazzjoni ta' orrur li Barack Obama kien ħalla għall-Amerikani'. Il-battuti drammatiċi seħħew fit-tielet lejla tal-Konferenza għad-Demokratiċi, b'Kamala Harris taċċetta n-nomina biex tikkuntesta għall-Viċi-Presidenza Amerikana bħala r- running mate ta' Joe Biden – li f'Novembru se jisfida lil Trump għar-rwol ta' President. Bħalissa għaddejjin it-tħejjijiet għas-Serata Finali tal-Konvenzjoni tad-Demokratiċi ( maqsuma fuq erbat iljieli) li se tikkonkludi b'diskors mingħand Joe Biden. Intant, it-theddida tal-Covid-19 tfisser li l-konvenzjoni ma tistax tibbaża fuq il-programmi tas-soltu, bl-inklużjoni tal-partitarji, u minflok ħadet il-forma ta' avveniment 'virtwali' fejn spikkaw id-diskorsi 'live' jew rekordjati minn qabel. Meta tkellem fil-Museum of the American Revolution ( f'Philadelphia) Obama akkuża lil Trump talli ma prova qatt isib it-triq ta' rikonċiljazzjoni mal-avversarji jew javviċina lill-persuni u gruppi li jistgħu ma jaqblux miegħu. Akkuża oħra kienet li 'Trump uża l-poter kbir li għandu biex jgħin lilu nnifsu u l-membri taċ-ċirku ta' ġewwa biss'– b'Obama, hawnhekk, jisħaq li 'Trump ħsiebu biss biex jibdel il-Presidenza f'reality show biex jisraq l-attenzjoni kollha'. Għal Obama, l-Istati Uniti, taħt it-tmexxija ta' Trump, 'tilfet ħafna mir-reputazzjoni tajba li kienet tgawdi madwar id-dinja, bl-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Amerikani jispiċċaw mhedda bħal qatt qabel'. Filwaqt li l-eks Presidenti tal-Istati Uniti, is-soltu, jibqgħu lura milli jikkritikaw lill-Mexxejja Amerikani, Barack Obama kien wissa, erba' snin ilu meta kien għadu President, li kellu jqis l-elezzjoni ta' Trump bħala 'insult personali'. Dan meta Trump, dak iż-żmien, kien il-kandidat tal-Partit Repubblikan u eks protagonista tal-programm televiżiv (reality show) The Apprentice. Sadanittant, Donald Trump, fl-aħħar sigħat, ma żammx lura milli jikkundanna lil Obama 'għal diversi deċiżjonijiet politiċi stupidi li saru waqt il-Presidenza tiegħu'. Hu kompla li 'Obama kien President ineffettiv u terribbli, tant li r-rekord tiegħu fit-tmexxija tal-Istati Uniti wittiet it-triq għar-rebħa tar-Repubblikani fl-elezzjoni presidenzjali tal-2016.' Waqt l-aħħar fażi tal-konvenzjoni ta' Philadelphia kien hemm ukoll l-intervent ta' Hillary Clinton, li fl-2016 ikkuntestat għall-Presidenza Amerikana kontra Trump, għan-nom tad-Demokratiċi. Clinton – li kienet qed titkellem mid-dar tagħha f'Chappaquiddick, fi New York — lanqas ma żammet lura milli tattakka lil Trump, fejn sostniet li 'sfortunatament ma kenitx irrealizzata x-xewqa tal-Amerikani li jkollhom President tajjeb u kapaċi'. L-eks First Lady tal-Istati Uniti qalet li għal dawn l-aħħar erba' snin, ħafna nies li vvutaw lil Trump avviċinawha u qalulha li 'jixtiequ li jistgħu jdawwru l-arloġġ lura għaliex qatt ma kienu jafu kemm (Trump) hu bniedem perikoluż'. Għaldaqstant hi ħeġġet biex l-Amerikani, din id-darba, 'jivvutaw fuq il-bażi li ħajjithom u daqstant ieħor l-għajxien tagħhom jiddependu mid-deċiżjoni li jieħdu – għaliex din hi r-realtà'. Il-President Donald Trump mistenni jaċċetta n-nomina biex jikkuntesta mill-ġdid għall-White House f'isem il-Partit Repubblikan waqt il-konvenzjoni tal-partit tiegħu li għandha ssir il-ġimgħa d-dieħla. | [
10
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/20/stati-uniti-steve-bannon-akkuzat-dwar-frodi-relatata-mal-fondi-ghall-bini-tal-hajt-mal-messiku/ | Stati Uniti: Steve Bannon akkużat dwar frodi relatata ma' fondi għall-bini tal-Ħajt mal-Messiku | netnews.com.mt | Steve Bannon, l-eks konsulent ewlieni għall-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, spiċċa arrestat u akkużat bi frodi relatata ma' kampanja għall-ġbir ta' fondi għall-bini ta' ħajt mal-fruntiera tal-Istati Uniti mal-Messiku, Id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan qed jgħid li Bannon u tliet persuni oħra 'iffrodaw lil mijiet ta' eluf ta' donaturi' b'konnessjoni mal-kampanja 'We Build the Wall', li ġġenerat l-ekwivalenti ta' 'il fuq minn 20 miljun ewro. L-akkuża tkompli li Bannon irċieva aktar mill-ekwivalenti ta' miljun ewro u li hu uża ftit minn dan il-flus biex jagħmel tajjeb għal xi spejjeż personali. Kien mistenni wkoll li Bannon kellu jitressaq il-qorti 'minn ħin għall-ieħor'. Il-kampanja 'We Build the Wall' ibbażat fuq il-wiegħda li d-donazzjonijiet kienu se jintużaw għall-bini ta' segmenti tal-ħajt propost mal-fruntiera tal-Messiku fuq art privata….L-istess ħajt kien jinvolvi issue ewlenija tal-kampanja elettorali ta' Donald Trump qabel ġie elett President tal-Istati Uniti f'Novembru tal-2016. Għaldaqstant, Bannon, fost oħrajn, qed ikun akkużat b'li iġġenera l-flus sostanzjali 'taħt il-pretensjonijiet foloz li dawn il-flus kollha kienu se jkunu investiti fil-bini tal-Ħajt mal-Messiku'. | [
10
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/19/bayern-munich-fil-finali-tac-champions-league-kontra-paris-saint-germain/ | Bayern Munich fil-finali taċ-Champions League kontra Paris-Saint Germain | netnews.com.mt | Bayern Munich ikkonfermaw post fil-finali tal-UEFA Champions League wara li għelbu lil Lyon 3-0 permezz ta' doppjetta minn Gnarby u Lewandowski. It-tim Ġermaniż se jaffaċja lil Paris-Saint Germain fil-finali nhar il-Ħadd 23 ta' Awwissu fid-21.00. F'bidu pożittiv ħafna għal Lyon, kienu huma li kellhom l-ewwel opportunità fejn Maxence Caqaerret tefa' ballun fit-tul għal Memphis Depay li waħdu mal-gowlkiper ixxuttja barra. Fl-10 minuta, Bayern Munich kellhom ċans jiftħu l-iskor meta pass minn Robert Lewandowski poġġa lil Leon Goretza waħdu iżda spiċċa laqat il-ballun ħazin u tefa' barra. Mal-kwarta logħob, it-tim Franċiż tilfu ċans ieħor permezz ta' Toko Ekambi fejn wara li ħarab lil Alphonso Davies kellhu x-xutt li ħabat mal-lasta. Fit-18-il minuta, Bayern Munich fetħu l-iskor permezz ta' Serge GNARBY wara li rċieva pass minn Joshua Kimmich, għamel ġirja lejn in-nofs u kkonkluda b'xutt b'saħħtu fir-rokna tax-xibka. It-tim ta' Hans-Dieter Flick ħa iżjed kontroll tal-partita, u wara żball fid-difiża, Gnarby kellhu xutt milqugħ minn Anthony Lopes. Bayern Munich kabbru l-vantaġġ fit-32 minuta wara pass fil-kaxxa minn Ivan Perisic sab lil Lewandowski li falla milli kkonkluda bil-ballun spiċċa għand GNARBY u għamel id-doppjetta. L-aħħar opportunità fl-ewwel taqsima waslet minn Lewandowski hekk kif falla ċans ieħor wara cross tajjeb minn Gnarby. Lyon irrispondew immedjatament wara daqqa ta' ras ta' Marcelo kienet milqugħa minn Manuel Nueur. It-tim ta' Rudi Garcia baqa' jipprova jsib il-gowl wara li pass tajjeb minn Houssem Aouar sab lil Ekambi waħdu iżda Nueur imblokka tajjeb ix-xutt. VAR ħassret gowl ta' Bayern Munich meta cross minn Muller kien imxellef minn Goretzka b'Coutinho kkonkluda iżda kien f'pożizzjoni rregolari. Bayern Munich ikkonfermaw ir-rebħa permezz ta' LEWANDOWSKI li b'daqqa ta' ras ma falliex wara free kick preċiż minn Kimmich, biex assiguraw post fil-finali. | [
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/18/abela-jerga-jakkuza-lin-nies-li-mghandhomx-dixxiplina/ | Abela jerġa' jakkuża lin-nies li m'għandhomx dixxiplina | netnews.com.mt | Fl-ewwel kummenti tiegħu lill-media minn mindu irritorna mill-vaganza fi Sqallija, il-Prim Ministru Robert Abela kellu jbaxxi rasu għall-fatt li x-xogħol fl-Isptar Mater Dei żdied b'mod qawwi minħabba ż-żieda fin-numru ta' każijiet pożittivi ta' COVID-19. Dan minkejja li sa ftit ilu kien ghadu qed jinsisti li s-sitwazzjoni hija "taħt kontroll". U filwaqt li r-risk assessments li fuqhom kellhom jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha baqgħu qatt ma ġew ippubblikat, Robert Abela ammetta li Malta bilfors kienet se tirreġistra żieda fil-każijiet malli bdejna nneħħu l-miżuri u nerġgħu niftħu. Li ma qalx il-Prim Ministru hu, li l-Gvern fetaħ kollox f'daqqa…kuntrarju għall-pariri tat-tobba u l-esperti mediċi. Intant, Robert Abela reġa' tenna l-istess kliem li qal l-Ħadd li għadda fl-intervista tiegħu fuq l-istazzjon Laburista, u ċanfar lin-nies għan-nuqqas ta' dixxiplina minn naħa tagħhom. Għalkemm il-Prim Ministru qed ikompli jappella lill-pubbliku biex ikun iddixiplinat u jsegwi l-miżuri kollha ta' mitigazzjoni…. mal-ewwel okkażjoni li kellu sabiex ikun hu stess li jagħti eżempju… Abela neħħa l-maskra eżatt qabel ma tana l-kummenti tiegħu. | [
1,
8
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/20/sentejn-habs-ohra-ghal-bormliz-fuq-serq-ta-fjuwil/ | Sentejn ħabs oħra għal Bormliż fuq serq ta' fjuwil | netnews.com.mt | Martin Joseph Xuereb, ta' 47 sena minn Bormla ġie kundannat sentejn ħabs oħra fuq serq ta' fjuwil. Sitt snin ilu huwa kien ġie kundannat tliet snin u seba' xhur ħabs fuq akkużi simili, filwaqt li sentejn ilu kien mar 18-il xahar ħabs, wara li ammetta li pprova jiffroda kumpanija tal-assigurazzjoni. Xuereb huwa maħkum mill-vizzju tal-abbuż mid-drogi, bil-Qorti ta' Għawdex preseduta mill-Maġistrat Brigitte Sultana tinnota li l-imputat huwa pluri-reċidiv b'mod mill-aktar qawwi. Il-kondotta tiegħu b'xorti ħażina, turi li għandu għadd ta' sentenzi ta' priġunerija. Dan il-fatt jagħmilha li l-piena bilfors trid tkun dik ta' ħabs effettiv Xuereb ammetta li fil-lejl ta' bejn 13 u 14 ta' Awwissu 2020 fi x'hin bejn 11.30p.m. u 01.40a.m. waqt li kien fis-sit maghruf Ta'Maġġi, li jinsab fi triq il-Madonna ta' Rummiena, fix-Xewkija Ghawdex seraq diversi litri ta' diesel minn vettura tal-ghamla Leyland DAF, u minn krejn. Ammetta wkoll li fil-lejl ta' bejn is-7 u 8 ta' Awwissu 2020 bejn 1000 p.m. u 2.00 am. waqt li kien qiegħed fi triq San Leonardu fir-Rabat Għawdex ikommetta serq ta' diversi litri ta' diesel minn karozza tal-ghamla Coles. Ammetta li serq ta' diversi litri ta' diesel minn karozza Leyland, li l-valur taghħom jaqbeż il-€232.94 iżda hu anqas minn €,2,329.37. Id-difiza ta' Xuereb immexxija mill-Avukat Dottor Jean Paul Grech saħqet li f'dan il-każ kien qed jistieden lill-Qorti tikkonsidra tagħti lill-akkuzat piena sospiża. Madankollu fl-eventwalita li l-Qorti tiddeċiedi illi piena karċerarja hija aktar idónea allura l-Awtorità tal-Ħabs għandha tiġi ordnata li ssegwi lill-akkużat fi programm ħalli jeħles mil-vizzju tad-droga. Barra minn hekk id-difiża saħqet illi f'waħda mis-serqiet ta' fuel, ir-reat ta serq ma ġiex konkluż billi Xuereb ħalla il-landi tal-fjuwil ma l-art. Il-Prosekuzzjoni argumentat illi is-serq ta fuel kien seħħ billi Xuereb kien battal il-fjuwil mil-vettura u kien poġġieh fil-landi lest biex iġorru. Il-Prosekuzzjoni argumenat li fjuwil ma tteħidtx, għax Xuereb beża. il-Qorti fis-sentenza tagħha rrakkomandat dlid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sabiex matul il-perjodu li fih il-ħati se jkun residenti fl-istess Faċilità jara li jingħata l-għajnuna meħtieġa u l-possibilita' sabiex huwa jkun jista jibda' u jispiċċa programm ta' rijabilitazzjoni mill-vizzju tal-abbuż mid-drogi. Dan jinkludi wkoll billi huwa jiġi riferut għal dik it-taqsima l-aktar adatta sabiex dan l-għan ikun jista' jintlaħaq b'suċċess. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. | [
0
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/20/iktar-minn-82000-persuna-fmalta-jinsabu-friskju-ta-faqar/ | Iktar minn 82,000 persuna f'Malta jinsabu f'riskju ta' faqar | netnews.com.mt | Id-dħul medju għal kull dar jammonta għal €28,505 Skont statistika Ewropea fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja li l-Maltin jgħixu fihom, iktar minn 82,000 persuna f'Malta jinsabu f'riskju ta' faqar. Id-dħul medju għal kull dar jammonta għal €28,505. L-istħarriġ juri li n-numru ta' persuni li jgħixu fi djar bi dħul ekwivalenti nazzjonali taħt il-linja ta' riskju ta' faqar (€9,212) kien ta' 82.758. Dan jissarraf f'rata ta' riskju ta' faqar ta' 17.1 fil-mija, 0.3 punti perċentwali ogħla minn dik irreġistrata għas-sena ta' qabel. 3.6% tal-Maltin kienu neqsin minn servizzi bażiċi, żieda ta' 0.6% fuq is-sena ta' qabel. Dan filwqt li l-istess statistika qed turi li dawn il-familji ma kellhomx flus biex iqattgħu btala qasira mqar darba fis-sena jew spiża mhux mistennija. Dan l-istħarriġ tal-UE f'Malta kien mmexxi mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fost persuni li joqogħdu fi djar privati f'Malta u Għawdex. | [
4
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/20/is-suspettat-traffikant-tad-droga-u-ohtu-arrestati-fbormla-fqabda-kbira-jinghataw-il-helsien-mill-arrest/ | Is-Suspettat traffikant tad-droga u oħtu, arrestati f'Bormla f'qabda kbira jingħataw il-ħelsien mill-arrest | netnews.com.mt | Joseph Brignone, ta' 31 sena, u oħtu Annalize, ta' 34 sena, li kienu ġew arrestati wara operazzjoni konġunta ta 'sorveljanza twila ta' xahrejn mill-Pulizija li wasslet f' April li għadda filgħaxija fi Triq il-Kottonera is-suspettat kien twaqqaf mill-Pulizija li kien intlemaħ isuq karozza Mitsubishi. Waqt li pprova jaħrab, ir-raġel kien baqa' dieħel f'żewġ karozzi tal-Pulizija. Tfittxija fil-vettura tiegħu wasslet biex instabu żewġ qratas tad-droga kif ukoll pistola Beretta semi-awtomatika. Oġġetti relatati mad-droga, skieken, munizzjon ta' airgun, 'crossbow', flus kontanti u kambjali ġew skoperti aktar tard waqt tfittxija li saret fid-dar ta' Bormla tar-raġel. It-tieni tfittxija fid-dar ta 'oħtu rriżultat f'drogi differenti, fosthom uħud li kienu moħbija ġewwa trofew. Iż-żewġ aħwa ġew akkużati separatament b'pussess aggravat ta' kokaina, kannabis u drogi psikotropiċi. Joseph Brignone kien akkużat ukoll bi traffikar ta 'droga, pussess ta' armi tan-nar, immaniġġjar ta 'propjetà misruqa kif ukoll li sar reċidiv, filwaqt li ż-żewġ aħwa kienu akkużati wkoll b'ħasil ta' flus. Hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza, il-Qorti semgħet kif l-investigaturi kienu ilhom iżommu għassa mill-qrib fuq is-suspettat tagħhom għal bosta ġimgħat, u nnotaw il-movimenti tiegħu hekk kif kien mar minn garaxx fil-Fgura għal ieħor f'Wied il-Għajn, u żar ukoll il-flat ta 'oħtu f'Bormla. Meta l-każ kompla l-każ, saret talba ġdida għall-ħelsien mill-arrest f'isem iż-żewġ akkużati li ġiet milqugħa mill-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri fuq garanzija personali ta' € 30,000 kull wieħed, sabiex jiffirmaw l-Għassa tal-Pulizija kuljum ktieb tal-ħelsien mill-arrest kuljum u biex biex jirtiraw kmieni d-dar. Joseph Brignone ġie ordnat ukoll jiddepożita € 7,000, filwaqt li oħtu ngħatat il-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €5,000. Ix-xahar li għadda, Emanuel Brignone, missier l-akkużati, ngħata wkoll il-ħelsien mill-arrest. Dan wara li kien wieġeb li mhux ħati li traffika kannabis, kokaina u drogi sintetiċi, kif ukoll li kellu l-mediċina taħt ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx maħsuba għall-użu personali tiegħu u li dan għamlu fi 100 metru minn post frekwentat miż-żgħażagħ. L-ispetturi Mark Anthony Mercieca u Eman Hayman mexxew il-Prosekuzzjoni. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri kienu avukati tad-difiża. | [
0
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/19/talba-ghal-diskussjoni-dwar-l-imxija-l-gdida-tal-coronavirus-u-l-impatt-fuq-ghawdex/ | Talba għal diskussjoni dwar l-imxija l-ġdida tal-Coronavirus u l-impatt fuq Għawdex | netnews.com.mt | Id-Deputati Nazzjonalisti Għawdxin jinsabu mħassba dwar l-imxija l-ġdida tal-COVID-19 u l-impatt fuq Għawdex. Dan it-thassib hu rifless fil-komunita' Għawdxija li minkejja l-kliem sabiħ tal-Gvern Laburista, li issa konna sejrin lura għan-normal, f'daqqa waħda skopriet li l-COVID-19 qed terġa' terfa rasha u bil-kbir. Dan ifisser problemi għall-Ghawdxin mhux biss rigward saħħithom, iżda wkoll għall-għixien tagħhom li diġa' jinsab mhedded mid-daqqa li ħa t-turiżmu li fuqu jiddependi Għawdex. Fi stqarrija, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu li minħabba dawn l-inċertezzi u fuq kollox minħabba s-skiet li jtarrax tal-Gvern fuq aspetti bħalma huma n-numru ta' persuni infettati bil-virus, kif is-servizzi tas-saħħa qed jilqgħu għall-effetti tal-istess virus, kif l-aċċess għall-gżira qed jiġi kkontrollat u kif l-ekonomija Għawdxija qegħda u se tintlaqat, d-Deputati Nazzjonalisti Għawdxin għamlu talba formali biex malajr kemm jista' jkun jitlaqqa' l-kumitat Parlamentari għal Għawdex biex issir diskussjoni dwar dan u possibilment jiġu identifikati soluzzjonijiet. It-talba saret liċ-chairperson tal-kumitat Dr Justyne Caruana u l-appell tad-Deputati Nazzjonalisti Għawdxin u li fl-aħjar interess ta' Għawdex fi żminijiet diffiċli bħalma huma dawk ta' bħalissa, t-talba tintlaqa. | [
1
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/19/covid-19-47-kaz-gdid-13-minnhom-sporadici/ | Covid-19: 47 każ ġdid, 13 minnhom sporadiċi | netnews.com.mt | Ikompli tiela' in-numri ta' każi attivi ta' Covid-19 hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 47 każ ġdid minn 2,261 swab test f'dawn l-aħħar 24 siegħa. Fl-istess żmien fiequ 18-il persuna biex il-każi attivi issa hu ta' 738. Mis-47 każ ġdid 6 kienu membri tal-istess familji ta' każi magħrufa, 3 irriżultaw minn kuntatt dirett ma' każi magħrufa u 13 huma sporadiċi, jiġifieri għad mhux magħruf minn fejn setgħu ġew infettati. Il-Ministeru qal li l-każi li nstabu llum għadhom qed jiġu investigati. Meta wieħed iżid il-każi attivi mas-828 persuni li fiequ u d-9 persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom, it-total ta' każi minn mindu feġġ il-virus f'pajjiżna hu ta' 1,575 każ. | [
1,
8
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/19/il-uefa-tiddiskuti-r-ritorn-tal-partitarji-fl-istadiums-madwar-l-ewropa/ | Il-UEFA tiddiskuti r-ritorn tal-partitarji fl-istadiums madwar l-Ewropa | netnews.com.mt | F'laqgħa li saret b'mod virtwali mal-55 assoċjazzjoni, il-UEFA ddiskutiet il-possibilità li l-partitarji jirritornaw fl-istadiums waqt il-pandemija tal-coronavirus. Din il-laqgħa kienet parti minn proċess ta' konsultazzjoni li bħalissa l-UEFA għaddeja bih biex tanalizza l-mod ta' kif il-partitarji jistgħu jirritornaw isegwu l-partiti mill-istadiums filwaqt li jkun hemm l-inqas riskju possibli li wieħed jinfetta ruħu bil-virus. Il-maġġoranza ta' dawk li kienu nvolut f'din il-laqgħa qablu li jrid ikun hemm regoli stretti dwar l-indafa tal-istadiums. Il-UEFA qalet li jkun kmieni wisq li l-partitarji jirritornaw għall-partiti internazzjonali ta' Settembru li ġej u qalet li se tkun qed tuża xi partiti bħala prova bl-istess UEFA tissuġerixxi l-finali tas-Super Cup li se tintlagħab fl-24 ta' Settembru f'Budapest. Matul din il-laqgħa kienet ukoll diskussa l-kwistjoni tal-kwarantina u b'referenza partikolari għall-partiti internazzjonali minħabba li xi plejers li jkunu ġejjin minn pajjiżi li fihom hemm r-restrizzjonijiet ikollhom jinżammu fi kwarantina. Għal dan, il-UEFA nkoraġġiet lill-assoċjazzjonijiet biex jiddiskutu din is-sitwazzjoni mal-Gverninjiet u l-awtoritajiet ripsettivi tagħhom. | [
1,
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/20/il-membri-kollha-jobdu-d-direttivi-tal-mam/ | Il-membri kollha jobdu d-direttivi tal-MAM | netnews.com.mt | L-Assoċazzjoni Medika Maltija fi stqarrija qalet li l-membri kollha tagħha obdew id-direttiva sabiex isegwu strajk ta' siegħa. Il-MAM ordnat dan l-istrajk wara li kien hemm indħil mingħajr bażi xjentifika minn Ministeri oħra fir-rigward tal-miżuri ġodda relatati mat-tixrid tal-COVID-19. L-Assoċazzjoni qalet li xogħol tt-tobba tas-saħħa pubblika jinkludi l-kordinazzjoni fil-ħidma dwar il-Covid-19 fejn dawn jagħmlu xogħol amministrattiv, jorganizzaw u jipparteċipaw fiċ-ċentri tal-iswabbing u jfittxu u jagħmlu contact tracing ta' każijiet attivi. Dawn it-tobba jiġbru wkoll data u analiżi dwar dan il-virus. | [
1,
8
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/20/il-ministru-tibqa-tghid-li-il-mekkanizmi-hadmu/ | Il-Ministru tibqa' tgħid li "il-mekkaniżmi ħadmu" | netnews.com.mt | Jekk issaqsini għandix nirriżenja minħabba ż-żieda fil-każi tal-COVID-19, jien nistaqsik; "Il-Ministri kollha madwar id-dinja għandhom jirriżenjaw?" Dan kien il-mod li bih Julia Farrugia ġġustifikat għalfejn mhux se tkun qed tirriżenja minn Ministru tat-Turiżmu wara li kienu ħafna dawk li sejħu għar-riżenja tagħha minhabba l-mod kif irreġaxxiet tul il-pandemija, specjalment meta qabdet u fethet l-industirja f'daqqa, inkluz ghall-parties li hadd ma ried jorganizza, ghaliex kienu riskjuzi. Julia Farrugia ddefendiet id-deċiżjoni tagħha li tibqa' Ministru, billi insistiet li kellha bżonn tiżgura li l-pajjiż jimxi 'l quddiem. Meta kienet qed twiegeb domandi tat-Times biex tikkumenta dwar id-dikjarazzjoni tal-Gvern li qed jibqa' jgħid li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll meta numru kbir ta' pajjiżi tefgħu lil Malta fil-lista l-ħamra, Farrugia farfret fuq il-Professur Charmaine Gauci u l-Ministru Chris Fearne, u insistiet li d-deċiżjonijiet qed jittieħdu minnhom. Il-Ministru saħqet li pajjiżi oħrajn tefgħu lil Malta fil-lista l-ħamra minħabba r-rata għolja ta' testing. L-istess gurnal saqsa lil Julia Farrugia jekk hi qatt għamlitx pressjoni fil-Kabinet biex kull min jasal pajjiżna jagħmel test għall-COVID-19. Hi saħqet li dawn se jibdew isiru. Il-famużi 'mechanisims' li ftaħret bihom Julia Farrugia mal-media internazzjonali reġgħu spikkaw fir-risposti tagħha waqt l-aħħar intervista mat-Times. Mill-ġdid qalet li l-'mechanisms' li għamlet ħadmu b'mod eċċellenti, l-istess kliem li kienet qalet lill-BBC fil-bidu ta' Lulju. Meta affaċċjata bil-fatt li minkejja l-'mechanisms' l-każi f'pajjiżna telgħu b'rata allarmanti, Farrugia qalet li fl-ewwel ġimgħatejn u nofs minn meta fetaħ l-ajruport, ma kienx hawn każi godda. L-ajruport ta' Malta fetaħ għal kull destinazzjoni fil-15 ta' Lulju fejn fl-ewwel ġimgħatejn u nofs pajjiżna ra ftit anqas minn 100 każ ġdid ta' COVID-19. Meta mistoqsija dwar l-każi li ħarġu minn attivitajiet tal-massa, il-Ministru farfret billi qalet li tiġijiet, festi, ċelebrazzjonijiet ta' praċett u ġriżma ma jaqgħux taħt il-Ministeru tagħha. Meta ppressata dwar il-parties, Farrugia ħaslet idejha, waħħlet fl-organizzaturi u mill-ġdid ippuntat subajha lejn il-festi. | [
1,
8
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/22/possibilta-li-jiltaqghu-zewg-urugani/ | Possibilità li jiltaqgħu żewġ urugani | netnews.com.mt | Jekk dan iseħħ, il-Golf tal-Istati Uniti se jesperjenza ħsara kbira. Fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla qed ikun imbassar li l-Golf tal-Istati Uniti se jintlaqat minn żewġ urugani fl-istess ħin filwaqt li hemm biża' ta' ħsara kbira kawża t'hekk. Bħalissa, il-Golf qed jesperjenza biss ċikluni iżda s-sitwazzjoni tkun agħar jekk dawn jinbidlu f'urugani. Dan filwaqt li meta jiltaqgħu żewġ urugani, wieħed jgħati iktar saħħa lill-ieħor u b'hekk il-ħsara li jikkawżaw tkun ferm agħar. Jekk dan iseħħ, din tkun l-ewwel darba mill-1959 li żewġ ċikluni jiltaqgħu fl-istess post u fl-istess ħin. Filwaqt li lura fl-1933 kienu ltaqgħu urugan u maltempata moderata, qatt fl-istorja ma ġie rreġistrat li fiż-żona kien hemm żewġ urugani fl-istess waqt. Madanakollu, meteoroloġi għadhom mhumiex ċerti kif jistgħu jiżviluppaw u xi ħsara kapaċi jħallu. | [
10
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/22/pass-importanti-fil-libja/ | Pass importanti fil-Libja | netnews.com.mt | Il-Partit Nazzjonalista jinnota pożittivament d-dikjarazzjonijiet li saru lbieraħ fil-pajjiż ġar tagħna l-Libja. Il-qbil li ġie reġistrat bejn Fayez al-Sarraj għan-naħa tal-Gvern ta' Għaqda Nazzjonali ta' Tripli u ta' Agila Saleh l-President tal-Parlament f'Tobruk huwa deċiżament pass importanti 'l quddiem. Wieħed li qiegħed jiġi reġistrat wara snin ta' ġlied intern qawwi. Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f'Dinja mingħajr Fruntieri Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretarja Internazzjonali tal-PN Roselyn Borg Knight, il-Partit Nazzjonalista jagħraf u jsostni dak li ż-żewġ naħat qablu fuqu l-waqfien mill-ġlied immedjat fuq t-territorju kollu, kif ukoll li Sirte u Jufra ma jkunx hemm armi, li forzi militari barranin jinħarġu mill-pajjiż u finalment li fl-2021 jkun hemm elezzjonijiet ġenerali. Dawn l-punti prinċipali ta' ftehim li waslu wara trattattivi twal u komplikati fejn diversi pajjiżi oħra kienu involuti għandhom jiftħu t-triq sabiex jkun hemm stabbilità u demokrazija f'pajjiż daqshekk determinanti għall-paċi fil-Mediterran. Passi li l-Partit Nazzjonalista jittama li jintlaħqu fiż-żmien li ġej. | [
10
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/21/il-upe-bazzjonijiet-industrijali-jekk-il-gvern-ikompli-jwebbes-rasu-u-jiftah-l-iskejjel-mghandhomx-jifthu/ | Azzjonijiet industrijali jekk il-Gvern ikompli jwebbes rasu u jiftaħ l-iskejjel | netnews.com.mt | Jekk il-Gvern ikompli jinsisti li jiftaħ l-Iskejjel, il-Ministru tal-Edukazzjoni u s-Segretarju Permanenti għandhom jinżammu personalment responsabbli f'każ li jitfaċċa mqar każ wieħed ta' Coronavirus fost it-tfal u l-Edukaturi. Hekk sostna l-Kap Eżekuttiv tal-UPE Voice of the Workers Graham Sansone f'konferenza tal-aħbarijiet, li matulha ħabbar li l-Union lesta ssejjaħ azzjonijiet industrijali għall-membri tagħha jekk il-Gvern ikompli jwebbes rasu. Akkumpanjat mid-Direttur Eżekuttiv tal-Union Rebecca Cachia, Graham Sansone spjega li d-deċiżjoni tal-UPE mhix tittieħed b'kappriċċ, iżda wara li l-Ministeru mmexxi minn Owen Bonnici għażel li jinjora s-suġġerimenti tal-Union. Qal li, fost l-oħrajn, il-UPE Voice of the Workers ma kinitx mistiedna tipparteċipa fil-Working Group li nieda l-Gvern. Dan wassal biex sa riċentament, il-Union ma tħossx li hi sodisfatta bid-deċiżjonijiet meħuda mill-Ministeru. Il-Kap Eżekuttiv tal-UPE qal li l-Union segwiet it-tħassib tal-Edukaturi, daqskemm tal-ġenituri u ta' wliedhom. Dan anke wara stħarriġ li sar fost ftit anqas minn 1,300 Edukatur. Fil-fatt, 87 fil-mija tal-Edukaturi qalu li ma jixtiequx jirritornaw fil-klassijiet tal-iskejjel u fil-preżenza tal-istudenti, ladarba s-sitwazzjoni baqgħet ma tjibietx. Min-naħa l-oħra, 86 fil-mija tal-Edukaturi mistoqsija qalu li, bħala ġenituri, huma stess mhux lesti jibgħatu lil uliedhom fit-28 ta' Settemrbu … meta suppost jinfetħu mill-ġdid l-Iskejjel. Fl-istħarriġ irriżulta woll li 82 fil-mija tal-Edukaturi ma jixtiequx li l-istudenti jkunu fiżikament preżenti fil-klassi. U 92 fil-mija qalu li s'issa għadhom mhux jafdaw il-protokolli tas-saħħa li daħħal il-Gvern fis-seħħ. Hu għalhekk li l-Union qed tissuġġerixxi li l-Edukaturi jmexxu s-sessjoni ta' tagħlim mill-klassijiet rispettivi, fosthom dawk vulnerabbli jew fi ħtiġiet partikolari, filwaqt li l-istudenti jsegwu mid-dar. Dan jista' jsir wara li jingħataw taħriġ u laptops adegwati, kif ukoll b'sistema aħjar ta' tqassim ta' noti lill-istudenti. Il-UPE Voice of the Workers esprimiet id-diżpjaċir li s-sitwazzjoni eskalat minħabba traskuraġni fid-deċiżjonijiet li wasslu għat-tieni mewġa tal-Coronavirus. Għax il-Union tħoss li mhux aċċettabbli li l-Iskola tinfetaħ u tingħalaq bis-sulluzzu ma' kull każ pożittiv li jirriżulta. | [
1,
5
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/21/l-istagun-tal-atletika-jilhq-il-qofol-bejn-ghada-u-l-hadd/ | L-istaġun tal-atletika jilħaq il-qofol bejn għada u l-Ħadd | netnews.com.mt | Bejn għada u l-Ħadd jilħaq il-qofol tiegħu l-istaġun tal-atletika bil-Kampjonati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel organizzati mill-Malta Amateur Athletics Association. F'din il-kompetizzjoni se jkun hemm 34 avveniment u se jipparteċipaw uħud mill-aqwa atleti f'pajjiżna li se jkunu qed ifittxu li jniżżlu isimhom fl-istorja billi jiksru rekords nazzjonali jew tal-kategorija differenti. L-attrazzjoni prinċipali se tkun it-tellieqa fuq 5,000m fejn mistenni dwell eċitanti bejn Charlton Debono u Dillion Cassar. L-isprint tal-100m tibqa' tkun fost id-dixxiplini ewlenin f'kull avveniment b'Luke Bezzina u Jacob El Aida Chaffey jirreġistraw l-aqwa ħinijiet dan l-istaġun. Fil-kategorija kemm Claire Azzopardi kif ukoll Carla Scicluna se jkunu qed ifittxu li jniżżlu l-ħinijiet tagħhom taħt it-12 –il sekonda. Il-midalja li se tingħata lir-rebbieħa L-MAAA, fid-dawl tal-aħħar żviluppi mal-pandemija tal-coronavirus, ħadet id-deċiżjoni li torganizza dan l-avveniment wara bibien magħluqa filwaqt li se tkunn qed ixxandar b'mod dirett dan l-avveniment. Il-Presdient tal-MAAA qa li minkejja l-ostakli kollha li ġabet magħha din is-sena, l-assoċjazzjoni hija kbruija li se tkun qed tipprovdi esperjenza memorabbli għall-atleti u dawn il-kampjonati se jkunu ċelebrazzjoni tat-tenaċità u d-dedikazzjoni tagħhom. | [
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/22/it-tennist-kei-nishikori-jinstab-pozittiv-ghat-tieni-darba/ | It-tennist Kei Nishikori jinstab pożittiv għat-tieni darba | netnews.com.mt | It-tennist Ġappuniż Kei Nishikori nstab pożittiv għat-tieni darba, bit-tama li jikkompeti fl-Open tal-Istati Uniti tinstab ftit li xejn diffiċli. In-numru erbgħa tad-dinja kellhu jikkanċella l-impenji tiegħu fl-Open tal-Western u Southern wara li nstab pożittiv il-ġimgħa l-oħra. Hu ħa test ieħor ftit jiem ilu iżda kien għadu ma fieqx mill-virus, u għalhekk ikkonferma li minkejja għandu ftit sintomi, jinsab f'iżolament fi Florida. It-test li jmiss se jieħdu fil-bidu tal-ġimgħa li ġejja, bit-tama li jkun jista' jirkupra malajr biex jikkompeti fl-Open. Dan it-tennista ta' 30 sena kellhu diversi suċċessi fl-Open tal-Istati Uniti fejn wasal sas-semi finali fl-2016 u fl-2018 kif ukoll tilef il-finali tal-2014 kontra Marin Cilic. Serena Williams, il-favorita li tirbaħ il-kategorija tan-nisa qalet li minkejja li ħafna tennista mhux se jikkompetu, mhux se jneħħu l-importanza ta'dan it-turnament u l-possibilità li tiċċelebra l-24 titlu tagħha. Dan għaliex sitta mill-aqwa għaxra tad-dinja kkanċellaw l-impenji tagħhom f'din il-kompetizzjoni, li b'hekk saħħaħ il-possibilità li Serena Williams tirbaħ it-trofej. Din il-kompetizzjoni se tibda fil-31 ta' Awwissu minkejja diversi tennisti kbar mhux se jieħdu sehem fosthom Rafa Nadal u Bianca Andreescu kif ukoll in-numru wieħed tan-nisa Ash Barty. | [
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/22/manchester-city-iridu-lil-lautaro-martinez-ghal-e90-miljun/ | Manchester City iridu lil Lautaro Martinez għal €90 miljun | netnews.com.mt | Rapporti fil-midja internazzjonali qed jingħad li Manchester City iridu lil Lautaro Martinez ta' Inter, u s-somma li se joffru se tkun madwar €90 miljun. L-Arġentin għadu kemm għalaq 23 sena. Fil-kuntratt tiegħu kien hemm klawżola ta' €111 miljun, imma skadiet dan ix-xahar. Il-kowċ ta' Manchester City Pep Guardiola għamel lill-attakkant priorita għal dan is-suq tat-transferimenti. Jidher iżda li din is-somma mhux se tkun biżżejjed, fejn anke Barcelona għamlu sajf sħiħ jipprovaw jakkwistaw dan il-plejer. Inter se jkunu jridu ħafna iżjed flus wara s-suċċess li kellhu l-plejer mal-klabb. Hu għamel koppja tajba ma' Romelu Lukaku fuq l-attakk, fejn skurja 21 gowl f'49 partita din is-sena. | [
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/21/il-pn-jifrah-mal-ghawdxin-li-qed-jilqghu-l-isqof-il-gdid-mons-anton-teuma/ | Il-PN jifraħ mal-Għawdxin li qed jilqgħu l-Isqof il-ġdid Mons. Anton Teuma | netnews.com.mt | Fil-jum tal-konsagrazzjoni episkopali tal-Isqof il-ġdid tad-Djoċesi ta' Għawdex, Mons. Anton Teuma, l-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-poplu Għawdxi u jifraħ miegħu għal dan l-avveniment. Il-Partit Nazzjonalista jibgħat ukoll l-awgurju tiegħu lil Mons. Teuma għal dan il-pass importanti f'ħajtu, li bla dubju se jissarraf f'ħafna ħidma fejjieda għall-Knisja Kattolika f'Għawdex u għall-gżira Għawdxija b'mod ġenerali. Fi stqarrija ffirmata mill-Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari David Agius, u l-membri parlamentari Frederick Azzopardi, Chris Said u Kevin Cutajar intqal li l-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed iħares 'il quddiem biex jaħdem mill-qrib mal-Isqof Teuma u mad-Djoċesi Għawdxija, eżattament bħalma dejjem ġara mal-predeċessuri ta' Mons. Teuma. Fl-aħħar u mhux l-inqas, il-Partit Nazzjonalista jieħu din l-okkażjoni biex jirringrazzja lil Mons. Mario Grech tal-ħidma kollha tiegħu, issa li se jkun qed itemm il-mixja tiegħu bħala Isqof ta' Għawdex u jawguralu għall-impenji l-ġodda li se jkun qed jieħu fi ħdan il-Knisja Kattolika 'l barra minn xtutna. | [
13
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/24/inawgurata-pittura-gdida-fkappellun-fil-knisja-ta-san-publju/ | Inawgurata pittura ġdida f'kappellun fil-Knisja ta' San Publju | netnews.com.mt | Il-Ħadd ġiet inawgurata pittura ġdida fil-Kappellun tar-Rużarju fil-Knisja Arċipretali ta' San Publju fil-Floriana. Il-pittura hija tal-artist John Grima. Il-pittura fost l-oħrajn tirrapreżenta l-ġrajja li tinsab fl-Atti tal-Appostli, għal meta l-poplu Malti laqa' lil San Pawl u lil dawk kollha li kienu miegħu tul in-nawfraġju. Hemm ukoll il-pitturi tal-Arċisqof Emeritus Gużeppi Mercieca u Pawlu Cremona, tkomplija mal-pitturi li diġà hemm fil-Korsija tal-Arċisqfijiet tad-Djoċesi Maltija. Il-Furjaniżi lbieraħ iċċelebraw il-festa ta' San Publiju, minflok fis-26 t'April meta kellhom jiċċelebrawha. Il-festa kienet posposta minħabba l-Coronavirus. L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra quddiesa pontifikali fil-5.30pm, dan hekk kif ukoll kien hu dak li bierek din il-pittura l-ġdida. Fil-paniġierku tiegħu l-Arċisqof tenna biex il-poplu Malti jdur lejn San Publju, Protettur ta' Malta, u jitolbu biex iħares lil dawn il-ġzejjer tiegħu. Huwa appella biex il-politiċi u l-mexxejja ta' żminijietna, jimxu fuq il-passi li kien wettaq Publju bħala mexxej tal-ġżejjer Maltin, jifhmu li jridu jwettqu l-ħniena mal-proxxmu, u fl-istess waqt jaġixxu dejjem bis-sewwa. | [
2,
13
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/23/illejla-l-finali-tal-uefa-champions-league-bejn-bayern-munich-u-psg/ | Illejla l-finali tal-UEFA Champions League bejn Bayern Munich u PSG | netnews.com.mt | Illejla tintemm l-iktar kompetizzjoni prestiġġjuża fl-Ewropa, fejn Bayern Munich se jilgħabu kontra Paris Saint-Germain biex xi ħadd minnhom jerfa' t-trofej tal-UEFA Champions League. Il-partita se tintlgħab ġewwa Estadio da Luz fil-Portugall bil-bibien magħluqa, u tibda fid-21.00. Dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu tmien darbiet u kollha waqt l-istadju tal-gruppi f'dan it-turnament. It-tim Franċiż rebaħ ħames partiti filwaqt li l-Ġermaniżi rebħu t-tlieta l-oħra fosthom l-iktar waħda riċenti f'Diċembru tal-2017. Din hija l-ewwel finali għal PSG fl-istorja tal-klabb, li tagħmilhom il-41 tim li wasal sa din il-finali. L-aħħar sitt timijiet li kkompetew fil-finali għall-ewwel darba tilfu kollha, bl-aħħar tim li rebaħ kienu il-Borussia Dortmund kontra Juventus fl-1997. PSG lagħbu żewġ finali biss f'kompetizzjonijiet Ewropej, fejn rebħu l-Winners Cup tal-1996 kontra SK Rapid Wien u tilfu tas-sena ta' wara kontra Barcelona, biż-żewġ riżultati jintemmu 1-0. Din is-sena, PSG rebħu l-grupp rispettiv tagħhom fejn għelbu l-qawwa ta' Real Madrid, sabiex għaddew għall-aħħar sittax, fejn rebħu lil Borrusia Dortmund, Atalanta u RB Leipzig. Huma kellhom telfa waħda biss tul il-kompetizzjoni kontra Dortmund fl-aħħar sittax, fejn tilfu l-ewwel leg barra minn darhom 2-1. Għal Bayern Munich, din hija l-11-il finali, t-tieni l-iktar tim li wasal sa' dan l-istadju b'Real Madrid biss jinsabu qabilhom b'16-il darba. Il-Ġermaniżi rebħu dan it-titlu ħames darbiet, wara Liverpool b'sitt titli, Milan b'seba' u Real Madrid b'tlettax-il trofej. Bayern Munich fiċ-Champions League ta' din is-sena għadhom ma tilfux logħba waħda. Huma rebħu kull logħba fil-fażi tal-gruppi, u komplew fl-aħħar sittax fejn għelbu lil Chelsea, Barcelona u Lyon. Bayern Munich jistgħu jiksru r-rekord tal-iktar tim li skurja gowls f'staġun wieħed tal-kompetizzjoni. Dan għaliex huma s'issa skurjaw 42 gowl f'għaxar logħbiet, b'Barcelona biss kienu skurjaw iżjed fl-2000 meta kellhom 45 gowl f'16-il partita. L-iktar plejer li skurja dis-sena huwa Robert Lewandowski bi 15-il gowl. | [
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/24/pjanic-pozittiv-ghall-coronavirus/ | Pjanic pożittiv għall-coronavirus | netnews.com.mt | Barcelona ħabbru li l-midfielder il-ġdid tagħhom Miralem Pjanic huwa pożittiv għall-coronavirus. Pjanic issieħed ma' Barcelona mingħand Juventus fi tmiem dan l-istaġun wara li sar tpartit bejnu u bejn Arthur. Barcelona kkonfermaw ukoll li l-midfielder ta' 30 sena li għadu jrid ikun preżentat mill-klabb mhux se jkun qiegħed jivjaġġa lejn Spanja għalissa, iżda se jkun jista' jagħmel dan fi żmien ħmistax –il ġurnata. Il-kundizzjoni ta' Pjanic hija waħda tajba u jinsab f'iżolament fid-dar tiegħu. Il-plejer mill-Bosnija Herzegovina għamel it-test wara li ħassu xi ftit ma jiflaħx ftit tal-jiem ilu. | [
1,
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/24/il-pulizija-franciza-tarresta-aktar-minn-148-partitarju-ta-psg/ | Il-pulizija Franċiża tarresta aktar minn 148 partitarju ta' PSG | netnews.com.mt | Wara t-telfa fil-finali tal-UEFA Champions League, il-pulizija Franċiża arrestat 148 partitarju ta' PSG wara numru ta' rvellijiet li seħħew f'Pariġi matul il-lejl li għadda. Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li l-irvellijiet seħħew f'Champ-Elysees madwar l-istadium ta' PSG fejn numru ta' partitarji nġabru biex isegwu l-finali kontra Bayern Munich. Kelliem għall-pulizija qal li numru ta' karozzi ġew maħruqa kif ukoll tkissru numru ta' twieqi tal-ħwienet li jinsabu fil-madwar. Il-Ministru tal-Intern Franċiż qal li minn tal-inqas 16 –il pulizija weġgħu f'dawn l-inċidenti, bil-pulizija jkollha tuża l-gas tad-dmugħ biex tikkalma s-sitwazzjoni. | [
15
] |
https://netnews.com.mt/2020/08/21/harry-maguire-arrstat-fil-grecja/ | Harry Maguire arrestat fil-Greċja | netnews.com.mt | Il-captain ta' Manchester United Harry Maguire kien arrestat fil-Greċja wara li rreaġixxa b'mod vjolenti fil-konfront tal-pulizija. Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija f'bar ġewwa Mykonos u kien trasferit għal Syros. Il-pulizija Griega qalet li Maguire qiegħed jikkopera magħhom. Fi stqarrija, Manchester United qalu li jinsabu konxji bil-każ ta' Maguire u se jistennew l-eżitu tal-investigazzjonijiet qabel ma jieħdu azzjoni fuq id-difensur ta' 27 sena. Maguire ssieħeb ma' Manchester United fis-sajf li għadda mingħand Leicester City għas-somma ta' €84 miljun ewro. | [
15
] |
Maltese News Categories
A multi-label topic classification dataset for Maltese News Articles.
Data Collection
The data was collected from the press_mt
subset from Korpus Malti v4.0.
Article contents were cleaned to filter out JavaScript, CSS, & repeated non-Maltese sub-headings.
The labels are based on the category
field from this corpus.
Additional filtering & cleaning was performed as follows:
- Documents with generic categories (
News
,Local
,Headlines
,Uncategorised
,Archived
) were ignored. - Some categories were merged as deemed necessary by native Maltese speakers to standardise tags assigned by different news portals (for example merging
European Union
&Unjoni Ewropea
underEU
). - Articles with categories having less than 100 articles were ignored.
- Categories having a >75% co-occurence with another category are dropped.
The different tags & their distribution is shown in the following table.
Tag | Token Count | Article Count | Article Percentage |
---|---|---|---|
Court | 404,329 | 860 | 5.59 |
Covid | 458,120 | 1,735 | 11.29 |
Culture | 750,406 | 2,186 | 14.22 |
EU | 93,227 | 240 | 1.56 |
Economy | 112,972 | 321 | 2.09 |
Education | 56,084 | 191 | 1.24 |
Entertainment | 837,248 | 3,147 | 20.47 |
Environment | 38,522 | 147 | 0.96 |
Health | 81,630 | 290 | 1.89 |
Immigration | 29,665 | 120 | 0.78 |
International | 784,878 | 3,957 | 25.74 |
Opinion | 231,266 | 321 | 2.09 |
Politics | 682,007 | 1,294 | 8.42 |
Religion | 186,300 | 465 | 3.02 |
Social | 98,127 | 203 | 1.32 |
Sports | 835,484 | 3,066 | 19.94 |
Transport | 74,959 | 241 | 1.57 |
Additional Information
License
This work is licensed under a Creative Commons Attribution-NonCommercial-ShareAlike 4.0 International License. Permissions beyond the scope of this license may be available at https://mlrs.research.um.edu.mt/.
Citation
This work was first presented in Topic Classification and Headline Generation for Maltese using a Public News Corpus. Cite it as follows:
@inproceedings{maltese-news-datasets,
title = "Topic Classification and Headline Generation for {M}altese using a Public News Corpus",
author = "Chaudhary, Amit Kumar and
Micallef, Kurt and
Borg, Claudia",
booktitle = "Proceedings of the 2024 Joint International Conference on Computational Linguistics, Language Resources and Evaluation",
month = may,
year = "2024",
publisher = "Association for Computational Linguistics",
}
- Downloads last month
- 193