category
stringlengths 2
147
| url
stringlengths 31
233
| title
stringlengths 2
1.28k
| text
stringlengths 49
49.8k
| text_raw
sequence | base_url
class label 8
classes | __index_level_0__
int64 0
44.8k
|
---|---|---|---|---|---|---|
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/57838/ilparlament_iirkundat_u_numru_ta_deputati_maqbudin_ewwa | Il-Parlament iċċirkundat u numru ta' Deputati u anke l-Kap tal-Oppożizzjoni maqbudin ġewwa | It-toroq madwar il-Parlament mimlijin nies u numru ta' Deputati maqbudin fil-Parlament Il-binja tal-Parlament għal ħin twil kienet tinsab prattikament iċċirkondata b'nies jipprotestaw minkejja li quddiem il-Parlament għandu numru ta' saffi ta' barrikati fuq quddiem. In-nies li kienu qed jipprotestaw fil-fatt kienu jinsabu ma' kull parti tal-binja tal-Parlament, fosthom ħdejn Kastilja, Triq ir-Repubblika, Triq l-Ordinanza u postijiet oħrajn. Fost id-Deputati tal-Gvern li naqbdu fil-Parlament hemm il-Ministri Justyne Caruana u Michael Falzon, kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia. Mill-Oppożizzjoni anke d-Deputat Jason Azzopardi spiċċa ġewwa, apparti l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Intant aktar kmieni llum l-Oppożizzjoni ħabbret illi mhux se tkun qed terġa tidħol fil-Parlament kemm idum Joseph Muiscat Prim Ministru. | [
"It-toroq madwar il-Parlament mimlijin nies u numru ta' Deputati maqbudin fil-Parlament",
"Il-binja tal-Parlament għal ħin twil kienet tinsab prattikament iċċirkondata b'nies jipprotestaw minkejja li quddiem il-Parlament għandu numru ta' saffi ta' barrikati fuq quddiem.",
"In-nies li kienu qed jipprotestaw fil-fatt kienu jinsabu ma' kull parti tal-binja tal-Parlament, fosthom ħdejn Kastilja, Triq ir-Repubblika, Triq l-Ordinanza u postijiet oħrajn.",
"Fost id-Deputati tal-Gvern li naqbdu fil-Parlament hemm il-Ministri Justyne Caruana u Michael Falzon, kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia.",
"Mill-Oppożizzjoni anke d-Deputat Jason Azzopardi spiċċa ġewwa, apparti l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.",
"Intant aktar kmieni llum l-Oppożizzjoni ħabbret illi",
"mhux se tkun qed terġa tidħol fil-Parlament",
"kemm idum Joseph Muiscat Prim Ministru."
] | 6www.illum.com.mt
| 23,084 |
news, press | https://inewsmalta.com/2020/06/id-deputat-nazzjonalist-stephen-spiteri-jirrikonoxxi-li-malta-ghelbet-hafna-mill-glieda-kontra-l-covid/ | Id-Deputat Nazzjonalist Stephen Spiteri jirrikonoxxi li Malta għelbet ħafna mill-ġlieda kontra l-Covid | Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri tenna li l-gwerra kontra l-Covid-19 għadha mhix mirbuħa. “Inkunu qed innaqqsu r-rispett jekk ngħidu li irbaħna l-COVID19. Imma rrid ngħid li pajjiżna irnexxielu jiġġieled din l-isfida u għeleb ħafna minnha,” tenna Spiteri. “Kieku ma tajniex kas u l-poplu ma osservax ir-regolamenti, kieku kulħadd mar jixxala u ma kellniex il-Pulizija jinfurzaw, kieku m’għandniex dawn in-numri. Kienu n-numri huma ħafna ikbar. Kieku għandna ħafna aktar anzjani vittmi. Ejja inkunu responsabbli u nkomplu nedukaw u nkomplu nenfasizzaw li nosservaw ir-regolamenti u mhux qisu spiċċa kollox”. Id-Deputat Spiteri qal dan meta tkellem dwar l-estimi ta’ dħul u infiq tal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2020. | [
"Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri tenna li l-gwerra kontra l-Covid-19 għadha mhix mirbuħa.",
"“Inkunu qed innaqqsu r-rispett jekk ngħidu li irbaħna l-COVID19.",
"Imma rrid ngħid li pajjiżna irnexxielu jiġġieled din l-isfida u għeleb ħafna minnha,” tenna Spiteri.",
"“Kieku ma tajniex kas u l-poplu ma osservax ir-regolamenti, kieku kulħadd mar jixxala u ma kellniex il-Pulizija jinfurzaw, kieku m’għandniex dawn in-numri.",
"Kienu n-numri huma ħafna ikbar.",
"Kieku għandna ħafna aktar anzjani vittmi.",
"Ejja inkunu responsabbli u nkomplu nedukaw u nkomplu nenfasizzaw li nosservaw ir-regolamenti u mhux qisu spiċċa kollox”.",
"Id-Deputat Spiteri qal dan meta tkellem dwar l-estimi ta’ dħul u infiq tal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2020."
] | 0inewsmalta.com
| 17,738 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/58700/lair_malta_se_topera_titjiriet_limitati_millitalja_biex_iorr_mediina_merkanzija_u_biex_tirritorna_lmaltin | L-Air Malta se topera titjiriet limitati mill-Italja biex iġorr mediċina, merkanzija u biex tirritorna l-Maltin | Ir-ripatrijazzjoni se tkun ikkoordinata mill-Uffiċċju tal-Ministeru għall- Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej Wara li lbieraħ il-Gvern Taljan ħabbar li l-Italja kollha qed titpoġġa taħt kwarantina u wara l-projbizzjonijiet maħruġa mill-Gvern ta’ Malta, il-linja nazzjonali tal-ajru kkonfermat li ġew sospiżi t-titjiriet kollha tagħha minn u lejn l-Italja. Il-Linja tal-Ajru qed tippjana li topera numru limitat ta’ titjiriet biex iġġorr provvisti mediċi urġenti għall-isptarijiet, il-merkanzija, u biex tirritorna residenti lura fil-Gżejjer. Fi stqarrija, intqal kif ir-ripatrijazzjoni se tkun ikkoordinata mill-Uffiċċju tal-Ministeru għall- Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej. Ir-residenti jistgħu jikkuntattjaw dan l-uffiċċju fuq 00356 22042200 jew permezz ta’ imejl fuq Il-Linja tal-Ajru hija kontinwament f’kuntatt ma’ diversi Awtoritajiet u qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni li qed tevolvi. Hija se tħabbar kull bidla kif jkun meħtieġ. L-Air Malta se żżomm lill-klijenti tagħha aġġornati permezz tal-websajt tagħha www.airmalta.com u l-kanali tal-midja soċjali inkluż www.facebook.com/AirMalta/ Intant, anke l-kumpanija Ryanair ikkonfermat li qed tissospendi t-titjiriet kollha tagħha minn u lejn l-Italja. | [
"Ir-ripatrijazzjoni se tkun ikkoordinata mill-Uffiċċju tal-Ministeru għall- Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej",
"Wara li lbieraħ il-Gvern Taljan ħabbar li l-Italja kollha qed titpoġġa taħt kwarantina u wara l-projbizzjonijiet maħruġa mill-Gvern ta’ Malta, il-linja nazzjonali tal-ajru kkonfermat li ġew sospiżi t-titjiriet kollha tagħha minn u lejn l-Italja.",
"Il-Linja tal-Ajru qed tippjana li topera numru limitat ta’ titjiriet biex iġġorr provvisti mediċi urġenti għall-isptarijiet, il-merkanzija, u biex tirritorna residenti lura fil-Gżejjer.",
"Fi stqarrija, intqal kif ir-ripatrijazzjoni se tkun ikkoordinata mill-Uffiċċju tal-Ministeru għall- Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej.",
"Ir-residenti jistgħu jikkuntattjaw dan l-uffiċċju fuq 00356 22042200 jew permezz ta’ imejl fuq",
"Il-Linja tal-Ajru hija kontinwament f’kuntatt ma’ diversi Awtoritajiet u qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni li qed tevolvi.",
"Hija se tħabbar kull bidla kif jkun meħtieġ.",
"L-Air Malta se żżomm lill-klijenti tagħha aġġornati permezz tal-websajt tagħha www.airmalta.com u l-kanali tal-midja soċjali inkluż www.facebook.com/AirMalta/",
"Intant, anke l-kumpanija Ryanair ikkonfermat li qed tissospendi t-titjiriet kollha tagħha minn u lejn l-Italja."
] | 6www.illum.com.mt
| 25,167 |
press, news, Coronavirus, , •, , Internazzjonali | https://netnews.com.mt/2020/06/11/aktar-minn-zewg-miljun-kaz-ta-covid-19-fl-istati-uniti/ | Aktar minn żewġ miljun każ ta' COVID-19 fl-Istati Uniti | Ftit tal-sigħat ilu ħarġu l-aħħar ċifri ta' COVID-19 fl-Istati Uniti fejn in-numri ta' dawk pożittivi kompla jikber b'mod allarmanti. In-numru ta' każijiet ikkonfermati fl-Istati Uniti issa huwa ta' aktar minn żewġ miljuni. Dawn iċ-ċifri ħarġu mill-aħħar test li sar mill-Università Johns Hopkins. L-Istati Uniti għandha l-ogħla numru ta' każijiet fid-dinja li qed joħorġu minn eluf ta' testijiet li qed isiru kuljum. | [
"Ftit tal-sigħat ilu ħarġu l-aħħar ċifri ta' COVID-19 fl-Istati Uniti fejn in-numri ta' dawk pożittivi kompla jikber b'mod allarmanti.",
"In-numru ta' każijiet ikkonfermati fl-Istati Uniti issa huwa ta' aktar minn żewġ miljuni.",
"Dawn iċ-ċifri ħarġu mill-aħħar test li sar mill-Università Johns Hopkins.",
"L-Istati Uniti għandha l-ogħla numru ta' każijiet fid-dinja li qed joħorġu minn eluf ta' testijiet li qed isiru kuljum."
] | 1netnews.com.mt
| 39,901 |
press, news, Lokali, •, Qorti | https://netnews.com.mt/2020/11/04/rikors-minn-52-immigrant-li-fittxew-l-azil-frikors-ghad-danni-kontra-l-gvern/ | 52 immigrant jallegaw pushback u ksur ta' diversi drittijiet fundamentali | Jitolbu rimedju mill-Qorti Grupp ta' 50 immigrant li kienu qed ifittxu l-ażil u li kienu ntbagħtu lura bil-forza lejn il-Libja mill-awtoritajiet Maltin fuq il-bastiment tas-sajd Dar al Salaam ippreżentaw rikors fil-Qorti fejn talbu biex jitħallew jagħmlu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ażil. F'din it-talba qalu wkoll li kienu qegħdin ifittxu lill-Gvern għad-danni li ġew ikkawżati lilhom. Fir-rikors ippreżentat quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili mill-avukati Paul Borg Olivier u Evelyn Borg Costanzi, l-immigranti talbu lill-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Brigadier tal-AFM Jeffrey Curmi biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni tagħhom. Huma qed jiddikjaraw li ttieħdu lura lejn il-Libja f'April waqt li kienu fuq dinghy mgħobbi ż-żejjed fiż-żona ta' Tiftix u Salvataġġ ta' Malta. F'inkjesta dwar l-inċident, kien irriżulta li mhux biss l-NGO AlarmPhone infurmat lill-awtoritajiet Maltin bil-bastiment mgħobbi żżejjed li kien qed joqrob lejn iż-żona Search And Rescue ta' Malta, iżda ajruplan tal-Frontex kien ukoll rah fil-baħar hemmhekk. Fit-12 ta 'April, 24 siegħa wara t-telefonata minn AlarmPhone, kienet ġiet traċċata sal-fruntiera taż-żona Search And Rescue ta' Malta. Għaddew 10 sigħat oħra qabel ma l-AFM ingaġġat bastiment tas-sajd privat, id-Dar al Salaam biex jiġbor l-immigranti. Is-salvataġġ seħħ madwar 39 siegħa wara li daħlu fis-Search And Rescue Malti, tgħid l-applikazzjoni fil-Qorti. Huma argumentaw li minkejja li kienu jafu l-kundizzjonijiet li sejrin għall-agħar abbord id-dinghy, kif ukoll il-kapaċità mġebbda żżejjed tal-Forzi Armati, il-Brigadier Curmi kien stenna aktar minn 24 siegħa biex jingaġġa l-bastiment privat biex imexxi s-salvataġġ. L-avukati argumentaw li bħala aġent tal-Istat, id-Dar Al Salaam kellha dmir li tara li din ma tintbagħatx lura fil-port ta' oriġini tagħha kif deskritt mill-Prim Ministru. Dan imur kontra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, żiedu l-avukati. L-immigranti abbord sofrew deidrazzjoni u malnutrizzjoni, kif ukoll trawma psikoloġika bħala riżultat tad-dewmien fis-salvataġġ tagħhom. Kellhom jaraw ukoll lil sħabhom imutu u ġew ritornati l-Libja fejn ġew ittorturati u suġġetti għal trattament degradanti. Huma argumentaw li kienu qed ifittxu l-ażil, kull wieħed b'ċertifikat maħruġ mill-UNHCR li juri dan, iżda kienu għadhom ġew imċaħħda mill-opportunità li jitolbu l-ażil f'Malta. Minflok ġew ritornati l-Libja fejn tqiegħdu f'ċentru ta' detenzjoni f'Tarik al Sikka, komplew jgħidu. Fl-applikazzjoni, intqal ukoll li l-azzjonijiet tal-Istat ammontaw għal deportazzjoni kollettiva, bi ksur tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, li kienet tipproteġi t-talbiet tagħhom għall-ażil. Tnejn minn dawk li jfittxu l-ażil, Fthawi Tesfamichael Welday u Asfaha Letenugus Amelesom, mietu f'operazzjoni ta' salvataġġ li tinvolvi bastiment bil-bandiera Libjana u kkoordinata mill-awtoritajiet Maltin matul l-istess perjodu, taqra l-applikazzjoni, u żżomm lill-Istat responsabbli għall-imwiet tagħhom. L-azzjonijiet ta' Malta dakinhar kisru l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kostituzzjoni ta' Malta, il-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni ta' Ġinevra, argumentaw l-avukati. Ir-rikors jitlob lill-qorti tiddikjara li Malta kisret bosta mid-drittijiet tal-bniedem ta 'dawk li jfittxu l-ażil u tagħti danni pekunjarji u mhux pekunjarji lill-applikanti. Talbu wkoll li jitħallew jagħmlu t-talbiet tagħhom għall-ażil skont il-liġijiet internazzjonali, Ewropej u Maltin. | [
"Jitolbu rimedju mill-Qorti",
"Grupp ta' 50 immigrant li kienu qed ifittxu l-ażil u li kienu ntbagħtu lura bil-forza lejn il-Libja mill-awtoritajiet Maltin fuq il-bastiment tas-sajd Dar al Salaam ippreżentaw rikors fil-Qorti fejn talbu biex jitħallew jagħmlu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ażil.",
"F'din it-talba qalu wkoll li kienu qegħdin ifittxu lill-Gvern għad-danni li ġew ikkawżati lilhom.",
"Fir-rikors ippreżentat quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili mill-avukati Paul Borg Olivier u Evelyn Borg Costanzi, l-immigranti talbu lill-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Brigadier tal-AFM Jeffrey Curmi biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni tagħhom.",
"Huma qed jiddikjaraw li ttieħdu lura lejn il-Libja f'April waqt li kienu fuq dinghy mgħobbi ż-żejjed fiż-żona ta' Tiftix u Salvataġġ ta' Malta.",
"F'inkjesta dwar l-inċident, kien irriżulta li mhux biss l-NGO AlarmPhone infurmat lill-awtoritajiet Maltin bil-bastiment mgħobbi żżejjed li kien qed joqrob lejn iż-żona Search And Rescue ta' Malta, iżda ajruplan tal-Frontex kien ukoll rah fil-baħar hemmhekk.",
"Fit-12 ta 'April, 24 siegħa wara t-telefonata minn AlarmPhone, kienet ġiet traċċata sal-fruntiera taż-żona Search And Rescue ta' Malta.",
"Għaddew 10 sigħat oħra qabel ma l-AFM ingaġġat bastiment tas-sajd privat, id-Dar al Salaam biex jiġbor l-immigranti.",
"Is-salvataġġ seħħ madwar 39 siegħa wara li daħlu fis-Search And Rescue Malti, tgħid l-applikazzjoni fil-Qorti.",
"Huma argumentaw li minkejja li kienu jafu l-kundizzjonijiet li sejrin għall-agħar abbord id-dinghy, kif ukoll il-kapaċità mġebbda żżejjed tal-Forzi Armati, il-Brigadier Curmi kien stenna aktar minn 24 siegħa biex jingaġġa l-bastiment privat biex imexxi s-salvataġġ.",
"L-avukati argumentaw li bħala aġent tal-Istat, id-Dar Al Salaam kellha dmir li tara li din ma tintbagħatx lura fil-port ta' oriġini tagħha kif deskritt mill-Prim Ministru.",
"Dan imur kontra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, żiedu l-avukati.",
"L-immigranti abbord sofrew deidrazzjoni u malnutrizzjoni, kif ukoll trawma psikoloġika bħala riżultat tad-dewmien fis-salvataġġ tagħhom.",
"Kellhom jaraw ukoll lil sħabhom imutu u ġew ritornati l-Libja fejn ġew ittorturati u suġġetti għal trattament degradanti.",
"Huma argumentaw li kienu qed ifittxu l-ażil, kull wieħed b'ċertifikat maħruġ mill-UNHCR li juri dan, iżda kienu għadhom ġew imċaħħda mill-opportunità li jitolbu l-ażil f'Malta.",
"Minflok ġew ritornati l-Libja fejn tqiegħdu f'ċentru ta' detenzjoni f'Tarik al Sikka, komplew jgħidu.",
"Fl-applikazzjoni, intqal ukoll li l-azzjonijiet tal-Istat ammontaw għal deportazzjoni kollettiva, bi ksur tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, li kienet tipproteġi t-talbiet tagħhom għall-ażil.",
"Tnejn minn dawk li jfittxu l-ażil, Fthawi Tesfamichael Welday u Asfaha Letenugus Amelesom, mietu f'operazzjoni ta' salvataġġ li tinvolvi bastiment bil-bandiera Libjana u kkoordinata mill-awtoritajiet Maltin matul l-istess perjodu, taqra l-applikazzjoni, u żżomm lill-Istat responsabbli għall-imwiet tagħhom.",
"L-azzjonijiet ta' Malta dakinhar kisru l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kostituzzjoni ta' Malta, il-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni ta' Ġinevra, argumentaw l-avukati.",
"Ir-rikors jitlob lill-qorti tiddikjara li Malta kisret bosta mid-drittijiet tal-bniedem ta 'dawk li jfittxu l-ażil u tagħti danni pekunjarji u mhux pekunjarji lill-applikanti.",
"Talbu wkoll li jitħallew jagħmlu t-talbiet tagħhom għall-ażil skont il-liġijiet internazzjonali, Ewropej u Maltin."
] | 1netnews.com.mt
| 8,350 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/53746/arrestata_fmalta_qariba_ta_mexxej_mafju_sqalli | Arrestata f'Malta qariba ta' mexxej mafjuż Sqalli | Mariella Franchini, li għandha 57 sena kienet toqgħod l-Imsida u nħareġ kontriha Mandat ta’ Arrest Ewropew Qariba ta’ mexxej ta’ grupp mafjuż fi Sqallija kienet arrestata f’Malta u tressqet il-Qorti dalgħodu. Mariella Franchini, li għandha 57 sena u li toqgħod l-Imsida, kienet qed tiġi mfittxija wara li Maġistrat f’Bari ħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew kontriha. Franchini, hija l-mara ta’ ħu l-mexxej tal-grupp Capriati, grupp Sqalli assoċjat mal-mafja. Hija qed tkun akkużata b’ħasil ta’ €650 miljun għal għanijiet mafjużi. L-Ispettur Mark Galea qal lill-Qorti li kienu awtoritajiet Taljani li infurmaw lill-Pulizija li l-mara kienet Malta. Huwa spjega kif il-Pulizija f’Malta ħadmet id f’id ma’ investigaturi Taljani li qed jinvestigaw każijiet ta’ ħasil ta’ flus, liema flejjes jintużaw għall-kriminalità organizzata u l-mafja. Il-mara aċċettat mingħajr l-ebda reżistenza li tkun estradita lejn l-Italja biex tiffaċja proċeduri kriminali. Skont il-ġurnal Taljan La Repubblica , awtoritajiet Taljani waslu għal isem il-mara wara li kienu ilhom ġimgħat jinvestigaw u interċettaw network onlajn tal-logħob tal-azzard, liema network huwa assoċjat mal-mafja. Allegatament, dan in- network kien qed "jaħsel il-profitti tiegħu" permezz ta' numru ta' kumpaniji bbażati f’Malta, il-Curacao u l-Virgin Islands, li l-ġurnal Taljan jiddeskrivihom bħala “tax havens.” Il-kumpanija involuta hija Centurionbet Ltd u hija assoċjata mal-familja Martiradonna. Fuq net ta’ din l-organizzazzjoni hemm Vito Martiradonna u taħtu network magħmul min uliedu, ħutu, kuġini u anke zitu Mariella Franchini, li hija l-mara ta’ oħt il-mexxej tal-grupp mafjuż Capriati. Dan l-artiklu qed jiġi aġġornat | [
"Mariella Franchini, li għandha 57 sena kienet toqgħod l-Imsida u nħareġ kontriha Mandat ta’ Arrest Ewropew",
"Qariba ta’ mexxej ta’ grupp mafjuż fi Sqallija kienet arrestata f’Malta u tressqet il-Qorti dalgħodu.",
"Mariella Franchini, li għandha 57 sena u li toqgħod l-Imsida, kienet qed tiġi mfittxija wara li Maġistrat f’Bari ħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew kontriha.",
"Franchini, hija l-mara ta’ ħu l-mexxej tal-grupp Capriati, grupp Sqalli assoċjat mal-mafja.",
"Hija qed tkun akkużata b’ħasil ta’ €650 miljun għal għanijiet mafjużi.",
"L-Ispettur Mark Galea qal lill-Qorti li kienu awtoritajiet Taljani li infurmaw lill-Pulizija li l-mara kienet Malta.",
"Huwa spjega kif il-Pulizija f’Malta ħadmet id f’id ma’ investigaturi Taljani li qed jinvestigaw każijiet ta’ ħasil ta’ flus, liema flejjes jintużaw għall-kriminalità organizzata u l-mafja.",
"Il-mara aċċettat mingħajr l-ebda reżistenza li tkun estradita lejn l-Italja biex tiffaċja proċeduri kriminali.",
"Skont il-ġurnal Taljan",
"La Repubblica",
", awtoritajiet Taljani waslu għal isem il-mara wara li kienu ilhom ġimgħat jinvestigaw u interċettaw",
"network",
"onlajn tal-logħob tal-azzard, liema",
"network",
"huwa assoċjat mal-mafja.",
"Allegatament, dan in-",
"network",
"kien qed \"jaħsel il-profitti tiegħu\" permezz ta' numru ta' kumpaniji bbażati f’Malta, il-Curacao u l-Virgin Islands, li l-ġurnal Taljan jiddeskrivihom bħala “tax havens.”",
"Il-kumpanija involuta hija Centurionbet Ltd u hija assoċjata mal-familja Martiradonna.",
"Fuq net ta’ din l-organizzazzjoni hemm Vito Martiradonna u taħtu",
"network",
"magħmul min uliedu, ħutu, kuġini u anke zitu Mariella Franchini, li hija l-mara ta’ oħt il-mexxej tal-grupp mafjuż Capriati.",
"Dan l-artiklu qed jiġi aġġornat"
] | 6www.illum.com.mt
| 41,826 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/l-istrina-tibda-bejn-illum-u-ghada-minn-ghawdex/ | L-Istrina tibda bejn illum u għada minn Għawdex | Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca bdiet bl-attività tal-Istrina minn Għawdex. Din hija l-ewwel darba li saret l-Istrina fil-gżira Għawdxija, li se tkun qed tkompli għada l-Ħadd. L-Istrina minn Għawdex bdiet mil-lokalità ta’ Għajnsielem fejn saret quddiesa fil-parroċċa kkonċelebrata mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech. Hekk kif intemmet il-quddiesa, il-President ta’ Malta u s-Sur Edgar Preca kienu milqugħa minn mijiet ta’ residenti minn Għajnsielem li tellgħu wkoll programm ta’ kant minn għadd ta’ tfal. Kien preżenti wkoll il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u s-sindku tal-lokalità. Il-President ingħatat donazzjoni miġbura kemm mill-Kunsill Lokali u anke mill-Parroċċa ta’ Għajnsielem. Wara l-President żaret il-Qala, fejn fuq iz-zuntier tal-parroċċa kien imħejji programm b’innijiet ta’ tfal u żfin folkloristiku, u daqq mill-banda tal-lokal. Il-President ġiet milqugħa wkoll minn mijiet ta’ residenti tal-lokalità li lkoll ġew bi ħġarhom biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom. F’diskors li tat f’kull lokalità, il-President ta’ Malta sostniet li hi ma tħossx li għandha tagħmel appelli, għaliex temmen fil-qalb kbira tal-Għawdxin u għalhekk flok appelli, tagħżel li tgħid grazzi għaliex tinsab ċerta li l-Għawdxin se jkunu qed jifhmu l-bżonnijiet ta’ tant nies vulnerabbli li jiġu bżonn il-Malta Community Chest Fund li kull 4 ġimgħat qed jonfoq madwar 200,000 ewro f’kimoterapija speċjalizzata. Wara l-Qala, il-President żaret il-lokalità tan-Nadur bi programm li tħejja fil-parroċċa tal-lokal, u wara żaret il-lokalità tax-Xagħra fejn hemmhekk jistennewha kien hemm ukoll għadd kbir ta’ residenti lkoll lesti biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom. Wara l-President żaret ix-Xewkija fejn hemmhekk kienet milqugħa bid-daqq tal-kanzunetta tal-Istrina b’Solidarjetà ‘Int Min Int’, li ġiet miktuba apposta għall-Istrina ta’ din is-sena. F’din il-kanzunetta, orkestra komposta minn għadd ta’ żgħażagħ kantat innijiet tal-Milied u wara ngħatat donazzjoni mir-residenti ta’ din il-lokalità. Wara x-Xewkija l-President żaret Ta’ Sannat fejn hemmhekk kienet milqugħa minn għadd ta’ residenti, u mis-sindku tal-lokal, u tħejja programm ta’ kant minn kor ta’ tfal. L-Istrina se tissokta għada fil-gżira Għawdxija, bil-President ta’ Malta u s-Sur Edgar Preca jżuru l-Għarb, il-kumpless sportiv tar-Rabat Għawdex, iż-Żebbuġ, l-Għasri, Kerċem, il-Munxar, Fontana, San Lawrenz u Victoria. | [
"Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca bdiet bl-attività tal-Istrina minn Għawdex. Din hija l-ewwel darba li saret l-Istrina fil-gżira Għawdxija, li se tkun qed tkompli għada l-Ħadd.",
"L-Istrina minn Għawdex bdiet mil-lokalità ta’ Għajnsielem fejn saret quddiesa fil-parroċċa kkonċelebrata mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech. Hekk kif intemmet il-quddiesa, il-President ta’ Malta u s-Sur Edgar Preca kienu milqugħa minn mijiet ta’ residenti minn Għajnsielem li tellgħu wkoll programm ta’ kant minn għadd ta’ tfal. Kien preżenti wkoll il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u s-sindku tal-lokalità.",
"Il-President ingħatat donazzjoni miġbura kemm mill-Kunsill Lokali u anke mill-Parroċċa ta’ Għajnsielem.",
"Wara l-President żaret il-Qala, fejn fuq iz-zuntier tal-parroċċa kien imħejji programm b’innijiet ta’ tfal u żfin folkloristiku, u daqq mill-banda tal-lokal. Il-President ġiet milqugħa wkoll minn mijiet ta’ residenti tal-lokalità li lkoll ġew bi ħġarhom biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom.",
"F’diskors li tat f’kull lokalità, il-President ta’ Malta sostniet li hi ma tħossx li għandha tagħmel appelli, għaliex temmen fil-qalb kbira tal-Għawdxin u għalhekk flok appelli, tagħżel li tgħid grazzi għaliex tinsab ċerta li l-Għawdxin se jkunu qed jifhmu l-bżonnijiet ta’ tant nies vulnerabbli li jiġu bżonn il-Malta Community Chest Fund li kull 4 ġimgħat qed jonfoq madwar 200,000 ewro f’kimoterapija speċjalizzata.",
"Wara l-Qala, il-President żaret il-lokalità tan-Nadur bi programm li tħejja fil-parroċċa tal-lokal, u wara żaret il-lokalità tax-Xagħra fejn hemmhekk jistennewha kien hemm ukoll għadd kbir ta’ residenti lkoll lesti biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom.",
"Wara l-President żaret ix-Xewkija fejn hemmhekk kienet milqugħa bid-daqq tal-kanzunetta tal-Istrina b’Solidarjetà ‘Int Min Int’, li ġiet miktuba apposta għall-Istrina ta’ din is-sena. F’din il-kanzunetta, orkestra komposta minn għadd ta’ żgħażagħ kantat innijiet tal-Milied u wara ngħatat donazzjoni mir-residenti ta’ din il-lokalità. Wara x-Xewkija l-President żaret Ta’ Sannat fejn hemmhekk kienet milqugħa minn għadd ta’ residenti, u mis-sindku tal-lokal, u tħejja programm ta’ kant minn kor ta’ tfal.",
"L-Istrina se tissokta għada fil-gżira Għawdxija, bil-President ta’ Malta u s-Sur Edgar Preca jżuru l-Għarb, il-kumpless sportiv tar-Rabat Għawdex, iż-Żebbuġ, l-Għasri, Kerċem, il-Munxar, Fontana, San Lawrenz u Victoria."
] | 7www.tvm.com.mt
| 39,091 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/53386/agug__ta_21_sena_jsofri_riei_gravi_wara_inident_fattard | Żagħżugħ ta' 21 sena jsofri ġrieħi gravi wara inċident f'Ħ'Attard | ...iż-żagħżugħ kien qed isuq mutur u ħabat ma' karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 73 sena Illum wara nofsinhar, għall-ħabta tas-1:30 pm il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Pitkali, Ħ’Attard. Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur tat-tip Daelim misjuq minn raġel ta’ 21 sena residenti l-Mosta, u Alfa Romeo li kienet misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti Ħ’Attard. Ix-xufier tal-mutur, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. | [
"...iż-żagħżugħ kien qed isuq mutur u ħabat ma' karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 73 sena",
"Illum wara nofsinhar, għall-ħabta tas-1:30 pm il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Pitkali, Ħ’Attard.",
"Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur tat-tip Daelim misjuq minn raġel ta’ 21 sena residenti l-Mosta, u Alfa Romeo li kienet misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti Ħ’Attard.",
"Ix-xufier tal-mutur, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.",
"L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja."
] | 6www.illum.com.mt
| 24,822 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/59102/ilministru_jiad_li_nqalbet_ddgajsa_viin_malta_u_mietu_limmigranti_kollha_li_kienu_abbord | Il-Ministru jiċħad li nqalbet dgħajsa viċin Malta u mietu l-immigranti kollha li kienu abbord | Il-Ministru saħaq li dinghy vojt fil-Mediterran ma jfissirx awtomatikament li l-immigranti abbord mietu mgħerrqa Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo ċaħad rapporti li dgħajsa li kellha abbord numru ta’ immigranti nqalbet fiż-Żona ta’ Tiftix u Salvataġġ ta’ Malta, bil-persuni kollha li kienu fuqha ma jinstabux. Fuq Facebook Evarist Bartolo saħaq li r-rapporti ħarġu wara li ajruplan ta’ Frontex lemaħ dinghy vojt u mniżżel fil-baħar. Il-Ministru saħaq li bħal dan id-dinghy hemm għexieren oħra fil-Mediterran u ma dan bl-ebda mod ma jfisser li l-immigranti li kienu fuqhom mietu mgħerrqa. Għalhekk, saħaq il-Ministru, ma jfissirx li għax intlemaħ dinghy vojt ifisser li immigranti tilfu ħajjithom fiż-Żona ta’ Tiftix u Salvataġġ f’Malta. Fl-aħħar sigħat il-Gvern Malti kien involut f’laqgħat mal-Libja, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u Franza fejn wassal b’mod formali l-pożizzjoni tiegħu dwar l-immigrazzjoni. Spanja u l-Italja għalqu l-portijiet tagħhom ftit tal-jiem qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni Maltija. Hu mifhum li matul it-taħditiet ġie spjegat kif il-virus ħoloq sfidi għal Malta, speċjalment fuq il-qasam tas-saħħa u l-infurzar tal-liġi. Madanakollu hemm diversi dgħajjes bl-immigranti fil-Mediterran. Intant, fuq il-midja soċjali qed iddur petizzjoni, indirizzata lill-Prim Ministru Robert Abela, bil-għan li Malta ssalva lil dawk l-immigranti li jinsabu bejn sema u ilma. Il-petizzjoni bdiet iddur wara r-rapporti li nqalbet dgħajsa li fuqha kien hemm 47 persuna, inkluż mara tqila u tfal, liema persuni tilfu ħajjithom. | [
"Il-Ministru saħaq li dinghy vojt fil-Mediterran ma jfissirx awtomatikament li l-immigranti abbord mietu mgħerrqa",
"Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo ċaħad rapporti li dgħajsa li kellha abbord numru ta’ immigranti nqalbet fiż-Żona ta’ Tiftix u Salvataġġ ta’ Malta, bil-persuni kollha li kienu fuqha ma jinstabux.",
"Fuq Facebook Evarist Bartolo saħaq li r-rapporti ħarġu wara li ajruplan ta’ Frontex lemaħ dinghy vojt u mniżżel fil-baħar.",
"Il-Ministru saħaq li bħal dan id-dinghy hemm għexieren oħra fil-Mediterran u ma dan bl-ebda mod ma jfisser li l-immigranti li kienu fuqhom mietu mgħerrqa.",
"Għalhekk, saħaq il-Ministru, ma jfissirx li għax intlemaħ dinghy vojt ifisser li immigranti tilfu ħajjithom fiż-Żona ta’ Tiftix u Salvataġġ f’Malta.",
"Fl-aħħar sigħat il-Gvern Malti kien involut f’laqgħat mal-Libja, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u Franza fejn wassal b’mod formali l-pożizzjoni tiegħu dwar l-immigrazzjoni.",
"Spanja u l-Italja għalqu l-portijiet tagħhom ftit tal-jiem qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni Maltija.",
"Hu mifhum li matul it-taħditiet ġie spjegat kif il-virus ħoloq sfidi għal Malta, speċjalment fuq il-qasam tas-saħħa u l-infurzar tal-liġi.",
"Madanakollu hemm diversi dgħajjes bl-immigranti fil-Mediterran.",
"Intant, fuq il-midja soċjali qed iddur petizzjoni, indirizzata lill-Prim Ministru Robert Abela, bil-għan li Malta ssalva lil dawk l-immigranti li jinsabu bejn sema u ilma.",
"Il-petizzjoni bdiet iddur wara r-rapporti li nqalbet dgħajsa li fuqha kien hemm 47 persuna, inkluż mara tqila u tfal, liema persuni tilfu ħajjithom."
] | 6www.illum.com.mt
| 25,269 |
press, news, Aħbarijiet, Lokali, Unjoni Ewropea | https://newsbook.com.mt/filmat-pozittiv-li-malta-tappoggja-l-mekkanizmu-tas-saltna-tad-dritt-peter-agius/ | Filmat: "Pożittiv li Malta tappoġġja l-mekkaniżmu tas-saltna tad-dritt" – Peter Agius | L-avukat u eks-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius stqarr li l-fatt li Malta aċċettat il-propost tas-saltna tad-dritt fil-fondi Ewropej hija aħbar pożittiva. Qal li ma stenna xejn iktar mill-Prim Ministru Malti Robert Abela li jgħid li jaqbel. Spjega li l-proposta kienet li l-fondi Ewropej jintrabtu ma' kemm il-pajjiż jirrispett għall-valuri Ewropej fosthom is-saltna tad-dritt. Huwa kien qed jikkumenta dwar l-istqarrija tal-PM ilbieraħ fejn f'kollegament telefoniku minn Brussell qal li Malta qed tappoġġja l-kundizzjoni tas-saltna tad-dritt għall-fondi Ewropej. Malta tappoġġja l-kundizzjoni tas-saltna tad-dritt għall-fondi Ewropej "Mistenni l-akbar pakkett finanzjarju li qatt kellha Malta" – il-PM minn Brussell Dan is-summit Ewropew sa issa huwa l-itwal summit f'20 sena hekk kif l-itwal wieħed kien dam 5 ijiem f'Nizza fi Franza fis-sena 2000. Jibqa' ma jintlaħaqx ftehim: is-Summit tal-UE se jkompli llum fl-4pm Newsbook.com.mt ħa l-kummenti tal-espert fl-Unjoni Ewropea Dr Peter Agius dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa. Huwa qal li jidher li t-taħditiet qed jikkonċentraw dwar id-daqs tal-pakkett finanzjarju. Peter Agius spjega li dan kien l-ikbar test li kellu sa issa minn kemm ilu fil-kariga ta' President tal-Kunsill Ewropew peress li t-taħditiet dwar il-baġit Ewropew dejjem ikunu l-aktar diskussi u l-aktar li jdumu. Qal li qed juża tattika li jibqa' jimbotta għaliex hemm tama li jintlaħaq riżultat konkret. Ix-xaqq ta' dawl huwa li ġie maqbul il-mekkaniżmu tal-prinipju tas-saltna tad-dritt li permezz tiegħu il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jieħdu l-fondi Ewropej. Huwa qal li dan id-deterrent qed ikun immexxi l-aktar mill-Partit Popolari Ewropew. Qal li dan il-kriterju huwa "il-bomba atomika" peress li qiegħed hemm pero jittama li ma jintuża qatt biex xi pajjiż jitwaqfulu l-fondi. Agius tkellem ukoll dwar it-taxxi tal-kumpaniji li l-Ewropa trid li tibda tieħu mill-Membri Stati. Qal li għalkemm kienet issemmiet din il-proċedura sa issa jidher li għad m'hemm l-ebda deċiżjoni. Stqarr li d-diskussjoni qed tiffoka fuq ir-rebates li jieħdu l-pajjiżi msejjħa Frugal, li huma l-Awstrija, l-Ġermanja, l-Isvezja u d-Danimarka u għaldaqstant mhemmx diskussjoni fuq it-taxxi diretti. L-intervista sħiħa xxandret waqt il-programm Newsbook Hour fuq 103 Malta's Heart: | [
"L-avukat u eks-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius stqarr li l-fatt li Malta aċċettat il-propost tas-saltna tad-dritt fil-fondi Ewropej hija aħbar pożittiva.",
"Qal li ma stenna xejn iktar mill-Prim Ministru Malti Robert Abela li jgħid li jaqbel.",
"Spjega li l-proposta kienet li l-fondi Ewropej jintrabtu ma' kemm il-pajjiż jirrispett għall-valuri Ewropej fosthom is-saltna tad-dritt.",
"Huwa kien qed jikkumenta dwar l-istqarrija tal-PM ilbieraħ fejn f'kollegament telefoniku minn Brussell qal li Malta qed tappoġġja l-kundizzjoni tas-saltna tad-dritt għall-fondi Ewropej.",
"Malta tappoġġja l-kundizzjoni tas-saltna tad-dritt għall-fondi Ewropej \"Mistenni l-akbar pakkett finanzjarju li qatt kellha Malta\" – il-PM minn Brussell Dan is-summit Ewropew sa issa huwa l-itwal summit f'20 sena hekk kif l-itwal wieħed kien dam 5 ijiem f'Nizza fi Franza fis-sena 2000.",
"Jibqa' ma jintlaħaqx ftehim: is-Summit tal-UE se jkompli llum fl-4pm Newsbook.com.mt ħa l-kummenti tal-espert fl-Unjoni Ewropea Dr Peter Agius dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa.",
"Huwa qal li jidher li t-taħditiet qed jikkonċentraw dwar id-daqs tal-pakkett finanzjarju.",
"Peter Agius spjega li dan kien l-ikbar test li kellu sa issa minn kemm ilu fil-kariga ta' President tal-Kunsill Ewropew peress li t-taħditiet dwar il-baġit Ewropew dejjem ikunu l-aktar diskussi u l-aktar li jdumu.",
"Qal li qed juża tattika li jibqa' jimbotta għaliex hemm tama li jintlaħaq riżultat konkret.",
"Ix-xaqq ta' dawl huwa li ġie maqbul il-mekkaniżmu tal-prinipju tas-saltna tad-dritt li permezz tiegħu il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jieħdu l-fondi Ewropej.",
"Huwa qal li dan id-deterrent qed ikun immexxi l-aktar mill-Partit Popolari Ewropew.",
"Qal li dan il-kriterju huwa \"il-bomba atomika\" peress li qiegħed hemm pero jittama li ma jintuża qatt biex xi pajjiż jitwaqfulu l-fondi.",
"Agius tkellem ukoll dwar it-taxxi tal-kumpaniji li l-Ewropa trid li tibda tieħu mill-Membri Stati.",
"Qal li għalkemm kienet issemmiet din il-proċedura sa issa jidher li għad m'hemm l-ebda deċiżjoni.",
"Stqarr li d-diskussjoni qed tiffoka fuq ir-rebates li jieħdu l-pajjiżi msejjħa Frugal, li huma l-Awstrija, l-Ġermanja, l-Isvezja u d-Danimarka u għaldaqstant mhemmx diskussjoni fuq it-taxxi diretti.",
"L-intervista sħiħa xxandret waqt il-programm Newsbook Hour fuq 103 Malta's Heart:"
] | 2newsbook.com.mt
| 5,057 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55794/deputati_viin_delia_jintlaqgu_biapip_silenzju_malli_waslu_simon_jason_u_karol | Deputati viċin Delia jintlaqgħu biċ-ċapċip; Silenzju malli waslu Simon, Jason u Karol | Delia u d-Deputati waslu għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari li qed tiddiskuti l-futur ta' Delia Madwar mitt persuna nġabru quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista hekk kif tlaqqa' l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista bil-futur ta' Adrian Delia fuq nett tal-aġenda. Skont rapporti u dak li żvelaw Deputati, inkluż mas-sit illum.com.mt, għadd ta' Membri Parlamentari Nazzjonalisti ħeġġew lil Delia biex jirriżenja, anke jekk hu, sa issa, għadu ma wera l-ebda intenzjoni li jagħmel dan. Dawk li nġabru laqgħu lil Delia u anke lid-Deputati meqjusa leali biċ-ċapċip, fosthom lil Kristy Debono, Carm Mifsud Bonnici, Stephen Spiteri u Mario Galea. Għall-kuntrarju, spikka s-silenzju huma u deħlin Simon Busuttil, Karol Aquilina u Jason Azzopardi. Huwa u dieħel, Delia ma kkummentax fuq ir-riżenja taċ-Chairperson Eżekuttiv tal-midja tal-PN, Pierre Portelli. Qal li se jikkummenta wara li l-ewwel jindirizza lill-Grupp Parlamentari. Mistoqsi jekk hux se jirriżenja, Delia pront wieġeb: "le." | [
"Delia u d-Deputati waslu għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari li qed tiddiskuti l-futur ta' Delia",
"Madwar mitt persuna nġabru quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista hekk kif tlaqqa' l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista bil-futur ta' Adrian Delia fuq nett tal-aġenda.",
"Skont rapporti u dak li żvelaw Deputati, inkluż mas-sit",
"illum.com.mt,",
"għadd ta' Membri Parlamentari Nazzjonalisti ħeġġew lil Delia biex jirriżenja, anke jekk hu, sa issa, għadu ma wera l-ebda intenzjoni li jagħmel dan.",
"Dawk li nġabru laqgħu lil Delia u anke lid-Deputati meqjusa leali biċ-ċapċip, fosthom lil Kristy Debono, Carm Mifsud Bonnici, Stephen Spiteri u Mario Galea.",
"Għall-kuntrarju, spikka s-silenzju huma u deħlin Simon Busuttil, Karol Aquilina u Jason Azzopardi.",
"Huwa u dieħel, Delia ma kkummentax fuq",
"ir-riżenja taċ-Chairperson Eżekuttiv tal-midja tal-PN, Pierre Portelli.",
"Qal li se jikkummenta wara li l-ewwel jindirizza lill-Grupp Parlamentari.",
"Mistoqsi jekk hux se jirriżenja, Delia pront wieġeb: \"le.\""
] | 6www.illum.com.mt
| 8,413 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-princep-george-jippoza-ghar-ritratt-ufficjali-u-jirbah-il-qlub-ta-kulhadd/ | Il-Prinċep George jippoża għar-ritratt uffiċjali u jirbaħ il-qlub ta’ kullħadd | Għad fadallu ftit tas-snin oħra biex jiġi inkurunat re tal-Ingilterra, iżda diġà rebaħ il-qlub tal-Ingliżi. L-aħħar ritratti tiegħu ppubblikati fis-sigħat li għaddew daru l-erbat irjieħ tad-dinja. F’dawn ir-ritratti uffiċjali li jittieħdu dejjem f’dawn iż-żminijiet tal-Milied, l-ewwel wild ta’ William u Kate, li bħalissa qed jistennew it-tieni tarbija tagħhom, ma tilifx okkażjoni biex jiddeverti u jċarrat ħalqu quddiem il-kamera u b’hekk jirbaħ il-qlub tal-Ingliżi li l-maġġoranza tagħhom għad għandhom ferm għal qalhom il-familja Rjali. | [
"Għad fadallu ftit tas-snin oħra biex jiġi inkurunat re tal-Ingilterra, iżda diġà rebaħ il-qlub tal-Ingliżi.",
"L-aħħar ritratti tiegħu ppubblikati fis-sigħat li għaddew daru l-erbat irjieħ tad-dinja.",
"F’dawn ir-ritratti uffiċjali li jittieħdu dejjem f’dawn iż-żminijiet tal-Milied, l-ewwel wild ta’ William u Kate, li bħalissa qed jistennew it-tieni tarbija tagħhom, ma tilifx okkażjoni biex jiddeverti u jċarrat ħalqu quddiem il-kamera u b’hekk jirbaħ il-qlub tal-Ingliżi li l-maġġoranza tagħhom għad għandhom ferm għal qalhom il-familja Rjali."
] | 7www.tvm.com.mt
| 35,848 |
news, press | https://netnews.com.mt/2017/03/11/ragel-jinstab-mejjet-fis-siggiewi/ | Aġġornata: Raġel jinstab mejjet fis-Siġġiewi | Raġel ta’ madwar 41 sena mil-Latvja residenti Birżebbuġia, instab mejjet mal-art ħdejn sit ta’ konstruzzjoni fuq il-post tax-xogħol tiegħu fl-inħawi tal-Girgenti fis-Siġġiewi. Ir-raġel instab mejjet għall-ħabta tat-8.15am minn xi ħaddiema li kienu fuq il-post. Mhux eskluż mill-ewwel stħarriġ li r-raġel miet ilbieraħ meta kien xogħol fuq il-post u li l-kawża tal-mewt kienet waħda naturali. Huwa ġie ċċertikfikat mejjet fuq il-post minn tabib. Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farruġia LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuħ fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. | [
"Raġel ta’ madwar 41 sena mil-Latvja residenti Birżebbuġia, instab mejjet mal-art ħdejn sit ta’ konstruzzjoni fuq il-post tax-xogħol tiegħu fl-inħawi tal-Girgenti fis-Siġġiewi.",
"Ir-raġel instab mejjet għall-ħabta tat-8.15am minn xi ħaddiema li kienu fuq il-post.",
"Mhux eskluż mill-ewwel stħarriġ li r-raġel miet ilbieraħ meta kien xogħol fuq il-post u li l-kawża tal-mewt kienet waħda naturali.",
"Huwa ġie ċċertikfikat mejjet fuq il-post minn tabib.",
"Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farruġia LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuħ fl-inkjesta li ġiet appuntata.",
"L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin."
] | 1netnews.com.mt
| 1,641 |
press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Internazzjonali | https://newsbook.com.mt/is-sitwazzjoni-fl-italja-hija-kritika-izda-l-hajja-trid-tkompli-bir-regolamenti-conte/ | Is-sitwazzjoni fl-Italja kritika; il-ħajja trid tkompli bir-regolamenti – Conte | Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, f'konferenza tal-aħbarijiet wara laqgħa mal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez f'Ruma nhar it-Tlieta li għadda, qal li "l-pajjiżi tagħna bħalissa għaddejjin minn mument partikolarment diffiċli b'sitwazzjonijiet kritiċi: irridu nuru li meta nirrispettaw ir-regolamenti u l-prekawzjonijiet imfassla, il-ħajja, ukoll dik politika, tista' tkompli". Huwa kompla jgħid "irridu nżommu l-impenji tagħna iżda qabel kollox, hemm bżonn nirrispettaw ir-regolamenti". Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, u l-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez ħadu sehem f'konferenza tal-aħbarijiet flimkien wara laqgħa bejniethom fil-Palazz Chigi f'Ruma. Il-premier Taljan qal li l-istrateġija tal-Gvern rigward il-pandemija tal-coronavirus, fid-dawl ta' mewġa ġdida, kienet dik ta' miżuri restrittivi iżda lokalizzati. Huwa qal li l-gvernaturi u s-sindki jistgħu jintroduċu miżuri "kull meta s-sitwazzjoni issir partikolarment inkwetanti". Għaldaqstant, saħaq ukoll li miżuri lokalizzati jridu jkunu implimentati flimkien ma' koordinazzjoni nazzjonali. "Ma nistgħux nerġgħu nipproponu l-istess strateġija ta' lockdowns nazzjonali," qal Conte li qabel ma' Sanchez li s-sitwazzjoni ta' bħalissa hija kompletament differenti minn meta kien hemm l-ewwel mewġa. "M'għadniex mhux preparati u llum għandna sistema sofistikata ta' monitoraġġ," żied jgħid. Conte kompla qal li r-Recovery Fund tal-Unjoni Ewropea mistenni jibda' jwassal is-€750 biljun mill-1 ta' Jannar li ġej u saħaq li "ma nistgħux nistennew iżjed minn hekk". Huwa qal li r-rispons tal-UE biss jista' jgħin biex terġa' titqajjem l-ekonomija, u mhux atteġġjament nazzjonalistiku. Conte qal ukoll li kien tkellem mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fejn qalilha li l-UE għandha tasal għal ftehim ta' Brexit mar-Renju Unit, iżda mhux akkost ta' kollox. Il-każijiet ġodda ta' coronavirus fl-Italja reġgħu żdiedu fl-aħħar 24 siegħa minn 9,338 nhar it-Tnejn, għal 10,874 nhar it-Tlieta. Ittieħdu madwar 144,000 swab tests. Kien hemm 89 imwiet ġodda, meta mqabbla mat-73 rappurtati t-Tnejn li għadda, skont il-ministeru tas-saħħa. L-Italja qed tara żieda fil-każijiet f'diversi reġjuni, fosthom fil-Lombardija u l-Campania, fejn ġew ordnati curfews . Il-Prim Ministru Giuseppe Conte nhar it-Tlieta qal li l-miżuri lokali xorta waħda għandhom ikunu kkoordinati fuq livell nazzjonali. | [
"Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, f'konferenza tal-aħbarijiet wara laqgħa mal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez f'Ruma nhar it-Tlieta li għadda, qal li \"l-pajjiżi tagħna bħalissa għaddejjin minn mument partikolarment diffiċli b'sitwazzjonijiet kritiċi: irridu nuru li meta nirrispettaw ir-regolamenti u l-prekawzjonijiet imfassla, il-ħajja, ukoll dik politika, tista' tkompli\".",
"Huwa kompla jgħid \"irridu nżommu l-impenji tagħna iżda qabel kollox, hemm bżonn nirrispettaw ir-regolamenti\".",
"Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, u l-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez ħadu sehem f'konferenza tal-aħbarijiet flimkien wara laqgħa bejniethom fil-Palazz Chigi f'Ruma.",
"Il-premier Taljan qal li l-istrateġija tal-Gvern rigward il-pandemija tal-coronavirus, fid-dawl ta' mewġa ġdida, kienet dik ta' miżuri restrittivi iżda lokalizzati.",
"Huwa qal li l-gvernaturi u s-sindki jistgħu jintroduċu miżuri \"kull meta s-sitwazzjoni issir partikolarment inkwetanti\".",
"Għaldaqstant, saħaq ukoll li miżuri lokalizzati jridu jkunu implimentati flimkien ma' koordinazzjoni nazzjonali.",
"\"Ma nistgħux nerġgħu nipproponu l-istess strateġija ta' lockdowns nazzjonali,\" qal Conte li qabel ma' Sanchez li s-sitwazzjoni ta' bħalissa hija kompletament differenti minn meta kien hemm l-ewwel mewġa.",
"\"M'għadniex mhux preparati u llum għandna sistema sofistikata ta' monitoraġġ,\" żied jgħid.",
"Conte kompla qal li r-Recovery Fund tal-Unjoni Ewropea mistenni jibda' jwassal is-€750 biljun mill-1 ta' Jannar li ġej u saħaq li \"ma nistgħux nistennew iżjed minn hekk\".",
"Huwa qal li r-rispons tal-UE biss jista' jgħin biex terġa' titqajjem l-ekonomija, u mhux atteġġjament nazzjonalistiku.",
"Conte qal ukoll li kien tkellem mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fejn qalilha li l-UE għandha tasal għal ftehim ta' Brexit mar-Renju Unit, iżda mhux akkost ta' kollox.",
"Il-każijiet ġodda ta' coronavirus fl-Italja reġgħu żdiedu fl-aħħar 24 siegħa minn 9,338 nhar it-Tnejn, għal 10,874 nhar it-Tlieta.",
"Ittieħdu madwar 144,000 swab tests.",
"Kien hemm 89 imwiet ġodda, meta mqabbla mat-73 rappurtati t-Tnejn li għadda, skont il-ministeru tas-saħħa.",
"L-Italja qed tara żieda fil-każijiet f'diversi reġjuni, fosthom fil-Lombardija u l-Campania, fejn ġew ordnati curfews .",
"Il-Prim Ministru Giuseppe Conte nhar it-Tlieta qal li l-miżuri lokali xorta waħda għandhom ikunu kkoordinati fuq livell nazzjonali."
] | 2newsbook.com.mt
| 41,215 |
press, news, Aħbarijiet, Assassinju Daphne, Lokali | https://newsbook.com.mt/malta-akbar-mill-klikka-li-gabet-dan-l-ghajb-il-president/ | "Malta akbar mill-klikka li ġabet dan l-għajb" – Il-President | Il-President George Vella talab lil kulħadd sabiex iżomm f'moħħu li r-Repubblika ta' Malta hija ferm akbar minn "din il-klikka li ġabet dan l-għajb" fuq il-pajjiż. Dan qalu fid-diskors tiegħu fl-okkażjoni ta' Jum ir-Repubblika tal-2019. Il-President irrimarka li bħalissa l-pajjiż għaddej minn ċirkustanzi partikolari li jixirqilhom l-attenzjoni kollha ta' kulħadd. Sostna li dawn iċ-ċirkustanzi jridu jiġu analizzati mingħajr passjoni, mingħajr ma wieħed iħares lejn uċuħ, mingħajr preġudizzji, mingħajr agenda politika, mingħajr ma wieħed jistħi jgħid il-verità u mingħajr ma jitwebbsu l-irjus. Filmat: Dimostranti jgħajtu "mafja" fit-toroq tal-Belt "Ċirkustanzi li skussjaw is-soċjetà Maltija" Il-President ammetta li dawn iċ-ċirkustanzi skussjaw lis-soċjetà Maltija, għeżżew lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż u ħammġu isem il-pajjiż madwar id-dinja. Qal li qed ikollhom effett ħażin fuq il-kredibbiltà tal-pajjiż, fuq in-negozji tiegħu u fuq l-investiment, fuq it-turiżmu u fuq l-isem tajjeb li Mata garret f'oqsma internazzjonali. Insista li dawn id-dikjarazzjonijiet qed jagħmilhom b'qalb tqila u b'dispjaċir kbir. "Qatt m'għaddieli minn moħħi li xi darba ser nasal biex nitkellem b'dan it-ton fuq pajjiża," kompla l-President Vella. Irrimarka li l-aħħar ġranet ma kienux pjaċevoli, speċjalment għal kull min għandu għal qalbu l-interess tar-Repubblika ta' Malta. Sostna li bosta għexu l-aħħar ġimgħat b'dieqa u anke forsi b'element ta' rabja għal kull min seta' kellu anke nitfa x'jaqsam biex żviluppat is-sitwazzjoni tal-lum. Ċerimonja dinjituża, protesta ċivili – Ministru Bartolo "Kien hemm min interpreta s-silenzju tiegħi bħala nuqqas" Il-President irrimarka li matul l-aħħar jiem, kien hemm min forsi interpreta s-silenzju tiegħu, bħala Kap ta' Stat, bħala nuqqas. Qal li kien hemm min stenna li jitkellem aktar u jgħid aktar. Qal li hemm min għadu jaħseb li bħala President, minbarra l-awtorità morali, għandu xi poteri li bihom jikkmanda x'għandu jsir. Insista li huma ftit li jafu kemm huma limitati l-poteri tal-President. Hu kompla jgħid li min-naħa l-oħra huwa veru li l-President għandu ħafna obbligi u responsabbiltajiet. "Huma preċiżament dawn li eżerċitajt tul dawn l-aħħar ġimgħat. Użajt dawn, flimkien mal-awtorità mogħtija lili mill-Uffiċċju tal-Presidenza fis-skiet, bl-akbar kunfidenzjalità u bi prudenza," qal il-President Vella. Spjega li żamm ruħu aġġornat b'dak li kien għaddej, minuta b'minuta, u ddiskuta fatti u opinjonijiet ma' min Kostituzzjonalment huwa mistenni li jinfurmah b'dak li jkun għaddej. Qal ukoll li ta pariri li deherlu li kellu jagħti, u żamm lura milli jippronunzja ruħu pubblikament. Għaldaqstant qal li matul il-ħin kollu kien lest li, jekk jiżviluppaw ċerti ċirkostanzi, jintervjeni. X'qal is-sensar fil-Qorti? "Ikkonsultajt ma' min għandi fiduċja" Hu u jitkellem dwar id-deċiżjonijiet li kien mitlub jieħu, ħa l-informazzjoni meħtieġa mingħand min huwa obbligat jipprovdilu din l-informazzjoni, ikkonsulta ma' min għandu fiduċja fil-professjonalità, fl-integrità, u fil-fibra morali tiegħu, filwaqt li ħa deċiżjonijiet b'kuxjenza serena, fil-limiti imposti fuqu mill-Kostituzzjoni. "Bżonn ta' għaqda nazzjonali" B'referenza għad-diskors tal-ħatra tiegħu, il-President qal li issa aktar minn qatt qabel hemm bżonn għaqda nazzjonali, bħala Maltin u Għawdxin ta' rieda tajba. Dan bil-għan li jingħeleb dan "l-għelt" li ġie fuq il-poplu. Insista li min wassal lill-pajjiż f'din is-sitwazzjoni, kien min kien, ma kienx qiegħed jaħdem għall-ġid tal-poplu Malti. Qal li dak li sar ma jista' qatt jiġi ġustifikat. Iżda insista li hemm bżonn li kulħadd jingħaqad fit-tama li kull min għandu jerfa' r-responsabbiltà ta' għemilu jerfagħha u jieħu l-pieni li jġorr miegħu dan l-għemil. "Hu min hu. Ikun min ikun." Qal li l-poplu Malti jistenna ġustizzja iżda jkun ħażin jekk s-sentimenti jiħallew jinbidlu f'vendetta u f'mibegħda. Talab sabiex l-istituzzjonijiet investigattivi u ġudizzjarji jitħallew jagħmlu xogħolhom, bla ndħil, b'serenità u b'turija ta' rispett lejn l-integrità, il-kompetenza u l-indipendenza tagħhom. "Magħkom inħossni mdejjaq, imweġġa' u maħsud. Magħkom naqsam l-ansjetà u l-inċertezza li naf li qegħdin jiġu diskussi fil-familji, fuq il-postijiet tax-xogħol, u kull fejn jiltaqgħu l-ħbieb flimkien. Ma nħallux l-irjus jisħnu żżejjed. Inkunu moderati fl-imġiba tagħna," kompla jgħid. "L-Istrina se ssir għax il-marid m'għandux ġurnata" – il-President "Niddefendu isem pajjiżna" Il-President qal li hemm bżonn li l-poplu jiddefendi isem il-pajjiż, b'mod speċjali ma' dawk li jistgħu jużaw din l-okkażjoni biex ikomplu jħammġu u jċekknu lil Malta f'għajnejn il-barranin. Talab sabiex ħadd ma jiddejjaq jingħaqad li jammetti li dak li seħħ fl-assassinju tal-ġurnalista s-Sinjura Daphne Caruana Galizia kien att orribbli, u jaħlef li jagħmel minn kollox biex jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex att bħal dan qatt ma jerġa' jseħħ. Appell lill-ġurnalisti Il-President appella biex jittieħdu l-miżuri leġiżlattivi u dawk ta' sigurtà kollha neċessarji biex tiġi assigurata il-libertà tal-istampa u tal-mezzi ta' komunikazzjoni fil-pajjiż. Fl-istess ħin appella wkoll lill-ġurnalisti kollha sabiex jirrealizzaw ir-responsabbiltajiet kbar li jġorru f'soċjetà moderna. Appella wkoll lill-poplu kollu biex jagħmel użu aħjar mill-medja soċjali. Qal li jiddispjaċih jgħid li l-użu ta' lingwa dispreġġattiva u messaġġi kattivi, saru fonti bla tarf ta' firda. Jibdew jiċħdu l-inviti tal-President għall-attivitajiet ta' Jum ir-Repubblika Appell għall-Membri Parlamentari Għamel appell ukoll għall-Membri Parlamentari. Hu fakkarhom fid-dover tagħhom li huwa l-ħarsien tal-libertajiet fundamentali tal-poplu li jirrappreżentaw u tal-ħolqien tal-ġid biex jitqassam b'mod ekwu fost il-poplu. Qal li huwa d-dover tagħhom ukoll li jilleġiżlaw biex issaħħu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, biex il-ġudikatura fil-pajjiż ikollha l-awtonomija tagħha mħarsa, sabiex idejhom ikunu msaħħa u bla xkiel ta' xejn jaġixxu u jaqdu d-doveri tagħhom bl-akbar imparzjalità u ġustizzja. Sostna li "inkunu għajjurin għall-ġieħ u l-importanza tal-istituzzjoni Parlamentari, u tar-rwol ewlieni li din għandu jkollha f'demokrazija ħajja. Inkunu għassiesa fid-difiża tad-drittijiet u tad-doveri tagħha." Hu appella wkoll għal aktar dekor fit-ton u fil-kontenut tad-dibattiti bejn il-parlamentari. "Ejja nżommu l-livell tad-diskussjonijiet rispettabbli, fuq livell ta' rispett reċiproku u l-użu ta' kontenut riċerkat," insista l-President. Il-President qal aktar milli taħsbu Appell lil dawk li jmexxu lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż Intant, il-President għamel appell ukoll lil dawk kollha li qed imexxu l-istituzzjonijiet fil-pajjiż. Fakkarhom li f'soċjetà demokratika, huma dawn l-istituzzjonijiet li jassiguraw id-demokrazija u s-saltna tad dritt, u li mingħajrhom titkisser kull ordni u kull ġustizzja. Qal li jifhem li minn żmien għall-ieħor ikun hemm bżonn ta' aġġornament kemm fil-legiżlazzjoni li tawtorizzahom kif ukoll fir-regolamenti u fil-liġijiet li jħaddmu fix-xogħol tagħhom, iżda dan ma jfissirx li dak li sar u nkiseb qabel kien kollu ħażin. Qal li l-importanti huwa li min imexxi dawn l-istituzzjonijiet jara li jitħalla jagħmel dan bla xkiel, biex ma jħarisx lejn l-uċuħ u lejn xejn aktar fil-qadi ta' dmirijietu. Insista li kien għalhekk li qed nieħu ħsieb li titwettaq ix-xewqa biex wieħed jara x'riformi hemm bżonn fil-Kostituzzjoni tal-pajjiż u f'liema oqsma. Qal li dan qed isir filwaqt li qed jingħata widen għar-rakkomandazzjonijiet li għamlu entitajiet bħall-Kummissjoni Venezja biex jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet li għoġobhom jagħmlulna. Appell lill-media internazzjonali u pajjiż ħbieb Il-President għamel l-appell tiegħu lill-media internazzjonali u lill-pajjiż ħbieb ta' Malta. Hu insista "li ngħidu biss li jiddispjaċina għal dak li ġara, mhux biżżejjed." Qal li issa l-pajjiż irid jara li ssir ġustizzja u jaċċerta li l-ġustizzja tkun tidher li qiegħda ssir. Hu rringrazzja lil dawk il-pajjiżi kollha li għenu fl-investigazzjonijiet fir-rigward tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Iżda qal li ma' dan il-każ mhux sewwa li titpinġa kerha Malta kollha. Qal li Malta hija ħafna akbar minn kwalunkwe grupp ta' nies, kienu minn kienu, li huma involuti. Qal li l-irwol tal-pajjiż fil-ħolqien ta' dak kollu li huwa tajjeb u għall-ġid tal-poplu kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq dak internazzjonali m'għandux jiġi mirdum taħt il-ħażin li sfortunatament ġara. Irrimarka li isem Malta ma jixraqlux jingħata aġġettivi derogattivi u jitniżżel fil-baxx. Sostna li l-pajjiż "għandu jibqa' jġorr ir-rispett għat-tajjeb kollu li għamel matul is-snin, għall-kultura millennarja li għandu, għall-kontribut enormi għall-paċi fid-dinja, għall-istorja illustri tiegħu fid-difiża tal-valuri, għall-qalb kbira tal-poplu Malti u għall-potenzjal kbir li għandu fir-riżorsi umani tiegħu li msaħħa bl-edukazzjoni, issibhom imxerrda mal-erbat irjieħ tad-dinja fl-ogħla postijiet akkademiċi u amministrattivi – iżommu isem pajjiżna fl-ogħla post li jixraqlu." Filmat: "Malta jixirqilha aħjar" – il-President Jindirizza lill-Maltin u l-Għawdxin Meta dar sabiex jerġa' jindirizza l-poplu Malti u Għawdxi, il-President irrimirka li din mhix siegħa faċli iżda l-pajjiż irid jgħaddi minnha. Qal li kulħadd għandu jara li dan it-trapass iwassal biex l-ewwel u qabel kollox tinstab u toħroġ il-verità kollha. Sostna li jrid ikun assigurat li kull min kien involut, kbir u żgħir, jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu u jħallas ta' għemilu. "Il-poplu għandu d-dritt li jesprimi fehemtu bil-libertajiet kollha li tagħtih il-Kostituzzjoni. Aktar ma dan isir b'mod ċivili aktar ikun effettiv." Sostna li dan hu l-mument fejn pajjiż demokratiku u l-poplu tiegħu jgawdu mill-benefiċċji u s-salvagwardji li toffri l-istess demokrazija. Qal li s-sistema demokratika se twassal għal tranżizzjoni serena minn dan il-mument ta' taqlib, lura għan-normalità. "Din hija l-unika triq li nistgħu nsegwu. Din għandha tkun rieda komuni. Fuq dan ma nistgħux ma naqblux. Huwa dan li għandu jgħaqqadna f'dan il-mument," insista l-President Vella. "Mhumiex żminijiet normali" – il-President jappella għal kalma "Wieżnu għemilkom" Lil kull min iġorr xi forma ta' responsabbiltà politika, istituzzjonali jew Kostituzzjonali, il-President ħeġġu sabiex iwieżen għemilu u jaġixxi wara li fil-kalkoli tiegħu ikun poġġa l-interess nazzjonali qabel l-interess personali. Sostna li Malta matul is-snin għaddiet minn ħafna saram. Qal iżda, li kemm jekk tajjeb jew jekk ħażin dejjem ħarġet imsaħħaħa u determinata, u kull meta ġiet wiċċ imb wiċċ ma' sfidi bħal dawn, sabet saħħitha fl-għaqda fost il-Maltin. Appella sabiex kulħadd japprezza u jkun kburin bil-kwalitajiet tajba li għandu l-poplu. "Ejjew naraw kif inġibu aktar għaqda u nwarrbu dak kollu li jifridna. Ejja nibnu fuq it-tajjeb li għandna u fuq dak kollu li huwa posittiv. Ejjew nużaw aktar enerġija biex flimkien insolvu dawn il-problemi, minflok noqogħdu nippuntaw subgħajna lejn xulxin u nakkużaw lil xulxin. Ejjew flimkien niżirgħu r-rispett lejn xulxin, indaħħlu l-fiduċja, nirrispettaw l-integrità, u naraw li nużaw il-ħin tagħna biex bil-kapaċitajiet kollha tagħna nkabbru l-ġid u nqassmuh bl-aktar mod ekwu fost il-oplu Malti u Għawdxi kollu. Ejjew ngħinu lil xulxin u nafdaw f'xulxin," kompla l-President. Qal li hu jinsab konvint li l-poplu kapaċi jasal. | [
"Il-President George Vella talab lil kulħadd sabiex iżomm f'moħħu li r-Repubblika ta' Malta hija ferm akbar minn \"din il-klikka li ġabet dan l-għajb\" fuq il-pajjiż.",
"Dan qalu fid-diskors tiegħu fl-okkażjoni ta' Jum ir-Repubblika tal-2019.",
"Il-President irrimarka li bħalissa l-pajjiż għaddej minn ċirkustanzi partikolari li jixirqilhom l-attenzjoni kollha ta' kulħadd.",
"Sostna li dawn iċ-ċirkustanzi jridu jiġu analizzati mingħajr passjoni, mingħajr ma wieħed iħares lejn uċuħ, mingħajr preġudizzji, mingħajr agenda politika, mingħajr ma wieħed jistħi jgħid il-verità u mingħajr ma jitwebbsu l-irjus.",
"Filmat: Dimostranti jgħajtu \"mafja\" fit-toroq tal-Belt \"Ċirkustanzi li skussjaw is-soċjetà Maltija\" Il-President ammetta li dawn iċ-ċirkustanzi skussjaw lis-soċjetà Maltija, għeżżew lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż u ħammġu isem il-pajjiż madwar id-dinja.",
"Qal li qed ikollhom effett ħażin fuq il-kredibbiltà tal-pajjiż, fuq in-negozji tiegħu u fuq l-investiment, fuq it-turiżmu u fuq l-isem tajjeb li Mata garret f'oqsma internazzjonali.",
"Insista li dawn id-dikjarazzjonijiet qed jagħmilhom b'qalb tqila u b'dispjaċir kbir.",
"\"Qatt m'għaddieli minn moħħi li xi darba ser nasal biex nitkellem b'dan it-ton fuq pajjiża,\" kompla l-President Vella.",
"Irrimarka li l-aħħar ġranet ma kienux pjaċevoli, speċjalment għal kull min għandu għal qalbu l-interess tar-Repubblika ta' Malta.",
"Sostna li bosta għexu l-aħħar ġimgħat b'dieqa u anke forsi b'element ta' rabja għal kull min seta' kellu anke nitfa x'jaqsam biex żviluppat is-sitwazzjoni tal-lum.",
"Ċerimonja dinjituża, protesta ċivili – Ministru Bartolo \"Kien hemm min interpreta s-silenzju tiegħi bħala nuqqas\" Il-President irrimarka li matul l-aħħar jiem, kien hemm min forsi interpreta s-silenzju tiegħu, bħala Kap ta' Stat, bħala nuqqas.",
"Qal li kien hemm min stenna li jitkellem aktar u jgħid aktar.",
"Qal li hemm min għadu jaħseb li bħala President, minbarra l-awtorità morali, għandu xi poteri li bihom jikkmanda x'għandu jsir.",
"Insista li huma ftit li jafu kemm huma limitati l-poteri tal-President.",
"Hu kompla jgħid li min-naħa l-oħra huwa veru li l-President għandu ħafna obbligi u responsabbiltajiet.",
"\"Huma preċiżament dawn li eżerċitajt tul dawn l-aħħar ġimgħat.",
"Użajt dawn, flimkien mal-awtorità mogħtija lili mill-Uffiċċju tal-Presidenza fis-skiet, bl-akbar kunfidenzjalità u bi prudenza,\" qal il-President Vella.",
"Spjega li żamm ruħu aġġornat b'dak li kien għaddej, minuta b'minuta, u ddiskuta fatti u opinjonijiet ma' min Kostituzzjonalment huwa mistenni li jinfurmah b'dak li jkun għaddej.",
"Qal ukoll li ta pariri li deherlu li kellu jagħti, u żamm lura milli jippronunzja ruħu pubblikament.",
"Għaldaqstant qal li matul il-ħin kollu kien lest li, jekk jiżviluppaw ċerti ċirkostanzi, jintervjeni.",
"X'qal is-sensar fil-Qorti?",
"\"Ikkonsultajt ma' min għandi fiduċja\" Hu u jitkellem dwar id-deċiżjonijiet li kien mitlub jieħu, ħa l-informazzjoni meħtieġa mingħand min huwa obbligat jipprovdilu din l-informazzjoni, ikkonsulta ma' min għandu fiduċja fil-professjonalità, fl-integrità, u fil-fibra morali tiegħu, filwaqt li ħa deċiżjonijiet b'kuxjenza serena, fil-limiti imposti fuqu mill-Kostituzzjoni.",
"\"Bżonn ta' għaqda nazzjonali\" B'referenza għad-diskors tal-ħatra tiegħu, il-President qal li issa aktar minn qatt qabel hemm bżonn għaqda nazzjonali, bħala Maltin u Għawdxin ta' rieda tajba.",
"Dan bil-għan li jingħeleb dan \"l-għelt\" li ġie fuq il-poplu.",
"Insista li min wassal lill-pajjiż f'din is-sitwazzjoni, kien min kien, ma kienx qiegħed jaħdem għall-ġid tal-poplu Malti.",
"Qal li dak li sar ma jista' qatt jiġi ġustifikat.",
"Iżda insista li hemm bżonn li kulħadd jingħaqad fit-tama li kull min għandu jerfa' r-responsabbiltà ta' għemilu jerfagħha u jieħu l-pieni li jġorr miegħu dan l-għemil.",
"\"Hu min hu.",
"Ikun min ikun.\"",
"Qal li l-poplu Malti jistenna ġustizzja iżda jkun ħażin jekk s-sentimenti jiħallew jinbidlu f'vendetta u f'mibegħda.",
"Talab sabiex l-istituzzjonijiet investigattivi u ġudizzjarji jitħallew jagħmlu xogħolhom, bla ndħil, b'serenità u b'turija ta' rispett lejn l-integrità, il-kompetenza u l-indipendenza tagħhom.",
"\"Magħkom inħossni mdejjaq, imweġġa' u maħsud.",
"Magħkom naqsam l-ansjetà u l-inċertezza li naf li qegħdin jiġu diskussi fil-familji, fuq il-postijiet tax-xogħol, u kull fejn jiltaqgħu l-ħbieb flimkien.",
"Ma nħallux l-irjus jisħnu żżejjed.",
"Inkunu moderati fl-imġiba tagħna,\" kompla jgħid.",
"\"L-Istrina se ssir għax il-marid m'għandux ġurnata\" – il-President \"Niddefendu isem pajjiżna\" Il-President qal li hemm bżonn li l-poplu jiddefendi isem il-pajjiż, b'mod speċjali ma' dawk li jistgħu jużaw din l-okkażjoni biex ikomplu jħammġu u jċekknu lil Malta f'għajnejn il-barranin.",
"Talab sabiex ħadd ma jiddejjaq jingħaqad li jammetti li dak li seħħ fl-assassinju tal-ġurnalista s-Sinjura Daphne Caruana Galizia kien att orribbli, u jaħlef li jagħmel minn kollox biex jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex att bħal dan qatt ma jerġa' jseħħ.",
"Appell lill-ġurnalisti Il-President appella biex jittieħdu l-miżuri leġiżlattivi u dawk ta' sigurtà kollha neċessarji biex tiġi assigurata il-libertà tal-istampa u tal-mezzi ta' komunikazzjoni fil-pajjiż.",
"Fl-istess ħin appella wkoll lill-ġurnalisti kollha sabiex jirrealizzaw ir-responsabbiltajiet kbar li jġorru f'soċjetà moderna.",
"Appella wkoll lill-poplu kollu biex jagħmel użu aħjar mill-medja soċjali.",
"Qal li jiddispjaċih jgħid li l-użu ta' lingwa dispreġġattiva u messaġġi kattivi, saru fonti bla tarf ta' firda.",
"Jibdew jiċħdu l-inviti tal-President għall-attivitajiet ta' Jum ir-Repubblika Appell għall-Membri Parlamentari Għamel appell ukoll għall-Membri Parlamentari.",
"Hu fakkarhom fid-dover tagħhom li huwa l-ħarsien tal-libertajiet fundamentali tal-poplu li jirrappreżentaw u tal-ħolqien tal-ġid biex jitqassam b'mod ekwu fost il-poplu.",
"Qal li huwa d-dover tagħhom ukoll li jilleġiżlaw biex issaħħu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, biex il-ġudikatura fil-pajjiż ikollha l-awtonomija tagħha mħarsa, sabiex idejhom ikunu msaħħa u bla xkiel ta' xejn jaġixxu u jaqdu d-doveri tagħhom bl-akbar imparzjalità u ġustizzja.",
"Sostna li \"inkunu għajjurin għall-ġieħ u l-importanza tal-istituzzjoni Parlamentari, u tar-rwol ewlieni li din għandu jkollha f'demokrazija ħajja.",
"Inkunu għassiesa fid-difiża tad-drittijiet u tad-doveri tagħha.\"",
"Hu appella wkoll għal aktar dekor fit-ton u fil-kontenut tad-dibattiti bejn il-parlamentari.",
"\"Ejja nżommu l-livell tad-diskussjonijiet rispettabbli, fuq livell ta' rispett reċiproku u l-użu ta' kontenut riċerkat,\" insista l-President.",
"Il-President qal aktar milli taħsbu Appell lil dawk li jmexxu lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż Intant, il-President għamel appell ukoll lil dawk kollha li qed imexxu l-istituzzjonijiet fil-pajjiż.",
"Fakkarhom li f'soċjetà demokratika, huma dawn l-istituzzjonijiet li jassiguraw id-demokrazija u s-saltna tad dritt, u li mingħajrhom titkisser kull ordni u kull ġustizzja.",
"Qal li jifhem li minn żmien għall-ieħor ikun hemm bżonn ta' aġġornament kemm fil-legiżlazzjoni li tawtorizzahom kif ukoll fir-regolamenti u fil-liġijiet li jħaddmu fix-xogħol tagħhom, iżda dan ma jfissirx li dak li sar u nkiseb qabel kien kollu ħażin.",
"Qal li l-importanti huwa li min imexxi dawn l-istituzzjonijiet jara li jitħalla jagħmel dan bla xkiel, biex ma jħarisx lejn l-uċuħ u lejn xejn aktar fil-qadi ta' dmirijietu.",
"Insista li kien għalhekk li qed nieħu ħsieb li titwettaq ix-xewqa biex wieħed jara x'riformi hemm bżonn fil-Kostituzzjoni tal-pajjiż u f'liema oqsma.",
"Qal li dan qed isir filwaqt li qed jingħata widen għar-rakkomandazzjonijiet li għamlu entitajiet bħall-Kummissjoni Venezja biex jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet li għoġobhom jagħmlulna.",
"Appell lill-media internazzjonali u pajjiż ħbieb Il-President għamel l-appell tiegħu lill-media internazzjonali u lill-pajjiż ħbieb ta' Malta.",
"Hu insista \"li ngħidu biss li jiddispjaċina għal dak li ġara, mhux biżżejjed.\"",
"Qal li issa l-pajjiż irid jara li ssir ġustizzja u jaċċerta li l-ġustizzja tkun tidher li qiegħda ssir.",
"Hu rringrazzja lil dawk il-pajjiżi kollha li għenu fl-investigazzjonijiet fir-rigward tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.",
"Iżda qal li ma' dan il-każ mhux sewwa li titpinġa kerha Malta kollha.",
"Qal li Malta hija ħafna akbar minn kwalunkwe grupp ta' nies, kienu minn kienu, li huma involuti.",
"Qal li l-irwol tal-pajjiż fil-ħolqien ta' dak kollu li huwa tajjeb u għall-ġid tal-poplu kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq dak internazzjonali m'għandux jiġi mirdum taħt il-ħażin li sfortunatament ġara.",
"Irrimarka li isem Malta ma jixraqlux jingħata aġġettivi derogattivi u jitniżżel fil-baxx.",
"Sostna li l-pajjiż \"għandu jibqa' jġorr ir-rispett għat-tajjeb kollu li għamel matul is-snin, għall-kultura millennarja li għandu, għall-kontribut enormi għall-paċi fid-dinja, għall-istorja illustri tiegħu fid-difiża tal-valuri, għall-qalb kbira tal-poplu Malti u għall-potenzjal kbir li għandu fir-riżorsi umani tiegħu li msaħħa bl-edukazzjoni, issibhom imxerrda mal-erbat irjieħ tad-dinja fl-ogħla postijiet akkademiċi u amministrattivi – iżommu isem pajjiżna fl-ogħla post li jixraqlu.\"",
"Filmat: \"Malta jixirqilha aħjar\" – il-President Jindirizza lill-Maltin u l-Għawdxin Meta dar sabiex jerġa' jindirizza l-poplu Malti u Għawdxi, il-President irrimirka li din mhix siegħa faċli iżda l-pajjiż irid jgħaddi minnha.",
"Qal li kulħadd għandu jara li dan it-trapass iwassal biex l-ewwel u qabel kollox tinstab u toħroġ il-verità kollha.",
"Sostna li jrid ikun assigurat li kull min kien involut, kbir u żgħir, jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu u jħallas ta' għemilu.",
"\"Il-poplu għandu d-dritt li jesprimi fehemtu bil-libertajiet kollha li tagħtih il-Kostituzzjoni.",
"Aktar ma dan isir b'mod ċivili aktar ikun effettiv.\"",
"Sostna li dan hu l-mument fejn pajjiż demokratiku u l-poplu tiegħu jgawdu mill-benefiċċji u s-salvagwardji li toffri l-istess demokrazija.",
"Qal li s-sistema demokratika se twassal għal tranżizzjoni serena minn dan il-mument ta' taqlib, lura għan-normalità.",
"\"Din hija l-unika triq li nistgħu nsegwu.",
"Din għandha tkun rieda komuni.",
"Fuq dan ma nistgħux ma naqblux.",
"Huwa dan li għandu jgħaqqadna f'dan il-mument,\" insista l-President Vella.",
"\"Mhumiex żminijiet normali\" – il-President jappella għal kalma \"Wieżnu għemilkom\" Lil kull min iġorr xi forma ta' responsabbiltà politika, istituzzjonali jew Kostituzzjonali, il-President ħeġġu sabiex iwieżen għemilu u jaġixxi wara li fil-kalkoli tiegħu ikun poġġa l-interess nazzjonali qabel l-interess personali.",
"Sostna li Malta matul is-snin għaddiet minn ħafna saram.",
"Qal iżda, li kemm jekk tajjeb jew jekk ħażin dejjem ħarġet imsaħħaħa u determinata, u kull meta ġiet wiċċ imb wiċċ ma' sfidi bħal dawn, sabet saħħitha fl-għaqda fost il-Maltin.",
"Appella sabiex kulħadd japprezza u jkun kburin bil-kwalitajiet tajba li għandu l-poplu.",
"\"Ejjew naraw kif inġibu aktar għaqda u nwarrbu dak kollu li jifridna.",
"Ejja nibnu fuq it-tajjeb li għandna u fuq dak kollu li huwa posittiv.",
"Ejjew nużaw aktar enerġija biex flimkien insolvu dawn il-problemi, minflok noqogħdu nippuntaw subgħajna lejn xulxin u nakkużaw lil xulxin.",
"Ejjew flimkien niżirgħu r-rispett lejn xulxin, indaħħlu l-fiduċja, nirrispettaw l-integrità, u naraw li nużaw il-ħin tagħna biex bil-kapaċitajiet kollha tagħna nkabbru l-ġid u nqassmuh bl-aktar mod ekwu fost il-oplu Malti u Għawdxi kollu.",
"Ejjew ngħinu lil xulxin u nafdaw f'xulxin,\" kompla l-President.",
"Qal li hu jinsab konvint li l-poplu kapaċi jasal."
] | 2newsbook.com.mt
| 7,731 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/qraba-ta-matthew-zahra-jitolbu-li-jkunu-identifikati-l-fdalijiet-biex-jidfnuh/ | Qraba ta’ Matthew Zahra jitolbu li jkunu identifikati l-fdalijiet biex jidfnuh | Il-familja ta’ Matthew Zahra qed titlob lill-Qorti biex isiru l-eżamijiet meħtieġa ħalli jkunu identifikati l-fdalijiet ta’ Zahra biex ikun jista’ jsir funeral xieraq. Permezz tal-avukat Stefano Filletti, li qed jidher bħala ‘parte civile’ fil-każ tal-qtil ta’ Matthew Zahra, ressaq talba quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli biex tappunta espert ħalli jidentifika l-fdalijiet ta’ Zahra. It-talba mill-Avukat Filletti saret waqt li llum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jason Galea u Ronald Urry li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Zahra. Il-fdalijiet ta’ Zahra kienu nstabu m’oħrajn t’annimali f’għalqa fil-Qajjenza f’Lulju li għadda meta kienet qed issir it-tfittxija għal Mario Camilleri magħruf bħala l-Imnieħru u ibnu. Matthew Zahra kien għeb nhar il-15 ta’ Awwissu tas-sena 2012. Huwa kellu 27 sena. | [
"Il-familja ta’ Matthew Zahra qed titlob lill-Qorti biex isiru l-eżamijiet meħtieġa ħalli jkunu identifikati l-fdalijiet ta’ Zahra biex ikun jista’ jsir funeral xieraq.",
"Permezz tal-avukat Stefano Filletti, li qed jidher bħala ‘parte civile’ fil-każ tal-qtil ta’ Matthew Zahra, ressaq talba quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli biex tappunta espert ħalli jidentifika l-fdalijiet ta’ Zahra.",
"It-talba mill-Avukat Filletti saret waqt li llum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jason Galea u Ronald Urry li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Zahra.",
"Il-fdalijiet ta’ Zahra kienu nstabu m’oħrajn t’annimali f’għalqa fil-Qajjenza f’Lulju li għadda meta kienet qed issir it-tfittxija għal Mario Camilleri magħruf bħala l-Imnieħru u ibnu.",
"Matthew Zahra kien għeb nhar il-15 ta’ Awwissu tas-sena 2012.",
"Huwa kellu 27 sena."
] | 7www.tvm.com.mt
| 31,685 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/05/15/mara-taqla-xebgha-marsa-allegatament-waqt-li-kienet-akkumpanjata-minn-tarbija/ | Mara taqla’ xebgħa fil-Marsa; magħha allegatament kellha tarbija | Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ mara li qed tallega li qalgħet xebgħa sempliċiment għaliex skont hi laqtet xatba fiż-żona tal-istalel tal-Marsa. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:15, nhar it-Tnejn, bil-mara li kellha titlob għall-assistenza tal-Pulizija u staff mediku mill-Isptar Mater Dei b’ambulanza li ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura. Skont rapporti fuq il-midja soċjali, il-mara sofriet ġrieħi f’diversi partijiet minn ġisimha u saħansitra ksur fi swaba minn idejha kawża tax-xebgħa. Dan hekk kif lill-Pulizija rrakkuntatilhom li grupp ta’ rġiel avviċinaha u għal iktar minn darba sawtuha anke waqt li kienet mitluqa mal-art. Madankollu r-rapport tal-Pulizija ma jikkonkludix xi ġrieħi ġarrbet l-istess mara. Sadattant jirriżulta li fil-vettura tal-mara kien hemm ukoll tarbija. Minkejja dan, jingħad li l-irġiel ftit li xejn taw każ, tant li l-mara ġarrbet ukoll ħsarat fil-vettura tagħha, inkluż parti mill-windscreen imkissra. B’xi mod u midruba kif kienet, il-mara rnexxielha taħrab mill-post bil-vettura tagħha tidher akkumpanjata mill-uffiċjali tal-Pulizija fl-inħawi ta’ Ħal Qormi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. | [
"Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ mara li qed tallega li qalgħet xebgħa sempliċiment għaliex skont hi laqtet xatba fiż-żona tal-istalel tal-Marsa.",
"Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:15, nhar it-Tnejn, bil-mara li kellha titlob għall-assistenza tal-Pulizija u staff mediku mill-Isptar Mater Dei b’ambulanza li ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura.",
"Skont rapporti fuq il-midja soċjali, il-mara sofriet ġrieħi f’diversi partijiet minn ġisimha u saħansitra ksur fi swaba minn idejha kawża tax-xebgħa.",
"Dan hekk kif lill-Pulizija rrakkuntatilhom li grupp ta’ rġiel avviċinaha u għal iktar minn darba sawtuha anke waqt li kienet mitluqa mal-art.",
"Madankollu r-rapport tal-Pulizija ma jikkonkludix xi ġrieħi ġarrbet l-istess mara.",
"Sadattant jirriżulta li fil-vettura tal-mara kien hemm ukoll tarbija.",
"Minkejja dan, jingħad li l-irġiel ftit li xejn taw każ, tant li l-mara ġarrbet ukoll ħsarat fil-vettura tagħha, inkluż parti mill-windscreen imkissra.",
"B’xi mod u midruba kif kienet, il-mara rnexxielha taħrab mill-post bil-vettura tagħha tidher akkumpanjata mill-uffiċjali tal-Pulizija fl-inħawi ta’ Ħal Qormi.",
"L-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin."
] | 1netnews.com.mt
| 5,475 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-qorti-thassar-decizjoni-fil-konfront-ta-frank-portelli/ | Il-Qorti tħassar deċiżjoni fil-konfront ta’ Frank Portelli | Il-Qorti ħassret id-deċiżjoni li l-Kunsill Mediku ħa fil-konfront tat-tabib Frank Portelli fejn kien sabu ħati ta’ allegazzjonijiet malafamanti fil-konfront tat-tabib Louis Buhagiar. Dan wara li Dr Buhagiar kien twaqqaf milli joffri servizz fl-isptar Saint Philip’s. F’Lulju tal-2003 t-tabib Frank Portelli għarraf lil Dr Louis Buhagiar li kien qed jissospendih mis-servizz tiegħu fl-isptar bir-raġuni tkun il-ħlasijiet li kien qed jitlob Dr Buhagiar. F’Lulju tal-2005 l-Kunsill Mediku akkuża lil Dr Frank Portelli li għamel allegazzjonijiet malafamanti fil-konfront ta’ Dr Buhagiar, b’Portelli jkun immultat €10,000. Dr Portelli ħa l-każ quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. L-Imħallef Anthony Ellul iddikjara li l-Kunsill Mediku naqas milli jtemm l-inkjesta fil-perjodu ta’ sentejn kif stabbilit mil-liġi u għalhekk sab li l-istess Kunsill ma kellux l-awtorità li jagħti deċiżjoni fl-inkjesta u b’hekk ħassar id-deċiżjoni li ttieħdet fl-2009. | [
"Il-Qorti ħassret id-deċiżjoni li l-Kunsill Mediku ħa fil-konfront tat-tabib Frank Portelli fejn kien sabu ħati ta’ allegazzjonijiet malafamanti fil-konfront tat-tabib Louis Buhagiar.",
"Dan wara li Dr Buhagiar kien twaqqaf milli joffri servizz fl-isptar Saint Philip’s.",
"F’Lulju tal-2003 t-tabib Frank Portelli għarraf lil Dr Louis Buhagiar li kien qed jissospendih mis-servizz tiegħu fl-isptar bir-raġuni tkun il-ħlasijiet li kien qed jitlob Dr Buhagiar.",
"F’Lulju tal-2005 l-Kunsill Mediku akkuża lil Dr Frank Portelli li għamel allegazzjonijiet malafamanti fil-konfront ta’ Dr Buhagiar, b’Portelli jkun immultat €10,000.",
"Dr Portelli ħa l-każ quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili.",
"L-Imħallef Anthony Ellul iddikjara li l-Kunsill Mediku naqas milli jtemm l-inkjesta fil-perjodu ta’ sentejn kif stabbilit mil-liġi u għalhekk sab li l-istess Kunsill ma kellux l-awtorità li jagħti deċiżjoni fl-inkjesta u b’hekk ħassar id-deċiżjoni li ttieħdet fl-2009."
] | 7www.tvm.com.mt
| 33,182 |
press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Internazzjonali | https://newsbook.com.mt/cahda-li-boris-johnson-ser-jirrizenja-minhabba-l-coronavirus/ | Ċaħda li Boris Johnson se jirriżenja minħabba l-coronavirus | Kelliema għal Downing Street kellhom jiċħdu dikjarazzjonijiet li Boris Johnson se jirtira mir-rwol ta' Prim Ministru fi żmien sitt xhur minħabba problemi rikorrenti tas-saħħa kkawżati mill-coronavirus, skont rapport tal-gazzetta The Independent. Aktar kmieni fil-ġurnata, Johnson għamel stqarrija dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel fir-Renju Unit. "Diġà tkellimt dwar l-obbligu morali li nerġgħu niftħu l-iskejjel għall-istudenti kollha b'mod sigur, u nixtieq nirringrazzja lil kull min jaħdem fi skola għall-ħidma tagħhom matul ix-xhur tas-sajf sabiex jiżguraw li l-klassijiet ikunu siguri f'dan iż-żmien tal-pandemija tal-Covid, bi tħejjija għal ritorn sħiħ f'Settembru", spjega Johnson. Johnson qal li d-deċiżjonijiet tagħhom dejjem kienu mmexxija mill-pariri ta' esperti mediċi, u issa għandhom ħafna aktar informazzjoni dwar il-coronavirus milli kellhom fil-bidu tas-sena. Huwa spejga li r-riskju li t-tfal jieħdu l-infezzjoni tal-Covid-19 mill-iskejjel huwa żgħir ħafna, u t-tfal se jsofru ħafna aktar problemi għall-iżvilupp, is-saħħa u l-benesseri tagħhom jekk jibqgħu 'l bogħod mill-iskola. "Huwa għalhekk li hija ta' importanza kruċjali li t-tfal jerġgħu lura lejn il-klassijiet tagħhom biex jitgħallmu u jiltaqgħu mal-ħbieb tagħhom. Xejn mhu se jkollu effett akbar fuq il-ħajja tat-tfal tagħna mill-fatt li jirritornaw lura lejn l-iskola", spjega Johnson. Johnson iħeġġeġ lill-ġenituri biex jibagħtu lil uliedhom lura l-iskola Missier il-mara ta' Dominic Cummings, uffiċjal viċin tal-Prim Ministru Johnson, ġie rrappurtat li qal lil persuna oħra li s-Sur Johnson kien għadu jbati minn problemi tas-saħħa minħabba l-Covid-19, meta kellu jkun rikoverat fil-kura intensiva matul ix-xahar ta' April. F'messaġġ bil-vidjo wara li ħareġ mill-isptar, il-Prim Ministru, li kien viżibbilment dgħajjef wara l-infezzjoni, qal li ma kien hemm 'l-ebda dubju' li l-ħaddiema tal-NHS kienu salvawlu ħajtu f'perjodu meta s-sitwazzjoni 'setgħet kellha riżultat differenti ħafna'. Skont The Times, Sir Humphry Wakefield qabbel lill-Prim Ministru ma' żiemel li reġa' lura għax-xogħol kmieni wisq wara perjodu ta' mard, meta qal lil Anna Silverman, persuna li żaritu f'daru, Chillingham Castle f'Northumberland: "Jekk tieħu żiemel lura għall-ħidma meta jkun għadu ferut, qatt ma jirkupra." Imma kelliem għal Number 10 qal li din hija 'qlajja'', u li mhux vera li l-impatt tal-infezzjoni kienet se twassal biex il-PM jirtira mill-pożizzjoni tiegħu qabel iż-żmien. Ir-rapport wasal fi żmien meta Johnson qed jaffaċċja talbiet biex iżid l-appoġġ għal dawk li qed isofru minn l-hekk imsejjaħ "long Covid", persuni li qed isofru minn effetti debilitanti fit-tul, ġimgħat jew xhur wara li dehru li kienu rkupraw mill-infezzjoni inizjali tagħhom tal-coronavirus. Boris Johnson lura x-xogħol minn għada | [
"Kelliema għal Downing Street kellhom jiċħdu dikjarazzjonijiet li Boris Johnson se jirtira mir-rwol ta' Prim Ministru fi żmien sitt xhur minħabba problemi rikorrenti tas-saħħa kkawżati mill-coronavirus, skont rapport tal-gazzetta The Independent.",
"Aktar kmieni fil-ġurnata, Johnson għamel stqarrija dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel fir-Renju Unit.",
"\"Diġà tkellimt dwar l-obbligu morali li nerġgħu niftħu l-iskejjel għall-istudenti kollha b'mod sigur, u nixtieq nirringrazzja lil kull min jaħdem fi skola għall-ħidma tagħhom matul ix-xhur tas-sajf sabiex jiżguraw li l-klassijiet ikunu siguri f'dan iż-żmien tal-pandemija tal-Covid, bi tħejjija għal ritorn sħiħ f'Settembru\", spjega Johnson.",
"Johnson qal li d-deċiżjonijiet tagħhom dejjem kienu mmexxija mill-pariri ta' esperti mediċi, u issa għandhom ħafna aktar informazzjoni dwar il-coronavirus milli kellhom fil-bidu tas-sena.",
"Huwa spejga li r-riskju li t-tfal jieħdu l-infezzjoni tal-Covid-19 mill-iskejjel huwa żgħir ħafna, u t-tfal se jsofru ħafna aktar problemi għall-iżvilupp, is-saħħa u l-benesseri tagħhom jekk jibqgħu 'l bogħod mill-iskola.",
"\"Huwa għalhekk li hija ta' importanza kruċjali li t-tfal jerġgħu lura lejn il-klassijiet tagħhom biex jitgħallmu u jiltaqgħu mal-ħbieb tagħhom.",
"Xejn mhu se jkollu effett akbar fuq il-ħajja tat-tfal tagħna mill-fatt li jirritornaw lura lejn l-iskola\", spjega Johnson.",
"Johnson iħeġġeġ lill-ġenituri biex jibagħtu lil uliedhom lura l-iskola Missier il-mara ta' Dominic Cummings, uffiċjal viċin tal-Prim Ministru Johnson, ġie rrappurtat li qal lil persuna oħra li s-Sur Johnson kien għadu jbati minn problemi tas-saħħa minħabba l-Covid-19, meta kellu jkun rikoverat fil-kura intensiva matul ix-xahar ta' April.",
"F'messaġġ bil-vidjo wara li ħareġ mill-isptar, il-Prim Ministru, li kien viżibbilment dgħajjef wara l-infezzjoni, qal li ma kien hemm 'l-ebda dubju' li l-ħaddiema tal-NHS kienu salvawlu ħajtu f'perjodu meta s-sitwazzjoni 'setgħet kellha riżultat differenti ħafna'.",
"Skont The Times, Sir Humphry Wakefield qabbel lill-Prim Ministru ma' żiemel li reġa' lura għax-xogħol kmieni wisq wara perjodu ta' mard, meta qal lil Anna Silverman, persuna li żaritu f'daru, Chillingham Castle f'Northumberland: \"Jekk tieħu żiemel lura għall-ħidma meta jkun għadu ferut, qatt ma jirkupra.\"",
"Imma kelliem għal Number 10 qal li din hija 'qlajja'', u li mhux vera li l-impatt tal-infezzjoni kienet se twassal biex il-PM jirtira mill-pożizzjoni tiegħu qabel iż-żmien.",
"Ir-rapport wasal fi żmien meta Johnson qed jaffaċċja talbiet biex iżid l-appoġġ għal dawk li qed isofru minn l-hekk imsejjaħ \"long Covid\", persuni li qed isofru minn effetti debilitanti fit-tul, ġimgħat jew xhur wara li dehru li kienu rkupraw mill-infezzjoni inizjali tagħhom tal-coronavirus.",
"Boris Johnson lura x-xogħol minn għada"
] | 2newsbook.com.mt
| 41,584 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/sal-ahhar-tax-xahar-biex-tilmenta-dwar-sistema-tal-wardens/ | Sal-aħħar tax-xahar biex tilmenta dwar is-sistema tal-Wardens | Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali ħabbar li l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-Gwardjani Lokali ġie estiż sal-aħħar tax-xahar. Fi stqarrija ngħad li r-rispons mill-pubbliku b’kummenti, ilmenti u suġġeriment waqt dan il-proċess kien wieħed qawwi. Waqt li rringrazzja lill-pubbliku u lil dawk kollha li pparteċipaw, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo qal li ladarba r-rispons kien wieħed qawwi, u għad fadal min jixtieq jikkontribwixxi f’din ir-riforma, il-proċess ta’ konsultazzjoni, li kellu jiskadi fit-18 t’April, qiegħed jiġi estiż sal-aħħar ta’ April. Qal li b’hekk kulħadd se jingħata ċ-ċans li jagħmel il-proposti tiegħu. Kull min jixtieq jgħaddi l-ideat huwa mitlub jagħmel dan sal-aħħar ta’ April permezz ta’ email fuq: jew fuq il-facebook: www.facebook/riformagwardjanilokali.com jew iċemplu fuq in-numru: 22002308 Aktar informazzjoni tinsab fuq www.riformagwardjanilokali.com | [
"Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali ħabbar li l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-Gwardjani Lokali ġie estiż sal-aħħar tax-xahar.",
"Fi stqarrija ngħad li r-rispons mill-pubbliku b’kummenti, ilmenti u suġġeriment waqt dan il-proċess kien wieħed qawwi.",
"Waqt li rringrazzja lill-pubbliku u lil dawk kollha li pparteċipaw, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo qal li ladarba r-rispons kien wieħed qawwi, u għad fadal min jixtieq jikkontribwixxi f’din ir-riforma, il-proċess ta’ konsultazzjoni, li kellu jiskadi fit-18 t’April, qiegħed jiġi estiż sal-aħħar ta’ April.",
"Qal li b’hekk kulħadd se jingħata ċ-ċans li jagħmel il-proposti tiegħu.",
"Kull min jixtieq jgħaddi l-ideat huwa mitlub jagħmel dan sal-aħħar ta’ April permezz ta’ email fuq:",
"jew fuq il-facebook: www.facebook/riformagwardjanilokali.com jew iċemplu fuq in-numru: 22002308",
"Aktar informazzjoni tinsab fuq www.riformagwardjanilokali.com"
] | 7www.tvm.com.mt
| 33,117 |
press, news, entertainment, Kurrenti | https://stradarjali.com/2020/10/membru-tal-istaff-tal-president-pozittiv-ghall-covid-19/ | Membru Tal-istaff Tal-President Pożittiv Għall-Covid-19 | L-Uffiċċju tal-President avża li wara li għamel swab test ta' rutina, membru tal-istaff tal-Palazz instab li huwa pożittiv għall- Covid-19. Fi stqarrija, l-uffiċċju tal-President qal li f'dawn iċ-ċirkustanzi, il-President ta' Malta u s-Sra Vella—li dalgħodu għamlu swab test ta' rutina li rriżulta negattiv—xorta waħda ddeċidew li joqogħdu f'iżolament għal żmien ġimgħa bħala miżura ta' prekawzjoni. Konsegwentament, l-impenji kollha li l-President kellu skedati għall-ġimgħa d-dieħla qed jiġu posposti. Ritratt: Facebook/ George Vella (Ritratt meħud fid-9 ta' Settembru 2020) uffiċju tal-president | [
"L-Uffiċċju tal-President avża li wara li għamel swab test ta' rutina, membru tal-istaff tal-Palazz instab li huwa pożittiv għall- Covid-19.",
"Fi stqarrija, l-uffiċċju tal-President qal li f'dawn iċ-ċirkustanzi, il-President ta' Malta u s-Sra Vella—li dalgħodu għamlu swab test ta' rutina li rriżulta negattiv—xorta waħda ddeċidew li joqogħdu f'iżolament għal żmien ġimgħa bħala miżura ta' prekawzjoni.",
"Konsegwentament, l-impenji kollha li l-President kellu skedati għall-ġimgħa d-dieħla qed jiġu posposti.",
"Ritratt: Facebook/ George Vella (Ritratt meħud fid-9 ta' Settembru 2020)",
"uffiċju tal-president"
] | 4stradarjali.com
| 30,128 |
press, news, Internazzjonali | https://one.com.mt/news/2016/11/27/panda-fwashington-itemm-bsuccess-operazzjoni/ | Panda f'Washington itemm b'suċċess operazzjoni | Saret b'suċċess operazzjoni fuq panda popolari f'Zoo ġewwa Washington. F'dawn l-aħħar ġimgħat kien innutat li din il-panda ma kinitx qed tiekol u tirreaġixxi kif suppost sakemm nstab li kellha l-qasab ġo l-intestin tagħha. Preżentament, il-panda qegħda taħt osservazzjoni u mhux se ddum ma terġa taffaxxina lill-viżitaturi. | [
"Saret b'suċċess operazzjoni fuq panda popolari f'Zoo ġewwa Washington.",
"F'dawn l-aħħar ġimgħat kien innutat li din il-panda ma kinitx qed tiekol u tirreaġixxi kif suppost sakemm nstab li kellha l-qasab ġo l-intestin tagħha.",
"Preżentament, il-panda qegħda taħt osservazzjoni u mhux se ddum ma terġa taffaxxina lill-viżitaturi."
] | 3one.com.mt
| 33,690 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54365/ilkummissjoni_ewropea_illum_iertifikat_dak_li_jgid_ilpn_dwar_ilbejg_ta_passaporti__aquilina | 'Il-Kummissjoni Ewropea ċċertifikat dak li jgħid il-PN dwar il-bejgħ tal-passaporti' | Il-PN jagħmilha ċara...li l-bejgħ tal-passaporti li daħħal il-Gvern Laburista ġab miegħu bosta riperkussjonijiet serji' - Karol Aquilina "Il-Kummissjoni Ewropea llum ċċertifikat dak li l-Partit Nazzjonalista ilu jgħid, jiġifieri li l-bejgħ tal-passaporti qed iġib miegħu riskji kbar li qed jipperikolaw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna" Hekk sostna d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Carol Aquilina b'reazzjoni għal rapport li kien ippublikat mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskemi ta' ċittadinanza madwar l-Unjoni Ewropea. Minkejja li l-Kummissjoni Ewropea m'għandhiex dritt twaqqaf pajjiżi bħal Malta milli jkollhom skemi ta' ċittadinanza, l-istess rapport xorta kien eku tal-Kummissarju Ewropew Věra Jourova li qalet illi skemi bħal dawn huma riskju għall-istati membri u l-Unjoni Ewropea, inkluż f'termini ta' sigurtà, ħasil ta' flus, korruzzjoni u nuqqqas ta' osservanza tar-regoli tal-UE u l-evażjoni tat-taxxa. Intqal fir-rapport, illi l-UE se tkun qed tħares lejn bilanċ ta' sigurtà għal dawn l-iskemi, inkluż ir-riskji li dawn jistgħu jġibu magħhom. "Il-Partit Nazzjonalista jagħmilha ċara li r-reputazzjoni ta' Malta qatt ma kienet taħt il-lenti fil-passat u li l-bejgħ tal-passaporti li daħħal il-Gvern Laburista ġab miegħu bosta riperkussjonijiet serji minħabba n-nuqqas ta' due diligence tajjeb li qed isir fuq min qed japplika biex jixtri ċ-ċittadinanza Maltija," sostna Aquilina. Huwa kompla jgħid li għalhekk il-PN qed jinsisti mal-Gvern li għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jissalvagwardja isem pajjiżna u r-reputazzjoni tagħna biex ma ssirx aktar ħsara lill-investiment. "Il-Partit Nazzjonalista jibqa' kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza u se jibqa' jagħmel pressjoni kbira fuq il-Gvern biex jiġu mħarsa setturi relatati bħalma huwa s-settur tas-servizzi finanzjarji li joffri eluf ta' postijiet tax-xogħol lill-professjonisti u ż-żgħażagħ." 'Delia jrid ireġġa l-arloġġ lura' - Partit Laburista Intant fi tweġiba l-Partit Laburista sostna, il-kontra tal-Partit Nazzjonalista, li bir-rapport tagħha Kummissjoni Ewropea fil-fatt iżola lill-PN. "Dan għax minkejja d-diversi suġġerimenti li saru mill-Kummissjoni Ewropea l-istituzzjoni Ewropea mkien m’għamlet bħal Adrian Delia u qalet li programmi simili m’għandhomx jeżistu. Minflok saru sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet li l-Gvern Malti diġa’ ddikjara li jaqbel magħhom." "Il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia jrid ireġġa’ l-arloġġ lura billi jimmina programm li qed ikun ta’ benefiċċju ekonomiku għall-pajjiżna," sostna l-Partit Laburista. | [
"Il-PN jagħmilha ċara...li l-bejgħ tal-passaporti li daħħal il-Gvern Laburista ġab miegħu bosta riperkussjonijiet serji' - Karol Aquilina",
"\"Il-Kummissjoni Ewropea llum ċċertifikat dak li l-Partit Nazzjonalista ilu jgħid, jiġifieri li l-bejgħ tal-passaporti qed iġib miegħu riskji kbar li qed jipperikolaw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna\" Hekk sostna d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Carol Aquilina b'reazzjoni għal rapport li kien ippublikat mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskemi ta' ċittadinanza madwar l-Unjoni Ewropea.",
"Minkejja li l-Kummissjoni Ewropea m'għandhiex dritt twaqqaf pajjiżi bħal Malta milli jkollhom skemi ta' ċittadinanza, l-istess rapport xorta kien eku tal-Kummissarju Ewropew Věra Jourova li qalet illi skemi bħal dawn huma riskju għall-istati membri u l-Unjoni Ewropea, inkluż f'termini ta' sigurtà, ħasil ta' flus, korruzzjoni u nuqqqas ta' osservanza tar-regoli tal-UE u l-evażjoni tat-taxxa.",
"Intqal fir-rapport, illi l-UE se tkun qed tħares lejn bilanċ ta' sigurtà għal dawn l-iskemi, inkluż ir-riskji li dawn jistgħu jġibu magħhom.",
"\"Il-Partit Nazzjonalista jagħmilha ċara li r-reputazzjoni ta' Malta qatt ma kienet taħt il-lenti fil-passat u li l-bejgħ tal-passaporti li daħħal il-Gvern Laburista ġab miegħu bosta riperkussjonijiet serji minħabba n-nuqqas ta'",
"due diligence",
"tajjeb li qed isir fuq min qed japplika biex jixtri ċ-ċittadinanza Maltija,\" sostna Aquilina.",
"Huwa kompla jgħid li għalhekk il-PN qed jinsisti mal-Gvern li għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jissalvagwardja isem pajjiżna u r-reputazzjoni tagħna biex ma ssirx aktar ħsara lill-investiment.",
"\"Il-Partit Nazzjonalista jibqa' kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza u se jibqa' jagħmel pressjoni kbira fuq il-Gvern biex jiġu mħarsa setturi relatati bħalma huwa s-settur tas-servizzi finanzjarji li joffri eluf ta' postijiet tax-xogħol lill-professjonisti u ż-żgħażagħ.\"",
"'Delia jrid ireġġa l-arloġġ lura' - Partit Laburista",
"Intant fi tweġiba l-Partit Laburista sostna, il-kontra tal-Partit Nazzjonalista, li bir-rapport tagħha Kummissjoni Ewropea fil-fatt iżola lill-PN.",
"\"Dan għax minkejja d-diversi suġġerimenti li saru mill-Kummissjoni Ewropea l-istituzzjoni Ewropea mkien m’għamlet bħal Adrian Delia u qalet li programmi simili m’għandhomx jeżistu.",
"Minflok saru sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet li l-Gvern Malti diġa’ ddikjara li jaqbel magħhom.\"",
"\"Il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia jrid ireġġa’ l-arloġġ lura billi jimmina programm li qed ikun ta’ benefiċċju ekonomiku għall-pajjiżna,\" sostna l-Partit Laburista."
] | 6www.illum.com.mt
| 42,267 |
press, news, Lokali, •, Qorti | https://netnews.com.mt/2020/12/22/l-arma-li-nstabet-ghand-muka-fil-floriana-ntuzat-fil-qtil-u-analizi-tad-dna-kienu-jaqblu-ma-ta-dragomanski/ | L-arma li nstabet għand Muka fil-Floriana ntużat fil-qtil – u analiżi tad-DNA kienu jaqblu ma' ta' Dragomanski | L-arma li kienet għand Daniel Muka meta ġimgħa wara l-qtil doppju f'tas-Sliema huwa kien ġie arrestat mill-Pulizija f'residenza fil-Floriana hija l-istess waħda li ntużat biex qatlet lit-Tabib Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski fir-residenza tat-tabib f'Tas-Sliema. Sadanittant minn analiżi tad-DNA, l-aktar minn analiżi fejn ma kienx hemm demm fuq il-post, id-DNA ta' Victor Dragomanski qablet ma' postijiet bħal karozza li kienet tas-Sliema u spiċċat fil-parkeġġ l-antik tal-Isptar San Luqa. Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud xehedu diversi esperti mqabbdin mill-Qorti fl-inkjesta. Meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta' Viktor Dragomanski mill-Maċedonja, li flimkien mal-Albaniż Daniel Muka u d-Daniż Jesper Kristiansen jinsabu mixlijin bil-qtil tal-koppja. Mid-dar li kien qed jistaħba fiha Muka, kienet ġiet elevata arma, li ntużat fil-qtil. Dan ħareġ mix-xhieda tal-esperti ballistiċi Patrick Farrugia u Ian Farrugia li qalu li kienu sparati mill-anqas sitt tiri fir-residenza ġewwa Tas-Sliema u li waħda mill-ballal instabet fis-sular ta' fuq fejn spiċċa maqtul Maciejowski. Din il-balla laqtet u nifdet 'wall-unit' fis-sular ta' fuq filwaqt li balla oħra instabet isfel f'kamra li twasslet lejn il-kċina. Skont ix-xhieda l-arma li ntużat kienet pistola semi-awtomatika 19mm. l-istess waħda li nstabet fuq Muka f'residenza fil-Floriana. Xhud ieħor kienet it-tabiba Marisa Cassar li qalet li mis-swabs li elevat sabet dawk li jaqblu ma' dawk ta' Dragomanski. Fost dawn kien hemm loqma ta' sigarett, mal-bibien tal-karozza li kienet Tas-Sliema u spiċċat Gwardmangia, man-numru ta' reġistrazzjoni, quddiem u wara tal-karozza, mal-but ta' wara tal-karozza u anke ma' ingwanti koħol. Xehdu wkoll is-Surġent Antoine Fenech u l-kollega tiegħu l-Kuntistabbli Christie Cremona li kienu nominati mill-inkjesta biex jieħdu ritratti u filmati tal-karozza li allegatament misjuqa mill-akkużati minn Tas-Sliema għal fejn kien il-parkeġġ tal-Isptar San Luqa u dan wara t-tluq tagħhom mill-post wara l-10.30pm. Fenech qal li huma kisbu diversi filmati ta' CCTV's li bdew minn Triq Locker fejn seħħ il-qtil doppju. Qal li deheret ħafna karozza sehra fid-direzzjoni ta' Tal-Pietà u li hu l-kollega tiegħu ġabru diversi filmati oħra fejn il-karozza deheret f'Marina Street. Minn hemm din l-evidenza mportanti għaddiet għand is-Supretendent James Grech li qed imexxi l-Prosekuzzjoni. Fenech qal li huwa ġabar ħafna 'footage' minn residenzi u ħwienet privati. Il-Qorti qalet li f'dan l-istadju kienet se tibgħat l-atti lill-Avukat Ġenerali bil-każ ikompli fis-27 ta' Jannar li ġej. Viktor Dragomanski ta' 36 sena, huwa wieħed mit-tliet persuni li dehru fil-filmati elevati mill-kameras tas-sigurtà. Il-Pulizija kienu marru biex jarrestaw lil Dragomanski fir-residenza tiegħu iżda sabu raġel ieħor li qalilhom li jinsab f'lukanda bl-isem ta' Blue Bay fil-Gżira. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent James Grech u l-Ispettur Colin Sheldon li meta Dragomanski tressaq il-Qorti qalu li meta l-akkużat induna bil-preżenza tal-Pulizija fil-lukanda pprova jaħrab mit-tieqa tal-kamra iżda ġie arrestat ftit wara mill-pulizija. Minbarra omiċidjui Dragomanski, li għalih qed jidher l-Avukat Joe Brincat, huwa jinsab mixli b'serq ta' ġojjellerija mingħand il-vittmi, għamel użu minn karozza misruqa, ikkommetta serq ta' pjanċi u li kellu fil-pussess tiegħu arma mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija. It-Tabib Dr. Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski nstabu mejta f'darhom wara tiri sparati. Pandolfino nstab mejjet fl-intrata filwaqt li Maciejowski nstab mejjet fis-sular ta' fuq tad-dar. Xi ġojjelerija li kellu Dr. Pandalfino ma nstabitx fid-dar. | [
"L-arma li kienet għand Daniel Muka meta ġimgħa wara l-qtil doppju f'tas-Sliema huwa kien ġie arrestat mill-Pulizija f'residenza fil-Floriana hija l-istess waħda li ntużat biex qatlet lit-Tabib Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski fir-residenza tat-tabib f'Tas-Sliema.",
"Sadanittant minn analiżi tad-DNA, l-aktar minn analiżi fejn ma kienx hemm demm fuq il-post, id-DNA ta' Victor Dragomanski qablet ma' postijiet bħal karozza li kienet tas-Sliema u spiċċat fil-parkeġġ l-antik tal-Isptar San Luqa.",
"Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud xehedu diversi esperti mqabbdin mill-Qorti fl-inkjesta.",
"Meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta' Viktor Dragomanski mill-Maċedonja, li flimkien mal-Albaniż Daniel Muka u d-Daniż Jesper Kristiansen jinsabu mixlijin bil-qtil tal-koppja.",
"Mid-dar li kien qed jistaħba fiha Muka, kienet ġiet elevata arma, li ntużat fil-qtil.",
"Dan ħareġ mix-xhieda tal-esperti ballistiċi Patrick Farrugia u Ian Farrugia li qalu li kienu sparati mill-anqas sitt tiri fir-residenza ġewwa Tas-Sliema u li waħda mill-ballal instabet fis-sular ta' fuq fejn spiċċa maqtul Maciejowski.",
"Din il-balla laqtet u nifdet 'wall-unit' fis-sular ta' fuq filwaqt li balla oħra instabet isfel f'kamra li twasslet lejn il-kċina.",
"Skont ix-xhieda l-arma li ntużat kienet pistola semi-awtomatika 19mm. l-istess waħda li nstabet fuq Muka f'residenza fil-Floriana.",
"Xhud ieħor kienet it-tabiba Marisa Cassar li qalet li mis-swabs li elevat sabet dawk li jaqblu ma' dawk ta' Dragomanski.",
"Fost dawn kien hemm loqma ta' sigarett, mal-bibien tal-karozza li kienet Tas-Sliema u spiċċat Gwardmangia, man-numru ta' reġistrazzjoni, quddiem u wara tal-karozza, mal-but ta' wara tal-karozza u anke ma' ingwanti koħol.",
"Xehdu wkoll is-Surġent Antoine Fenech u l-kollega tiegħu l-Kuntistabbli Christie Cremona li kienu nominati mill-inkjesta biex jieħdu ritratti u filmati tal-karozza li allegatament misjuqa mill-akkużati minn Tas-Sliema għal fejn kien il-parkeġġ tal-Isptar San Luqa u dan wara t-tluq tagħhom mill-post wara l-10.30pm.",
"Fenech qal li huma kisbu diversi filmati ta' CCTV's li bdew minn Triq Locker fejn seħħ il-qtil doppju.",
"Qal li deheret ħafna karozza sehra fid-direzzjoni ta' Tal-Pietà u li hu l-kollega tiegħu ġabru diversi filmati oħra fejn il-karozza deheret f'Marina Street.",
"Minn hemm din l-evidenza mportanti għaddiet għand is-Supretendent James Grech li qed imexxi l-Prosekuzzjoni.",
"Fenech qal li huwa ġabar ħafna 'footage' minn residenzi u ħwienet privati.",
"Il-Qorti qalet li f'dan l-istadju kienet se tibgħat l-atti lill-Avukat Ġenerali bil-każ ikompli fis-27 ta' Jannar li ġej.",
"Viktor Dragomanski ta' 36 sena, huwa wieħed mit-tliet persuni li dehru fil-filmati elevati mill-kameras tas-sigurtà.",
"Il-Pulizija kienu marru biex jarrestaw lil Dragomanski fir-residenza tiegħu iżda sabu raġel ieħor li qalilhom li jinsab f'lukanda bl-isem ta' Blue Bay fil-Gżira.",
"Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent James Grech u l-Ispettur Colin Sheldon li meta Dragomanski tressaq il-Qorti qalu li meta l-akkużat induna bil-preżenza tal-Pulizija fil-lukanda pprova jaħrab mit-tieqa tal-kamra iżda ġie arrestat ftit wara mill-pulizija.",
"Minbarra omiċidjui Dragomanski, li għalih qed jidher l-Avukat Joe Brincat, huwa jinsab mixli b'serq ta' ġojjellerija mingħand il-vittmi, għamel użu minn karozza misruqa, ikkommetta serq ta' pjanċi u li kellu fil-pussess tiegħu arma mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija.",
"It-Tabib Dr. Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski nstabu mejta f'darhom wara tiri sparati.",
"Pandolfino nstab mejjet fl-intrata filwaqt li Maciejowski nstab mejjet fis-sular ta' fuq tad-dar.",
"Xi ġojjelerija li kellu Dr. Pandalfino ma nstabitx fid-dar."
] | 1netnews.com.mt
| 2,865 |
press, news, Lifestyle, Familja | https://newsbook.com.mt/spizeriji-miftuha-l-hadd-26-ta-jannar-2020/ | Spiżeriji miftuħa l-Ħadd 26 ta' Jannar 2020 | Dawn huma l-ispiżeriji li se jiftħu llum il-Ħadd 26 ta' Jannar 2020 Valletta, Floriana Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Tel: 21226281 Il-Ħamrun, Il-Marsa Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun. Tel: 21225991 Ħal Qormi, Santa Venera St. George's Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi. Tel: 21443045 Birkirkara, Fleur-de-Lys St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied Birkirkara. Tel: 21492151 Il-Gżira, L-Imsida, Ta' Xbiex, Tal-Pietà, Gwardamanġa Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Xbiex, l-Imsida. Tel: 21331732 San Ġwann, San Ġiljan, Is-Swieqi, Pembroke, Ta' Giorni, L-Ibraġ J.V.'s Pharmacy, Wied is-Swieqi, is-Swieqi Tel: 21371062 Tas-Sliema Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema . Tel: 21334635 Ħal-Lija, Ħ'Attard, Ħal Balzan Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, l-Iklin. Tel: 21415499 Il-Mosta, In-Naxxar, Il-Għargħur, L-Imġarr Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta. Tel: 21432038 Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Il-Qawra El Medina Chemist, Triq il-Maskli, il-Qawra. Tel: 21576308 Paola, Ħal Tarxien, Santa Luċija Brown's Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola. Tel: 21821646 L-Isla, Il-Birgu, Bormla, Il-Kalkara, Fgura (PO) Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, l-Isla. Tel: 21801698 Ħaż-Żabbar, Marsaskala, Il-Fgura (PO) Milia's Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala. Tel: 27023322 Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, Iż-Żejtun, Marsaxlokk, Il-Gudja Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun. Tel: 21806009 Ħal Luqa, L-Imqabba, Iż-Żurrieq, Il-Qrendi, Ħal Kirkop Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, iż-Żurrieq. Tel: 21647391 Ħaż-Żebbuġ, Is-Siġġiewi Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ. Tel: 21461693 Ir-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imtarfa Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Malta. Tel: 21454274 Ir-Rabat Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana. Tel: 21566979 Xewkija, Għawdex Gozo Chemists, Mġarr Road, ix-Xewkija. Tel: 27551140 Mobile Blood Donation Illum il-Ħadd 26 ta' Jannar 2020, ser ikun hemm il- mobile blood donation maġenb il-Knisja Parrokjali tal-Imqabba. Il-ħin għall-għoti tad-demm ikun mit-8.30am sas-1.00pm. Jekk jogħgobkom ħudu magħkom il-karta tal-identità. Servizz ta' Tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Floriana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil- ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta' infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta' identità ma jkunux moqdija. | [
"Dawn huma l-ispiżeriji li se jiftħu llum il-Ħadd 26 ta' Jannar 2020 Valletta, Floriana Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.",
"Tel: 21226281 Il-Ħamrun, Il-Marsa Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun.",
"Tel: 21225991 Ħal Qormi, Santa Venera St. George's Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi.",
"Tel: 21443045 Birkirkara, Fleur-de-Lys St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied Birkirkara.",
"Tel: 21492151 Il-Gżira, L-Imsida, Ta' Xbiex, Tal-Pietà, Gwardamanġa Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Xbiex, l-Imsida.",
"Tel: 21331732 San Ġwann, San Ġiljan, Is-Swieqi, Pembroke, Ta' Giorni, L-Ibraġ J.V.'s Pharmacy, Wied is-Swieqi, is-Swieqi Tel: 21371062 Tas-Sliema",
"Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema .",
"Tel: 21334635 Ħal-Lija, Ħ'Attard, Ħal Balzan",
"Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, l-Iklin.",
"Tel: 21415499 Il-Mosta, In-Naxxar, Il-Għargħur, L-Imġarr Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta.",
"Tel: 21432038 Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Il-Qawra El Medina Chemist, Triq il-Maskli, il-Qawra.",
"Tel: 21576308 Paola, Ħal Tarxien, Santa Luċija Brown's Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola.",
"Tel: 21821646 L-Isla, Il-Birgu, Bormla, Il-Kalkara, Fgura (PO) Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, l-Isla.",
"Tel: 21801698 Ħaż-Żabbar, Marsaskala, Il-Fgura (PO) Milia's Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala.",
"Tel: 27023322 Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, Iż-Żejtun, Marsaxlokk, Il-Gudja Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun.",
"Tel: 21806009 Ħal Luqa, L-Imqabba, Iż-Żurrieq, Il-Qrendi, Ħal Kirkop Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, iż-Żurrieq.",
"Tel: 21647391 Ħaż-Żebbuġ, Is-Siġġiewi Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ.",
"Tel: 21461693 Ir-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imtarfa Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Malta.",
"Tel: 21454274 Ir-Rabat Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana.",
"Tel: 21566979 Xewkija, Għawdex Gozo Chemists, Mġarr Road, ix-Xewkija.",
"Tel: 27551140 Mobile Blood Donation Illum il-Ħadd 26 ta' Jannar 2020, ser ikun hemm il- mobile blood donation maġenb il-Knisja Parrokjali tal-Imqabba.",
"Il-ħin għall-għoti tad-demm ikun mit-8.30am sas-1.00pm.",
"Jekk jogħgobkom ħudu magħkom il-karta tal-identità.",
"Servizz ta' Tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Floriana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil- ġimgħa.",
"Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta' infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm.",
"Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu.",
"Persuni mingħajr karta ta' identità ma jkunux moqdija."
] | 2newsbook.com.mt
| 7,539 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/59000/magna_spejalizzata_se_tibda_tipproessa_mat800_test_gallcoronavirus_kuljum | Magna speċjalizzata se tibda tipproċessa mat-800 test għall-coronavirus kuljum | Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li se tibda tuża din il-magna speċjalizzata Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li se tibda tuża magna speċjalizzata biex tagħmel it-testijiet tal-Covid-19. Ilbieraħ, id-Deputat Prim Minsitru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar id-Dipartiment tal-Patoloġija f’Mater Dei, hekk kif kienu qed isiru l-aħħar preparamenti qabel din il-magna robotika tibda titħaddem fis-sigħat li ġejjin. Din il-magna speċjalizzata tippermetti li Mater Dei jipproċessa mat-800 test kuljum, hekk kif se tirriduċi l-ħin tal-ipproċessar tat-test fi kwistjoni ta’ minuti. Dan ifisser li l-Awtoritajiet tas-Saħħa se jkunu f’pożizzjoni li jagħtu r-riżultat tat-test tal-coronavirus dakinhar stess li jittieħed. Id-Deputat Prim Minsitru saħaq li pajjiżna għandu aċċess għal dan l-apparat avvanzat għaliex kien għaqli u ħa kull azzjoni proattiva possibbli fil-pront, inkluż f’investiment bħal dan. “Iktar ma nagħmlu testijiet f’dan l-istadju bikri, iktar inkunu f’pożizzjoni li nagħtu kura mill-ewwel lil pazjenti li huma pożittivi għall-COVID 19, u fl-istess waqt niżolawhom minnufih biex inwaqqfu milli jinfirex dan il-virus f’pajjiżna,” saħaq il-Ministru. | [
"Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li se tibda tuża din il-magna speċjalizzata",
"Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li se tibda tuża magna speċjalizzata biex tagħmel it-testijiet tal-Covid-19.",
"Ilbieraħ, id-Deputat Prim Minsitru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar id-Dipartiment tal-Patoloġija f’Mater Dei, hekk kif kienu qed isiru l-aħħar preparamenti qabel din il-magna robotika tibda titħaddem fis-sigħat li ġejjin.",
"Din il-magna speċjalizzata tippermetti li Mater Dei jipproċessa mat-800 test kuljum, hekk kif se tirriduċi l-ħin tal-ipproċessar tat-test fi kwistjoni ta’ minuti.",
"Dan ifisser li l-Awtoritajiet tas-Saħħa se jkunu f’pożizzjoni li jagħtu r-riżultat tat-test tal-coronavirus dakinhar stess li jittieħed.",
"Id-Deputat Prim Minsitru saħaq li pajjiżna għandu aċċess għal dan l-apparat avvanzat għaliex kien għaqli u ħa kull azzjoni proattiva possibbli fil-pront, inkluż f’investiment bħal dan.",
"“Iktar ma nagħmlu testijiet f’dan l-istadju bikri, iktar inkunu f’pożizzjoni li nagħtu kura mill-ewwel lil pazjenti li huma pożittivi għall-COVID 19, u fl-istess waqt niżolawhom minnufih biex inwaqqfu milli jinfirex dan il-virus f’pajjiżna,” saħaq il-Ministru."
] | 6www.illum.com.mt
| 25,291 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2018/10/22/il-gvern-jghid-kliem-kontestant-fuq-xfactor-kien-ta-hsara-kbira-u-ta-riskju-ghal-zghazagh-vulnerabbli/ | Il-Gvern jgħid kliem kontestant fuq XFactor kien ta' ħsara kbira u ta' riskju għal żgħażagħ vulnerabbli | Fid-dawl tal-awdizzjoni ta' wieħed mill-kontestanti li xxandret fuq il-programm X Factor , ilbieraħ il-Ħadd, 21 ta' Ottubru, il-gvern fi stqarrija tenna li l-liġi Maltija tistipula li kull orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru u espressjoni tal-ġeneru ta' kull persuna f'Malta hija waħda valida u l-ebda waħda minnhom ma tirrikjedi bidla jew soppressjoni. Filwaqt li l-gvern ikkundanna kull kumment omofobiku ta' din ix-xorta, huwa fatt li x-xandir ta' dan il-messaġġ mingħajr ebda kumment dwar il-ħsara tal-hekk imsejħa "terapiji ta' konverżjoni" kien wieħed ta' ħsara kbira u li jpoġġi f'riskju lil dawk iż-żgħażagħ li huma vulnerabbli għal tali prattiċi minkejja li Malta adottat liġijiet stretti f'dan ir-rigward fl-2016. Spjega kif dawk iż-żgħażagħ li bħalissa għaddejjin bil-proċess tal- coming out tagħhom u għandhom diffikultà għandhom ifittxu l-għajnuna. Tali għajnuna teżisti wkoll għal dawk il-ġenituri li għadhom isibuha diffiċli sabiex jaċċettaw u jaslu f'punt fejn jiċċelebraw l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru ta' uliedhom. Għall-għajnuna jistgħu jċemplu fuq 22263225 u jitkellmu direttament ma' rappreżentant tat-Taqsima SOGIGESC li l-gvern waqqaf sabiex isaħħaħ id-drittijiet u r-rispett lejn il-persuni LGBTIQ f'Malta. Persuni LGBTIQ m'għandhom bżonn l-ebda fejqan jew maħfra sempliċiment minħabba dak li jifforma parti integrali mill-personalità tagħhom. L-orjentazzjoni sesswali mhijiex stil ta' ħajja imma xi ħaġa li għandha kull persuna u timmanifesta ruħha fil-ġibda affettiva u sesswali lejn ġeneru u/jew ieħor. | [
"Fid-dawl tal-awdizzjoni ta' wieħed mill-kontestanti li xxandret fuq il-programm X Factor , ilbieraħ il-Ħadd, 21 ta' Ottubru, il-gvern fi stqarrija tenna li l-liġi Maltija tistipula li kull orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru u espressjoni tal-ġeneru ta' kull persuna f'Malta hija waħda valida u l-ebda waħda minnhom ma tirrikjedi bidla jew soppressjoni.",
"Filwaqt li l-gvern ikkundanna kull kumment omofobiku ta' din ix-xorta, huwa fatt li x-xandir ta' dan il-messaġġ mingħajr ebda kumment dwar il-ħsara tal-hekk imsejħa \"terapiji ta' konverżjoni\" kien wieħed ta' ħsara kbira u li jpoġġi f'riskju lil dawk iż-żgħażagħ li huma vulnerabbli għal tali prattiċi minkejja li Malta adottat liġijiet stretti f'dan ir-rigward fl-2016.",
"Spjega kif dawk iż-żgħażagħ li bħalissa għaddejjin bil-proċess tal- coming out tagħhom u għandhom diffikultà għandhom ifittxu l-għajnuna.",
"Tali għajnuna teżisti wkoll għal dawk il-ġenituri li għadhom isibuha diffiċli sabiex jaċċettaw u jaslu f'punt fejn jiċċelebraw l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru ta' uliedhom.",
"Għall-għajnuna jistgħu jċemplu fuq 22263225 u jitkellmu direttament ma' rappreżentant tat-Taqsima SOGIGESC li l-gvern waqqaf sabiex isaħħaħ id-drittijiet u r-rispett lejn il-persuni LGBTIQ f'Malta.",
"Persuni LGBTIQ m'għandhom bżonn l-ebda fejqan jew maħfra sempliċiment minħabba dak li jifforma parti integrali mill-personalità tagħhom.",
"L-orjentazzjoni sesswali mhijiex stil ta' ħajja imma xi ħaġa li għandha kull persuna u timmanifesta ruħha fil-ġibda affettiva u sesswali lejn ġeneru u/jew ieħor."
] | 3one.com.mt
| 29,349 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/56057/agug_isofri_minn_riei_gravi_wara_li_jaqa_sular_fsan_wann | Żagħżugħ isofri minn ġrieħi gravi wara li jaqa' sular f'San Ġwann | L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. Żagħżugħ ta’ 18 -il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq ċint u spiċċa mal-art viċin pool fil-komun tal-appartamenti. Għall-ħabta tas-5:45 am il-Pulizija kienet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa blokka ta’ appartamenti sitwati fi Triq Birkirkara, San Ġwann. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li ġuvni Taljan ta’ 18-il sena waqa’ minn fuq ċint ta’ madwar sular u spiċċa mal-art viċin pool li hemm fil-komun tal-appartamenti. Tim mediku mill-Isptar Mater Dei kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issejjħu fuq il-post sabiex jassistu liż-żagħżugħ. Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn għadu kemm ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. | [
"L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.",
"Żagħżugħ ta’ 18 -il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq ċint u spiċċa mal-art viċin pool fil-komun tal-appartamenti.",
"Għall-ħabta tas-5:45 am il-Pulizija kienet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa blokka ta’ appartamenti sitwati fi Triq Birkirkara, San Ġwann.",
"Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li ġuvni Taljan ta’ 18-il sena waqa’ minn fuq ċint ta’ madwar sular u spiċċa mal-art viċin pool li hemm fil-komun tal-appartamenti.",
"Tim mediku mill-Isptar Mater Dei kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issejjħu fuq il-post sabiex jassistu liż-żagħżugħ.",
"Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn għadu kemm ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.",
"L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja."
] | 6www.illum.com.mt
| 21,432 |
press, news, Futbol internazzjonali, Miktub minn..., Futbol internazzjonali, Futbol internazzjonali, Futbol internazzjonali, Futbol internazzjonali | https://www.tvm.com.mt/mt/sports/brescia-se-jiehdu-azzjoni-legali-kontra-l-attakkant-taghhom-mario-balotelli-u-l-agent-tieghu-mino-raiola/ | Brescia se jieħdu azzjoni legali kontra l-attakkant tagħhom Mario Balotelli u l-aġent tiegħu Mino Raiola | Imtella' Ġunju 14, 2020 Il-klabb Taljan tas-Serie A, Brescia, qalu li se jkunu qed jieħdu azzjoni legali kontra l-attakkant tagħhom Mario Balotelli u l-aġent tiegħu Mino Raiola. Balotelli u Raiola kienu qalu li l-klabb kien iddiskrimina meta l-istess plejer ma ġiex ittesjtat għal kontra l-coronavirus kif kien sar mal-kumplament tal-plejers kollha fl-iskwadra. Raiola qal dawn l-akkużi lill-ġurnalisti Taljani filwaqt li Balotelli kiteb dwar dan il-każ fuq il-profil tiegħu personali ta' Instagram. Stqarrija tal-klabb ta' Brescia qed tgħid li taw permess lill-Avukati tal-klabb biex jibdew proċeduri legali kontra dawn l-akkużi foloz. | [
"Imtella' Ġunju 14, 2020",
"Il-klabb Taljan tas-Serie A, Brescia, qalu li se jkunu qed jieħdu azzjoni legali kontra l-attakkant tagħhom Mario Balotelli u l-aġent tiegħu Mino Raiola.",
"Balotelli u Raiola kienu qalu li l-klabb kien iddiskrimina meta l-istess plejer ma ġiex ittesjtat għal kontra l-coronavirus kif kien sar mal-kumplament tal-plejers kollha fl-iskwadra.",
"Raiola qal dawn l-akkużi lill-ġurnalisti Taljani filwaqt li Balotelli kiteb dwar dan il-każ fuq il-profil tiegħu personali ta' Instagram.",
"Stqarrija tal-klabb ta' Brescia qed tgħid li taw permess lill-Avukati tal-klabb biex jibdew proċeduri legali kontra dawn l-akkużi foloz."
] | 7www.tvm.com.mt
| 41,311 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/12/25/l-akbar-ballun-dekorattiv-riciklat-tal-milied-fmalta/ | L-akbar ballun dekorattiv riċiklat tal-Milied f’Malta | B’kejl ta’ ftit aktar minn 3 metri u magħmula b’aktar minn 4000 biċċa, il- Malta Records ippremjat lil Charlie Buttiġieġ f’isem l-Għaqda Banda Żejtun b’rekord uffiċjali għall-akbar ballun dekorattiv tal-Milied magħmul minn materjal riċiklat. Buttiġieġ stqarr magħna l-imħabba tiegħu lejn il-Milied ta’ tfulitu u ilu għal diversi snin jarma b’oġġetti riċiklati. Fisser magħna minn fejn ġiet il-ħajra għal dan il-ballun: “Din is-sena tħajjart nagħmel ballun dekorattiv, xi ħaġa differenti mis-soltu għaliex siġra tal-Milied u presepju għandu kulħadd. Dan il-ballun inħadem minn materjal riċiklat, b’ toilet u kitchen rolls fost l-oħrajn. Fil-proċess, dawn tqattgħu, tweħħlu bil-kolla u ġew iddekorati bil- glitter biex ħareġ il-prodott finali b’ 4032 biċċa weraq.” B’kollox, Charlie Buttiġieġ ħa madwar xahar biex lesta dan il-ballun, li jikkumplimentah se jkollu xi fanali magħmulin minn materjal riċiklat ukoll. Fost il-materjali użat użati nsibu l-qafas tal-kartun, biċċiet tal-injam minn kannestri mormija u kolla tad-dqiq skaduta fost l-oħrajn. Charlie radd ħajr lil bosta nies, fost il-kunsillier Nazzjonalista fuq Birżebbuġa, Johann Borg, li offrewlu dan il-materjal kollu użat. Dan il-ballun se jkun esebit fis-sede tal-Għaqda Banda Żejtun sal-Ewwel tas-Sena u se jkun parti minn esebizzjoni artistika abbinata mal-Milied imtella’ mis-Sotto-Kumitat Kultura fi ħdan l-istess Għaqda. F’din l-esebizzjoni wieħed isib presepju artistiku statiku maħdum mill-aħwa Edward u Joseph Bugeja flimkien mas-Segretarju, Brian Bonnici, li ilhom minn wara l-Festa ta’ Santa Katarina ‘l hawn għaddejjin fuqu. Edward Bugeja, wieħed mill-presepjisti, tkellem magħna fuq ix-xogħol li ħadu. “L-ewwel ma bdejna ngħaffġu l-kaxxi tal-kartun. Imbagħad bdejna nibnuh, għamilna l-kolla u wara bdejna niżbgħu.” Innutajna bosta persunaġġi mhux tas-soltu bħall-ħassiela, id-daqqaqa, id-dehra tal-anġlu lir-rgħajja u lil San Franġisk t’Assisi, li ħoloq l-ewwel xena tan-Nattività ta’ Ġesù Bambin lura fl-1223: “Il-presepju fih ħafna għerien u djar, allura trid iddur ma’ dan il-presepju kbir. Għandkom tieħdu pjaċir bih!” | [
"B’kejl ta’ ftit aktar minn 3 metri u magħmula b’aktar minn 4000 biċċa, il-",
"Malta Records",
"ippremjat lil Charlie Buttiġieġ f’isem l-Għaqda Banda Żejtun b’rekord uffiċjali għall-akbar ballun dekorattiv tal-Milied magħmul minn materjal riċiklat.",
"Buttiġieġ stqarr magħna l-imħabba tiegħu lejn il-Milied ta’ tfulitu u ilu għal diversi snin jarma b’oġġetti riċiklati.",
"Fisser magħna minn fejn ġiet il-ħajra għal dan il-ballun:",
"“Din is-sena tħajjart nagħmel ballun dekorattiv, xi ħaġa differenti mis-soltu għaliex siġra tal-Milied u presepju għandu kulħadd.",
"Dan il-ballun inħadem minn materjal riċiklat, b’",
"toilet",
"u",
"kitchen rolls",
"fost l-oħrajn.",
"Fil-proċess, dawn tqattgħu, tweħħlu bil-kolla u ġew iddekorati bil-",
"glitter",
"biex ħareġ il-prodott finali b’ 4032 biċċa weraq.”",
"B’kollox, Charlie Buttiġieġ ħa madwar xahar biex lesta dan il-ballun, li jikkumplimentah se jkollu xi fanali magħmulin minn materjal riċiklat ukoll.",
"Fost il-materjali użat użati nsibu l-qafas tal-kartun, biċċiet tal-injam minn kannestri mormija u kolla tad-dqiq skaduta fost l-oħrajn.",
"Charlie radd ħajr lil bosta nies, fost il-kunsillier Nazzjonalista fuq Birżebbuġa, Johann Borg, li offrewlu dan il-materjal kollu użat.",
"Dan il-ballun se jkun esebit fis-sede tal-Għaqda Banda Żejtun sal-Ewwel tas-Sena u se jkun parti minn esebizzjoni artistika abbinata mal-Milied imtella’ mis-Sotto-Kumitat Kultura fi ħdan l-istess Għaqda.",
"F’din l-esebizzjoni wieħed isib presepju artistiku statiku maħdum mill-aħwa Edward u Joseph Bugeja flimkien mas-Segretarju, Brian Bonnici, li ilhom minn wara l-Festa ta’ Santa Katarina ‘l hawn għaddejjin fuqu.",
"Edward Bugeja, wieħed mill-presepjisti, tkellem magħna fuq ix-xogħol li ħadu.",
"“L-ewwel ma bdejna ngħaffġu l-kaxxi tal-kartun.",
"Imbagħad bdejna nibnuh, għamilna l-kolla u wara bdejna niżbgħu.”",
"Innutajna bosta persunaġġi mhux tas-soltu bħall-ħassiela, id-daqqaqa, id-dehra tal-anġlu lir-rgħajja u lil San Franġisk t’Assisi, li ħoloq l-ewwel xena tan-Nattività ta’ Ġesù Bambin lura fl-1223:",
"“Il-presepju fih ħafna għerien u djar, allura trid iddur ma’ dan il-presepju kbir.",
"Għandkom tieħdu pjaċir bih!”"
] | 1netnews.com.mt
| 6,691 |
press, news, Aħbarijiet, Lokali | https://newsbook.com.mt/gverta-tal-azzar-ta-34-metru-titpogga-fi-vjal-l-avjazzjoni/ | Gverta tal-azzar ta' 34 metru titpoġġa fi Vjal l-Avjazzjoni | Matul il-lejl li għadda tpoġġiet f'postha l-gverta tal-azzar twila 34 metru b'pont ġdid li se jaqsam minn fuq Vjal l-Avjazzjoni, bejn Ħal Luqa u l-Gudja. Fi stqarrija Infrastructure Malta spjegat li dan sar b'investiment ta' €2.3 miljuni. Ġie spjegat li din l-infrastruttura se tkun qed ittejjeb l-ivvjaġġar bil-mixi, bit-trasport pubbliku jew bir-rota minn u lejn Ħal Luqa u l-Gudja u żoni oħra fl-inħawi, bħall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS). Ġie spjegat li l-gverta tal-pont tiżen 43 tunnellata u tinsab f'fabbrika speċjalizzata f'Venezja matul l-aħħar kwart tal-2019. Din inġiebet Malta bil-baħar u ġiet immuntata f'Ħal Far. Il-lejl li għadda din ittieħdet lejn is-sit tal-proġett minn Triq Ħal Far, fejn intrefgħet minn krejnijiet u ttellgħet f'postha sserraħ fuq żewġ pilastri tal-konkos, wieħed f'kull naħa tal-ħames korsiji ta' Vjal l-Avjazzjoni. Mini ġodda u flyover ħdejn l-Ajruport Infrastructure Malta qalet li l-pilastri għoljin seba' metri jiffurmaw parti minn żewġ binjiet bħal xulxin li jinkludu rampi forma ta' garigor għal dawk li jridu jagħmlu użu mill-gverta tal-pont. Se jkunu qed jiġu installati wkoll lifts sabiex l-infrastruttura ġdida tkun aċċessibbli għal kulħadd, skont il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità. Il-pont il-ġdid se jgħaqqad ukoll iż-żewġ waqfiet għall-karozzi tal-linja (Avjazzjoni) li hemm f'din it-triq. Dan il-proġett huwa mmirat li jkun lest sas-sajf li ġej. | [
"Matul il-lejl li għadda tpoġġiet f'postha l-gverta tal-azzar twila 34 metru b'pont ġdid li se jaqsam minn fuq Vjal l-Avjazzjoni, bejn Ħal Luqa u l-Gudja.",
"Fi stqarrija Infrastructure Malta spjegat li dan sar b'investiment ta' €2.3 miljuni.",
"Ġie spjegat li din l-infrastruttura se tkun qed ittejjeb l-ivvjaġġar bil-mixi, bit-trasport pubbliku jew bir-rota minn u lejn Ħal Luqa u l-Gudja u żoni oħra fl-inħawi, bħall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS).",
"Ġie spjegat li l-gverta tal-pont tiżen 43 tunnellata u tinsab f'fabbrika speċjalizzata f'Venezja matul l-aħħar kwart tal-2019.",
"Din inġiebet Malta bil-baħar u ġiet immuntata f'Ħal Far.",
"Il-lejl li għadda din ittieħdet lejn is-sit tal-proġett minn Triq Ħal Far, fejn intrefgħet minn krejnijiet u ttellgħet f'postha sserraħ fuq żewġ pilastri tal-konkos, wieħed f'kull naħa tal-ħames korsiji ta' Vjal l-Avjazzjoni.",
"Mini ġodda u flyover ħdejn l-Ajruport Infrastructure Malta qalet li l-pilastri għoljin seba' metri jiffurmaw parti minn żewġ binjiet bħal xulxin li jinkludu rampi forma ta' garigor għal dawk li jridu jagħmlu użu mill-gverta tal-pont.",
"Se jkunu qed jiġu installati wkoll lifts sabiex l-infrastruttura ġdida tkun aċċessibbli għal kulħadd, skont il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità.",
"Il-pont il-ġdid se jgħaqqad ukoll iż-żewġ waqfiet għall-karozzi tal-linja (Avjazzjoni) li hemm f'din it-triq.",
"Dan il-proġett huwa mmirat li jkun lest sas-sajf li ġej."
] | 2newsbook.com.mt
| 7,424 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/jibda-x-xoghol-fuq-sit-li-minnu-se-topera-l-rs2-software-fghawdex/ | Jibda x-xogħol fuq is-sit li minnu se topera l-RS2 Software f’Għawdex | Fix-Xewkija miexi b’ritmu mgħaġġel x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-faċilità l-ġdida tal-kumpanija RS2 Software li mis-sena d-dieħla se tibda topera minn Għawdex. Il-kumpanija se tinvesti madwar miljun Ewro f’din il-faċilita’ li fuq medda ta’ tliet snin għandha toħloq ħamsin impjieg ġdid Bini li kien jilqa’ l-uffiċini tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ fix-Xewkija twaqqa’ u dalwaqt jibda x-xogħol biex sal-aħħar ta’ Jannar li ġej tkun inbniet il-facilità tal-kumpanija RS2 Software f’Għawdex. Il-ħsieb tal-kumpanija hu li l-bini jkun lest minn kollox u l-operat minnu jibda fis-Sajf li ġej. L-RS2 Software qed tinvesti mal-miljun Ewro biex tibda preżenza f’Għawdex fejn ser ikollha uffiċini moderni, apparat u sistemi ta’ sigurtà tal-aqwa livell minn fejn taħdem fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, sebat’ijiem fil-ġimgħa. Il-kumpanija RS2 Software ilha topera 25 sena u tipprovdi servizzi fl-immaniġġjar ta’ sistemi ta’ cards li jintuża għal ħlasijiet u servizzi finanzjarji fost l-oħrajn. Il-kumpanija toffri s-servizzi tagħha lil banek lokali u internazzjonali u lil firxa wiesgħa ta’ organizazzjonijiet finanzjarji. Fi żjara lix-xogħlijiet, iċ-Chairman tal-RS2 Software, Mario Schembri, qal li l-impenn tal-kumpanija hu li tkompli tkabbar l-operat u tifrex il-preżenza tagħha. L-RS2 Software timpjega mal-160 persuna, b’aktar minn 20 huma Għawdxin. Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, qal li l-proġett juri l-impenn tal-gvern biex f’Għawdex jiżdied ix-xogħol u tikber il-preżenza fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Ix-xogħol fuq din il-faċilità ġdida jsegwi l-iffirmar ta’ ftehim f’Mejju li għadda bejn il-gvern u l-RS2 Software li għamilha possibbli li tintuża propjreta’ tal-gvern. L-investiment mistenni joħloq 50 impjieg ġdid f’Għawdex fi żmien tliet snin, li mistennija jitilgħu għal 100 sal-aħħar tas-sena 2020. | [
"Fix-Xewkija miexi b’ritmu mgħaġġel x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-faċilità l-ġdida tal-kumpanija RS2 Software li mis-sena d-dieħla se tibda topera minn Għawdex.",
"Il-kumpanija se tinvesti madwar miljun Ewro f’din il-faċilita’ li fuq medda ta’ tliet snin għandha toħloq ħamsin impjieg ġdid",
"Bini li kien jilqa’ l-uffiċini tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ fix-Xewkija twaqqa’ u dalwaqt jibda x-xogħol biex sal-aħħar ta’ Jannar li ġej tkun inbniet il-facilità tal-kumpanija RS2 Software f’Għawdex.",
"Il-ħsieb tal-kumpanija hu li l-bini jkun lest minn kollox u l-operat minnu jibda fis-Sajf li ġej.",
"L-RS2 Software qed tinvesti mal-miljun Ewro biex tibda preżenza f’Għawdex fejn ser ikollha uffiċini moderni, apparat u sistemi ta’ sigurtà tal-aqwa livell minn fejn taħdem fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, sebat’ijiem fil-ġimgħa.",
"Il-kumpanija RS2 Software ilha topera 25 sena u tipprovdi servizzi fl-immaniġġjar ta’ sistemi ta’ cards li jintuża għal ħlasijiet u servizzi finanzjarji fost l-oħrajn.",
"Il-kumpanija toffri s-servizzi tagħha lil banek lokali u internazzjonali u lil firxa wiesgħa ta’ organizazzjonijiet finanzjarji.",
"Fi żjara lix-xogħlijiet, iċ-Chairman tal-RS2 Software, Mario Schembri, qal li l-impenn tal-kumpanija hu li tkompli tkabbar l-operat u tifrex il-preżenza tagħha.",
"L-RS2 Software timpjega mal-160 persuna, b’aktar minn 20 huma Għawdxin.",
"Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, qal li l-proġett juri l-impenn tal-gvern biex f’Għawdex jiżdied ix-xogħol u tikber il-preżenza fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni.",
"Ix-xogħol fuq din il-faċilità ġdida jsegwi l-iffirmar ta’ ftehim f’Mejju li għadda bejn il-gvern u l-RS2 Software li għamilha possibbli li tintuża propjreta’ tal-gvern.",
"L-investiment mistenni joħloq 50 impjieg ġdid f’Għawdex fi żmien tliet snin, li mistennija jitilgħu għal 100 sal-aħħar tas-sena 2020."
] | 7www.tvm.com.mt
| 35,996 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/customer-care-mill-kunsill-lokali-ta-hal-safi/ | Customer care mill-kunsill lokali ta’ Ħal Safi | Ir-residenti ta’ Ħal Safi, li qabel kienu jinqdew mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, issa se jibdew jiġu offruti s-servizz ta’ customer care għas-sigurtà soċjali mil-lokalità tagħhom stess. Waqt it-tnedija ta’ dan is-servizz, l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Marie-Louise Coleiro Preca sostniet li jrid ikun il-Gvern li jersqu viċin iċ-ċittadin u ċ-ċittadin m’għandux jitħabat biex jikseb informazzjoni li għandu dritt għaliha. Is-servizz ikopri kwalunkwe benefiċċju tas-sigurtà soċjali, applikazzjoni jew tiġdid tal-karta r-roża, sottomissjoni ta’ ċertifikati tal-mard, rapport ta’ tibdil ta’ ċirkostanzi u jistgħu jsiru talbiet għall-informazzjoni dwar sigurtà soċjali. Is-servizz se jibda jingħata kull ħmistax-il ġurnata bejn it-08,00 a.m. u nofsinhar. Dan it-tip ta’ servizz diġà qed jingħata fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, il-Gudja, ix-Xagħra u Ta’ Sannat u għaddejjin diskussjonijiet kif dan is-servizz jibda jingħata wkoll f’diversi lokalitajiet oħra. | [
"Ir-residenti ta’ Ħal Safi, li qabel kienu jinqdew mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, issa se jibdew jiġu offruti s-servizz ta’",
"customer care",
"għas-sigurtà soċjali mil-lokalità tagħhom stess.",
"Waqt it-tnedija ta’ dan is-servizz, l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Marie-Louise Coleiro Preca sostniet li jrid ikun il-Gvern li jersqu viċin iċ-ċittadin u ċ-ċittadin m’għandux jitħabat biex jikseb informazzjoni li għandu dritt għaliha.",
"Is-servizz ikopri kwalunkwe benefiċċju tas-sigurtà soċjali, applikazzjoni jew tiġdid tal-karta r-roża, sottomissjoni ta’ ċertifikati tal-mard, rapport ta’ tibdil ta’ ċirkostanzi u jistgħu jsiru talbiet għall-informazzjoni dwar sigurtà soċjali.",
"Is-servizz se jibda jingħata kull ħmistax-il ġurnata bejn it-08,00 a.m. u nofsinhar.",
"Dan it-tip ta’ servizz diġà qed jingħata fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, il-Gudja, ix-Xagħra u Ta’ Sannat u għaddejjin diskussjonijiet kif dan is-servizz jibda jingħata wkoll f’diversi lokalitajiet oħra."
] | 7www.tvm.com.mt
| 28,956 |
press, news | https://www.tvm.com.mt/mt/news/ara-il-progett-tal-junction-tal-marsa-dalwaqt-imsebbah-bxoghlijiet-artistici-monumentali/ | ARA: Il-proġett tal-junction tal-Marsa dalwaqt imsebbaħ b'xogħlijiet artistiċi monumentali | Imtella' Diċembru 12, 2020 Spazji miftuħa madwar il-proġett tal-junction tal-Marsa dalwaqt se jieħdu bixra ġdida bil-kuluri u l-immaġinazzjoni ta' erba' opri tal-arti monumentali li ntgħażlu f'kompetizzjoni pubblika. Ma' dawn ġew ikkunsidrati 12-il biċċa xogħol ta' arti oħra li se jkunu kunsidrati għall-proġetti oħra li qed twettaq Infrastructure Malta. Erba opri tal-arti monumentali se jkunu qed iżewqu l-proġett infrastrutturali tal-junction tal-Marsa. Dan wara li ntgħażlu f'kompetizzjoni pubblika minn fost 56 proposta li Infrastructure Malta rċeviet wara sejħa internazzjonali li għamlet f'Marzu li għadda b'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv. Tlieta mit-timijiet ta' artisti huma Maltin, li spjegaw ma' Television Malta s-sinifikat wara x-xogħol artistiku li ġie kkummissjonat. "Peress li se tkun taħt il-flyovers, esprimejta billi użajt ħadid li qed isalbu lil xulxin, u ċ-ċeramika…użajt il-kuluri biex nesprimi d-diversità tan-nies li jgħaddu, tal-karozzi, tad-direzzjonijiet." "Rajna l-kunċett tal arja li qisha liberating qisu għandek biċċa drapp ittir mal-ajru u pruvajna noħorġu xi ħaġa figurattiva b'mod ta' skultura biex irrapreżentajna bil-mod tagħna kif naħdmu fbiċċiet tax-xogħol oħrajn. L-opra tal-arti l-oħra ssejħet Tipping Point, ta' Alex Welch, artist Ċiprijott li jispeċjalizza fl-arti tal-metall. L-erba' timijiet t'artisti qegħdin jużaw azzar, ċeramika, materjal minn ġebel riċiklat u materjali oħrajn biex joħolqu dawn ix-xogħlijiet artistiċi għoljin aktar minn sular, ħalli fil-ġimgħat li ġejjin iwaħħluhom fis-sit tal-proġett, il-Marsa. Kull opra tal-arti magħżula setgħet tieħu sa massimu ta' €50,000. B'kollox kien hemm 36 parteċipant minn Malta u bosta parteċipanti oħrajn minn seba' pajjiżi oħra, inkluż Ċipru, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, Spanja, l-Istati Uniti u l-Veneżwela, li daħlu għal din il-kompetizzjoni bi proposta waħda jew aktar. "Kien hemm rispons qawwi, kwazi 60 parteċipant. Il-livelli kien għoli ħafna across the board. Biex jintgħażlu 4 kien proċess pjuttost twil." Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li l-għażla saret minn kumitat magħmul minn esperti tal-arti u persuni oħra konċernati li kklassifikaw ukoll 12-il proposta oħra li qed jiġu kkunsidrati għal proġetti infrastrutturali oħrajn ta' Infrastructure Malta, bħalma huma l-mini taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija, Central Link Project, Luqa Junction Project u Msida Creek Project. Il-Ministru għall-Arti u l-Kultura Jose Herrera qal li l-arti hi indispensabbli u jrid jintlaħaq bilanċ bejn l-infrstruttura u l-kultura. Kompla li lbieraħ intlaħaq ftehim biex ikun elevat is-suppliment tal-paga li jingħataw persuni li jaħdmu fis-settur tal-arti u l-kultura li ntlaqtu ħażin ħafna bil-pandemija. L-abbozzi tal-erba' oġġetti tal-arti ikkummissjonati u anke it-tnax-il proposta l-oħra jinsabu f'wirja pubblika fi Spazju Kreattiv, il-Belt u se tibqa miftuħa sal-Ħadd, 24 ta' Jannar 2021. | [
"Imtella' Diċembru 12, 2020",
"Spazji miftuħa madwar il-proġett tal-junction tal-Marsa dalwaqt se jieħdu bixra ġdida bil-kuluri u l-immaġinazzjoni ta' erba' opri tal-arti monumentali li ntgħażlu f'kompetizzjoni pubblika.",
"Ma' dawn ġew ikkunsidrati 12-il biċċa xogħol ta' arti oħra li se jkunu kunsidrati għall-proġetti oħra li qed twettaq Infrastructure Malta.",
"Erba opri tal-arti monumentali se jkunu qed iżewqu l-proġett infrastrutturali tal-junction tal-Marsa.",
"Dan wara li ntgħażlu f'kompetizzjoni pubblika minn fost 56 proposta li Infrastructure Malta rċeviet wara sejħa internazzjonali li għamlet f'Marzu li għadda b'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv.",
"Tlieta mit-timijiet ta' artisti huma Maltin, li spjegaw ma' Television Malta s-sinifikat wara x-xogħol artistiku li ġie kkummissjonat.",
"\"Peress li se tkun taħt il-flyovers, esprimejta billi użajt ħadid li qed isalbu lil xulxin, u ċ-ċeramika…użajt il-kuluri biex nesprimi d-diversità tan-nies li jgħaddu, tal-karozzi, tad-direzzjonijiet.\"",
"\"Rajna l-kunċett tal arja li qisha liberating qisu għandek biċċa drapp ittir mal-ajru u pruvajna noħorġu xi ħaġa figurattiva b'mod ta' skultura biex irrapreżentajna bil-mod tagħna kif naħdmu fbiċċiet tax-xogħol oħrajn.",
"L-opra tal-arti l-oħra ssejħet Tipping Point, ta' Alex Welch, artist Ċiprijott li jispeċjalizza fl-arti tal-metall.",
"L-erba' timijiet t'artisti qegħdin jużaw azzar, ċeramika, materjal minn ġebel riċiklat u materjali oħrajn biex joħolqu dawn ix-xogħlijiet artistiċi għoljin aktar minn sular, ħalli fil-ġimgħat li ġejjin iwaħħluhom fis-sit tal-proġett, il-Marsa.",
"Kull opra tal-arti magħżula setgħet tieħu sa massimu ta' €50,000.",
"B'kollox kien hemm 36 parteċipant minn Malta u bosta parteċipanti oħrajn minn seba' pajjiżi oħra, inkluż Ċipru, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, Spanja, l-Istati Uniti u l-Veneżwela, li daħlu għal din il-kompetizzjoni bi proposta waħda jew aktar.",
"\"Kien hemm rispons qawwi, kwazi 60 parteċipant.",
"Il-livelli kien għoli ħafna across the board.",
"Biex jintgħażlu 4 kien proċess pjuttost twil.\"",
"Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li l-għażla saret minn kumitat magħmul minn esperti tal-arti u persuni oħra konċernati li kklassifikaw ukoll 12-il proposta oħra li qed jiġu kkunsidrati għal proġetti infrastrutturali oħrajn ta' Infrastructure Malta, bħalma huma l-mini taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija, Central Link Project, Luqa Junction Project u Msida Creek Project.",
"Il-Ministru għall-Arti u l-Kultura Jose Herrera qal li l-arti hi indispensabbli u jrid jintlaħaq bilanċ bejn l-infrstruttura u l-kultura.",
"Kompla li lbieraħ intlaħaq ftehim biex ikun elevat is-suppliment tal-paga li jingħataw persuni li jaħdmu fis-settur tal-arti u l-kultura li ntlaqtu ħażin ħafna bil-pandemija.",
"L-abbozzi tal-erba' oġġetti tal-arti ikkummissjonati u anke it-tnax-il proposta l-oħra jinsabu f'wirja pubblika fi Spazju Kreattiv, il-Belt u se tibqa miftuħa sal-Ħadd, 24 ta' Jannar 2021."
] | 7www.tvm.com.mt
| 37,250 |
press, news, Internazzjonali | https://netnews.com.mt/2021/01/07/il-kungress-jikkonferma-r-rebha-ta-joe-biden/ | Il-Kungress jikkonferma r-rebħa ta' Joe Biden | Ftit tal-ħin ilu, il-Kungress Amerikan ikkonferma r-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali ta' Novembru li għadda, u l-vot tal-Kulleġġ Elettorali. B'hekk, issa hija uffiċjali li Joe Biden se jibda l-Presidenza tiegħu fl-20 ta' Jannar li ġej meta ssir l-Inawgurazzjoni. It-tħabbira tal-konferma ta' Joe Biden saret fil-Kungress stess minn Mike Pence u Nancy Pelosi. Tard ilbieraħ bil-lejl dan ir-riżultat tal-Kulleġġ Elettorali kien qed jiġi kontestat minn nurmu ta' dimostranti li invadew il-Capitol ta' Washington. Fl-irvellijiet saħansitra mietu 4 persuni. | [
"Ftit tal-ħin ilu, il-Kungress Amerikan ikkonferma r-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali ta' Novembru li għadda, u l-vot tal-Kulleġġ Elettorali.",
"B'hekk, issa hija uffiċjali li Joe Biden se jibda l-Presidenza tiegħu fl-20 ta' Jannar li ġej meta ssir l-Inawgurazzjoni.",
"It-tħabbira tal-konferma ta' Joe Biden saret fil-Kungress stess minn Mike Pence u Nancy Pelosi.",
"Tard ilbieraħ bil-lejl dan ir-riżultat tal-Kulleġġ Elettorali kien qed jiġi kontestat minn nurmu ta' dimostranti li invadew il-Capitol ta' Washington.",
"Fl-irvellijiet saħansitra mietu 4 persuni."
] | 1netnews.com.mt
| 2,979 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/51964/issocial_workers_jappellaw_biex_linteress_tattarbija_filuf_jibqa_jingata_prijorit | Is-social workers jappellaw biex l-interess tat-tarbija fil-ġuf jibqa' jingħata prijorità | L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers tappella għar-rispett tal-ħajja fl-istadji kollha tagħha L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers qed tħeġġeġ lil kulħadd biex tul id-dibattitu dwar l-emendi proposti fil-liġi dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun, l-interess tat-tarbija, kemm jekk imwielda u anke jekk le, jibqa’ jingħata l-prijorità. Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni wriet solidarjetà ma’ dawk il-ġenituri li kellhom jieħdu jew qed jieħdu deċiżjonijiet diffiċli f’dawn ir-rigward. Tkompli tisħaq li s-soċjetà Maltija tibqa’ tirrispetta l-ħajja fl-istadji kollha tagħha u anke tipprovdi s-servizzi kollha neċċessarji biex dan ikun assigurat. Ħeġġet ukoll biex ikun hawn aċċess inklussiv għal servizzi ta’ appoġġ kemm għat-tfal u anke għall-ġenituri prospettivi u oħrajn li qed irabbu l-ulied. Ilbieraħ mijiet ta’ persuni niżlu fit-toroq tal-Belt Valletta jsemmgħu leħinhom kontra l-emendi mressqa mill-Gvern. | [
"L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers tappella għar-rispett tal-ħajja fl-istadji kollha tagħha",
"L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers qed tħeġġeġ lil kulħadd biex tul id-dibattitu dwar l-emendi proposti fil-liġi dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun, l-interess tat-tarbija, kemm jekk imwielda u anke jekk le, jibqa’ jingħata l-prijorità.",
"Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni wriet solidarjetà ma’ dawk il-ġenituri li kellhom jieħdu jew qed jieħdu deċiżjonijiet diffiċli f’dawn ir-rigward.",
"Tkompli tisħaq li s-soċjetà Maltija tibqa’ tirrispetta l-ħajja fl-istadji kollha tagħha u anke tipprovdi s-servizzi kollha neċċessarji biex dan ikun assigurat.",
"Ħeġġet ukoll biex ikun hawn aċċess inklussiv għal servizzi ta’ appoġġ kemm għat-tfal u anke għall-ġenituri prospettivi u oħrajn li qed irabbu l-ulied.",
"Ilbieraħ mijiet ta’ persuni niżlu fit-toroq tal-Belt Valletta jsemmgħu leħinhom",
"kontra l-emendi mressqa mill-Gvern."
] | 6www.illum.com.mt
| 42,914 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53134/aktar_proposti_millmda_biex_tidied_ilproprjet_affordabbli | Aktar proposti mill-MDA biex tiżdied il-proprjetà affordabbli | ...tipproponi wkoll li l-paga minima għall-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni tiżdied b’20% L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) qalet li lesta tissieħeb mal-Gvern f’ public-private partnership bil-għan li jiżdiedu l-proprjetajiet affordabbli. Qal dan, il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti waqt laqgħa f’Kastilja mal-Prim Ministru u uffiċjali oħra tal-Gvern qabel il-Baġit. Huwa insista li ftehim simili jgħin biex jiggarantixxi akkomodazzjoni lil dawk li ma jistgħux ilaħħqu mal-prezz tal-proprjetà. Din hija t-tieni proposta li qed tressaq l-MDA wara li fis-26 ta’ Awwissu li għadda, il-gazzetta kienet ħabbret li l-Gvern qed jikkunsidra proposta oħra tal-Assoċjazzjoni biex sidien, li bil-volontà tagħhom jiddeċiedu li jżommu l-kirja baxxa sabiex jintlaħqu persuni li ma jifilħux iħallsu, jingħataw inċentivi ta’ tnaqqis fit-taxxa meta jbigħu dik il-proprjetà. Il-proposta li għadha fl-ewwel stadji tagħha u allura għadha qed tkun diskussa hija magħmula biex tinċentiva lis-sidien iżommu l-kirjiet baxxi u bħala rikonoxximent is-sidien igawdu minn inċentivi fiskali. Waqt il-laqgħa tal-lum, Chetcuti rringrazja lill-Prim Ministru għall-iżvilupp ekonomiku li għaddej minnu l-pajjiż waqt li insista li 6% minnu ġej direttament lill-industrija tal-konstruzzjoni. “Kważi kulħadd f’Malta għandu l-proprjetà tiegħu. In-nies għadha qed tinvesti fil-proprjetà, tbigħa u tikrija,” saħaq Chetcuti. Il-Prim Ministru qabel ma’ dan u qal li minkejja li l-proprjetà f’Malta dejjem tkun diskussa f’dawl negattiv, Malta għandha fost l-ogħla rati ta’ persuni li huma s-sidien ta’ darhom. “Aktar minn 80% tal-Maltin huma s-sidien tad-dar tagħhom,” saħaq Muscat. Madanakollu rrikonoxxa li madwar 20% tal-Maltin ma jistgħux jixtru proprjetà u kien hawn li Chetcuti saħaq li l-MDA tħoss li hija r-responsabbilità tagħha li tgħin lil dawn il-persuni. Qal li jittama li f’dan il-baġit jara iżjed inċentivi għal dawk li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. Fost proposti oħra, l-MDA qed tipproponi li l-paga minima għall-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni tiżdied b’20%. Chetcuti fakkar ukoll fil-proposta li ħabbret l-Assoċjazzoni l-ġimgħa li għaddiet biex ikun hawn reġistru tal-kuntratturi biex ikun assigurat li min qed jibni jkollu biżżejjed esperjenza u ħiliet. | [
"...tipproponi wkoll li l-paga minima għall-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni tiżdied b’20%",
"L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) qalet li lesta tissieħeb mal-Gvern f’",
"public-private partnership",
"bil-għan li jiżdiedu l-proprjetajiet affordabbli.",
"Qal dan, il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti waqt laqgħa f’Kastilja mal-Prim Ministru u uffiċjali oħra tal-Gvern qabel il-Baġit.",
"Huwa insista li ftehim simili jgħin biex jiggarantixxi akkomodazzjoni lil dawk li ma jistgħux ilaħħqu mal-prezz tal-proprjetà.",
"Din hija t-tieni proposta li qed tressaq l-MDA wara li",
"fis-26 ta’ Awwissu li għadda, il-gazzetta",
"kienet ħabbret",
"li l-Gvern qed jikkunsidra proposta oħra tal-Assoċjazzjoni biex sidien, li bil-volontà tagħhom jiddeċiedu li jżommu l-kirja baxxa sabiex jintlaħqu persuni li ma jifilħux iħallsu, jingħataw inċentivi ta’ tnaqqis fit-taxxa meta jbigħu dik il-proprjetà.",
"Il-proposta li għadha fl-ewwel stadji tagħha u allura għadha qed tkun diskussa hija magħmula biex tinċentiva lis-sidien iżommu l-kirjiet baxxi u bħala rikonoxximent is-sidien igawdu minn inċentivi fiskali.",
"Waqt il-laqgħa tal-lum, Chetcuti rringrazja lill-Prim Ministru għall-iżvilupp ekonomiku li għaddej minnu l-pajjiż waqt li insista li 6% minnu ġej direttament lill-industrija tal-konstruzzjoni.",
"“Kważi kulħadd f’Malta għandu l-proprjetà tiegħu.",
"In-nies għadha qed tinvesti fil-proprjetà, tbigħa u tikrija,” saħaq Chetcuti.",
"Il-Prim Ministru qabel ma’ dan u qal li minkejja li l-proprjetà f’Malta dejjem tkun diskussa f’dawl negattiv, Malta għandha fost l-ogħla rati ta’ persuni li huma s-sidien ta’ darhom.",
"“Aktar minn 80% tal-Maltin huma s-sidien tad-dar tagħhom,” saħaq Muscat.",
"Madanakollu rrikonoxxa li madwar 20% tal-Maltin ma jistgħux jixtru proprjetà u kien hawn li Chetcuti saħaq li l-MDA tħoss li hija r-responsabbilità tagħha li tgħin lil dawn il-persuni.",
"Qal li jittama li f’dan il-baġit jara iżjed inċentivi għal dawk li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.",
"Fost proposti oħra, l-MDA qed tipproponi li l-paga minima għall-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni tiżdied b’20%.",
"Chetcuti fakkar ukoll fil-proposta li ħabbret l-Assoċjazzoni l-ġimgħa li għaddiet biex ikun hawn",
"reġistru tal-kuntratturi biex ikun assigurat li min qed jibni jkollu biżżejjed esperjenza u ħiliet."
] | 6www.illum.com.mt
| 24,719 |
press, news, Politika, Lokali, Kronaka, Kultura, Politika | https://www.tvm.com.mt/mt/news/gruppi-jiltaqghu-quddiem-il-parlament-ghal-protesta-kontra-l-immigrazzjoni-illegali/ | Gruppi jiltaqgħu quddiem il-Parlament għal protesta kontra l-immigrazzjoni illegali | Imtella' Ġunju 23, 2020 - Aġġornata 23 Ta' Ġunju, 2020 9:46pm Ħames gruppi bi preżenza fuq il-midja soċjali organizzaw protesta kontra l-immigrazzjoni illegali quddiem il-bini tal-Parlament. Il-Mexxej tal-Imperium Europa, Norman Lowell, qal li l-multikulturaliżmu ġab diżastru madwar id-dinja. Is-Sur Lowell qal li l-għaqdiet mhux governattivi, li sejħilhom tradituri tal-poplu, qed imexxu l-pajjiż. Hu kkritika lill-membri parlamentari taż-żewġ naħat u wera l-fehma li l-pajjiż għandu jkollu president li jivvutaw għalih in-nies u fi kliemu jkollu l-poter li jaġixxi. Is-Sur Lowell qal li dan għandu jagħżel 12-il persuna minn diversi oqsma fosthom nies miċ-ċivil biex jindirizza l-problema tal-immigrazzjonali illegali mill-għeruq fl-Unjoni Ewropea. Żied li l-pajjiż għandu bżonn it-tielet partit biex fi kliemu jkun hawn vuċi waħda kontra l-immigrazzjoni illegali. L-attivist Ray Ambrogio qal li l-Prim Ministru qed jonqos bil-kbir fuq l-immigrazzjoni illegali b'konsegwenza li s-sigurtà tal-pajjiż hi mhedda. Wera l-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha ttina iżjed fondi Ewropej biex tissaħħaħ il-flotta tal-Forzi Armati u flimkien mal-Italja, il-pajjiż jiddefendi l-fruntieri Ewropej. Kompla li r-rilokazzjoni tal-immigranti m'għandhiex issir fil-pajjiżi Ewropej iżda f'pajjiż li sejjaħ stabbli fl-Afrika fosthom ir-Rwanda. Appella lill-Gvern biex ma jdaħħalx iktar immigranti u ħeġġeġ lill-Gvern biex bħall-Ungerija u l-Polonja juża d-dritt tal-veto fuq din il-kwistjoni. | [
"Imtella' Ġunju 23, 2020 - Aġġornata 23 Ta' Ġunju, 2020 9:46pm",
"Ħames gruppi bi preżenza fuq il-midja soċjali organizzaw protesta kontra l-immigrazzjoni illegali quddiem il-bini tal-Parlament.",
"Il-Mexxej tal-Imperium Europa, Norman Lowell, qal li l-multikulturaliżmu ġab diżastru madwar id-dinja.",
"Is-Sur Lowell qal li l-għaqdiet mhux governattivi, li sejħilhom tradituri tal-poplu, qed imexxu l-pajjiż.",
"Hu kkritika lill-membri parlamentari taż-żewġ naħat u wera l-fehma li l-pajjiż għandu jkollu president li jivvutaw għalih in-nies u fi kliemu jkollu l-poter li jaġixxi.",
"Is-Sur Lowell qal li dan għandu jagħżel 12-il persuna minn diversi oqsma fosthom nies miċ-ċivil biex jindirizza l-problema tal-immigrazzjonali illegali mill-għeruq fl-Unjoni Ewropea.",
"Żied li l-pajjiż għandu bżonn it-tielet partit biex fi kliemu jkun hawn vuċi waħda kontra l-immigrazzjoni illegali.",
"L-attivist Ray Ambrogio qal li l-Prim Ministru qed jonqos bil-kbir fuq l-immigrazzjoni illegali b'konsegwenza li s-sigurtà tal-pajjiż hi mhedda.",
"Wera l-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha ttina iżjed fondi Ewropej biex tissaħħaħ il-flotta tal-Forzi Armati u flimkien mal-Italja, il-pajjiż jiddefendi l-fruntieri Ewropej.",
"Kompla li r-rilokazzjoni tal-immigranti m'għandhiex issir fil-pajjiżi Ewropej iżda f'pajjiż li sejjaħ stabbli fl-Afrika fosthom ir-Rwanda.",
"Appella lill-Gvern biex ma jdaħħalx iktar immigranti u ħeġġeġ lill-Gvern biex bħall-Ungerija u l-Polonja juża d-dritt tal-veto fuq din il-kwistjoni."
] | 7www.tvm.com.mt
| 39,214 |
press, news, Barranin | https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-pulizija-taljana-tarresta-4-irgiel-fuq-stupru-ta-zewg-tfajliet-inglizi/ | Il-pulizija Taljana tarresta 4 irġiel fuq stupru ta' żewġ tfajliet Ingliżi | Il-pulizija Taljana arrestat erba' rġiel li għandhom bejn 19 u 23 sena fin-naħa t'isfel tal-Italja, b'rabta ma' stupru ta' żewġ tfajliet Ingliżi. Il-pulizija qalet li t-tfajliet ċemplulhom għall-ħabta tat-3.30 a.m. nhar it-8 ta' Settembru u qalulhom li ftit wara nofsilejl ġew attakkati minn grupp ta' rġiel. L-allegat stupru seħħ f'Marconia di Pisticci waqt festin f'villa. It-tfajliet marru l-isptar. Il-pulizija qalet li l-attakk kien wieħed brutali u kattiv. Erba' rġiel oħra ukoll qed jiġu nvestigati mill-pulizija dwar il-każ. Il-pulizija qalet li t-tfajliet qalu li l-ewwel kienu avviċinati minn tnejn mill-irġiel li qed jiġu nvestigati, u li ma kinux jafuhom. Wara kienu avviċinati minn rġiel oħra waqt il-festin u approfittaw mill-fatt li t-tfajliet kienu qed jixorbu. | [
"Il-pulizija Taljana arrestat erba' rġiel li għandhom bejn 19 u 23 sena fin-naħa t'isfel tal-Italja, b'rabta ma' stupru ta' żewġ tfajliet Ingliżi.",
"Il-pulizija qalet li t-tfajliet ċemplulhom għall-ħabta tat-3.30 a.m. nhar it-8 ta' Settembru u qalulhom li ftit wara nofsilejl ġew attakkati minn grupp ta' rġiel.",
"L-allegat stupru seħħ f'Marconia di Pisticci waqt festin f'villa.",
"It-tfajliet marru l-isptar.",
"Il-pulizija qalet li l-attakk kien wieħed brutali u kattiv.",
"Erba' rġiel oħra ukoll qed jiġu nvestigati mill-pulizija dwar il-każ.",
"Il-pulizija qalet li t-tfajliet qalu li l-ewwel kienu avviċinati minn tnejn mill-irġiel li qed jiġu nvestigati, u li ma kinux jafuhom.",
"Wara kienu avviċinati minn rġiel oħra waqt il-festin u approfittaw mill-fatt li t-tfajliet kienu qed jixorbu."
] | 7www.tvm.com.mt
| 38,420 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/52224/ilfulu_jgid_li_lawtoritajiet_kisru_llii_meta_abru_informazzjoni_elettronika | Il-Fulu jgħid li l-awtoritajiet kisru l-liġi meta ġabru informazzjoni mill-mowbajls tal-akkużati | Alfred Degiorgio jiftaħ każ Kostituzzjonali ieħor, din id-darba jisħaq li nkisret il-liġi meta nġabret informazzjoni elettronika mill-mowbajls Alfred Degiorgio, wieħed mit-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fetaħ każ Kostituzzjonali ieħor jisħaq li l-informazzjoni elettronika, miġbura mill-mowbajls u li qed tintuża mill-kompilazzjoni, inġabret taħt liġi li ma għadhiex teżisti. L-Avukat tal-Fulu, William Cuschieri, saħaq li l-informazzjoni nġabret taħt liġi li kienet tħassret b’Direttiva tal-Unjoni Ewropea u għalhekk talab li l-istess informazzjoni ma tibqax tintuża fil-każ. Din l-informazzjoni elettronika, hija kruċjali f’dan il-każ u anke biex il-forzi tal-ordni wasslu għall-arrest tal-akkużati. Cuschieri jispjega kif id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea (2006/24/EC) fuq iż-żamma ta’ informazzjoni elettronika minn mezzi ta’ kommunikazzjoni, tobbliga lill-kumpaniji li jipprovdu s-servizz biex l-istess informazzjoni tintuża biss mill-awtoritajiet nazzjonali. Din il-liġi kienet daħlet f’Malta fl-2008. Minkejja dan jispjega kif deċiżjoni tal-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja, meħuda fl-2014, kienet iddikjarat din id-direttiva bħala invalida. Għaldaqstant, insista li dan l-Avviż Legali li kien daħal fil-liġi Maltija huwa null. Cuschieri saħaq li din il-liġi tikser id-dritt fundamentali tal-privatezza, id-dritt għall-opinjoni, id-dritt għall-protezzjoni ta’ informazzjoni personali u drittijiet oħra skont il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Iżid li din il-liġi tikser ukoll id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-E-Privacy (2002/58), u liġijiet oħra lokali. Għalhekk insista li huwa illegali li din it-tip ta’ informazzjoni tinżamm mill-operaturi u tintuża mill-awtoritajiet. Din l-istess informazzjoni ngħatat lill-espert tal-Qorti Martin Bajada u anke ntużat mill-FBI li kienet qed tgħin fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia. Cuschieri talab lill-Qorti biex tiddikjara li kien illegali li nġabret din l-informazzjoni u għalhekk titneħħa mill-każ li fih Degiorgio qed ikun akkużat bil-qtil ta’ Caruana Galizia. Il-Qorti tilqa' t-talba tal-familja Caruana Galizia... Intant, il-Qorti laqgħet it-talba tal-familja Caruana Galizia biex tieħu sehem fil-proċeduri kollha miftuħa mill-istess Degiorgio bil-għan li l-FBI ma jitħallewx jesebixxu l-evidenza tagħhom fil-Qorti. L-Avukat Therese Comodini Cachia, qalet li l-familja għandha interess dirett mhux biss fl-inkjesta iżda fil-proċeduri kollha li għandhom x’jaqsmu mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Esperti barranin kienu qed jaħdmu mal-espert tal-Qorti Martin Bajada, li ntalab mill-Qorti jiġbor l-informazzjoni elettronika li tista’ tkun kruċjali fil-każ. Il-ġimgħa li għaddiet, il-Fulu fetaħ żewġ każi oħra Kostituzzjonali, wieħed jitlob lill-Qorti biex tordna li jinġabar il-laptop li kienet qed tuża Daphne Caruana Galizia qabel ma nqatlet u l-ieħor kontra l-espert tal-Qorti Martin Bajada. Fit-tnejn li huma, Degiorgio qed jisħaq li nkisirlu d-dritt tiegħu li jkollu smigħ xieraq. | [
"Alfred Degiorgio jiftaħ każ Kostituzzjonali ieħor, din id-darba jisħaq li nkisret il-liġi meta nġabret informazzjoni elettronika mill-mowbajls",
"Alfred Degiorgio, wieħed mit-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fetaħ każ Kostituzzjonali ieħor jisħaq li l-informazzjoni elettronika, miġbura mill-mowbajls u li qed tintuża mill-kompilazzjoni, inġabret taħt liġi li ma għadhiex teżisti.",
"L-Avukat tal-Fulu, William Cuschieri, saħaq li l-informazzjoni nġabret taħt liġi li kienet tħassret b’Direttiva tal-Unjoni Ewropea u għalhekk talab li l-istess informazzjoni ma tibqax tintuża fil-każ.",
"Din l-informazzjoni elettronika, hija kruċjali f’dan il-każ u anke biex il-forzi tal-ordni wasslu għall-arrest tal-akkużati.",
"Cuschieri jispjega kif id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea (2006/24/EC) fuq iż-żamma ta’ informazzjoni elettronika minn mezzi ta’ kommunikazzjoni, tobbliga lill-kumpaniji li jipprovdu s-servizz biex l-istess informazzjoni tintuża biss mill-awtoritajiet nazzjonali.",
"Din il-liġi kienet daħlet f’Malta fl-2008.",
"Minkejja dan jispjega kif deċiżjoni tal-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja, meħuda fl-2014, kienet iddikjarat din id-direttiva bħala invalida.",
"Għaldaqstant, insista li dan l-Avviż Legali li kien daħal fil-liġi Maltija huwa null.",
"Cuschieri saħaq li din il-liġi tikser id-dritt fundamentali tal-privatezza, id-dritt għall-opinjoni, id-dritt għall-protezzjoni ta’ informazzjoni personali u drittijiet oħra skont il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.",
"Iżid li din il-liġi tikser ukoll id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-E-Privacy (2002/58), u liġijiet oħra lokali.",
"Għalhekk insista li huwa illegali li din it-tip ta’ informazzjoni tinżamm mill-operaturi u tintuża mill-awtoritajiet.",
"Din l-istess informazzjoni ngħatat lill-espert tal-Qorti Martin Bajada u anke ntużat mill-FBI li kienet qed tgħin fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia.",
"Cuschieri talab lill-Qorti biex tiddikjara li kien illegali li nġabret din l-informazzjoni u għalhekk titneħħa mill-każ li fih Degiorgio qed ikun akkużat bil-qtil ta’ Caruana Galizia.",
"Il-Qorti tilqa' t-talba tal-familja Caruana Galizia...",
"Intant, il-Qorti laqgħet it-talba tal-familja Caruana Galizia biex tieħu sehem fil-proċeduri kollha miftuħa mill-istess Degiorgio bil-għan li l-FBI ma jitħallewx jesebixxu l-evidenza tagħhom fil-Qorti.",
"L-Avukat Therese Comodini Cachia, qalet li l-familja għandha interess dirett mhux biss fl-inkjesta iżda fil-proċeduri kollha li għandhom x’jaqsmu mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.",
"Esperti barranin kienu qed jaħdmu mal-espert tal-Qorti Martin Bajada, li ntalab mill-Qorti jiġbor l-informazzjoni elettronika li tista’ tkun kruċjali fil-każ.",
"Il-ġimgħa li għaddiet, il-Fulu fetaħ",
"żewġ każi oħra Kostituzzjonali, wieħed jitlob lill-Qorti biex tordna li jinġabar il-laptop li kienet qed tuża Daphne Caruana Galizia qabel ma nqatlet u l-ieħor kontra l-espert tal-Qorti Martin Bajada.",
"Fit-tnejn li huma, Degiorgio qed jisħaq li nkisirlu d-dritt tiegħu li jkollu smigħ xieraq."
] | 6www.illum.com.mt
| 44,209 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/09/15/norman-darmanin-demajo-kontra-l-11-il-plejer-barrani-fil-premier/ | Norman Darmanin Demajo kontra l-11-il plejer barrani fil-Premier | Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo esprima ruħu fuq il-kwistjoni tal-11-il plejer barrani fil-Kampjonat Premier, fejn qal li hu kontra din l-introduzzjoni. F’post fuq facebook, il-President tal-MFA qal li kemm idum hu President se jagħmel minn kollox biex il-proposta tal-Premier Division Standing Committee (PDSC) ma tidħolx fis-seħħ. Darmanin Demajo qa li jinsab kunfidenti li l-maġġoranza assoluta tal-klabbs f’pajjiżna li huma rrappreżentati mill-Membri tal-Kunsill, se jivvutaw kontra dawn it-tip ta’ proposti. Hu żied li dawn il-proposti huma intiżi li jservu l-aġenda tal-ftit. | [
"Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo esprima ruħu fuq il-kwistjoni tal-11-il plejer barrani fil-Kampjonat Premier, fejn qal li hu kontra din l-introduzzjoni.",
"F’post fuq facebook, il-President tal-MFA qal li kemm idum hu President se jagħmel minn kollox biex il-proposta tal-Premier Division Standing Committee (PDSC) ma tidħolx fis-seħħ.",
"Darmanin Demajo qa li jinsab kunfidenti li l-maġġoranza assoluta tal-klabbs f’pajjiżna li huma rrappreżentati mill-Membri tal-Kunsill, se jivvutaw kontra dawn it-tip ta’ proposti.",
"Hu żied li dawn il-proposti huma intiżi li jservu l-aġenda tal-ftit."
] | 1netnews.com.mt
| 6,728 |
news, press | https://netnews.com.mt/2020/03/27/community-policing-ghandu-jiddahhal-immedjatament-kullimkien-pn/ | Community Policing għandu jiddaħħal immedjatament kullimkien – PN | Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Kunsilli Lokali, l-Komunitajiet u l-Fondi Ewropej Robert Cutajar elenka l-fatt kif Il-Partit Nazzjonalista jinnota b’sodisfazzjon dak li qal il-Ministru tal-Intern aktar kmieni llum fejn kien qed jilqa’ proposta li ilha taghmel l-Oppożizzjoni li l-kunċett tal- Community Policing jibda jitħaddem f’aktar lokalitajiet u mhux f’lokalità waħda kif ġara sa issa. Tajjeb li wieħed ifakkar li l-kunċett tal- Community Policing kien tressaq mill-PN f’waħda mit-80 proposta li l-Oppożizzjoni kienet ressqet b’rabta mar-riforma tal-Kunsilli Lokali sentejn ilu. Matul l-aħħar xhur dan il-kunċett beda jitħaddem biss fil-lokalità tal-Mellieħa minkejja l-appelli tal-Oppożizzjoni li l-Gvern seta’ jħaddmu wkoll f’kull lokalità f’Malta u Għawdex. Sal-bieraħ stess l-Oppożizzjoni waqt konferenza tal-aħbarijiet reġgħet appellat lill-Gvern li fiċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom llum, kawża tat-tixrid tal-Coronavirus f’pajjiżna, it-tħaddim tal- Community Policing għandu immedjatament jibda jitħaddem f’kull belt u raħal f’pajjiżna b’kordinament dirett mal-Kunsilli Lokali. Filwaqt li l-Oppożizjoni tirrikonoxxi li l- Community Policing qed jitħaddem b’suċċess fil-lokalità tal-Mellieħa, il-Gvern għandu mill-aktar fis jieħu d-deċiżjonijiet li għandu jieħu biex dan il-kunċett jibda mhux biss jitħaddem fl-10 lokalitajiet li ħabbar il-Ministru llum izda wkoll f’kull lokalità. L-Oppożizzjoni kif welldet din l-idea tal- Community Policing f’pajjiżna sentejn ilu lesta tkompli tagħti l-appoġġ kollu tagħha lill-Gvern u lill-Kunsilli Lokali fil-firxa aktar wiesa’ ta’ din l-inizjattiva, intenzjonata mhux biss biex tnaqqas il-kriminalità f’pajjiżna iżda wkoll sabiex tgħin li jkompli jikber ir-rispett tal-pubbliku lill-membri tal-korp tal-pulizija. L-Oppożizzoni terġa’ tieħu din l-okkazzjoni biex tirringrazzja lill-forzi kollha tal-ordni għall-ħidma tagħhom f’dawn il-mumenti diffiċli li pajjiżna għaddej minnhom bħall-kumplament tad-dinja. Ringrazzjamenti simili jmorru wkoll għall-ħaddiema kollha li qed jaqdu d-doveri tagħhom fl-uffiċji tal-Kunsilli Lokali u l-Kunsilli Reġjonali f’pajjiżna. | [
"Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Kunsilli Lokali, l-Komunitajiet u l-Fondi Ewropej Robert Cutajar elenka l-fatt kif Il-Partit Nazzjonalista jinnota b’sodisfazzjon dak li qal il-Ministru tal-Intern aktar kmieni llum fejn kien qed jilqa’ proposta li ilha taghmel l-Oppożizzjoni li l-kunċett tal-",
"Community Policing",
"jibda jitħaddem f’aktar lokalitajiet u mhux f’lokalità waħda kif ġara sa issa.",
"Tajjeb li wieħed ifakkar li l-kunċett tal-",
"Community Policing",
"kien tressaq mill-PN f’waħda mit-80 proposta li l-Oppożizzjoni kienet ressqet b’rabta mar-riforma tal-Kunsilli Lokali sentejn ilu.",
"Matul l-aħħar xhur dan il-kunċett beda jitħaddem biss fil-lokalità tal-Mellieħa minkejja l-appelli tal-Oppożizzjoni li l-Gvern seta’ jħaddmu wkoll f’kull lokalità f’Malta u Għawdex.",
"Sal-bieraħ stess l-Oppożizzjoni waqt konferenza tal-aħbarijiet reġgħet appellat lill-Gvern li fiċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom llum, kawża tat-tixrid tal-Coronavirus f’pajjiżna, it-tħaddim tal-",
"Community Policing",
"għandu immedjatament jibda jitħaddem f’kull belt u raħal f’pajjiżna b’kordinament dirett mal-Kunsilli Lokali.",
"Filwaqt li l-Oppożizjoni tirrikonoxxi li l-",
"Community Policing",
"qed jitħaddem b’suċċess fil-lokalità tal-Mellieħa, il-Gvern għandu mill-aktar fis jieħu d-deċiżjonijiet li għandu jieħu biex dan il-kunċett jibda mhux biss jitħaddem fl-10 lokalitajiet li ħabbar il-Ministru llum izda wkoll f’kull lokalità.",
"L-Oppożizzjoni kif welldet din l-idea tal-",
"Community Policing",
"f’pajjiżna sentejn ilu lesta tkompli tagħti l-appoġġ kollu tagħha lill-Gvern u lill-Kunsilli Lokali fil-firxa aktar wiesa’ ta’ din l-inizjattiva, intenzjonata mhux biss biex tnaqqas il-kriminalità f’pajjiżna iżda wkoll sabiex tgħin li jkompli jikber ir-rispett tal-pubbliku lill-membri tal-korp tal-pulizija.",
"L-Oppożizzoni terġa’ tieħu din l-okkazzjoni biex tirringrazzja lill-forzi kollha tal-ordni għall-ħidma tagħhom f’dawn il-mumenti diffiċli li pajjiżna għaddej minnhom bħall-kumplament tad-dinja.",
"Ringrazzjamenti simili jmorru wkoll għall-ħaddiema kollha li qed jaqdu d-doveri tagħhom fl-uffiċji tal-Kunsilli Lokali u l-Kunsilli Reġjonali f’pajjiżna."
] | 1netnews.com.mt
| 6,269 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/07/13/persuni-jittiehdu-l-isptar-wara-incident-tat-traffiku/ | Persuni jittieħdu l-isptar wara inċident tat-traffiku | Iseħħ inċident tat-traffiku bejn numru ta’ karozzi fi Triq Reġjonali, direzzjoni lejn il-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm filwaqt li fuq il-post inġemgħa numru kbir ta’ traffiku. L-inċident kien jinvolvi tliet karozzi, waħda misjuqa minn tfajla ta’ 35 sena residenti r-Rabat Għawdex, raġel ta’ 31 sena mis-Swieqi u raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Ir-raġel ta’ 42 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. Iż-żewġ sewwieqa l-oħra jidher li ma sofrew l-ebda ġrieħi. | [
"Iseħħ inċident tat-traffiku bejn numru ta’ karozzi fi Triq Reġjonali, direzzjoni lejn il-Marsa.",
"L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm filwaqt li fuq il-post inġemgħa numru kbir ta’ traffiku.",
"L-inċident kien jinvolvi tliet karozzi, waħda misjuqa minn tfajla ta’ 35 sena residenti r-Rabat Għawdex, raġel ta’ 31 sena mis-Swieqi u raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żebbuġ.",
"Ir-raġel ta’ 42 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.",
"Iż-żewġ sewwieqa l-oħra jidher li ma sofrew l-ebda ġrieħi."
] | 1netnews.com.mt
| 13 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2016/08/25/armata-wahda-karrieri-differenti/ | Armata waħda, karrieri differenti | 72 rekluti ġodda sabu ruħhom fil-Forzi Armati ta' Malta. Iltaqajna ma' erbgħa minnhom; uħud jinsabu fi friegħi li l-pubbliku jassoċċja mal-ewwel ma' karriera militari, u oħrajn f'oqsma li minkejja li jagħmlu ħafna xogħol, ħafna ma jobsrux li jagħmlu parti mill-qasam militari ta' Malta. Graziana Camilleri, per eżempju, għandha 29 sena u qiegħda twettaq xogħol relatat ma' finanzi. Ryan Mallia jinsab fil-qasam tal-informatika u Carly Caruana tagħmel parti minn sezzjoni li tħares is-sigurtà f'avvenimenti kbar. Umbagħad iltqajna ma' Ryan Scicluna mis-sezzjoni li twettaq ħidma meta jkun hemm biża ta' xi bomba. | [
"72 rekluti ġodda sabu ruħhom fil-Forzi Armati ta' Malta.",
"Iltaqajna ma' erbgħa minnhom; uħud jinsabu fi friegħi li l-pubbliku jassoċċja mal-ewwel ma' karriera militari, u oħrajn f'oqsma li minkejja li jagħmlu ħafna xogħol, ħafna ma jobsrux li jagħmlu parti mill-qasam militari ta' Malta.",
"Graziana Camilleri, per eżempju, għandha 29 sena u qiegħda twettaq xogħol relatat ma' finanzi.",
"Ryan Mallia jinsab fil-qasam tal-informatika u Carly Caruana tagħmel parti minn sezzjoni li tħares is-sigurtà f'avvenimenti kbar.",
"Umbagħad iltqajna ma' Ryan Scicluna mis-sezzjoni li twettaq ħidma meta jkun hemm biża ta' xi bomba."
] | 3one.com.mt
| 32,916 |
press, news, Internazzjonali | https://one.com.mt/news/2018/09/19/it-tbaghbis-fix-xorb-jizdied-bmod-drastiku-fl-ahhar-tliet-snin-2/ | It-tbagħbis fix-xorb jiżdied drastikament fl-aħħar tliet snin | Tbagħbis fix-xorb, jew tqegħid ta' droga fix-xorb, żdied b'108% fl-aħħar tliet snin. Sorsi mill-Pulizija Metropolitana fl-Ingilterra qalu dan, wara li tul l-2017 biss daħlu mal-180 rapport ta' każi ta' tbagħbis tax-xorb, żieda ta' 74% meta mqabbel mal-2015. Vittmi ta' dawn it-tip ta' każi qalu mal-midja li bosta vittmi ma jirrappurtawx dawn l-abbużi lill-Pulizija, ħafna drabi minħabba l-fatt li xi ruħ tajba tkun intervjeniet u ħadithom lura d-dar. F'ħafna każi, persuna jkollha x-xarba tagħha mbagħbsa bil-għan li din tisfa' stuprata jew misruqa. Dawn jistgħu jissejħu wkoll date rape drugs . | [
"Tbagħbis fix-xorb, jew tqegħid ta' droga fix-xorb, żdied b'108% fl-aħħar tliet snin.",
"Sorsi mill-Pulizija Metropolitana fl-Ingilterra qalu dan, wara li tul l-2017 biss daħlu mal-180 rapport ta' każi ta' tbagħbis tax-xorb, żieda ta' 74% meta mqabbel mal-2015.",
"Vittmi ta' dawn it-tip ta' każi qalu mal-midja li bosta vittmi ma jirrappurtawx dawn l-abbużi lill-Pulizija, ħafna drabi minħabba l-fatt li xi ruħ tajba tkun intervjeniet u ħadithom lura d-dar.",
"F'ħafna każi, persuna jkollha x-xarba tagħha mbagħbsa bil-għan li din tisfa' stuprata jew misruqa.",
"Dawn jistgħu jissejħu wkoll date rape drugs ."
] | 3one.com.mt
| 31,801 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/sports/judo-imut-l-ex-champion-tad-dinja-craig-fallon/ | Judo: Imut l-ex Champion tad-Dinja Craig Fallon | Craig Fallon, l-ex Champion tad-Dinja tal-judo, instab mejjet il-Ħadd li għadda. Fallon, ta’ 36 sena, kien ġie rrapurtat nieqes ġurnata qabel. Hu kien għadu kemm ġie appuntat bħala l-Head Coach tal-Assoċjazzjoni tal-Judo ta’ Wales. L-Ingliż kien sar Champion tad-Dinja fl-2005, fl-età ta’ 23 sena. L-Ingliż irtira mill-judo kompetittiv fl-2011. Hu kien beda jippratika l-judo fl-etàta’ 8 snin u akkwista l-black belt fl-età ta’ 15-il sena. | [
"Craig Fallon, l-ex Champion tad-Dinja tal-judo, instab mejjet il-Ħadd li għadda.",
"Fallon, ta’ 36 sena, kien ġie rrapurtat nieqes ġurnata qabel.",
"Hu kien għadu kemm ġie appuntat bħala l-Head Coach tal-Assoċjazzjoni tal-Judo ta’ Wales.",
"L-Ingliż kien sar Champion tad-Dinja fl-2005, fl-età ta’ 23 sena.",
"L-Ingliż irtira mill-judo kompetittiv fl-2011.",
"Hu kien beda jippratika l-judo fl-etàta’ 8 snin u akkwista l-black belt fl-età ta’ 15-il sena."
] | 7www.tvm.com.mt
| 30,185 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/bil-filmat-il-maltempata-tkompli-mal-lejl/ | Bil-filmat: il-maltempata tkompli mal-lejl | Ilbieraħ filgħodu waslet l-ewwel maltempata qalila tal-istaġun, u daqs tnax-il siegħa wara, maltempata oħra bis-silġ ħakmet lill-gżejjer maltin! Il-maltemp ħasad lil ħafna minħabba l-intensita’ tagħhom. L-ewwel maltempata li bdiet f’nofsinhar u battiet xi sagħtejn wara affettwat l-operat fl-ajruport u l-Port Ħieles u kkawżat bosta ħsarat fit-toroq. Iktar tard għall-ħabta tal-11.30 p.m. għamlet maltempata oħra qalila, bir-ragħad u s-sajjetti qawwijin u din id-darba wkoll bis-silġ. Aktar qabel: Tard mal-għodwa tal-bieraħ it-temp beda jtella’ u fil-bogħod beda jinstema’ r-ragħad ikarwat sakemm mat-tokki ta’ nofsinhar nfetħu bibien is-sema, qam riħ qawwi u s-sajjetti bdew ifaqqgħu waħda f’waħda. L-effetti ta’ din il-maltempata kienu evidenti mill-ewwel f’toroq li jżommu ħafna ilma bħall-Imsida u l-Wied ta’ Birkirkara. Kienu rrappurtati wkoll inċidenti żgħar tat-traffiku. jaf b’sewwieq ta’ mutur li ddaħħal għall-kura l-isptar wara li skiddja f’Raħal Ġdid. Xi titjiriet skedati li jinżlu fl-ajruport ta’ Malta kmieni wara nofsinhar kellhom ifittxu ajruport alternattiv u minflok niżlu fl-ajruport Fontanarossa ta’ Katanja u f’Palermo, waqt li titjiriet minn Malta fosthom lejn Ruma u Frankfurt ittarjaw it-tluq. Għal xi ħin il-ħidma fil-Port Ħieles f’Birżebbuga waqfet wara li kwantita’ sostanzjali ta’ containers li kienu stivati fil-bitħa nqalbu bir-riħ. hu infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, bl-operat kellu jieqaf sakemm il-containers li aktarx kienu vojta tpoġġew f’posthom. Ir-riħ u l-baħar qawwi wasslu biex inqatgħu ċimi ta’ vapur tal-merkanzija li kien fil-Port Ħieles. Xi toroq fosthom fil-Furjana u ħdejn ir-roundabout ta’ Ħal Lija kellhom jingħalqu għat-traffiku minħabba li xi siġar tqaċċtu bir-riħ li laħaq forza ta’ riefnu. Biex ikun evitat il-periklu, għal xi ħin parti mill-bypass ta’ Ħal Għaxaq fl-inħawi ta’ Bir id-Deheb ngħalaq għat-traffiku wara li arblu tad-dawl bil-linji miegħu nqasam. L-istess ġralu arblu ieħor fit-triq li miż-Żejtun tagħti għal Marsaxlokk. Ħajt ta’ ilqugħ madwar bini ġdid fi Triq il-Kanun, f’Santa Venera, ċeda u ħalla għexieren ta’ bricks f’nofs it-triq, waqt li r-riħ qawwi qaleb bill-board fit-triq taħt is-Saqqajja fir-Rabat. It-temp sfratta wkoll iċ-ċelebrazzjonijiet esterni tal-festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-Gudja bid-dilettanti tal-festa kellhom iżarmaw ħafna mill-armar biex jevitaw il-ħsara. Il-bnazzi mhux mistenni qabel nhar it-Tlieta, bl-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport qed ibassar li l-maltemp se jippersisti u fis-sigħat li ġejjin mistennija ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad kultant. | [
"Ilbieraħ filgħodu waslet l-ewwel maltempata qalila tal-istaġun, u daqs tnax-il siegħa wara, maltempata oħra bis-silġ ħakmet lill-gżejjer maltin!",
"Il-maltemp ħasad lil ħafna minħabba l-intensita’ tagħhom.",
"L-ewwel maltempata li bdiet f’nofsinhar u battiet xi sagħtejn wara affettwat l-operat fl-ajruport u l-Port Ħieles u kkawżat bosta ħsarat fit-toroq.",
"Iktar tard għall-ħabta tal-11.30 p.m. għamlet maltempata oħra qalila, bir-ragħad u s-sajjetti qawwijin u din id-darba wkoll bis-silġ.",
"Aktar qabel:",
"Tard mal-għodwa tal-bieraħ it-temp beda jtella’ u fil-bogħod beda jinstema’ r-ragħad ikarwat sakemm mat-tokki ta’ nofsinhar nfetħu bibien is-sema, qam riħ qawwi u s-sajjetti bdew ifaqqgħu waħda f’waħda.",
"L-effetti ta’ din il-maltempata kienu evidenti mill-ewwel f’toroq li jżommu ħafna ilma bħall-Imsida u l-Wied ta’ Birkirkara.",
"Kienu rrappurtati wkoll inċidenti żgħar tat-traffiku.",
"jaf b’sewwieq ta’ mutur li ddaħħal għall-kura l-isptar wara li skiddja f’Raħal Ġdid.",
"Xi titjiriet skedati li jinżlu fl-ajruport ta’ Malta kmieni wara nofsinhar kellhom ifittxu ajruport alternattiv u minflok niżlu fl-ajruport Fontanarossa ta’ Katanja u f’Palermo, waqt li titjiriet minn Malta fosthom lejn Ruma u Frankfurt ittarjaw it-tluq.",
"Għal xi ħin il-ħidma fil-Port Ħieles f’Birżebbuga waqfet wara li kwantita’ sostanzjali ta’ containers li kienu stivati fil-bitħa nqalbu bir-riħ.",
"hu infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, bl-operat kellu jieqaf sakemm il-containers li aktarx kienu vojta tpoġġew f’posthom.",
"Ir-riħ u l-baħar qawwi wasslu biex inqatgħu ċimi ta’ vapur tal-merkanzija li kien fil-Port Ħieles.",
"Xi toroq fosthom fil-Furjana u ħdejn ir-roundabout ta’ Ħal Lija kellhom jingħalqu għat-traffiku minħabba li xi siġar tqaċċtu bir-riħ li laħaq forza ta’ riefnu.",
"Biex ikun evitat il-periklu, għal xi ħin parti mill-bypass ta’ Ħal Għaxaq fl-inħawi ta’ Bir id-Deheb ngħalaq għat-traffiku wara li arblu tad-dawl bil-linji miegħu nqasam.",
"L-istess ġralu arblu ieħor fit-triq li miż-Żejtun tagħti għal Marsaxlokk.",
"Ħajt ta’ ilqugħ madwar bini ġdid fi Triq il-Kanun, f’Santa Venera, ċeda u ħalla għexieren ta’ bricks f’nofs it-triq, waqt li r-riħ qawwi qaleb bill-board fit-triq taħt is-Saqqajja fir-Rabat.",
"It-temp sfratta wkoll iċ-ċelebrazzjonijiet esterni tal-festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-Gudja bid-dilettanti tal-festa kellhom iżarmaw ħafna mill-armar biex jevitaw il-ħsara.",
"Il-bnazzi mhux mistenni qabel nhar it-Tlieta, bl-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport qed ibassar li l-maltemp se jippersisti u fis-sigħat li ġejjin mistennija ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad kultant."
] | 7www.tvm.com.mt
| 36,949 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/03/07/appell-mill-pulizija-biex-jinstab/ | Appell mill-Pulizija biex jinstab | Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Gianluca Escobar; żagħżugħ ta’ 29 sena li kien irrapurtat nieqes lill-Pulizija jumejn ilu. Gianluca, li għandu għajnejh kannella u xagħru qasir iswed, deher l-aħħar fl-4 ta’ Marzu fl-inħawi ta’ tas-Sliema. Jista’ jkun li jinsab ukoll fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ. Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119. Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija. | [
"Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Gianluca Escobar; żagħżugħ ta’ 29 sena li kien irrapurtat nieqes lill-Pulizija jumejn ilu.",
"Gianluca, li għandu għajnejh kannella u xagħru qasir iswed, deher l-aħħar fl-4 ta’ Marzu fl-inħawi ta’ tas-Sliema.",
"Jista’ jkun li jinsab ukoll fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ.",
"Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119.",
"Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija."
] | 1netnews.com.mt
| 4,896 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55476/liskua_li_abet_larmata_kienet_talmistija__adrian_delia | 'L-iskuża li ġabet l-Armata kienet tal-mistħija' - Adrian Delia | Adrian Delia jinsisti li dwar l-arrest taż-żewġ suldati akkużati bil-qtil razzist ta' immigrant hemm responsabbilitajiet x'jintrefgħu Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li “l-iskuża” li ġabet l-Armata llum wara l-arrest taż-żewġ suldati akkużati bil-qtil razzist ta’ Lassana Cisse Souleymane "hija tal-mistħija u tal-biża'." Aktar kmieni llum, l-Armata rreaġixxiet għall-arrest tas-suldati fosthom dwar il-fatt li wieħed mis-suldati huwa reċidiv hekk kif kien instab ħati ta’ reat ieħor. Fl-istqarrija tagħha, l-armata qalet li “l-każ ma kienx meqjus wieħed gravi li jimmerita tkeċċija,” u li l-każ kien seħħ qabel, bis-sentenza tinqata’ wara li l-akkużat daħal fl-armata. Madanakollu, waqt attività politika f’San Ġiljan, Adrian Delia kkundanna dan u saħaq li kwalunkwe persuna li jfittex xogħol, ikun xi jkun, isibha diffiċli jekk il-kondotta tiegħu tkun imtappna. “Il-kundanna qed jarmuha u jfarfruha li kienet xi ħaġa żgħira,” saħaq Adrian Delia u kien għalhekk li saħaq li l-iskuża li għamlet l-armata kienet waħda tal-mistħija. Delia jisħaq li hemm responsabbilitajiet x'jintrefgħu Irrefera għas-sejħa li qed tagħmel l-Oppożizzjoni għal investigazzjoni indipendenti biex ikun stabbilit jekk dan il-każ setax kien evitat. Fi kliem Delia, filwaqt li l-Gvern qed jipprova jiskarta dan, hemm mistoqsijiet x’jiġu mwieġba u responsabbilitajiet iridu jintrefgħu. Akkuża lill-Gvern li wara li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, qed itellef lill-pajjiż mill-fibra morali wkoll għax fi kliemu “il-ħajja ma saret tfisser xejn.” “Trid tintrefa’ r-responsabbilità ... ma nistgħux nibqgħu nħallu lill-vittmi mingħajr ma tittieħed responsabbilità,” insista l-Kap Nazzjonalista. Filwaqt li rringrazzja lill-maġġoranza tal-Armata, għadda biex jitkellem dwar ir-rapport tal-Ombudsman fuq il-promozzjonijiet fl-armata u insista li l-kundanna kienet waħda ċara. 'Tħallux lil Joseph Muscat jidħol fil-kaxxa tal-voti' Akkuża lill-Gvern li apparti, li fi kliemu, ħataf l-Avukat Ġenerali, l-FIAU, l-MFSA, lill-Qrati u lill-Pulizija, ħataf ukoll l-Armata. “Irid jieqaf iż-żmien fejn dan il-Gvern inessi u jixtri lil kulħadd,” insista l-Kap tal-Oppożizzjoni. “Irridu jintrefgħu r-responsabbilitajiet politiċi,” kompla jisħaq waqt li saħaq li f’pajjiżi oħra Ewropej, fuq affarijiet ħafna inqas serji, ikun hemm min jerfa’ r-responsabbilità. Kien għalhekk li appella lil dawk preżenti biex jassiguraw li l-Gvern ma jaħtafx il-vot tagħhom ukoll. “Ifhmu x’qed jiġri fil-pajjiż. Tħallux li fil-kaxxa tal-voti jidħol Joseph Muscat. Tħallux li jivvota għalikom Konrad Mizzi. Kunu intom li tiddeċiedu,” insista Delia. Irrefera għall-aħħar billboard tal-Partit Laburista u l-messaġġ ta’ Joseph Muscat: “Erġgħu kunu miegħi.” “Jiena ma rridkomx miegħi. Jiena rrid li nkun magħhom. Aħna ma nemmnux li intom għall-partit. Aħna nemmnu li l-partit huwa intom,” insista Delia waqt li appella lin-Nazzjonalisti biex jagħmlu kuraġġ. ‘Muscat kien daħħal f’moħħ il-Maltin li l-immigranti ma jistgħux jibqgħu jidħlu’ - Fenech Adami Tul l-attività tkellem id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li wkoll irrefera għall-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane u saħaq li kien Joseph Muscat, li llum qed jikkundanna dan il-każ, li daħħal f’moħħ il-Maltin li l-immigranti ma jistgħux jibqgħu jidħlu Malta. Insista li fi żmien il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, kien Muscat li kien iwiegħed il-pushback u wettaq il-pushback biex “ikun popolari man-nies li issa jrid jikkundanna.” Tkellem dwar is-sigurtà f’pajjiżna u rrefera għal dak li qal aktar kmieni llum waqt konferenza tal-aħbarijiet, li Malta ma għadux pajjiż sigur. Irrefera għal dak li kkampanja dwaru l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar ġimgħat fosthom il-ġlieda għall-ħajja u l-ġlieda kontra l-kanċer. Saħaq li hu stess għadda mill-marda tal-kanċer u esperjenza dak li jgħaddu minnu l-pazjenti u kien għalhekk li insista li huma ġusti l-argumenti u l-ġlieda li qed iwiegħed li jagħmel il-Partit Nazzjonalista. Insista li kull ewro li ntefqet fil-korruzzjoni setgħet intefqet biex tinstab kura għall-kanċer. ‘Insellem lil Simon Busuttil u nixtiequ jkun magħna wkoll’ – Robert Arrigo Tul l-intervent tiegħu, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo tkellem dwar il-bżonn li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ jiġġieled il-korruzzjoni. Sellem lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u saħaq li l-Partit Nazzjonalista, fl-aħħar xhur, kompla fuq il-passi tiegħu u filwaqt li sellilmu, saħaq li “nixtiequ li jkun magħna wkoll.” Tkellem b’mod partikolari dwar id-disa’ u l-għaxar distrett u filwaqt li insista li t-tmexxija l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista ħadmet ħafna, appella lil kulħadd, partikolarmant lil dawn tad-disa’ u l-għaxar distrett, li jinkludu l-akbar fortizzi Nazzjonalisti, biex jagħtu l-fiduċja tagħhom lill-Partit Nazzjonalista. “Ħaqqna l-fiduċja tagħkom,” insista Arrigo. Tul id-diskors tiegħu tkellem ukoll dwar il-qtil f’Malta tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, u ħeġġeġ lil dawk li jagħmlu l-vġili kull sittax tax-xahar biex ikomplu jiltaqgħu u jwasslu l-messaġġ tagħhom. “Żommu dawn il-vġili għal Daphne u mhux għal affarijiet oħra,” appellalhom Arrigo. Tul l-attività tkellmu wkoll il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg Knight u Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech li kollha kemm huma waslu messaġġi mqanqla għall-votanti ta’ dawn il-lokalitajiet. | [
"Adrian Delia jinsisti li dwar l-arrest taż-żewġ suldati akkużati bil-qtil razzist ta' immigrant hemm responsabbilitajiet x'jintrefgħu",
"Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li “l-iskuża” li ġabet l-Armata llum wara l-arrest taż-żewġ suldati akkużati bil-qtil razzist ta’ Lassana Cisse Souleymane \"hija tal-mistħija u tal-biża'.\"",
"Aktar kmieni llum, l-Armata rreaġixxiet għall-arrest tas-suldati fosthom dwar il-fatt li wieħed mis-suldati huwa reċidiv hekk kif kien instab ħati ta’ reat ieħor.",
"Fl-istqarrija tagħha, l-armata qalet li",
"“l-każ ma kienx meqjus wieħed gravi li jimmerita tkeċċija,”",
"u li l-każ kien seħħ qabel, bis-sentenza tinqata’ wara li l-akkużat daħal fl-armata.",
"Madanakollu, waqt attività politika f’San Ġiljan, Adrian Delia kkundanna dan u saħaq li kwalunkwe persuna li jfittex xogħol, ikun xi jkun, isibha diffiċli jekk il-kondotta tiegħu tkun imtappna.",
"“Il-kundanna qed jarmuha u jfarfruha li kienet xi ħaġa żgħira,” saħaq Adrian Delia u kien għalhekk li saħaq li l-iskuża li għamlet l-armata kienet waħda tal-mistħija.",
"Delia jisħaq li hemm responsabbilitajiet x'jintrefgħu",
"Irrefera għas-sejħa li qed tagħmel l-Oppożizzjoni għal investigazzjoni indipendenti biex ikun stabbilit jekk dan il-każ setax kien evitat.",
"Fi kliem Delia, filwaqt li l-Gvern qed jipprova jiskarta dan, hemm mistoqsijiet x’jiġu mwieġba u responsabbilitajiet iridu jintrefgħu.",
"Akkuża lill-Gvern li wara li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, qed itellef lill-pajjiż mill-fibra morali wkoll għax fi kliemu “il-ħajja ma saret tfisser xejn.”",
"“Trid tintrefa’ r-responsabbilità ... ma nistgħux nibqgħu nħallu lill-vittmi mingħajr ma tittieħed responsabbilità,” insista l-Kap Nazzjonalista.",
"Filwaqt li rringrazzja lill-maġġoranza tal-Armata, għadda biex jitkellem dwar ir-rapport tal-Ombudsman fuq il-promozzjonijiet fl-armata u insista li l-kundanna kienet waħda ċara.",
"'Tħallux lil Joseph Muscat jidħol fil-kaxxa tal-voti'",
"Akkuża lill-Gvern li apparti, li fi kliemu, ħataf l-Avukat Ġenerali, l-FIAU, l-MFSA, lill-Qrati u lill-Pulizija, ħataf ukoll l-Armata.",
"“Irid jieqaf iż-żmien fejn dan il-Gvern inessi u jixtri lil kulħadd,” insista l-Kap tal-Oppożizzjoni.",
"“Irridu jintrefgħu r-responsabbilitajiet politiċi,” kompla jisħaq waqt li saħaq li f’pajjiżi oħra Ewropej, fuq affarijiet ħafna inqas serji, ikun hemm min jerfa’ r-responsabbilità.",
"Kien għalhekk li appella lil dawk preżenti biex jassiguraw li l-Gvern ma jaħtafx il-vot tagħhom ukoll.",
"“Ifhmu x’qed jiġri fil-pajjiż.",
"Tħallux li fil-kaxxa tal-voti jidħol Joseph Muscat.",
"Tħallux li jivvota għalikom Konrad Mizzi.",
"Kunu intom li tiddeċiedu,” insista Delia.",
"Irrefera għall-aħħar billboard tal-Partit Laburista u l-messaġġ ta’ Joseph Muscat: “Erġgħu kunu miegħi.”",
"“Jiena ma rridkomx miegħi.",
"Jiena rrid li nkun magħhom.",
"Aħna ma nemmnux li intom għall-partit.",
"Aħna nemmnu li l-partit huwa intom,” insista Delia waqt li appella lin-Nazzjonalisti biex jagħmlu kuraġġ.",
"‘Muscat kien daħħal f’moħħ il-Maltin li l-immigranti ma jistgħux jibqgħu jidħlu’ - Fenech Adami",
"Tul l-attività tkellem id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li wkoll irrefera għall-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane u saħaq li kien Joseph Muscat, li llum qed jikkundanna dan il-każ, li daħħal f’moħħ il-Maltin li l-immigranti ma jistgħux jibqgħu jidħlu Malta.",
"Insista li fi żmien il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, kien Muscat li kien iwiegħed il-pushback u wettaq il-pushback biex “ikun popolari man-nies li issa jrid jikkundanna.”",
"Tkellem dwar is-sigurtà f’pajjiżna u rrefera għal dak li qal aktar kmieni llum waqt konferenza tal-aħbarijiet, li Malta ma għadux pajjiż sigur.",
"Irrefera għal dak li kkampanja dwaru l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar ġimgħat fosthom il-ġlieda għall-ħajja u l-ġlieda kontra l-kanċer.",
"Saħaq li hu stess għadda mill-marda tal-kanċer u esperjenza dak li jgħaddu minnu l-pazjenti u kien għalhekk li insista li huma ġusti l-argumenti u l-ġlieda li qed iwiegħed li jagħmel il-Partit Nazzjonalista.",
"Insista li kull ewro li ntefqet fil-korruzzjoni setgħet intefqet biex tinstab kura għall-kanċer.",
"‘Insellem lil Simon Busuttil u nixtiequ jkun magħna wkoll’ – Robert Arrigo",
"Tul l-intervent tiegħu, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo tkellem dwar il-bżonn li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ jiġġieled il-korruzzjoni.",
"Sellem lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u saħaq li l-Partit Nazzjonalista, fl-aħħar xhur, kompla fuq il-passi tiegħu u filwaqt li sellilmu, saħaq li “nixtiequ li jkun magħna wkoll.”",
"Tkellem b’mod partikolari dwar id-disa’ u l-għaxar distrett u filwaqt li insista li t-tmexxija l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista ħadmet ħafna, appella lil kulħadd, partikolarmant lil dawn tad-disa’ u l-għaxar distrett, li jinkludu l-akbar fortizzi Nazzjonalisti, biex jagħtu l-fiduċja tagħhom lill-Partit Nazzjonalista.",
"“Ħaqqna l-fiduċja tagħkom,” insista Arrigo.",
"Tul id-diskors tiegħu tkellem ukoll dwar il-qtil f’Malta tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, u ħeġġeġ lil dawk li jagħmlu l-vġili kull sittax tax-xahar biex ikomplu jiltaqgħu u jwasslu l-messaġġ tagħhom.",
"“Żommu dawn il-vġili għal Daphne u mhux għal affarijiet oħra,” appellalhom Arrigo.",
"Tul l-attività tkellmu wkoll il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg Knight u Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech li kollha kemm huma waslu messaġġi mqanqla għall-votanti ta’ dawn il-lokalitajiet."
] | 6www.illum.com.mt
| 23,773 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/03/15/4-persuni-arrestati-bkonnessjni-mal-bomba-li-tpoggiet-taht-karozza-fil-fgura/ | FILMAT: 4 persuni arrestati b’konnessjoni mal-bomba li tpoġġiet taħt karozza fil-Fgura | Aġġornata F’għalqa abbandunata qalb numru kbir ta’ residenzi u djar tan-nies, Pulizija u uffiċjali mit-taqsima tal-bomb disposal wettqu tfittxija għal splussivi wara li aktar kmieni ġew arrestati erba’ persuni b’konnessjoni mal-bomba li tpoġġiet taħt karozza fil-Fgura fl-4 ta’ Jannar li għadda, bomba li ma kinitx ħadet. L-erba’ persuni ġew arrestati f’għalqa abbandunata u mimlija affarijiet għar-rimi u għall-iscrap, biswit Triq Għar Dalam, propju ftit ‘l isfel mid-daħla ta’ Għar Dalam. Il-bomba kienet instabet taħt karozza tat-tip Mitsubishi fi Triq Sant’Antnin il-Fgura, karozza propjetà ta’ ċertu Mario Scicluna mis-Sannat Għawdex li jgħix f’din it-triq, raġel involut fin-negozju tal-karozzi. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li arrestat l-erba’ persuni – tlieta minn Birżebbuġa u wieħed mix-Xgħajra wara operazzjoni bl-għajnuna tas-Servizzi tas-Sigurtà u tal-Forzi Armati ta’ Malta. Matul il-ġurnata komplew isiru t-tfittxijiet fiż-żona ta’ Birżebbuġa u l-Qajjenza, anke permezz ta’ ħelikopter li baqa’ jittajjar biex jissorvelja ż-żona, bil-Pulizija jgħidu wkoll li kien hemm tfittixjiet oħra għaddejjin f’diversi postijiet relatati. Fl-għalqa li fiha ġew arrestati l-erba’ persuni, kien hemm ammont kbir ta’ Pulizija li ma ħallewx lin-nies jersqu viċin, minħabba suspetti u possibiltà ta’ xi splussivi. Kien hemm ukoll membri mill-Forzi Armati ta’ Malta, uħud lebsin il-balaklava, biex jipproteġu l-identità tagħhom. Meta l-bomba ma kinitx ħadet, il-Pulizija kienu ssejħu fuq il-post wara ħoss li ġie minn taħt il-karozza u qajjem suspett. Sadanittant, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, il-Pulizija qalu wkoll li l-Maġistrat tal-inkjesta nżammet infurmata bl-iżviluppi kollha. Issa jmiss li dawn l-erba’ persuni, kollha rġiel, jiġu nterrogati fid-Depot tal-Pulizija biex fi żmien 48 siegħa jitressqu l-Qorti jekk jinstab li hemm biżżejjed evidenza kontrihom. AĠĠORNATA BIL-FILMAT: Tinstab bomba taħt karozza fil-Fgura FILMAT ESKLUSSIV: Ara l-karozza li taħta nstabet il-bomba fil-Fgura | [
"Aġġornata",
"F’għalqa abbandunata qalb numru kbir ta’ residenzi u djar tan-nies, Pulizija u uffiċjali mit-taqsima tal-bomb disposal wettqu tfittxija għal splussivi wara li aktar kmieni ġew arrestati erba’ persuni b’konnessjoni mal-bomba li tpoġġiet taħt karozza fil-Fgura fl-4 ta’ Jannar li għadda, bomba li ma kinitx ħadet.",
"L-erba’ persuni ġew arrestati f’għalqa abbandunata u mimlija affarijiet għar-rimi u għall-iscrap, biswit Triq Għar Dalam, propju ftit ‘l isfel mid-daħla ta’ Għar Dalam.",
"Il-bomba kienet instabet taħt karozza tat-tip Mitsubishi fi Triq Sant’Antnin il-Fgura, karozza propjetà ta’ ċertu Mario Scicluna mis-Sannat Għawdex li jgħix f’din it-triq, raġel involut fin-negozju tal-karozzi.",
"Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li arrestat l-erba’ persuni – tlieta minn Birżebbuġa u wieħed mix-Xgħajra wara operazzjoni bl-għajnuna tas-Servizzi tas-Sigurtà u tal-Forzi Armati ta’ Malta.",
"Matul il-ġurnata komplew isiru t-tfittxijiet fiż-żona ta’ Birżebbuġa u l-Qajjenza, anke permezz ta’ ħelikopter li baqa’ jittajjar biex jissorvelja ż-żona, bil-Pulizija jgħidu wkoll li kien hemm tfittixjiet oħra għaddejjin f’diversi postijiet relatati.",
"Fl-għalqa li fiha ġew arrestati l-erba’ persuni, kien hemm ammont kbir ta’ Pulizija li ma ħallewx lin-nies jersqu viċin, minħabba suspetti u possibiltà ta’ xi splussivi.",
"Kien hemm ukoll membri mill-Forzi Armati ta’ Malta, uħud lebsin il-balaklava, biex jipproteġu l-identità tagħhom.",
"Meta l-bomba ma kinitx ħadet, il-Pulizija kienu ssejħu fuq il-post wara ħoss li ġie minn taħt il-karozza u qajjem suspett.",
"Sadanittant, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, il-Pulizija qalu wkoll li l-Maġistrat tal-inkjesta nżammet infurmata bl-iżviluppi kollha.",
"Issa jmiss li dawn l-erba’ persuni, kollha rġiel, jiġu nterrogati fid-Depot tal-Pulizija biex fi żmien 48 siegħa jitressqu l-Qorti jekk jinstab li hemm biżżejjed evidenza kontrihom.",
"AĠĠORNATA BIL-FILMAT: Tinstab bomba taħt karozza fil-Fgura",
"FILMAT ESKLUSSIV: Ara l-karozza li taħta nstabet il-bomba fil-Fgura"
] | 1netnews.com.mt
| 5,477 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/56064/student_jingata_lelsien_millarrest_wara_allegat_stupru_ | Student jingħata l-ħelsien mill-arrest wara allegat stupru | L-allegat stupru seħħ f'Diċembru tal-2016 Student żagħżugħ ta' 21 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat b'stupru ta' tfajla. L-akkużat li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti deher quddiem il-Maġistrat Nadine Lia akkużat li stupra tfajla fis-17 ta’ Diċembru 2016 bir-rapport isir tlett xhur ilu biss. L-Ispettur spjega li ż-żagħżugħ ġie arrestat wara li ġie ordnat iżur l-għassa tal-Pulizija tal-Imsida. Minkejja dawn l-akkużi l-avukat tal-imputat ikkontestat l-verżjoni tal-vittma. “Ġurnata wara kellmitu u qatlu kemm ħadet gost waqt l-allegat stupru, apparti li ma wriet l-ebda biża mill-akkużat u kompliet titkellem miegħu sa Mejju 2018. Qatt ma kien hemm xi theddid.” L-akkużat li huwa minn Għawdex wieġeb mhux ħati. L-avukat tal-akkużat talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-ħelsien jingħata fuq il-kundizzjoni li ma jmur fl-ebda żona fejn tgħix il-vittma u b'depożitu ta’ €1000 u garanzija personali ta' € 5000. | [
"L-allegat stupru seħħ f'Diċembru tal-2016",
"Student żagħżugħ ta' 21 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat b'stupru ta' tfajla.",
"L-akkużat li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti deher quddiem il-Maġistrat Nadine Lia akkużat li stupra tfajla fis-17 ta’ Diċembru 2016 bir-rapport isir tlett xhur ilu biss.",
"L-Ispettur spjega li ż-żagħżugħ ġie arrestat wara li ġie ordnat iżur l-għassa tal-Pulizija tal-Imsida.",
"Minkejja dawn l-akkużi l-avukat tal-imputat ikkontestat l-verżjoni tal-vittma.",
"“Ġurnata wara kellmitu u qatlu kemm ħadet gost waqt l-allegat stupru, apparti li ma wriet l-ebda biża mill-akkużat u kompliet titkellem miegħu sa Mejju 2018.",
"Qatt ma kien hemm xi theddid.”",
"L-akkużat li huwa minn Għawdex wieġeb mhux ħati.",
"L-avukat tal-akkużat talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-ħelsien jingħata fuq il-kundizzjoni li ma jmur fl-ebda żona fejn tgħix il-vittma u b'depożitu ta’ €1000 u garanzija personali ta' € 5000."
] | 6www.illum.com.mt
| 21,422 |
press, news, entertainment, Kurrenti | https://stradarjali.com/2020/11/miss-malta-skwalifikata-ghaliex-kienet-taht-l-eta/ | Miss Malta Skwalifikata Għaliex Kienet Taħt L-Età | Mill-arkivji storiċi u passati dwar pajjiżna, fl-1977, Miss Malta Janice Galea kienet skwalifikata milli tieħu sehem f' Miss World għaliex kienet taħt l-età. Pauline Farrugia li fil-konkors Malti kienet kisbet it-tieni post, ħadet sehem flokha. L-istess kien ġara lil Miss Italia fejn ġiet skwalifikata minħabba l-istess raġuni. Dan kien ġara bħal-lum 2 ta' Novembru… Pauline Farrugia li finalment irrappreżentat lil Malta fil-Miss World. | [
"Mill-arkivji storiċi u passati dwar pajjiżna, fl-1977, Miss Malta Janice Galea kienet skwalifikata milli tieħu sehem f' Miss World għaliex kienet taħt l-età.",
"Pauline Farrugia li fil-konkors Malti kienet kisbet it-tieni post, ħadet sehem flokha.",
"L-istess kien ġara lil Miss Italia fejn ġiet skwalifikata minħabba l-istess raġuni.",
"Dan kien ġara bħal-lum 2 ta' Novembru…",
"Pauline Farrugia li finalment irrappreżentat lil Malta fil-Miss World."
] | 4stradarjali.com
| 28,517 |
press, news, Internazzjonali | https://one.com.mt/news/2020/09/22/pospost-il-kunsill-ewropew-hekk-kif-charles-michel-jinsab-fi-kwarantina/ | Pospost il-Kunsill Ewropew hekk kif Charles Michel jinsab fi kwarantina | Il-Kunsill Ewropew speċjali li kellu jsir fl-erbgħa u għoxrin u fil-ħamsa u għoxrin ta' Settembru, ġie pospost għall-ewwel u t-tieni t'Ottubru. Dan wara li uffiċjal tas-sigurtà tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel irriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19. Michel qed joqgħod kwarantina anki jekk għamel test għall-virus u rriżulta fin-negattiv. | [
"Il-Kunsill Ewropew speċjali li kellu jsir fl-erbgħa u għoxrin u fil-ħamsa u għoxrin ta' Settembru, ġie pospost għall-ewwel u t-tieni t'Ottubru.",
"Dan wara li uffiċjal tas-sigurtà tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel irriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19.",
"Michel qed joqgħod kwarantina anki jekk għamel test għall-virus u rriżulta fin-negattiv."
] | 3one.com.mt
| 27,689 |
press, news, Internazzjonali | https://netnews.com.mt/2020/06/12/tensjoni-bejn-donald-trump-u-l-awtoritajiet-tal-istat-ta-washington/ | Tensjoni bejn Donald Trump u l-awtoritajiet tal-Istat ta' Washington | L-Awtoritajiet fl-Istat ta' Washington qed jirreaġġixxu wara li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, hedded li 'jieħu lura' distrett ta' Seattle li hu ħieles mill-preżenza tal-pulizija minbarra li qed ikun ikkontrollat mid-dimostranti. Id-dimostrazzjonijiet f'Seattle (Washington) ikkaratterizzaw l-aħħar jiem wara l-qtil, ix-xahar li għadda' ta' George Floyd, Amerikan iswed, li kien spiċċa arrestat mill-pulizija fil-belt ta' Minneapolis (f'Minnesota). Intant, Jay Inslee, il-Gvernatur ta' Washington, qal li Donald Trump mgħandux għalfejn jindaħal fl-affarijiet tal-Istat waqt li s-Sindku ta' Seattle, Jenny Durkan, iddefendiet id-dritt 'sagrosant' għal protesta. Durkan, fl-istess waqt, wissiet li t-theddida biex il-pulizija 'jinvadu' Seattle għandha titqies bħala sitwazzjoni li x'aktarx tinċita l-vjolenza . Hi spjegat li l-aġir ta' Trump mhux talli jrid jitqies bħala l-agħar tip ta' deċiżjoni iżda wkoll bħala illegali fiċ-ċirkustanzi. Il-pulizija, jiem ilu, kienu abbandunaw distrett ta' Seattle wara jum qalil ta' konfronti mad-dimostranti — b'Donald Trump isostni li l-inħawi 'kienu waqgħu f'idejn terroristi domestiċi'. Madankollu, id-dimostrazzjonijiet f'dik il-parti ta' Seattle baqgħu paċifiċi wara li l-pulizija rtiraw mill-inħawi. Id-distrett, illum, qed jissejjaħ 'Chaz' – kelma fil-qasir għal Capitol Hill Autonomous Zone – u fejn mijiet ta' nies qed jinġabru biex iwasslu l-messaġġi tagħhom waqt id-dimostrazzjonijiet. Iz-zona anki qed isservi bħala sit fejn in-nies jistgħu jisimgħu id-diskorsi waqt li jattendu għal avvenimenti pubbliċi. Ir-residenti ta' Seattle kienu fost l-ewwel li ħarġu jipprotestaw dwar il-mewt ta' George Floyd wara li bdew iduru l-filmati ta' pulizija qed iżomm irkopptu fuq l-għonq ta' Floyd ( li kien spiċċa mal-art fil-mument tal-arrest) u bil-vittma jitlob għall-ħniena 'għaliex ma setax jieħu n-nifs'. Floyd miet ftit tal-ħin wara u mewtu wasslet għal ħuġġieġa ta' għadab u li nfirxet anki 'il hinn mill-Istati Uniti. Il-President Trump, intant, qed jagħmel il-pressjoni biex l-awtoritajiet tal-Istati Amerikani jieħdu azzjoni konkreta kontra d-dimostranti. Trump, fl-istess ħin, fassal il-proposti għal riformi għall-pulizija, b'dawn jinkludu linji gwida nazzjonali dwar l-użu ta' forza. Hu, fl-istess ħin, warrab għas-sejħiet biex jonqsu l-fondi għall-pulizija bħala 'parti minn aġenda estrema'. L-aħħar żviluppi qed isiru wara li z-zona madwar East Precinct, f'Seattle, fl-aħħar ġimgħatejn, inbidlet f'zona ta' battalja bejn id-dimostranti u l-pulizija – bir-riżultat li l-Gvernatur kien kostrett li jdaħħal il-qawwiet tal-Gwardja Nazzjonali biex jirristawraw l-ordni u bis-Sindku timponi curfew fl-inħawi. | [
"L-Awtoritajiet fl-Istat ta' Washington qed jirreaġġixxu wara li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, hedded li 'jieħu lura' distrett ta' Seattle li hu ħieles mill-preżenza tal-pulizija minbarra li qed ikun ikkontrollat mid-dimostranti.",
"Id-dimostrazzjonijiet f'Seattle (Washington) ikkaratterizzaw l-aħħar jiem wara l-qtil, ix-xahar li għadda' ta' George Floyd, Amerikan iswed, li kien spiċċa arrestat mill-pulizija fil-belt ta' Minneapolis (f'Minnesota).",
"Intant, Jay Inslee, il-Gvernatur ta' Washington, qal li Donald Trump mgħandux għalfejn jindaħal fl-affarijiet tal-Istat waqt li s-Sindku ta' Seattle, Jenny Durkan, iddefendiet id-dritt 'sagrosant' għal protesta.",
"Durkan, fl-istess waqt, wissiet li t-theddida biex il-pulizija 'jinvadu' Seattle għandha titqies bħala sitwazzjoni li x'aktarx tinċita l-vjolenza .",
"Hi spjegat li l-aġir ta' Trump mhux talli jrid jitqies bħala l-agħar tip ta' deċiżjoni iżda wkoll bħala illegali fiċ-ċirkustanzi.",
"Il-pulizija, jiem ilu, kienu abbandunaw distrett ta' Seattle wara jum qalil ta' konfronti mad-dimostranti — b'Donald Trump isostni li l-inħawi 'kienu waqgħu f'idejn terroristi domestiċi'.",
"Madankollu, id-dimostrazzjonijiet f'dik il-parti ta' Seattle baqgħu paċifiċi wara li l-pulizija rtiraw mill-inħawi.",
"Id-distrett, illum, qed jissejjaħ 'Chaz' – kelma fil-qasir għal Capitol Hill Autonomous Zone – u fejn mijiet ta' nies qed jinġabru biex iwasslu l-messaġġi tagħhom waqt id-dimostrazzjonijiet.",
"Iz-zona anki qed isservi bħala sit fejn in-nies jistgħu jisimgħu id-diskorsi waqt li jattendu għal avvenimenti pubbliċi.",
"Ir-residenti ta' Seattle kienu fost l-ewwel li ħarġu jipprotestaw dwar il-mewt ta' George Floyd wara li bdew iduru l-filmati ta' pulizija qed iżomm irkopptu fuq l-għonq ta' Floyd ( li kien spiċċa mal-art fil-mument tal-arrest) u bil-vittma jitlob għall-ħniena 'għaliex ma setax jieħu n-nifs'.",
"Floyd miet ftit tal-ħin wara u mewtu wasslet għal ħuġġieġa ta' għadab u li nfirxet anki 'il hinn mill-Istati Uniti.",
"Il-President Trump, intant, qed jagħmel il-pressjoni biex l-awtoritajiet tal-Istati Amerikani jieħdu azzjoni konkreta kontra d-dimostranti.",
"Trump, fl-istess ħin, fassal il-proposti għal riformi għall-pulizija, b'dawn jinkludu linji gwida nazzjonali dwar l-użu ta' forza.",
"Hu, fl-istess ħin, warrab għas-sejħiet biex jonqsu l-fondi għall-pulizija bħala 'parti minn aġenda estrema'.",
"L-aħħar żviluppi qed isiru wara li z-zona madwar East Precinct, f'Seattle, fl-aħħar ġimgħatejn, inbidlet f'zona ta' battalja bejn id-dimostranti u l-pulizija – bir-riżultat li l-Gvernatur kien kostrett li jdaħħal il-qawwiet tal-Gwardja Nazzjonali biex jirristawraw l-ordni u bis-Sindku timponi curfew fl-inħawi."
] | 1netnews.com.mt
| 39,990 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kummercjali/52796/cocacola_tielebra_lmalta | Coca-Cola tiċċelebra l-Malta | Tliet fliexken tal-Coca Cola biex titfakkar Malta u l-Valletta 2018 Il-Kumpanija Coca-Cola qiegħda tiċċelebra l-Malta u l-fatt li l-Belt Valletta qiegħda tiġi onorata bit-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura billi tiddedika tliet fliexken tal- Coca-Cola li ġew ispirati mill-kultura u l-istorja rikka tal-Belt u l-Gżejjer Maltin u ddiżinjati mill-artista żgħażugħa Maria Graziella Zammit. Il-Kumpanija Coca-Cola permezz tal-bottiljatur lokali tagħha GSD Marketing Ltd ingħaqdet ma 'l-MCAST Institute of Creative Arts u talbet lill-istudenti sabiex jiżviluppaw kunċett li jiċċelebra l-Belt u t-titlu prestiġjuż ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Minn aktar minn 200 sottomissjoni, l-kunċett ippreżentat minn Maria Graziella Zammit ġie magħżul u żviluppat sabiex jiġu prodotti dawn it-tliet fliexken. Id-disinni artistiċi ta’ dawn il-fliexken ġew ispirati minn dettalji dekorattivi li jinstabu f'xi wħud mill-aktar binjiet storiċi fil-Belt Valletta. Speċifikament id-disinji inkorporati fis-saqaf majestuż u l-gallariji tat- Teatru Manoel, l-armerija u l-pitturi li jinstabu fl-iswali tal-Palazz tal-Granmastru. Ispirazzjonijiet oħra kienu l-gallariji tradizzjonali Maltin u l-orizzont tal-Belt Valletta, speċjalment il-kampnar ikoniku tal-Katidral Anglikan ta’ San Pawl. "Aħna kburin li nippreżentaw lill-klijenti tagħna dan il-proġett li jippromwovi l-kultura u l-istorja rikka tagħna. Huwa unur kbir li matul is-sena fejn il-belt kapitali tagħna qed tiġi onorata bit-titlu Kapitali Ewropea tal-Kultura, postijiet familjari storiċi fil-Belt jidhru fuq flixkun tal-Coca-Cola li hija waħda mill-ikbar ditti fid-dinja. Dan il-proġett huwa msaħħaħ aktar bil-fatt li d-disinji saru minn artista żgħażugħa Maltija'' qal Maria Micallef, CEO ta’ GSD Marketing Ltd. Dawn il-fliexken tal- Coca-Cola se jkunu disponibbli fil-ħwienet ta' souvenir, f'kafetteriji u ristoranti lokali. | [
"Tliet fliexken tal-Coca Cola biex titfakkar Malta u l-Valletta 2018",
"Il-Kumpanija Coca-Cola qiegħda tiċċelebra l-Malta u l-fatt li l-Belt Valletta qiegħda tiġi onorata bit-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura billi tiddedika tliet fliexken tal- Coca-Cola li ġew ispirati mill-kultura u l-istorja rikka tal-Belt u l-Gżejjer Maltin u ddiżinjati mill-artista żgħażugħa Maria Graziella Zammit.",
"Il-Kumpanija Coca-Cola permezz tal-bottiljatur lokali tagħha GSD Marketing Ltd ingħaqdet ma 'l-MCAST Institute of Creative Arts u talbet lill-istudenti sabiex jiżviluppaw kunċett li jiċċelebra l-Belt u t-titlu prestiġjuż ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura.",
"Minn aktar minn 200 sottomissjoni, l-kunċett ippreżentat minn Maria Graziella Zammit ġie magħżul u żviluppat sabiex jiġu prodotti dawn it-tliet fliexken.",
"Id-disinni artistiċi ta’ dawn il-fliexken ġew ispirati minn dettalji dekorattivi li jinstabu f'xi wħud mill-aktar binjiet storiċi fil-Belt Valletta.",
"Speċifikament id-disinji inkorporati fis-saqaf majestuż u l-gallariji tat- Teatru Manoel, l-armerija u l-pitturi li jinstabu fl-iswali tal-Palazz tal-Granmastru.",
"Ispirazzjonijiet oħra kienu l-gallariji tradizzjonali Maltin u l-orizzont tal-Belt Valletta, speċjalment il-kampnar ikoniku tal-Katidral Anglikan ta’ San Pawl.",
"\"Aħna kburin li nippreżentaw lill-klijenti tagħna dan il-proġett li jippromwovi l-kultura u l-istorja rikka tagħna.",
"Huwa unur kbir li matul is-sena fejn il-belt kapitali tagħna qed tiġi onorata bit-titlu Kapitali Ewropea tal-Kultura, postijiet familjari storiċi fil-Belt jidhru fuq flixkun tal-Coca-Cola li hija waħda mill-ikbar ditti fid-dinja.",
"Dan il-proġett huwa msaħħaħ aktar bil-fatt li d-disinji saru minn artista żgħażugħa Maltija'' qal Maria Micallef, CEO ta’ GSD Marketing Ltd.",
"Dawn il-fliexken tal- Coca-Cola se jkunu disponibbli fil-ħwienet ta' souvenir, f'kafetteriji u ristoranti lokali."
] | 6www.illum.com.mt
| 44,015 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/07/07/boavista-interessati-fandre-schembri/ | Boavista interessati f’Andrè Schembri | Il-paġna ta’ Replay fuq facebook, żvelat li l-plejer internazzjonali Malti Andrè Schembri qed jattira interess mill-klabb Portugiż Boavista. Fl-istaġun li għadda, il-klabb Portugiż spiċċa fit-tmien post fil-Primeira Liga. Jidher li l-kowċ Portugiż ta’ 41 sena Antonio Jorge Rocha Simao, talab lill-klabb biex jibdew diskussjonijiet mal-klabb preżenti ta’ Schembri Apollon Limassol, biex jibdew diskussjonijiet mal-klabb Ċiprijott. Schembri li f’Mejju li għadda għalaq 32 sena, diġà lagħab ma’ Boavista fl-istaġun 2016/2017, iżda fl-istaġun li għadda reġa’ rritorna jilgħab fil-kampjonat Ċiprijott. Ma’ Apollon hu lagħab fil-UEFA Europa League u sar l-ewwel plejer Malti li skorja f’din il-fażi. Schembri fadallu sena kuntratt ma’ Apollon Limassol. | [
"Il-paġna ta’ Replay fuq facebook, żvelat li l-plejer internazzjonali Malti Andrè Schembri qed jattira interess mill-klabb Portugiż Boavista.",
"Fl-istaġun li għadda, il-klabb Portugiż spiċċa fit-tmien post fil-Primeira Liga.",
"Jidher li l-kowċ Portugiż ta’ 41 sena Antonio Jorge Rocha Simao, talab lill-klabb biex jibdew diskussjonijiet mal-klabb preżenti ta’ Schembri Apollon Limassol, biex jibdew diskussjonijiet mal-klabb Ċiprijott.",
"Schembri li f’Mejju li għadda għalaq 32 sena, diġà lagħab ma’ Boavista fl-istaġun 2016/2017, iżda fl-istaġun li għadda reġa’ rritorna jilgħab fil-kampjonat Ċiprijott.",
"Ma’ Apollon hu lagħab fil-UEFA Europa League u sar l-ewwel plejer Malti li skorja f’din il-fażi.",
"Schembri fadallu sena kuntratt ma’ Apollon Limassol."
] | 1netnews.com.mt
| 2,284 |
news, press | https://netnews.com.mt/2019/12/18/zewg-gowls-sbieh-jaghtu-rebha-lil-juventus/ | Żewġ gowls sbieħ jagħtu rebħa lil Juventus | Żewġ gowls sbieħ ta’ Paulo Dybala u Cristiano Ronaldo taw rebħa importanti lil Juventus li għelbu lil Sampdoria 2-1 fi Stadio Marassi. B’din ir-rebħa, huma jinsabu tliet punti vantaġġ fil-quċċata u jistennew il-konfront ta’ Inter is-Sibt li ġej. Juventus fetħu l-iskor wara 19-il minuta bi kross fit-tul ta’ Alex Sandro jsib lil PAULO DYBALA li b’konklużjoni fil-baxx u mill-ewwel minn tarf il-kaxxa għeleb lil Emil Audero. Sampdoria ġabu d-draw fil-35 minuta meta minn żball difensiv ta’ Alex Sandro, id-difiża ta’ Juventus naqset li tbiegħed il-periklu. Il-ballun spiċċa fid-direzzjoni ta’ GIANLUCA CAPRARI li b’xutt b’saħħtu mill-kaxxa għeleb lil Gianluigi Buffon. Iżda l-Bianconeri daħlu jistrieħu 2-1 minn fuq bi kross ieħor ta’ Alex Sandro jsib lil CRISTIANO RONALDO li għola aktar minn żewġ metri u nofs biex għeleb lil Audero. Sassuolo telgħu aktar lejn nofs il-klassifika b’rebħa ta’ 2-0 fi Stadio Rigamonti kontra Brescia B’hekk waqqfet is-sensiela ta’ żewġ rebħiet konsekuttivi tat-tim immexxi minn Eugenio Corini. HAMED JUNIOR TRAORE fetaħ l-iskor wara 25 minuta meta rċieva fuq il-lemin mingħand Domenico Berardi u b’xutt fil-baxx fuq l-ewwel lasta għeleb lil Enrico Alfonso. Sassuolo rduppjaw fil-71 minuta meta Rogerio tefa’ kross fil-baxx lejn FRANCESCO CAPUTO li kkontrolla u b’xutt fil-baxx bid-dawra għeleb lil Alfonso bl-għajnuna tal-lasta l-wieqfa. | [
"Żewġ gowls sbieħ ta’ Paulo Dybala u Cristiano Ronaldo taw rebħa importanti lil",
"Juventus",
"li għelbu lil",
"Sampdoria",
"2-1 fi Stadio Marassi.",
"B’din ir-rebħa, huma jinsabu tliet punti vantaġġ fil-quċċata u jistennew il-konfront ta’ Inter is-Sibt li ġej.",
"Juventus fetħu l-iskor wara 19-il minuta bi kross fit-tul ta’ Alex Sandro jsib lil PAULO DYBALA li b’konklużjoni fil-baxx u mill-ewwel minn tarf il-kaxxa għeleb lil Emil Audero.",
"Sampdoria ġabu d-draw fil-35 minuta meta minn żball difensiv ta’ Alex Sandro, id-difiża ta’ Juventus naqset li tbiegħed il-periklu.",
"Il-ballun spiċċa fid-direzzjoni ta’ GIANLUCA CAPRARI li b’xutt b’saħħtu mill-kaxxa għeleb lil Gianluigi Buffon.",
"Iżda l-Bianconeri daħlu jistrieħu 2-1 minn fuq bi kross ieħor ta’ Alex Sandro jsib lil CRISTIANO RONALDO li għola aktar minn żewġ metri u nofs biex għeleb lil Audero.",
"Sassuolo",
"telgħu aktar lejn nofs il-klassifika b’rebħa ta’ 2-0 fi Stadio Rigamonti kontra",
"Brescia",
"B’hekk waqqfet is-sensiela ta’ żewġ rebħiet konsekuttivi tat-tim immexxi minn Eugenio Corini.",
"HAMED JUNIOR TRAORE fetaħ l-iskor wara 25 minuta meta rċieva fuq il-lemin mingħand Domenico Berardi u b’xutt fil-baxx fuq l-ewwel lasta għeleb lil Enrico Alfonso.",
"Sassuolo rduppjaw fil-71 minuta meta Rogerio tefa’ kross fil-baxx lejn FRANCESCO CAPUTO li kkontrolla u b’xutt fil-baxx bid-dawra għeleb lil Alfonso bl-għajnuna tal-lasta l-wieqfa."
] | 1netnews.com.mt
| 4,739 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55282/graffitti_jakkuaw_lillpm_li_bi_kliemu_qed_ikun_klassist_u_razzist | Graffitti jakkużaw lill-PM li bi kliemu qed ikun 'klassist u razzist' | Graffitti jiftħu l-kanuni kontra l-Prim Ministru wara l-argumenti tiegħu dwar il-ħaddiema barranin Il-Moviment Graffitti akkuża lill-Prim Ministru Joseph Muscat li bl-argument tiegħu tal-bieraħ dwar ix-xogħol kien qed ikun klassista u razzista. F’messaġġ fuq Facebook, il-Moviment Graffitti rrefera għall-kummenti tal-Prim Ministru meta waqt l-ewwel dibattitu tiegħu ma’ Adrian Delia hu qal li ma jridx li jara Maltin jiġbru ż-żibel. “Din it-tip ta’ mentalità hija l-oppost ta’ dak li dejjem iġġieled għalih is-Soċjaliżmu. Is-Soċjaliżmu dejjem tħabat sabiex kull xogħol ikun dinjituż, kull ħaddiem jiġi stmat irrispettivament mill-oriġini tiegħu, għaliex kull xogħol u kull ħaddiem huwa meħtieġ u importanti,”saħqu Graffitti. L-attivisti wrew it-tħassib tagħhom għal fatt li fi kliemhom dan it-tip ta’ argument qed jintuża biex jiġġustifika l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi diżastrużi li hawn f’ċertu setturi hawn Malta. “Minflok ma l-Gvern jintervjeni biex itejjeb dawn il-kundizzjonijiet, billi pereżempju jgħolli l-paga minima, dan qed jaqdi l-interessi tan-negozji l-kbar billi jagħti l-impressjoni li l-barranin jistgħu jiġu sfruttati għaliex huma ta’ "inqas valur" mill-Maltin,” saħqet l-attivisti. Temmew jisħqu li huwa “skifuż” li wieħed jipprova jifred lill-ħaddiema abbażi tan-nazzjonalità biex tipproteġi l-interessi tal-ftit sinjuruni li fi kliemhom qed jisfruttaw lill-ħaddiem biex iħaxxnu bwiethom. | [
"Graffitti jiftħu l-kanuni kontra l-Prim Ministru wara l-argumenti tiegħu dwar il-ħaddiema barranin",
"Il-Moviment Graffitti akkuża lill-Prim Ministru Joseph Muscat li bl-argument tiegħu tal-bieraħ dwar ix-xogħol kien qed ikun klassista u razzista.",
"F’messaġġ fuq Facebook, il-Moviment Graffitti rrefera għall-kummenti tal-Prim Ministru meta waqt",
"l-ewwel dibattitu tiegħu ma’ Adrian Delia hu qal li ma jridx li jara Maltin jiġbru ż-żibel.",
"“Din it-tip ta’ mentalità hija l-oppost ta’ dak li dejjem iġġieled għalih is-Soċjaliżmu.",
"Is-Soċjaliżmu dejjem tħabat sabiex kull xogħol ikun dinjituż, kull ħaddiem jiġi stmat irrispettivament mill-oriġini tiegħu, għaliex kull xogħol u kull ħaddiem huwa meħtieġ u importanti,”saħqu Graffitti.",
"L-attivisti wrew it-tħassib tagħhom għal fatt li fi kliemhom dan it-tip ta’ argument qed jintuża biex jiġġustifika l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi diżastrużi li hawn f’ċertu setturi hawn Malta.",
"“Minflok ma l-Gvern jintervjeni biex itejjeb dawn il-kundizzjonijiet, billi pereżempju jgħolli l-paga minima, dan qed jaqdi l-interessi tan-negozji l-kbar billi jagħti l-impressjoni li l-barranin jistgħu jiġu sfruttati għaliex huma ta’ \"inqas valur\" mill-Maltin,” saħqet l-attivisti.",
"Temmew jisħqu li huwa “skifuż” li wieħed jipprova jifred lill-ħaddiema abbażi tan-nazzjonalità biex tipproteġi l-interessi tal-ftit sinjuruni li fi kliemhom qed jisfruttaw lill-ħaddiem biex iħaxxnu bwiethom."
] | 6www.illum.com.mt
| 8,572 |
press, news, Aħbarijiet | https://newsbook.com.mt/ritratti-ir-ramla-bic-caghaq-u-minghajr/ | Ritratti: Ir-Ramla – Biċ-ċagħaq u mingħajr | Għadha għaddejja s-saga dwar it-tindif miċ-ċagħaq li sar fil-bajja tar-Ramla f'Għawdex. Din id-darba l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu tgħid li laqgħet b'mod tajjeb it-tindif li sar biex b'hekk il-bajja tkun aċċessibbli għal kulħadd. L-argument tal-Assoċjazzjoni hu li ċ-ċagħaq il-kbir li nġabar fuq ir-ramel kien qed jagħmilha diffiċċli għall-għawwiema u li bl-istaġun tas-sajf jinsab biss jiem 'il bogħod, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra għamel sew li ħa l-passi neċessarja biex titnaddaf. L-Assoċjazzjoni appellat lilll-awtoritajiet ikkonċernati biex jieħdu ħsieb il-prodott turistiku Għawdxi. | [
"Għadha għaddejja s-saga dwar it-tindif miċ-ċagħaq li sar fil-bajja tar-Ramla f'Għawdex.",
"Din id-darba l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu tgħid li laqgħet b'mod tajjeb it-tindif li sar biex b'hekk il-bajja tkun aċċessibbli għal kulħadd.",
"L-argument tal-Assoċjazzjoni hu li ċ-ċagħaq il-kbir li nġabar fuq ir-ramel kien qed jagħmilha diffiċċli għall-għawwiema u li bl-istaġun tas-sajf jinsab biss jiem 'il bogħod, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra għamel sew li ħa l-passi neċessarja biex titnaddaf.",
"L-Assoċjazzjoni appellat lilll-awtoritajiet ikkonċernati biex jieħdu ħsieb il-prodott turistiku Għawdxi."
] | 2newsbook.com.mt
| 7,136 |
press, news, Aħbarijiet, Lokali | https://newsbook.com.mt/jinzamm-arrestat-wara-li-pprova-jispara-lit-tfajla-fl-isla/ | Jinżamm arrestat wara li pprova jispara lit-tfajla fl-Isla | Żagħżugħ qed jinżamm arrestat wara li pprova jispara lit-tfajla tiegħu fl-Isla ftit tal-jiem ilu. Iż-żagħżugħ ta' 29 sena minn Raħal Ġdid tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea lbieraħ dwar il-każ li seħħ fil-lejl ta' bejn il-Ħadd u t-Tnejn fi Triq iż-Żewġ Mini. Huwa mifhum li huwa spara lit-tfajla tiegħu, imma din irnexxielha taħrab u sas-seduta lbieraħ kienet għadha ma nstabitx, u l-investigaturi kienu għadhom ma rnexxilhomx jagħmlu kuntatt magħha biex jitolbuha titla' tixhed. L-akkużat instab mill-pulizija wara li saq minn fuq il-post wara l-argument li kellu mat-tfajla. Il-pulizija saru jafu bil-każ għax irċivew telefonata fuq l-isparatura li nstemgħet. Ġol-karozza tal-akkużat instabet pistola, lembuba tal-ħadid u madwar €18,700 flus kontanti. L-Ispettur Clayton Camilleri mill-Prosekuzzjoni qal li nstabet balla ġo ħajt qrib fejn seħħ il-post. L-akkużat, rappreżentat mill-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri, wieġeb mhux ħati li hedded u attakka lill-mara, li kellu arma bla liċenzja fil-pussess tiegħu, li ġarr l-arma waqt li kkommetta reat kontra dil-persuna, li spara l-arma f'żona residenzjali u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Id-Difiża talbet li l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest imma l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan u fakkret li fadal min jixhed. Il-Maġistrat Charmaine Galea ddeċidiet li l-akkużat għandu jinżamm arrestat peress li l-allegata vittma għadha trid tinstab mill-Pulizija sabiex tixhed fil-każ. Aktar dettalji Żagħżugħ arrestat wara sparatura fl-Isla | [
"Żagħżugħ qed jinżamm arrestat wara li pprova jispara lit-tfajla tiegħu fl-Isla ftit tal-jiem ilu.",
"Iż-żagħżugħ ta' 29 sena minn Raħal Ġdid tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea lbieraħ dwar il-każ li seħħ fil-lejl ta' bejn il-Ħadd u t-Tnejn fi Triq iż-Żewġ Mini.",
"Huwa mifhum li huwa spara lit-tfajla tiegħu, imma din irnexxielha taħrab u sas-seduta lbieraħ kienet għadha ma nstabitx, u l-investigaturi kienu għadhom ma rnexxilhomx jagħmlu kuntatt magħha biex jitolbuha titla' tixhed.",
"L-akkużat instab mill-pulizija wara li saq minn fuq il-post wara l-argument li kellu mat-tfajla.",
"Il-pulizija saru jafu bil-każ għax irċivew telefonata fuq l-isparatura li nstemgħet.",
"Ġol-karozza tal-akkużat instabet pistola, lembuba tal-ħadid u madwar €18,700 flus kontanti.",
"L-Ispettur Clayton Camilleri mill-Prosekuzzjoni qal li nstabet balla ġo ħajt qrib fejn seħħ il-post.",
"L-akkużat, rappreżentat mill-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri, wieġeb mhux ħati li hedded u attakka lill-mara, li kellu arma bla liċenzja fil-pussess tiegħu, li ġarr l-arma waqt li kkommetta reat kontra dil-persuna, li spara l-arma f'żona residenzjali u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.",
"Id-Difiża talbet li l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest imma l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan u fakkret li fadal min jixhed.",
"Il-Maġistrat Charmaine Galea ddeċidiet li l-akkużat għandu jinżamm arrestat peress li l-allegata vittma għadha trid tinstab mill-Pulizija sabiex tixhed fil-każ.",
"Aktar dettalji Żagħżugħ arrestat wara sparatura fl-Isla"
] | 2newsbook.com.mt
| 38,064 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55870/salvini_jhedded_li_jarresta_lillekwipa_tassea_watch_3 | Salvini jhedded li jarresta lill-ekwipaġġ tas-Sea Watch 3 | Abbord dan il-bastiment hemm 42 persuna li ilhom ħmistax-il ġurnata bejn sema u ilma Id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qed iwissi li lest jibgħat Pulizija abbord il-bastiment Sea-Watch 3 waqt li insista li jkun kuntent jekk dan il-bastiment ikun sekwestrat u l-ekwipaġġ arrestat. Salvini qal dan wara li l-bastiment Sea-Watch 3, li ilu ħmistax bejn sema u ilma jġorr fuqu 42 persuna, mar qrib il-gżira Taljana ta’ Lampedusa u dan minkejja twissijiet biex jibqa’ ‘l barra mill-ibħra territorjali Taljani. Hu mifhum li Gwardji tal-Kosta Taljani diġà jinsabu abbord dan il-bastiment fejn talbu ċ-ċertifikati tal-vapur u l-passaporti tal-ekwipaġġ u bħalissa qed jistennew struzzjonjiet dwar dak li għandu jagħmlu. “Sea Watch għamel battalja politika minn fuq dahar 42 persuni. Fi 15-il ġurnata kienu jmorru u jiġu mill-Olanda darbtejn. Irrifjutaw il-porti siguri l-aktar viċini. Qed jgħinu biss lit-traffikanti tal-bnedmin,” kiteb Salvini f’waħda minn sensiela ta’ Tweets. #Salvini : #SeaWatch3 ha fatto la sua battaglia politica sulla pelle di 42 persone. In 15 giorni sarebbero arrivati in Olanda due volte. Hanno rifiutato i porti sicuri più vicini. Ong aiutano trafficanti di esseri umani. 📻 #radioanchio @radioanchio “Mhux se nippermetti li jkunu għaqdiet barranin li jiddettaw il-liġijiet fuq il-konfini nazzjonali ta’ pajjiż bħall-Italja,” kiteb fi Tweet oħra. F’intervista fuq radju Taljan, kif irrappurtat fuq midja Taljana, Salvini saħaq li l-dawk li jinsabu abbord is-Sea Watch mhumiex persuni li ġew salvati mill-baħar għax sabu ruħhom f’diffikultà, iżda persuni li ħallsu 3,000 dollaru biex ħarbu minn pajjiżhom. “Fl-Italja qed jaslu eluf ta’ immigranti ċċertifikati li qed jaħarbu mill-gwerra. Nittama li jkun hemm xi ħadd li jafferma li fuq dak il-bastiment hemm persuni li mhux jimxu mal-liġi, l-ewwel u qabel kollox il-kaptan,” kompla jisħaq id-Deputat Prim Ministru. Intant, il-kaptan tal-vapur qed tinsisti li l-immigranti jinsabu fi stat iddisprat. | [
"Abbord dan il-bastiment hemm 42 persuna li ilhom ħmistax-il ġurnata bejn sema u ilma",
"Id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qed iwissi li lest jibgħat Pulizija abbord il-bastiment Sea-Watch 3 waqt li insista li jkun kuntent jekk dan il-bastiment ikun sekwestrat u l-ekwipaġġ arrestat.",
"Salvini qal dan wara li l-bastiment Sea-Watch 3, li ilu ħmistax bejn sema u ilma jġorr fuqu 42 persuna, mar qrib il-gżira Taljana ta’ Lampedusa u dan minkejja twissijiet biex jibqa’ ‘l barra mill-ibħra territorjali Taljani.",
"Hu mifhum li Gwardji tal-Kosta Taljani diġà jinsabu abbord dan il-bastiment fejn talbu ċ-ċertifikati tal-vapur u l-passaporti tal-ekwipaġġ u bħalissa qed jistennew struzzjonjiet dwar dak li għandu jagħmlu.",
"“Sea Watch għamel battalja politika minn fuq dahar 42 persuni.",
"Fi 15-il ġurnata kienu jmorru u jiġu mill-Olanda darbtejn.",
"Irrifjutaw il-porti siguri l-aktar viċini.",
"Qed jgħinu biss lit-traffikanti tal-bnedmin,” kiteb Salvini f’waħda minn sensiela ta’ Tweets.",
"#Salvini",
":",
"#SeaWatch3",
"ha fatto la sua battaglia politica sulla pelle di 42 persone.",
"In 15 giorni sarebbero arrivati in Olanda due volte.",
"Hanno rifiutato i porti sicuri più vicini.",
"Ong aiutano trafficanti di esseri umani.",
"📻",
"#radioanchio",
"@radioanchio",
"“Mhux se nippermetti li jkunu għaqdiet barranin li jiddettaw il-liġijiet fuq il-konfini nazzjonali ta’ pajjiż bħall-Italja,” kiteb fi Tweet oħra.",
"F’intervista fuq radju Taljan, kif irrappurtat fuq midja Taljana, Salvini saħaq li l-dawk li jinsabu abbord is-Sea Watch mhumiex persuni li ġew salvati mill-baħar għax sabu ruħhom f’diffikultà, iżda persuni li ħallsu 3,000 dollaru biex ħarbu minn pajjiżhom.",
"“Fl-Italja qed jaslu eluf ta’ immigranti ċċertifikati li qed jaħarbu mill-gwerra.",
"Nittama li jkun hemm xi ħadd li jafferma li fuq dak il-bastiment hemm persuni li mhux jimxu mal-liġi, l-ewwel u qabel kollox il-kaptan,” kompla jisħaq id-Deputat Prim Ministru.",
"Intant, il-kaptan tal-vapur qed tinsisti li l-immigranti jinsabu fi stat iddisprat."
] | 6www.illum.com.mt
| 43,409 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55789/portelli_jakkua_lil_aquilina_gax_qed_jiddefendi_lil_manuel_delia_filkawa_kontra_net_tv | Portelli jakkuża lil Aquilina għax qed jiddefendi lil Manuel Delia fil-kawża kontra NET TV | Pierre Portelli kiteb fuq Facebook u saħaq li Karol Aquilina 'ma jafx jistħi' L-eks Chairperson Eżekuttiv ta’ Media.link Communications, Pierre Portelli kompla jiftaħ il-kanuni kontra Deputati tal-Partit Nazzjonalista. F’post li tella’ fuq Facebook ftit ilu, Portelli saħaq li llum fil-Qorti, kompliet il-kawża li għamel Manuel Delia kontra Net TV. “Ma’ Manuel Delia fl-awla kien hemm id-Deputat ‘Nazzjonalista’ Karol Aquilina,” saħaq Portelli waqt li saħaq li dan ma għandux mistħija. Huwa sigiet magħruf li Karol Aqulina huwa wieħed minn dawk id-Deputati li ma tantx jara għajn m’għajn ma’ Adrian Delia. Pierre Portelli jirriżenja; Jgħid li hemm bżonn jinkixef min qed jagħmel il-ħsara lill-PN 'Jason Azzopardi għandu jikkontrolla s-swaba' tiegħu minn fuq il-midja soċjali' | [
"Pierre Portelli kiteb fuq Facebook u saħaq li Karol Aquilina 'ma jafx jistħi'",
"L-eks Chairperson Eżekuttiv ta’ Media.link Communications, Pierre Portelli kompla jiftaħ il-kanuni kontra Deputati tal-Partit Nazzjonalista.",
"F’post li tella’ fuq Facebook ftit ilu, Portelli saħaq li llum fil-Qorti, kompliet il-kawża li għamel Manuel Delia kontra Net TV.",
"“Ma’ Manuel Delia fl-awla kien hemm id-Deputat ‘Nazzjonalista’ Karol Aquilina,” saħaq Portelli waqt li saħaq li dan ma għandux mistħija.",
"Huwa sigiet magħruf li Karol Aqulina huwa wieħed minn dawk id-Deputati li ma tantx jara għajn m’għajn ma’ Adrian Delia.",
"Pierre Portelli jirriżenja; Jgħid li hemm bżonn jinkixef min qed jagħmel il-ħsara lill-PN",
"'Jason Azzopardi għandu jikkontrolla s-swaba' tiegħu minn fuq il-midja soċjali'"
] | 6www.illum.com.mt
| 8,429 |
news, press | https://netnews.com.mt/2017/11/25/l-mea-rikonoxxuta-mill-kummissjoni-ewropea/ | L-MEA rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropea | L-MEA daħlet għal European Enterprise Promotion Awards bi proġett li kien abbinat mal-programmi li qed ittella’ fuq l-istazzjon nazzjonali. F’dan il-proġett inħolqu l-karattri ta’ Gianni u Katrina; li jiftħu negozju u jiffaċċjaw sitwazzjonijiet tipiċi ta’ negozji ġodda u anki dawk stabbiliti. Dawn is-sitwazzjonijiet kienu kollha indirizzati f’iktar minn 90 programm imtella’ mill-MEA fuq it-televizjoni. Fi stqarrija huma qalu li dawn il-programmi ġibdu l-għajnejn tal-ġurija Ewropea, bil-proġett tal-MEA jintgħażel flimkien ma’ tlieta oħra minn fost mijiet ta’ proġetti minn madwar l-Unjoni Ewropea. Fl-istess stqarrija l-MEA qalet li kienet diġà rċeviet dan l-unur fl-2015, u li dan jagħmilha l-uniku organizzazzjoni li qatt ġiet rikonoxxuta darbtejn kemm ilhom li twaqqfu dawn it-tip ta’ unuri mill-EEPA. L-attività saret f’sit ta’ power station antika f’Tallinn fl-Estonja fejn għadd ta’ inizjattivi oħra ġew rikonoxxuti. Kull sena, bord ta’ ġurija jiġi appuntat biex jiddeċiedi liema kienu l-aqwa proġetti fost mijiet li jiġu sottomessi f’diversi kategoriji minn organizzazzjonijiet Ewropej. | [
"L-MEA daħlet għal",
"European Enterprise Promotion Awards",
"bi proġett li kien abbinat mal-programmi li qed ittella’ fuq l-istazzjon nazzjonali.",
"F’dan il-proġett inħolqu l-karattri ta’ Gianni u Katrina; li jiftħu negozju u jiffaċċjaw sitwazzjonijiet tipiċi ta’ negozji ġodda u anki dawk stabbiliti.",
"Dawn is-sitwazzjonijiet kienu kollha indirizzati f’iktar minn 90 programm imtella’ mill-MEA fuq it-televizjoni.",
"Fi stqarrija huma qalu li dawn il-programmi ġibdu l-għajnejn tal-ġurija Ewropea, bil-proġett tal-MEA jintgħażel flimkien ma’ tlieta oħra minn fost mijiet ta’ proġetti minn madwar l-Unjoni Ewropea.",
"Fl-istess stqarrija l-MEA qalet li kienet diġà rċeviet dan l-unur fl-2015, u li dan jagħmilha l-uniku organizzazzjoni li qatt ġiet rikonoxxuta darbtejn kemm ilhom li twaqqfu dawn it-tip ta’ unuri mill-EEPA.",
"L-attività saret f’sit ta’",
"power station",
"antika f’Tallinn fl-Estonja fejn għadd ta’ inizjattivi oħra ġew rikonoxxuti.",
"Kull sena, bord ta’ ġurija jiġi appuntat biex jiddeċiedi liema kienu l-aqwa proġetti fost mijiet li jiġu sottomessi f’diversi kategoriji minn organizzazzjonijiet Ewropej."
] | 1netnews.com.mt
| 1,692 |
press, news, Lokali | https://netnews.com.mt/2020/11/30/aktar-ministri-tal-gvern-ihawdu-dwar-il-gurnata-leave/ | Aktar Ministri tal-Gvern iħawdu dwar il-ġurnata leave | Tkompli titgħaqqad il-kobba mħabbla marbuta tal-ġurnata leave li l-Gvern kellu jagħti,jew mhux se jagħti, is-sena d-dieħla. Wara li kien Net News li skopra li d-Dipartiment tal-Gvern dwar l-Industrija u l-Impjieg, fil-website tiegħu mhux qed juri l-ġurnata leave li wiegħed il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fil-budget, il-Prim Ministru Robert Abela l-ewwel kien ħareġ jgħid li dak il jinqara' bil-Budget jitwettaq, imbagħad mar lura fuq kliemu . F'din it-taħwida, il-Ministri tal-Gvern ukoll donnhom mitlufa, u ma jafux jekk jgħidux vi jew va, bl-aħħar Ministru li kompla għaqqad il-kobba jkun Roderick Galdes li issa qed jgħid li dik il-wegħda diġà twettqet – u bhal donnu jrid jgħid li dak li kellu jingħata, diga' ingħata. U allura mhu se tiżdied ebda ġurnata leave. Intant, lill-Ministru tal-Housing pruvajna nistaqsuh dwar il- power station li kkummissjona l-Lejber biex tipprovdi d-dawl fid-djar tagħna. Dan wara li s-Sibt filgħaxija tliet kwarti ta' Malta spiċċat bla dawl, u wara li il-Gvern reġa waħħal fl-interconnector. iżda anke dwar dan, Galdes ma kienx komdu jwieġeb, u ħarab jigri fil-karozza li kellu titennieh. | [
"Tkompli titgħaqqad il-kobba mħabbla marbuta tal-ġurnata leave li l-Gvern kellu jagħti,jew mhux se jagħti, is-sena d-dieħla.",
"Wara li kien Net News li skopra li d-Dipartiment tal-Gvern dwar l-Industrija u l-Impjieg, fil-website tiegħu mhux qed juri l-ġurnata leave li wiegħed il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fil-budget, il-Prim Ministru Robert Abela l-ewwel kien ħareġ jgħid li dak il jinqara' bil-Budget jitwettaq, imbagħad mar lura fuq kliemu .",
"F'din it-taħwida, il-Ministri tal-Gvern ukoll donnhom mitlufa, u ma jafux jekk jgħidux vi jew va, bl-aħħar Ministru li kompla għaqqad il-kobba jkun Roderick Galdes li issa qed jgħid li dik il-wegħda diġà twettqet – u bhal donnu jrid jgħid li dak li kellu jingħata, diga' ingħata.",
"U allura mhu se tiżdied ebda ġurnata leave.",
"Intant, lill-Ministru tal-Housing pruvajna nistaqsuh dwar il- power station li kkummissjona l-Lejber biex tipprovdi d-dawl fid-djar tagħna.",
"Dan wara li s-Sibt filgħaxija tliet kwarti ta' Malta spiċċat bla dawl, u wara li il-Gvern reġa waħħal fl-interconnector. iżda anke dwar dan, Galdes ma kienx komdu jwieġeb, u ħarab jigri fil-karozza li kellu titennieh."
] | 1netnews.com.mt
| 5,737 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-muzajci-fta-pinu-inawgurati-bmessagg-mill-papa/ | Il-mużajċi f’Ta’ Pinu inawgurati b’messaġġ mill-Papa | Bidla kompleta fid-dehra u fl-użu taz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex. Il-Ħadd filgħaxija ġie inawgurat proġett ta’ rappreżentazzjoni bil-mużajk tal-għoxrin misteru tar-rużarju. Ix-xogħol sar minn artisti u artigjana miċ-Ċentru Aletti ta’ Ruma li hu magħruf għal l-arti sagra. Magħhom hemm is-saċerdot Għawdxi Dun Roberto Gauci li fl-inawgurazzjoni spjega li l-mużajċi jagħtu lil dan il-post tifsira teoloġika, spiritwali u liturġika li tgħin lill-eluf ta’ pellegrini li jżuru dan is-santwarju. Qal li aktar milli opri artistiċi, dawn il-ħitan tal-mużajk huma xbihat liturġiċi. L-erba’ ħitan, kull wieħed b’ħames misteri fuqu, tbierku mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech; l-Arċisqof Charles J. Scicluna; l-Isqof George Bugeja tal-Libja; u r-Rettur tas-Santwarju ta’ Pinu Dun Gerard Buhagiar. L-Isqfijiet qassmu kuruna tar-Rużarju lill-pellegrini preżenti u ħeġġewhom jitolbu r-Rużarju fil-familji, ħsieb li wasslu wkoll il-Papa Franġsiku b’messaġġ rekordjat li ntwera lill-miġemgħa preżenti. Il-Papa qal hu stess ta’ spiss jitlob ir-Rużarju quddiem xbieha tal-mużajk tal-Madonna bil-Bambin. Appella lill-familji jitolbu r-Rużarju biex iħallu lil Ġesu’ u lill-Madonna jimxu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, bil-ferħ u n-niket tagħha. Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-insara jinqdew ta’ spiss b’din l-għodda qawwija, ir-Rużarju, biex iġġib il-paċi fil-qlub, fil-familji, fil-Knisja u fid-dinja. Ix-xogħol tal-mużajċi hu parti minn proġett akbar li nkluda r-restawr taz-zuntier u pavimentar ġdid b’disinni tal-mużajk. Anzjani jew morda se jkunu jistgħu jitwasslu sal-bieb waqt li l-parkeġġ tal-vetturi se jsir kollu faċċata tas-santwarju. Iz-zuntier issa se jkun aċċessibbli għal kulħadd wara li tneħħew il-bankini u l-art hi livell wieħed, waqt li se jsiru marki fl-art għall-persuni neqsin mid-dawl. Iċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-mużajċi se tintwera fuq TVM2 nhar il-Ġimgħa fis-7.00 p.m. | [
"Bidla kompleta fid-dehra u fl-użu taz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex.",
"Il-Ħadd filgħaxija ġie inawgurat proġett ta’ rappreżentazzjoni bil-mużajk tal-għoxrin misteru tar-rużarju.",
"Ix-xogħol sar minn artisti u artigjana miċ-Ċentru Aletti ta’ Ruma li hu magħruf għal l-arti sagra.",
"Magħhom hemm is-saċerdot Għawdxi Dun Roberto Gauci li fl-inawgurazzjoni spjega li l-mużajċi jagħtu lil dan il-post tifsira teoloġika, spiritwali u liturġika li tgħin lill-eluf ta’ pellegrini li jżuru dan is-santwarju.",
"Qal li aktar milli opri artistiċi, dawn il-ħitan tal-mużajk huma xbihat liturġiċi.",
"L-erba’ ħitan, kull wieħed b’ħames misteri fuqu, tbierku mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech; l-Arċisqof Charles J. Scicluna; l-Isqof George Bugeja tal-Libja; u r-Rettur tas-Santwarju ta’ Pinu Dun Gerard Buhagiar.",
"L-Isqfijiet qassmu kuruna tar-Rużarju lill-pellegrini preżenti u ħeġġewhom jitolbu r-Rużarju fil-familji, ħsieb li wasslu wkoll il-Papa Franġsiku b’messaġġ rekordjat li ntwera lill-miġemgħa preżenti.",
"Il-Papa qal hu stess ta’ spiss jitlob ir-Rużarju quddiem xbieha tal-mużajk tal-Madonna bil-Bambin.",
"Appella lill-familji jitolbu r-Rużarju biex iħallu lil Ġesu’ u lill-Madonna jimxu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, bil-ferħ u n-niket tagħha.",
"Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-insara jinqdew ta’ spiss b’din l-għodda qawwija, ir-Rużarju, biex iġġib il-paċi fil-qlub, fil-familji, fil-Knisja u fid-dinja.",
"Ix-xogħol tal-mużajċi hu parti minn proġett akbar li nkluda r-restawr taz-zuntier u pavimentar ġdid b’disinni tal-mużajk.",
"Anzjani jew morda se jkunu jistgħu jitwasslu sal-bieb waqt li l-parkeġġ tal-vetturi se jsir kollu faċċata tas-santwarju.",
"Iz-zuntier issa se jkun aċċessibbli għal kulħadd wara li tneħħew il-bankini u l-art hi livell wieħed, waqt li se jsiru marki fl-art għall-persuni neqsin mid-dawl.",
"Iċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-mużajċi se tintwera fuq TVM2 nhar il-Ġimgħa fis-7.00 p.m."
] | 7www.tvm.com.mt
| 31,107 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/navy-taljana-ssalva-233-immigrant/ | Aġġornat: It-Taljani jsalvaw 233 immigrant; il-Griegi 85 | In-navy Taljana salvat 233 immigrant li kienu fuq biċċa tal-baħar twila 10 metri f’nofs ta’ baħar, 80 mil fin-nofsinhar ta’ Lampedusa. Fost l-immigranti – li ħadd minnhom ma kellu salvawomu – kienu hemm seba’ nisa. Ħelikopters u l-bastimenti San Marco u Urania marru fuq il-post f’riħ qawwi u baħar imqalleb. L-immigranti, mill-Eritrea, in-Niġerja, is-Somalja, il-Pakistan, Żambja u Mali se jittieħdu fuq il-frejgata Zeffiro u minn hemm għaċ-ċentru ta’ Augusta f’Sirakuża. Huma mistennija jaslu hemm illejla. U 85 lil hinn mill-Greċja… Sadnittant, il-gwardi tal-kosta tal-Greċja salvaw 85 immigrant illegali – fosthom nisa u tfal – lil hinn mill-gżira ta’ Astypalaia fix-xlokk tal-Baħar Eġew. L-mmigranti, li kienu qed jippruvaw jidħlu l-Greċja mit-Turkija, bagħtu messaġġi għall-għajnuna meta ħakimhom ir-riħ u qalgħu xebgħa silġ liema bħalha – tant li ħasbu li se jgħerqu. Erba’ patrol boats griegi u żewġ vapri tat-tagħbija wettqu l-ħidma ta’ salvataġġ. | [
"In-navy Taljana salvat 233 immigrant li kienu fuq biċċa tal-baħar twila 10 metri f’nofs ta’ baħar, 80 mil fin-nofsinhar ta’ Lampedusa.",
"Fost l-immigranti – li ħadd minnhom ma kellu salvawomu – kienu hemm seba’ nisa.",
"Ħelikopters u l-bastimenti San Marco u Urania marru fuq il-post f’riħ qawwi u baħar imqalleb.",
"L-immigranti, mill-Eritrea, in-Niġerja, is-Somalja, il-Pakistan, Żambja u Mali se jittieħdu fuq il-frejgata Zeffiro u minn hemm għaċ-ċentru ta’ Augusta f’Sirakuża.",
"Huma mistennija jaslu hemm illejla.",
"U 85 lil hinn mill-Greċja…",
"Sadnittant, il-gwardi tal-kosta tal-Greċja salvaw 85 immigrant illegali – fosthom nisa u tfal – lil hinn mill-gżira ta’ Astypalaia fix-xlokk tal-Baħar Eġew.",
"L-mmigranti, li kienu qed jippruvaw jidħlu l-Greċja mit-Turkija, bagħtu messaġġi għall-għajnuna meta ħakimhom ir-riħ u qalgħu xebgħa silġ liema bħalha – tant li ħasbu li se jgħerqu.",
"Erba’ patrol boats griegi u żewġ vapri tat-tagħbija wettqu l-ħidma ta’ salvataġġ."
] | 7www.tvm.com.mt
| 29,986 |
press, news, Aħbarijiet, Lokali | https://newsbook.com.mt/wi-fi-bxejn-f27-lokalita/ | Wi-Fi b'xejn f'27 lokalità | 27 lokalità f'Malta u Għawdex se jibbenefikaw mill-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea Wi-Fi 4EU li tipprovdihom b'Wi-Fi b'xejn. Kull lokalità se tingħata €15,000, u l-internet għandu jkollu minimu ta' 30Mbps fil-veloċità tiegħu. Din l-inizjattiva se tiġi attwata f'Malta permezz tad-Direttorat tal-Gvern Lokali. DOI: Jeremy Wonnacott Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis qal li minbarra s-somma ta' €15,000, se tingħata wkoll assistenza finanzjarja ulterjuri lill-kunsilli lokali. Parnis kompla jgħid li l-Gvern jemmen fl-awtonomija tal-kunsilli lokali u kien għalhekk li ngħataw il-libertà li jindikaw f'liema partijiet tal-lokal għandu jiġi installat dan is-servizz. Is-Segretarju Parlamentari appella lil dawk il-kunsilli lokali li għadhom ma applikawx għal din l-inizjattiva sabiex japplikaw. | [
"27 lokalità f'Malta u Għawdex se jibbenefikaw mill-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea Wi-Fi 4EU li tipprovdihom b'Wi-Fi b'xejn.",
"Kull lokalità se tingħata €15,000, u l-internet għandu jkollu minimu ta' 30Mbps fil-veloċità tiegħu.",
"Din l-inizjattiva se tiġi attwata f'Malta permezz tad-Direttorat tal-Gvern Lokali.",
"DOI: Jeremy Wonnacott Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis qal li minbarra s-somma ta' €15,000, se tingħata wkoll assistenza finanzjarja ulterjuri lill-kunsilli lokali.",
"Parnis kompla jgħid li l-Gvern jemmen fl-awtonomija tal-kunsilli lokali u kien għalhekk li ngħataw il-libertà li jindikaw f'liema partijiet tal-lokal għandu jiġi installat dan is-servizz.",
"Is-Segretarju Parlamentari appella lil dawk il-kunsilli lokali li għadhom ma applikawx għal din l-inizjattiva sabiex japplikaw."
] | 2newsbook.com.mt
| 7,585 |
press, news, Lokali | https://one.com.mt/news/2017/03/17/dwar-xhiex-skuza-ruhu-mario-de-marco/ | Dwar xhiex skuża ruħu Mario De Marco? | Id-deputat Kap tal-PN Mario De Marco nnegozja t-termini tal-ħlas tal-valutazzjoni ta' €60 miljun tal-art tal-ITS. Fi kliem il-Partit Laburista, dan ma jistax jiċħdu. De Marco rrinunzja l- brief wara li l-kuntratt ġie ffirmat. Qed jipprova jgħid li dak li nnegozja hu kien irregolari? Il-verita' hi li De Marco nqabad u ġie mġiegħel jiskuża ruħu. L-istqarrija tgħid, li dan għax jaf li kollox mexa kif suppost, u għax kien involut, allura ma jistax jitkellem kontra l-proġett. Iktar minn hekk, De Marco spiċċa vittma tal-froġa ta' Busuttil li minn wara dahar De Marco stess innegozja mal-kumpanija privata biex ikollu l-paga tal-ogħla żewġ karigi fil-partit imħallsin bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Jekk De Marco skuża ruħu ta' xi ħaġa li hu stess innegozja, x'missu jagħmel Busuttil li daħħal lill-partit fi skandlu ta' ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti? | [
"Id-deputat Kap tal-PN Mario De Marco nnegozja t-termini tal-ħlas tal-valutazzjoni ta' €60 miljun tal-art tal-ITS.",
"Fi kliem il-Partit Laburista, dan ma jistax jiċħdu.",
"De Marco rrinunzja l- brief wara li l-kuntratt ġie ffirmat.",
"Qed jipprova jgħid li dak li nnegozja hu kien irregolari?",
"Il-verita' hi li De Marco nqabad u ġie mġiegħel jiskuża ruħu.",
"L-istqarrija tgħid, li dan għax jaf li kollox mexa kif suppost, u għax kien involut, allura ma jistax jitkellem kontra l-proġett.",
"Iktar minn hekk, De Marco spiċċa vittma tal-froġa ta' Busuttil li minn wara dahar De Marco stess innegozja mal-kumpanija privata biex ikollu l-paga tal-ogħla żewġ karigi fil-partit imħallsin bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.",
"Jekk De Marco skuża ruħu ta' xi ħaġa li hu stess innegozja, x'missu jagħmel Busuttil li daħħal lill-partit fi skandlu ta' ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti?"
] | 3one.com.mt
| 29,340 |
news, press | https://netnews.com.mt/2017/11/07/bir-ritratti-il-professur-anthony-zammit-jinghata-l-ahhar-tislima/ | BIR-RITRATTI: Il-Professur Anthony Zammit jingħata l-aħħar tislima | Fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbug illum ingħata l-aħħar tislima l-Professur Anthony Zammit. Anthony Zammit li kellu 67 sena ħalla din id-dinja s-Sibt. Hu kien marid bil-kanċer. Il-Professur Zammit serva bħala Deputat fil-Parlament bejn l-2008 u l-2013. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mill-ġdid wassal il-kondoljanzi lill-familja Zammit f’dan il-mument difficli filwaqt li attenda wkoll għall-funeral tal-Professur Zammit. Il-Profs Zammit kien studja fl-Universita’ ta’ Malta u anke fil-Ġermanja. Kien ħadem wkoll bħala konsulent u kirurgu fl-Isptar Ġenerali ta’ San Luqa u kien anke jgħallem fl-Universita’ ta’ Malta. | [
"Fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbug illum ingħata l-aħħar tislima l-Professur Anthony Zammit.",
"Anthony Zammit li kellu 67 sena ħalla din id-dinja s-Sibt.",
"Hu kien marid bil-kanċer.",
"Il-Professur Zammit serva bħala Deputat fil-Parlament bejn l-2008 u l-2013.",
"Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mill-ġdid wassal il-kondoljanzi lill-familja Zammit f’dan il-mument difficli filwaqt li attenda wkoll għall-funeral tal-Professur Zammit.",
"Il-Profs Zammit kien studja fl-Universita’ ta’ Malta u anke fil-Ġermanja.",
"Kien ħadem wkoll bħala konsulent u kirurgu fl-Isptar Ġenerali ta’ San Luqa u kien anke jgħallem fl-Universita’ ta’ Malta."
] | 1netnews.com.mt
| 1,615 |
press, news, Lokali, Barranin, Kronaka, Lokali, Lokali | https://www.tvm.com.mt/mt/news/johorg-l-applikazzjonijiet-tal-malta-junior-eurovision-song-contest-2020/ | Joħorġu l-applikazzjonijiet tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020 | Imtella' Lulju 22, 2020 - Aġġornata 22 Ta' Lulju, 2020 6:59pm Il-Public Broadcasting Services Ltd. tħabbar li ħarġu l-applikazzjonijiet tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020. L-applikazzjoni flimkien mar-regolamenti jistgħu jinkisbu mis-sit www.tvm.com.mt/eurovision . Kull applikazzjoni għandha tiġi ssottomessa online sa mhux aktar tard mit-23 ta' Awwissu 2020. Matul il-proċess tal-għażla, ġurija professjonali se tkun qed tevalwa is-sottomissjonijiet kollha, fejn minnhom jintgħażlu tnax-il finalist/a, li ser jikkompetu bejniethom għall-aħħar fażi tas-selezzjoni. Il-finalisti, ser jkantaw LIVE quddiem ġurija waqt sessjoni li ser tiġi rrekordjata u murija aktar tard fuq it-television u anke fuq is-Social Media f'Settembru. F'dan il-perjodu, il-pubbliku jkun jista' jivvota għall-kantant jew kantanta favorit/a tiegħu. Il-vot tal-pubbliku (50%) flimkien mal-vot tal-ġurija (50%) ser jiddetermina r-rebbieħ jew rebbieħa ta' din is-sena li ser jitħabbar fl-aħħar ta' Settembru Il-Junior Eurovision Song Contest, din is-sena ser isir fil-Polonja fl-29 ta' Novembru li gej. | [
"Imtella' Lulju 22, 2020 - Aġġornata 22 Ta' Lulju, 2020 6:59pm",
"Il-Public Broadcasting Services Ltd. tħabbar li ħarġu l-applikazzjonijiet tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.",
"L-applikazzjoni flimkien mar-regolamenti jistgħu jinkisbu mis-sit www.tvm.com.mt/eurovision .",
"Kull applikazzjoni għandha tiġi ssottomessa online sa mhux aktar tard mit-23 ta' Awwissu 2020.",
"Matul il-proċess tal-għażla, ġurija professjonali se tkun qed tevalwa is-sottomissjonijiet kollha, fejn minnhom jintgħażlu tnax-il finalist/a, li ser jikkompetu bejniethom għall-aħħar fażi tas-selezzjoni.",
"Il-finalisti, ser jkantaw LIVE quddiem ġurija waqt sessjoni li ser tiġi rrekordjata u murija aktar tard fuq it-television u anke fuq is-Social Media f'Settembru.",
"F'dan il-perjodu, il-pubbliku jkun jista' jivvota għall-kantant jew kantanta favorit/a tiegħu.",
"Il-vot tal-pubbliku (50%) flimkien mal-vot tal-ġurija (50%) ser jiddetermina r-rebbieħ jew rebbieħa ta' din is-sena li ser jitħabbar fl-aħħar ta' Settembru",
"Il-Junior Eurovision Song Contest, din is-sena ser isir fil-Polonja fl-29 ta' Novembru li gej."
] | 7www.tvm.com.mt
| 37,507 |
press, news, Aħbarijiet, Knisja | https://newsbook.com.mt/il-kardinal-nichols-jappella-biex-ikunu-salvati-komunitajiet-insara-fl-iraq/ | Il-Kardinal Nichols jappella biex ikunu salvati komunitajiet insara fl-Iraq | Il-Kardinal Nichols u l-Arċisqof Warda flimkien ma' dinjitarji oħra miħ-ħewġ knejjes Il-Kap tal-Kattoliċi fl-Ingilterra u Wales għamel sejħa urġenti biex jinbnew mill-ġdid il-komunitajiet tal-insara persegwitati fl-Iraq u minoritajiet oħra li waslu biex ikunu estinti. Fi stqarrija li ħareġ, il-Kardinal Vincent Nichols, Arċisqof ta' Westminster qal li "Hemm bżonn urġenti li jinbnew mill-ġdid bliet u rħula fil-Pjanura ta' Nineveh, fl-Iraq li tkissru mill-ISIS u terġa' tinbena t-tama u l-fiduċja fir-reġjun". Magħquda fit-talb Filwaqt li wera kif il-preżenza tal-insara f'Nineveh tmur lura għal aktar minn 2000 sena, il-Kardinal qal: "Aħna magħquda fit-talb u appoġġ għall-insara u minoritajiet oħra fir-reġjun li qed jippruvaw jibnu ħajjithom mill-ġdid". Il-Kardinal Nichols għamel dan il-messaġġ wara li ltaqa' mal-Arċisqof Kattoliku Bashar Warda, ta' Ebril, li kien qed iżur Londra fuq stedina ta' Aid to Church in Need li min-naħa din l-aġenzija Kattolika ta' karita diġa offriet għajnuna ta' emerġenza lill-insara persegwitati fir-reġjun. Waqt li kien f'Londra, l-Arċisqof Warda talab lis-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tal-Ingilterra, Jeremy Hunt biex pajjiżu jgħin lill-insara persegwitati fl-Iraq u appella lill-Gvern Ingliż biex iħeġġeġ lill-Iraq jissalvagwardja l-preżenza tal-monoritajiet fl-Iraq li n-numru tagħhom naqas drastikament. Wara l-laqgħa mal-Arċisqof Warda, il-Kardinal Nichols iddeskriva ż-żjara li hu kien għamel fl-Iraq erba' snin ilu eżatt wara l-invażjoni tal-militanti tal-ISIS li kienu ġiegħlu komunitajiet sħaħ jaħarbu mill-Pjanura ta' Nineveh u Mosul minħabba theddid fuq ħajjithom. Komunità li qed tisparixxi Il-Kardinal Nichos li hu l-President tal- Wara l-laqgħa mal-Arċisqof Warda, il-Kardinal Nichols iddeskriva ż-żjara li hu kien għamel fl-Iraq erba' snin ilu eżatt wara l-invażjoni tal-militanti tal-ISIS li kienu ġiegħlu komunitajiet sħaħ jaħarbu mill-Pjanura ta' Nineveh u Mosul minħabba theddid fuq ħajjithom. tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Ingilterra u Wales iddikjara li: "Minn meta fl-2015 mort fl-Iraq u żort diversi kapijiet tar-refuġjati f'Erbil, bqajt imħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-insara u minoritajiet oħra li jinsabu persegwitati". Qabel l-2003 kien hemm 1.5 miljun nisrani fl-Iraq. Dawn bdew jonqsu malajr u llum hemm biża' li din il-komunità tisparixxi fost dikjarazzjonijiet ta' ġenoċidju mill-ISIS kontra l-minoritajiet f'dak ir-reġjun. L-Arċisqof Warda tkellem dwar il-bżonn urġenti li jkunu megħjuna l-insara li jridu jibqgħu jgħixu fl-Iraq. Hu għamel dan kemm fil-laqgħa mas-Segretarju tal-Affarijiet Barranin kif ukoll f'diskors li għamel fil-Parlament Ingliż f'attivita organizzata minn Aid to Church in Need. | [
"Il-Kardinal Nichols u l-Arċisqof Warda flimkien ma' dinjitarji oħra miħ-ħewġ knejjes",
"Il-Kap tal-Kattoliċi fl-Ingilterra u Wales għamel sejħa urġenti biex jinbnew mill-ġdid il-komunitajiet tal-insara persegwitati fl-Iraq u minoritajiet oħra li waslu biex ikunu estinti.",
"Fi stqarrija li ħareġ, il-Kardinal Vincent Nichols, Arċisqof ta' Westminster qal li \"Hemm bżonn urġenti li jinbnew mill-ġdid bliet u rħula fil-Pjanura ta' Nineveh, fl-Iraq li tkissru mill-ISIS u terġa' tinbena t-tama u l-fiduċja fir-reġjun\".",
"Magħquda fit-talb Filwaqt li wera kif il-preżenza tal-insara f'Nineveh tmur lura għal aktar minn 2000 sena, il-Kardinal qal: \"Aħna magħquda fit-talb u appoġġ għall-insara u minoritajiet oħra fir-reġjun li qed jippruvaw jibnu ħajjithom mill-ġdid\".",
"Il-Kardinal Nichols għamel dan il-messaġġ wara li ltaqa' mal-Arċisqof Kattoliku Bashar Warda, ta' Ebril, li kien qed iżur Londra fuq stedina ta' Aid to Church in Need li min-naħa din l-aġenzija Kattolika ta' karita diġa offriet għajnuna ta' emerġenza lill-insara persegwitati fir-reġjun.",
"Waqt li kien f'Londra, l-Arċisqof Warda talab lis-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tal-Ingilterra, Jeremy Hunt biex pajjiżu jgħin lill-insara persegwitati fl-Iraq u appella lill-Gvern Ingliż biex iħeġġeġ lill-Iraq jissalvagwardja l-preżenza tal-monoritajiet fl-Iraq li n-numru tagħhom naqas drastikament.",
"Wara l-laqgħa mal-Arċisqof Warda, il-Kardinal Nichols iddeskriva ż-żjara li hu kien għamel fl-Iraq erba' snin ilu eżatt wara l-invażjoni tal-militanti tal-ISIS li kienu ġiegħlu komunitajiet sħaħ jaħarbu mill-Pjanura ta' Nineveh u Mosul minħabba theddid fuq ħajjithom.",
"Komunità li qed tisparixxi Il-Kardinal Nichos li hu l-President tal- Wara l-laqgħa mal-Arċisqof Warda, il-Kardinal Nichols iddeskriva ż-żjara li hu kien għamel fl-Iraq erba' snin ilu eżatt wara l-invażjoni tal-militanti tal-ISIS li kienu ġiegħlu komunitajiet sħaħ jaħarbu mill-Pjanura ta' Nineveh u Mosul minħabba theddid fuq ħajjithom. tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Ingilterra u Wales iddikjara li: \"Minn meta fl-2015 mort fl-Iraq u żort diversi kapijiet tar-refuġjati f'Erbil, bqajt imħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-insara u minoritajiet oħra li jinsabu persegwitati\".",
"Qabel l-2003 kien hemm 1.5 miljun nisrani fl-Iraq.",
"Dawn bdew jonqsu malajr u llum hemm biża' li din il-komunità tisparixxi fost dikjarazzjonijiet ta' ġenoċidju mill-ISIS kontra l-minoritajiet f'dak ir-reġjun.",
"L-Arċisqof Warda tkellem dwar il-bżonn urġenti li jkunu megħjuna l-insara li jridu jibqgħu jgħixu fl-Iraq.",
"Hu għamel dan kemm fil-laqgħa mas-Segretarju tal-Affarijiet Barranin kif ukoll f'diskors li għamel fil-Parlament Ingliż f'attivita organizzata minn Aid to Church in Need."
] | 2newsbook.com.mt
| 7,053 |
press, news, Lokali | https://netnews.com.mt/2020/08/21/1108-persuna-involuta-fincident-fuq-il-post-tax-xoghol/ | 1,108 persuna involuta f'inċident fuq il-post tax-xogħol | Skont statistika maħruġa mill-NSO, 1,108 persuna kienet involuta f'inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Inċidenti li naqsu b'471 mis-sena li għaddiet. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-inċidenti seħħew fis-settur tal-kostruzzjoni kif ukoll fis-settur tal-ħażna u t-trasport. Ammont sostanzjali ta' inċidenti affettwaw partijiet ta' fuq tal-ġisem bħas-swaba' u l-idejn. Fis-sena 2019, kienu rrapurtati 1,287 inċidenti mhux fatali għal kull 100,000 impjegat. Minn naħa l-oħra fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 3 inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol. | [
"Skont statistika maħruġa mill-NSO, 1,108 persuna kienet involuta f'inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel sitt xhur tas-sena.",
"Inċidenti li naqsu b'471 mis-sena li għaddiet.",
"Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-inċidenti seħħew fis-settur tal-kostruzzjoni kif ukoll fis-settur tal-ħażna u t-trasport.",
"Ammont sostanzjali ta' inċidenti affettwaw partijiet ta' fuq tal-ġisem bħas-swaba' u l-idejn.",
"Fis-sena 2019, kienu rrapurtati 1,287 inċidenti mhux fatali għal kull 100,000 impjegat.",
"Minn naħa l-oħra fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 3 inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol."
] | 1netnews.com.mt
| 2,120 |
press, news, Lifestyle, Kultura | https://newsbook.com.mt/imut-id-direttur-karmenu-aquilina/ | Imut id-direttur Karmenu Aquilina | Tħabbret il-mewt tad-direttur Karmenu Aquilina fl-età ta' 74 sena. Permezz ta' messaġġ fuq Facebook bintu Christine tat l-aħbar u fl-istess waqt sellmitlu. "B'niket kbir, għażiż Daddy, insellmulek. Int l-għeżeż, int kollox għalina. Strieħ fis-sliem ta' dejjem għażiż. Inħobbuk immens" – jgħid il-messaġġ tagħha. L-attur u direttur Joseph Galea ukoll sellem lil Aquilina li ddeskriva t-telfa bħala waħda kbira, tant li ma jafx x'se jaqbad jikteb. Issa din telfa kbira wisq li lanqas naf x'ser naqbad nikteb. Tajtni wisq biex niftakar kollox Karm. Għallimtni, kif kont… Posted by Joseph Galea on Sunday, November 29, 2020 Kumment ieħor wasal mill-attur Daniel Azzopardi li qasam b'mod pubbliku diversi mumenti li kellu ma' Karmenu Aquilina, kultant anke b'xi diskussjoni dwar xi partita tat-tim tal-Manchester United, li kien għal qalb Aquilina. X'dieqa llejla għall-aħbar tat-telfa ta' Karmenu Aquilina – direttur u għalliem. Qatt mhu ser ninsa' l-iljieli li… Posted by Daniel Azzopardi on Sunday, November 29, 2020 Karmenu Aquilina twieled fl-1946. Kien l-awtur ta' bosta stejjer qosra miġbura fil-kollezzjoni Stejjer tat-Tfal: Il-Ġnien u l-Arka. Aquilina kien involute f'diversi pageants tal-Ġimgħa Mqaddsa f'Ħal Għargħur, kif ukollkellu MTADA u l-produzzjonijiet imtella' mal-kumpanija Koperatturi. Aquilina kien idderieġa wkoll Menz, Ħitan u L-Imnarja Żmien il-Qtil, fost diversi produzzjonijiet oħra. Strieħ fis-sliem. | [
"Tħabbret il-mewt tad-direttur Karmenu Aquilina fl-età ta' 74 sena.",
"Permezz ta' messaġġ fuq Facebook bintu Christine tat l-aħbar u fl-istess waqt sellmitlu.",
"\"B'niket kbir, għażiż Daddy, insellmulek.",
"Int l-għeżeż, int kollox għalina.",
"Strieħ fis-sliem ta' dejjem għażiż.",
"Inħobbuk immens\" – jgħid il-messaġġ tagħha.",
"L-attur u direttur Joseph Galea ukoll sellem lil Aquilina li ddeskriva t-telfa bħala waħda kbira, tant li ma jafx x'se jaqbad jikteb.",
"Issa din telfa kbira wisq li lanqas naf x'ser naqbad nikteb.",
"Tajtni wisq biex niftakar kollox Karm.",
"Għallimtni, kif kont… Posted by Joseph Galea on Sunday, November 29, 2020 Kumment ieħor wasal mill-attur Daniel Azzopardi li qasam b'mod pubbliku diversi mumenti li kellu ma' Karmenu Aquilina, kultant anke b'xi diskussjoni dwar xi partita tat-tim tal-Manchester United, li kien għal qalb Aquilina.",
"X'dieqa llejla għall-aħbar tat-telfa ta' Karmenu Aquilina – direttur u għalliem.",
"Qatt mhu ser ninsa' l-iljieli li… Posted by Daniel Azzopardi on Sunday, November 29, 2020 Karmenu Aquilina twieled fl-1946.",
"Kien l-awtur ta' bosta stejjer qosra miġbura fil-kollezzjoni Stejjer tat-Tfal: Il-Ġnien u l-Arka.",
"Aquilina kien involute f'diversi pageants tal-Ġimgħa Mqaddsa f'Ħal Għargħur, kif ukollkellu MTADA u l-produzzjonijiet imtella' mal-kumpanija Koperatturi.",
"Aquilina kien idderieġa wkoll Menz, Ħitan u L-Imnarja Żmien il-Qtil, fost diversi produzzjonijiet oħra.",
"Strieħ fis-sliem."
] | 2newsbook.com.mt
| 40,287 |
Lifestyle | https://www.gwida.mt/mt/jason-zerafa-jkellimna-dwar-division-7---tghid-jizvela-x-ghandna-nistennew | Jason Zerafa Jkellimna Dwar Division 7 - Tgħid Jiżvela X'Għandna Nistennew? | Division 7 ser jirritorna fuq l-istazzjon ONE għar-raba' sena. Division 7 m'huwiex biss storja waħda iżda huwa ħafna stejjer illi jduru ma' kull attur partikolari fis-serje. Kull karattru għandu l-istorja personali tiegħu, li fl-aħħar mill-aħħar dawn l-stejjer kollha qed jiltaqgħu u jingħaqdu biex jifformaw l-istorja ta' Division 7. Apparti minn hekk, hemm stejjer u sitwazzjonijiet li huma reallisimi ħafna. Is-sabiħ ta' din id-drama hija li mhux biss drama imma insibu mumenti ta' daħk, ferħ, rabja u jolqot l-emozzjonijiet kollha li bniedem jista' jkollu. Din id-drama irexxiela temmozzjona lin-nies b'mod differenti l-ħin kollu.Tkellimna ma' Jason Zerafa, d-direttur, il-kittieb u l-moħħ wara Division 7. Ritratt: Facebook / Jason Zerafa Kienet ilha ħafna tberren l-idea f'rasi illi xi darba xtaqt nikteb u nipproduċi storja sakemm fl-aħħar poġġejt bilqiegħda u bdejt nikteb xi spunti żgħar illi kelli f'moħħi biex nibda nifforma din l-istess storja. Forsi ftit nies jafu, apparti n-nies li jaħdmu mill-qrib miegħi li l-ewwel karattri li ġew kreati kienu l-ispettur Matthew, is-surġent Chloe, Amir, Hassan, Ġanni, Salvu u Tino. L-ironija hi li l-istorja tant kibret li dawn l-istess xeni li jien kont ktibt għadhom lanqas biss ħarġu fl-istorja u minn kalkoli li nista' nagħmel dawn ix-xeni se joħorġu fit-tmien staġun. Ritratt: Facebook / Jason Zerafa Division 7 kien maħsub illi jsir film ġewwa ċ-ċinema, iżda l-idea maż-żmien tant kibret li ħassejt li kelli bżonn l-għajnuna ta' xi ħadd biex din l-istorja tkompli timraħ. Kien hawnhekk fejn proprju avviċinajt lil Glen Callus, l-istess persuna li jaħdem il-karattru ta' Matthew, għarraftlu l-ideat tiegħi fuq l-istorja u offrejtlu li jkun l-ewwel bniedem li jaħdem id f'id miegħi fuq dan il-proġett. Minn film għaċ-ċinema, l-idea imxiet għal serje ta' tlettax-il episodju u maż-żmien kompliet tikber fejn illum għall-grazzja t'Alla wasalna biex naqbżu l-mitt episodju ta' Division 7. Illum dan is-serje għandu 'l fuq minn 90 attur stabbilit f'Malta jaħdmu fih u huwa l-iktar program segwit fuq l-istazzjon ONE. Kif beda jiżvolġi ix-xogħol fuq l-iscripts irrealizzajna li kien se jkun hemm ħafna xeni ġewwa division partikolari ġol-ħabs. Kien proprju hawn li jien iddeċidejt illi l-aħjar soluzzjoni biex jinħadmu dawn ix-xeni kellha tkun li jinbena set ta' ħabs. Dan is-set dam tmien xhur biex inħadem u tlesta. Illum nistgħu ngħidu wkoll illi dan l-istess set huwa ċ-ċentru fejn issir ħafna xogħol mit-team sħiħ ta' Division 7. Ritratt: Facebook / Jason Zerafa Division 7 ma jinkitibx biss biex nagħtu pjaċir lin-nies biss wara ġurnata xogħol. L-għan primarju tagħna dejjem kien biex inwasslu messaġġi subliminali lill-poplu hemm barra, dejjem hekk għamilna u hekk ser nibqgħu nagħmlu. L-eċitament ta' xeni kbar, b'saħħithom u kontroversajli żgur li mhux se jonqsu. Biex intikom assaġġ żgħir u tkomplu tifhmu aħjar x'irrid infisser b'dan li għadni kif għedt, fl-ewwel episodju tagħna ser naraw xi ħaġa li fuq it-televiżjoni Maltija qatt ma dehret. Bħalma diġà għedt, l-għan primarju ta' Division 7 hu li jwassal messaġġi ċari. Dan iseħħ mingħajr ebda distinzzjoni la fejn jidħlu istituzzjonijiet, la fejn jidħlu gruppi u lanqas fejn jidħlu nies. Aħna qatt ma żammejna lura milli niktbu l-ideat tagħna. Ix-xeni li forsi qed jissejħu li huma kontra l-knisja, m'humiex maħsuba biex jkunu kontra l-knisja, anzi pjuttost bil-kontra. Ix-xeni huma miktubin apposta, bi ħsieb biex dawk il-ftit nies li jagħmlu l-ħsara u jirrapreżentaw lill-Knisja Kattolika, jwarrbu minn din l-istituzzjoni u ma jkompliex jagħmlu ħsara lill-komunità tagħna. Infakkru lill-qarrejja tagħna li Division 7 ikompli nhar ta' Erbgħa fuq ONE TV. L-istorja dejjem tkompli tiġi aktar interessanti u dak li jkun impossibli biex ma jkunx qed jistenna x'ħa jiġri minn episodju għall-ieħor. | [
"Division 7 ser jirritorna fuq l-istazzjon ONE għar-raba' sena.",
"Division 7 m'huwiex biss storja waħda iżda huwa ħafna stejjer illi jduru ma' kull attur partikolari fis-serje.",
"Kull karattru għandu l-istorja personali tiegħu, li fl-aħħar mill-aħħar dawn l-stejjer kollha qed jiltaqgħu u jingħaqdu biex jifformaw l-istorja ta' Division 7.",
"Apparti minn hekk, hemm stejjer u sitwazzjonijiet li huma reallisimi ħafna.",
"Is-sabiħ ta' din id-drama hija li mhux biss drama imma insibu mumenti ta' daħk, ferħ, rabja u jolqot l-emozzjonijiet kollha li bniedem jista' jkollu.",
"Din id-drama irexxiela temmozzjona lin-nies b'mod differenti l-ħin kollu.Tkellimna ma' Jason Zerafa, d-direttur, il-kittieb u l-moħħ wara Division 7.",
"Ritratt: Facebook / Jason Zerafa",
"Kienet ilha ħafna tberren l-idea f'rasi illi xi darba xtaqt nikteb u nipproduċi storja sakemm fl-aħħar poġġejt bilqiegħda u bdejt nikteb xi spunti żgħar illi kelli f'moħħi biex nibda nifforma din l-istess storja.",
"Forsi ftit nies jafu, apparti n-nies li jaħdmu mill-qrib miegħi li l-ewwel karattri li ġew kreati kienu l-ispettur Matthew, is-surġent Chloe, Amir, Hassan, Ġanni, Salvu u Tino.",
"L-ironija hi li l-istorja tant kibret li dawn l-istess xeni li jien kont ktibt għadhom lanqas biss ħarġu fl-istorja u minn kalkoli li nista' nagħmel dawn ix-xeni se joħorġu fit-tmien staġun.",
"Ritratt: Facebook / Jason Zerafa",
"Division 7 kien maħsub illi jsir film ġewwa ċ-ċinema, iżda l-idea maż-żmien tant kibret li ħassejt li kelli bżonn l-għajnuna ta' xi ħadd biex din l-istorja tkompli timraħ.",
"Kien hawnhekk fejn proprju avviċinajt lil Glen Callus, l-istess persuna li jaħdem il-karattru ta' Matthew, għarraftlu l-ideat tiegħi fuq l-istorja u offrejtlu li jkun l-ewwel bniedem li jaħdem id f'id miegħi fuq dan il-proġett.",
"Minn film għaċ-ċinema, l-idea imxiet għal serje ta' tlettax-il episodju u maż-żmien kompliet tikber fejn illum għall-grazzja t'Alla wasalna biex naqbżu l-mitt episodju ta' Division 7.",
"Illum dan is-serje għandu 'l fuq minn 90 attur stabbilit f'Malta jaħdmu fih u huwa l-iktar program segwit fuq l-istazzjon ONE.",
"Kif beda jiżvolġi ix-xogħol fuq l-iscripts irrealizzajna li kien se jkun hemm ħafna xeni ġewwa division partikolari ġol-ħabs.",
"Kien proprju hawn li jien iddeċidejt illi l-aħjar soluzzjoni biex jinħadmu dawn ix-xeni kellha tkun li jinbena set ta' ħabs.",
"Dan is-set dam tmien xhur biex inħadem u tlesta.",
"Illum nistgħu ngħidu wkoll illi dan l-istess set huwa ċ-ċentru fejn issir ħafna xogħol mit-team sħiħ ta' Division 7.",
"Ritratt: Facebook / Jason Zerafa",
"Division 7 ma jinkitibx biss biex nagħtu pjaċir lin-nies biss wara ġurnata xogħol.",
"L-għan primarju tagħna dejjem kien biex inwasslu messaġġi subliminali lill-poplu hemm barra, dejjem hekk għamilna u hekk ser nibqgħu nagħmlu.",
"L-eċitament ta' xeni kbar, b'saħħithom u kontroversajli żgur li mhux se jonqsu.",
"Biex intikom assaġġ żgħir u tkomplu tifhmu aħjar x'irrid infisser b'dan li għadni kif għedt, fl-ewwel episodju tagħna ser naraw xi ħaġa li fuq it-televiżjoni Maltija qatt ma dehret.",
"Bħalma diġà għedt, l-għan primarju ta' Division 7 hu li jwassal messaġġi ċari.",
"Dan iseħħ mingħajr ebda distinzzjoni la fejn jidħlu istituzzjonijiet, la fejn jidħlu gruppi u lanqas fejn jidħlu nies.",
"Aħna qatt ma żammejna lura milli niktbu l-ideat tagħna.",
"Ix-xeni li forsi qed jissejħu li huma kontra l-knisja, m'humiex maħsuba biex jkunu kontra l-knisja, anzi pjuttost bil-kontra.",
"Ix-xeni huma miktubin apposta, bi ħsieb biex dawk il-ftit nies li jagħmlu l-ħsara u jirrapreżentaw lill-Knisja Kattolika, jwarrbu minn din l-istituzzjoni u ma jkompliex jagħmlu ħsara lill-komunità tagħna.",
"Infakkru lill-qarrejja tagħna li Division 7 ikompli nhar ta' Erbgħa fuq ONE TV.",
"L-istorja dejjem tkompli tiġi aktar interessanti u dak li jkun impossibli biex ma jkunx qed jistenna x'ħa jiġri minn episodju għall-ieħor."
] | 5www.gwida.mt
| 44,732 |
news, press | https://netnews.com.mt/2019/08/07/real-madrid-qed-iharsu-lejn-il-possibbilta-li-jakkwistaw-lil-neymar/ | Real Madrid qed iħarsu lejn il-possibbiltà li jakkwistaw lil Neymar | Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li Real Madrid jinsabu f’diskussjonijiet ma’ Paris Saint-Germain dwar il-possibbiltà li jakkwistaw lil Neymar. L-attakkant Brażiljan jidher li tkellem mal-klabb Franċiż u urihom ix-xewqa jħalli l-klabb li ngħaqad miegħu fl-2017, iżda PSG għadhom ma rċevewx offerta formali. PSG mhux mistennija li jaċċettaw offerta sakemm ma jkunux kapaċi li jdaħħlu lura s-somma rekord ta’ €222 miljun li nefqu fuq il-Brażiljan. Ftit jiem ilu, il-Viċi President ta’ Barcelona Jordi Cardoner qal li t-trasferiment mhux possibbli għalissa u dan fetaħ bieb biex ir-rivali tagħhom jakkwistawh. Neymar kellu erba’ snin ta’ suċċess ma’ Barcelona u fosthom rebaħ darbtejn il-kampjonat, il-UEFA Champions League u t-Tazza tad-Dinja tal-klabbs. Hu kien fid-dell ta’ Lionel Messi u meta ngħaqad ma’ PSG rebaħ darbtejn il-kampjonat u skorja 51 gowl f’56 logħba. Real Madrid kienu attivi f’dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif qed jippruvaw jibnu tim ġdid wara li l-istaġun li għadda spiċċaw 19-il punt wara Barcelona. Huma sa issa akkwistaw lil Luka Jovic, Eder Militao, Ferland Mendy u Eden Hazard u nefqu madwar €250 miljun. | [
"Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li Real Madrid jinsabu f’diskussjonijiet ma’ Paris Saint-Germain dwar il-possibbiltà li jakkwistaw lil Neymar.",
"L-attakkant Brażiljan jidher li tkellem mal-klabb Franċiż u urihom ix-xewqa jħalli l-klabb li ngħaqad miegħu fl-2017, iżda PSG għadhom ma rċevewx offerta formali.",
"PSG mhux mistennija li jaċċettaw offerta sakemm ma jkunux kapaċi li jdaħħlu lura s-somma rekord ta’ €222 miljun li nefqu fuq il-Brażiljan.",
"Ftit jiem ilu, il-Viċi President ta’ Barcelona Jordi Cardoner qal li t-trasferiment mhux possibbli għalissa u dan fetaħ bieb biex ir-rivali tagħhom jakkwistawh.",
"Neymar kellu erba’ snin ta’ suċċess ma’ Barcelona u fosthom rebaħ darbtejn il-kampjonat, il-UEFA Champions League u t-Tazza tad-Dinja tal-klabbs.",
"Hu kien fid-dell ta’ Lionel Messi u meta ngħaqad ma’ PSG rebaħ darbtejn il-kampjonat u skorja 51 gowl f’56 logħba.",
"Real Madrid kienu attivi f’dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif qed jippruvaw jibnu tim ġdid wara li l-istaġun li għadda spiċċaw 19-il punt wara Barcelona.",
"Huma sa issa akkwistaw lil Luka Jovic, Eder Militao, Ferland Mendy u Eden Hazard u nefqu madwar €250 miljun."
] | 1netnews.com.mt
| 4,678 |
news, press | https://netnews.com.mt/2017/11/25/bhal-lum-30-sena-dokument-krucjali-ta-reagan-dwar-malta-meta-innormalizza-r-relazzjonijiet-ta-pajjizu-ma-malta/ | Bħal-lum 30 sena: Dokument kruċjali ta’ Reagan dwar Malta … meta innormalizza r-relazzjonijiet ta’ pajjiżu ma’ Malta | Bħal-lum 30 sena ilu – il-25 ta’ Novembru, 1987 – il-President tal-Istati Uniti Tal-Amerika, Ronald Reagan, ħareġ direttiva (NSDD289) biex iwaqqa’ direttiva oħra dwar Malta li kien ħareġ fi Frar tal-1986 (NSDD213). Fl-ewwel direttiva ta’ Frar 1986, Reagan kien iddefinixxa x’kellha tkun il-politika tal-Gvern Amerikan dwar Malta invista ta’ dak li kien qed iseħħ f’pajjiżna taħt il-Gvern Laburista, kemm fil-politika barranija b’rabtiet mill-qrib mal-Libja u l-blokk Sovjetiku, kif ukoll fil-politika interna iddominata minn stil dejjem aktar awtoritarju u “l-assalt fuq l-istituzzjonijiet demokratiċi ta’ Malta”. F’dik id-direttiva, Reagan kien ta struzzjonijiet biex l-Amministrazzjoni tiegħu tilqa’ u tirreaġixxi għat-tmexxija Laburista. Fost l-oħrajn, Reagan kien inkoraġġixxa l-appoġġ għall-Partit Nazzjonalista u għal dawk li fl-MLP kienu juru tendenzi demokratiċi. Fid-direttiva ta’ bħal-lum 30 ena ilu, Reagan jistqarr li ċ-ċirkustanzi f’Malta kienu nbidlu b’mod li kien jeħtieġ reviżjoni tal-politika Amerikana lejn pajjiżna kif kienet spjegata fid-direttiva ta’ Frar 1986. Din it-tieni direttiva – kważi sentejn wara l-ewwel waħda – kienet riżultat tal-mod kif kien qed imexxi l-Partit Nazzjonalista fil-gvern wara li rebaħ l-elezzjoni ġenerali ta’ Mejju 1987, immexxi minn Eddie Fenech Adami. Sitt xhur wara dik l-elezzjoni, il-President Reagan ħassu f’qagħda li seta’ jinnormalizza r-relazzjonijiet ta’ pajjiżu ma’ Malta. Dawn (hawn taħt) huma l-erba’ paġni tad-Direttiva (NSDD 213) iffirmata mill-President Ronald Reagan fit-12 ta’ Frar, 1986. Din id-direttiva tiddefinixxi l-politika Amerikana lejn Malta li kienet qed toqrob dejjem aktar lejn il-Libja, il-blokk Sovjetiku u l-Korea ta’ Fuq. Fl-istess ħin il-Gvern Laburista kien miexi b’politika awtoritarja. Fid-direttiva Reagan jgħid li wieħed mill-objettivi kien li “jiskoraġġixxi l-assalt tal-Gvern (Malti) fuq l-istituzzjonijiet demokratiċi” waqt li jinkoraġġixxi appoġġ għall-Partit Nazzjonalista u għal dawk fl-MLP li kienu inklinati lejn id-demokrazija. Il-politika barranija tal-Labour kienet teħtieġ monitoraġġ kontinwu Amerikan u dan id-dokument hu wirja ċara ta’ sfiduċja fil-mod kif kien qed imexxi l-Labour. | [
"Bħal-lum 30 sena ilu – il-25 ta’ Novembru, 1987 – il-President tal-Istati Uniti Tal-Amerika, Ronald Reagan, ħareġ direttiva (NSDD289) biex iwaqqa’ direttiva oħra dwar Malta li kien ħareġ fi Frar tal-1986 (NSDD213).",
"Fl-ewwel direttiva ta’ Frar 1986, Reagan kien iddefinixxa x’kellha tkun il-politika tal-Gvern Amerikan dwar Malta invista ta’ dak li kien qed iseħħ f’pajjiżna taħt il-Gvern Laburista, kemm fil-politika barranija b’rabtiet mill-qrib mal-Libja u l-blokk Sovjetiku, kif ukoll fil-politika interna iddominata minn stil dejjem aktar awtoritarju u “l-assalt fuq l-istituzzjonijiet demokratiċi ta’ Malta”.",
"F’dik id-direttiva, Reagan kien ta struzzjonijiet biex l-Amministrazzjoni tiegħu tilqa’ u tirreaġixxi għat-tmexxija Laburista.",
"Fost l-oħrajn, Reagan kien inkoraġġixxa l-appoġġ għall-Partit Nazzjonalista u għal dawk li fl-MLP kienu juru tendenzi demokratiċi.",
"Fid-direttiva ta’ bħal-lum 30 ena ilu, Reagan jistqarr li ċ-ċirkustanzi f’Malta kienu nbidlu b’mod li kien jeħtieġ reviżjoni tal-politika Amerikana lejn pajjiżna kif kienet spjegata fid-direttiva ta’ Frar 1986.",
"Din it-tieni direttiva – kważi sentejn wara l-ewwel waħda – kienet riżultat tal-mod kif kien qed imexxi l-Partit Nazzjonalista fil-gvern wara li rebaħ l-elezzjoni ġenerali ta’ Mejju 1987, immexxi minn Eddie Fenech Adami.",
"Sitt xhur wara dik l-elezzjoni, il-President Reagan ħassu f’qagħda li seta’ jinnormalizza r-relazzjonijiet ta’ pajjiżu ma’ Malta.",
"Dawn (hawn taħt) huma l-erba’ paġni tad-Direttiva (NSDD 213) iffirmata mill-President Ronald Reagan fit-12 ta’ Frar, 1986.",
"Din id-direttiva tiddefinixxi l-politika Amerikana lejn Malta li kienet qed toqrob dejjem aktar lejn il-Libja, il-blokk Sovjetiku u l-Korea ta’ Fuq.",
"Fl-istess ħin il-Gvern Laburista kien miexi b’politika awtoritarja.",
"Fid-direttiva Reagan jgħid li wieħed mill-objettivi kien li “jiskoraġġixxi l-assalt tal-Gvern (Malti) fuq l-istituzzjonijiet demokratiċi” waqt li jinkoraġġixxi appoġġ għall-Partit Nazzjonalista u għal dawk fl-MLP li kienu inklinati lejn id-demokrazija.",
"Il-politika barranija tal-Labour kienet teħtieġ monitoraġġ kontinwu Amerikan u dan id-dokument hu wirja ċara ta’ sfiduċja fil-mod kif kien qed imexxi l-Labour."
] | 1netnews.com.mt
| 1,693 |
press, news | https://www.tvm.com.mt/mt/news/fl-eqqel-tal-pandemija-t-taqsima-tal-ajru-tal-afm-baqghet-ghaddejja-bl-istess-ritmu-ta-xoghol/ | Fl-eqqel tal-pandemija t-Taqsima tal-Ajru tal-FAM baqgħet għaddejja bl-istess ritmu ta' xogħol | Imtella' Novembru 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Novembru, 2020 10:14pm Mhix l-Air Malta, iżda tifforma parti mill-assi tal-pajjiż. B'kuntrast ma' operaturi oħra fl-industrija tal-avjazzjoni, sa mill-bidu tal-pandemija baqgħet għaddejja bl-istess ritmu ta' xogħol. It-Taqsima tal-Ajru tal-Forzi Armati; Suldati kwalifikati għal kull aspett tal-operat L-istat għandu bħal kumpanija żgħira tal-avjazzjoni attrezzata b'kollox: minn ajruplani u helikopters sa dak kollu meħtieġ biex issir il-manutenzjoni tagħhom. Din hi t-Taqsima tal-Ajru tal-Forzi Armati li għandha 155 suldat; bejn bdoti, tekniċi, nies li jwettqu s-salvataġġ u oħrajn bi rwoli ta' appoġġ fl-operat. L-armata investiet miljuni fit-taħriġ ta' dawn in-nies biex għandhom kwalifiċi għolja, daqs u aktar minn dawk li jaħdmu mal-privat. It-Taqsima tal-Ajru tal-Forzi Armati ta' Malta għandha suldati kwalifikati għal kull aspett tal-operat: minn bdoti biex itajjru l-flotta ta' erba' ajruplani u ħames helikopters għal oħrajn imħarrġa biex minn abbord iħaddmu tagħmir speċjalizzat għas-sorveljanza, iwettqu evakwazzjonijiet u missjonijiet ta' tiftix u salvataġġ. Apparti hekk, fil-bażi tat-taqsima għandek bħal kumpanija żgħira ffurmata minn inġiniera u tekniċi li jagħmlu x-xogħol kollu ta' manutenzjoni fuq l-ajruplani u l-ħelikopters. Fi kliem il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, il-Brigadier Jeffrey Curmi, dawn is-suldati huma kwalifikati bil-liċenzji tal-mestjier tagħhom riżultat ta' investiment qawwi mill-armata f'taħriġ speċjalizzat għalihom, kemm f'Malta kif ukoll barra. Spjega li xi snin ilu l-armata ħadet id-deċiżjoni li dawn is-suldati jkunu kwalifikati daqslikieku se jaħdmu mal-privat. "L-istandard tan-nies tagħna qed jogħla ħafna u t-tieni ħaġa hemm l-element ta' safety għall-bdoti u n-nies tagħna. Jien ikolli s-serħan il-moħħ li pilota tagħna ġie mħarreġ daqs kemm hu mħarreġ pilota ta' oqsma tal-ajru kummercjali. It-teknici tagħna l-istess." It-Taqsima tal-Ajru tal-Forzi Armati; "It-taħriġ ta' bdot ta' ħelikopter jiswa qrib il-€500,000 Spjega li mbagħad l-armata tagħtihom taħriġ aktar avvanzat għal xogħol militari u operattiv li t-Taqsima tal-Ajru fid-dover li twettaq. Dan kollu jiswa lill-pajjiż eluf kbar ta' Ewro. "Pilota ta' ħelikopter biex ab initio, mix-xejn inġibu jtajjar, mingħajr ma jagħmel ebda operazzjoi partikulari jiswieni kważi nofs miljun għal persuna waħda. Plus hekk imbagħad hemm it-type rating, hemm simulator training kull sena." Fl-isfond ta' dan l-investiment qawwi fir-riżorsa umana, ġiet emendata l-liġi biex min l-armata ħallsitlu jikseb kwalifiki ta' dan il-livell ikun obbligat jagħti servizz lill-pajjiż għal żmien stabbilit. "Illum il-ġurnata nista' nżomm persuna skont kemm jiswa l-isponsor li nkun tajtu sa 12-il sena fil-Forzi Armati ta' Malta." Wara sejħa interna, bħalissa hemm sitt suldati jitħarrġu l-Italja biex isiru bdoti ta' helikopters u sitta jitħarrġu f'Malta għal bdoti tal-ajruplani. L-investiment f'din it-taqsima hu wkoll fit-tagħmir. Sigurtà akbar waqt il-manutenzjoni – se jinbena hangar ieħor għall-ajruplani u l-ħelikopters Jekk imqar tekniku jinsa turnavit ma' magna ta' helikopter waqt xogħol ta' manutenzjoni, il-konsegwenzi jistgħu ikunu traġiċi. Fost l-aħħar kisbiet li jżidu s-sigurtà fix-xogħol hu unit għall-għodda, li b'sistema kompjuterizzata jżomm nota ta' min mit-tekniċi ħa xi ħaġa u ntradditx lura. It-taqsima tal-ajru ntant qed tħejji biex jibda l-bini tat-tielet hangar biex ikollha spazju aħjar għall-flotta kollha. Hangar tal-militar jiswa ħafna aktar minn ta' kumpaniji privati billi l-ajruplani u l-ħelikopters ikunu garaxxjati mimlija bil-fjuwil lesti biex itiru fl-anqas ħin possibbli. Dan jitlob investiment akbar f'sistemi ta' sigurtà u kontra nirien. Nota: Il-filmati ttieħdu qabel daħlu fis-seħħ l-aħħar miżuri tal-COVID-19. | [
"Imtella' Novembru 12, 2020 - Aġġornata 12 Ta' Novembru, 2020 10:14pm",
"Mhix l-Air Malta, iżda tifforma parti mill-assi tal-pajjiż.",
"B'kuntrast ma' operaturi oħra fl-industrija tal-avjazzjoni, sa mill-bidu tal-pandemija baqgħet għaddejja bl-istess ritmu ta' xogħol.",
"It-Taqsima tal-Ajru tal-Forzi Armati; Suldati kwalifikati għal kull aspett tal-operat",
"L-istat għandu bħal kumpanija żgħira tal-avjazzjoni attrezzata b'kollox: minn ajruplani u helikopters sa dak kollu meħtieġ biex issir il-manutenzjoni tagħhom.",
"Din hi t-Taqsima tal-Ajru tal-Forzi Armati li għandha 155 suldat; bejn bdoti, tekniċi, nies li jwettqu s-salvataġġ u oħrajn bi rwoli ta' appoġġ fl-operat.",
"L-armata investiet miljuni fit-taħriġ ta' dawn in-nies biex għandhom kwalifiċi għolja, daqs u aktar minn dawk li jaħdmu mal-privat.",
"It-Taqsima tal-Ajru tal-Forzi Armati ta' Malta għandha suldati kwalifikati għal kull aspett tal-operat: minn bdoti biex itajjru l-flotta ta' erba' ajruplani u ħames helikopters għal oħrajn imħarrġa biex minn abbord iħaddmu tagħmir speċjalizzat għas-sorveljanza, iwettqu evakwazzjonijiet u missjonijiet ta' tiftix u salvataġġ.",
"Apparti hekk, fil-bażi tat-taqsima għandek bħal kumpanija żgħira ffurmata minn inġiniera u tekniċi li jagħmlu x-xogħol kollu ta' manutenzjoni fuq l-ajruplani u l-ħelikopters.",
"Fi kliem il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, il-Brigadier Jeffrey Curmi, dawn is-suldati huma kwalifikati bil-liċenzji tal-mestjier tagħhom riżultat ta' investiment qawwi mill-armata f'taħriġ speċjalizzat għalihom, kemm f'Malta kif ukoll barra.",
"Spjega li xi snin ilu l-armata ħadet id-deċiżjoni li dawn is-suldati jkunu kwalifikati daqslikieku se jaħdmu mal-privat.",
"\"L-istandard tan-nies tagħna qed jogħla ħafna u t-tieni ħaġa hemm l-element ta' safety għall-bdoti u n-nies tagħna.",
"Jien ikolli s-serħan il-moħħ li pilota tagħna ġie mħarreġ daqs kemm hu mħarreġ pilota ta' oqsma tal-ajru kummercjali.",
"It-teknici tagħna l-istess.\"",
"It-Taqsima tal-Ajru tal-Forzi Armati; \"It-taħriġ ta' bdot ta' ħelikopter jiswa qrib il-€500,000",
"Spjega li mbagħad l-armata tagħtihom taħriġ aktar avvanzat għal xogħol militari u operattiv li t-Taqsima tal-Ajru fid-dover li twettaq.",
"Dan kollu jiswa lill-pajjiż eluf kbar ta' Ewro.",
"\"Pilota ta' ħelikopter biex ab initio, mix-xejn inġibu jtajjar, mingħajr ma jagħmel ebda operazzjoi partikulari jiswieni kważi nofs miljun għal persuna waħda.",
"Plus hekk imbagħad hemm it-type rating, hemm simulator training kull sena.\"",
"Fl-isfond ta' dan l-investiment qawwi fir-riżorsa umana, ġiet emendata l-liġi biex min l-armata ħallsitlu jikseb kwalifiki ta' dan il-livell ikun obbligat jagħti servizz lill-pajjiż għal żmien stabbilit.",
"\"Illum il-ġurnata nista' nżomm persuna skont kemm jiswa l-isponsor li nkun tajtu sa 12-il sena fil-Forzi Armati ta' Malta.\"",
"Wara sejħa interna, bħalissa hemm sitt suldati jitħarrġu l-Italja biex isiru bdoti ta' helikopters u sitta jitħarrġu f'Malta għal bdoti tal-ajruplani.",
"L-investiment f'din it-taqsima hu wkoll fit-tagħmir.",
"Sigurtà akbar waqt il-manutenzjoni – se jinbena hangar ieħor għall-ajruplani u l-ħelikopters",
"Jekk imqar tekniku jinsa turnavit ma' magna ta' helikopter waqt xogħol ta' manutenzjoni, il-konsegwenzi jistgħu ikunu traġiċi.",
"Fost l-aħħar kisbiet li jżidu s-sigurtà fix-xogħol hu unit għall-għodda, li b'sistema kompjuterizzata jżomm nota ta' min mit-tekniċi ħa xi ħaġa u ntradditx lura.",
"It-taqsima tal-ajru ntant qed tħejji biex jibda l-bini tat-tielet hangar biex ikollha spazju aħjar għall-flotta kollha.",
"Hangar tal-militar jiswa ħafna aktar minn ta' kumpaniji privati billi l-ajruplani u l-ħelikopters ikunu garaxxjati mimlija bil-fjuwil lesti biex itiru fl-anqas ħin possibbli.",
"Dan jitlob investiment akbar f'sistemi ta' sigurtà u kontra nirien.",
"Nota: Il-filmati ttieħdu qabel daħlu fis-seħħ l-aħħar miżuri tal-COVID-19."
] | 7www.tvm.com.mt
| 39,551 |
Issa | https://www.gwida.mt/mt/fic-cina-hemm-sinjali-li-juru-li-l-virus-tal-covid-19-qed-jibdel-il-karatteristici-tieghu | Fiċ-Ċina Hemm Sinjali Li Juru Li L-Virus Tal-Covid-19 Qed Jibdel Il-Karatteristiċi Tiegħu | F'ċertu partijiet fiċ-Ċina, il-virus tal-Covid-19 reġa' feġġ u din id-darba jidher li l-virus qed juri karatteristiċi kemxejn differenti, fost l-oħrajn innotaw li l-pazjenti fi cluster ġdid qed jieħdu aktar żmien biex juru sintomi ta' dan il-virus u wkoll qed jieħdu aktar żmien sabiex jirkupraw minnu. S'issa tista' tgħid li ħafna pazjenti li ma kellhomx kumplikazzjonijiet bdew jirkupraw fi żmien ġimgħa jew tnejn. Il-fatt li qed jinbidlu dawn il-karatteristiċi b'modi mhux magħrufa, qed jikkomplika l-isforzi sabiex isibu tarf tiegħu. Minħabba li l-bidu tas-sintomi qed idumu ma jidhru qed jagħmilha aktar diffiċli għall-awtoritajiet biex jaqbdu każijiet qabel ma jinfirxu. Infatti qed ikollhom numru ta' każijiet ġewwa l-istess familji. Ix-xjentisti għadhom ma fehmux kompletament jekk il-virus hux qed jinbidel b'modi sinifikanti jew jekk id-differenzi li qed jaraw it-tobba Ċiniżi jistgħux ikunu dovuti għall-fatt li huma kapaċi josservaw il-pazjenti aktar bir-reqqa minn qabel meta l-pandemija laqtgħet liċ-Ċina bi kbir. L-istudji jkompli għaddejjin sabiex jiskorpu aktar u aktar dwar dan il-virus. | [
"F'ċertu partijiet fiċ-Ċina, il-virus tal-Covid-19 reġa' feġġ u din id-darba jidher li l-virus qed juri karatteristiċi kemxejn differenti, fost l-oħrajn innotaw li l-pazjenti fi cluster ġdid qed jieħdu aktar żmien biex juru sintomi ta' dan il-virus u wkoll qed jieħdu aktar żmien sabiex jirkupraw minnu.",
"S'issa tista' tgħid li ħafna pazjenti li ma kellhomx kumplikazzjonijiet bdew jirkupraw fi żmien ġimgħa jew tnejn.",
"Il-fatt li qed jinbidlu dawn il-karatteristiċi b'modi mhux magħrufa, qed jikkomplika l-isforzi sabiex isibu tarf tiegħu.",
"Minħabba li l-bidu tas-sintomi qed idumu ma jidhru qed jagħmilha aktar diffiċli għall-awtoritajiet biex jaqbdu każijiet qabel ma jinfirxu.",
"Infatti qed ikollhom numru ta' każijiet ġewwa l-istess familji.",
"Ix-xjentisti għadhom ma fehmux kompletament jekk il-virus hux qed jinbidel b'modi sinifikanti jew jekk id-differenzi li qed jaraw it-tobba Ċiniżi jistgħux ikunu dovuti għall-fatt li huma kapaċi josservaw il-pazjenti aktar bir-reqqa minn qabel meta l-pandemija laqtgħet liċ-Ċina bi kbir.",
"L-istudji jkompli għaddejjin sabiex jiskorpu aktar u aktar dwar dan il-virus."
] | 5www.gwida.mt
| 44,656 |
press, news, Coronavirus, , •, , Lokali | https://netnews.com.mt/2020/10/27/ragel-ta-70-sena-hu-l-54-vittma-tal-covid/ | Raġel ta' 70 sena hu l-54 vittma tal-COVID | Id-disa' vittma f'temp ta' ġimgħa Raġel ta' 70 sena huwa l-54 vittma tal-Covid-19 f'pajjiżna. Ir-raġel iddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta' Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa' jingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ. Għal darb'oħra l-Ministeru tas-Saħħa qal li l-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor. | [
"Id-disa' vittma f'temp ta' ġimgħa",
"Raġel ta' 70 sena huwa l-54 vittma tal-Covid-19 f'pajjiżna.",
"Ir-raġel iddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta' Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess.",
"Huwa baqa' jingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ.",
"Għal darb'oħra l-Ministeru tas-Saħħa qal li l-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor."
] | 1netnews.com.mt
| 8,295 |
news, press | https://netnews.com.mt/2017/11/29/edward-scicluna-u-michael-farrugia-jichdu-li-ndahlu-fl-investigazzjonijiet-tal-pulizija-joe-mizzi-ma-jwegibx/ | Edward Scicluna u Michael Farrugia jiċħdu li ndaħlu fl-investigazzjonijiet tal-pulizija…Joe Mizzi jweġieb fl-aħħar u bil-mikrofonu mitfi | Il-Ministru tal-Finanzi Edwrad Scicluna u l-Ministru tal-Intern Michael Farrugia ngħaqdu mal-Ministri Owen Bonnici, Josè Herrera, Evarist Bartolo u Chris Cardona u ċaħdu li ndaħlu fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’każi li kien qed jinvestiga l-ex uffiċjal tal-pulizija Jonathan Ferris. Min-naħa tiegħu l-Ministru Joe Mizzi wieġeb biss fl-aħħar ta’ sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari u interventi oħra u ċaħad li ndaħal jew li l-Ministru Konrad Mizzi kinx kellmu dwar dawn l-investigazzjonijiet. Dan sar meta l-Ministru Mizzi kellu l-mikrofonu mitfi. Kienu d-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Ryan Callus li staqsew lill-Ministru Mizzi dwar l-indħil li semma Jonathan Ferris. Beppe Fenech Adami staqsa wkoll jekk il-Ministru Konrad Mizzi informahx jekk kinx hu li kien involut fl-indħil li semma Jonathan Ferris. Il-Ministru Mizzi ma weġibx il-mistoqsijiet parlamentari diretti u qal li hu għandu espejenza negattiva dwar il-pulizija fi żmien il-Gvern Nazzjonalista. Hu sostna li d-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami m’għandux ikejjel b’xibru u insista li hu mhux se jwieġeb mistoqsijiet li għandhom skopjiet oħra. Joe Mizzi sostna li hu dejjem ħaddem kontra l-korruzzjoni. Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li dment li l-Ministru Mizzi qed jitkellem kontra l-korruzzjoni, allura għandu jwieġeb jekk kinx hu l-ministru li ndaħal fl-investigazzjonijiet. Il-Ministru Mizzi ma weġibx lid-deputat Nazzjonalista Ryan Callus li nsista li n-nuqqas ta’ tweġibiet mill-Ministru Mizzi juru li hu kien il-Ministru Mizzi li ndaħal fl-investigazzjonijiet. Fit-tweġiba tiegħu l-Ministrru Michael Farrugia qal li hu ma ndħalax fl-investigazzjonijiet. | [
"Il-Ministru tal-Finanzi Edwrad Scicluna u l-Ministru tal-Intern Michael Farrugia ngħaqdu mal-Ministri Owen Bonnici, Josè Herrera, Evarist Bartolo u Chris Cardona u ċaħdu li ndaħlu fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’każi li kien qed jinvestiga l-ex uffiċjal tal-pulizija Jonathan Ferris.",
"Min-naħa tiegħu l-Ministru Joe Mizzi wieġeb biss fl-aħħar ta’ sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari u interventi oħra u ċaħad li ndaħal jew li l-Ministru Konrad Mizzi kinx kellmu dwar dawn l-investigazzjonijiet.",
"Dan sar meta l-Ministru Mizzi kellu l-mikrofonu mitfi.",
"Kienu d-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Ryan Callus li staqsew lill-Ministru Mizzi dwar l-indħil li semma Jonathan Ferris.",
"Beppe Fenech Adami staqsa wkoll jekk il-Ministru Konrad Mizzi informahx jekk kinx hu li kien involut fl-indħil li semma Jonathan Ferris.",
"Il-Ministru Mizzi ma weġibx il-mistoqsijiet parlamentari diretti u qal li hu għandu espejenza negattiva dwar il-pulizija fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.",
"Hu sostna li d-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami m’għandux ikejjel b’xibru u insista li hu mhux se jwieġeb mistoqsijiet li għandhom skopjiet oħra.",
"Joe Mizzi sostna li hu dejjem ħaddem kontra l-korruzzjoni.",
"Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li dment li l-Ministru Mizzi qed jitkellem kontra l-korruzzjoni, allura għandu jwieġeb jekk kinx hu l-ministru li ndaħal fl-investigazzjonijiet.",
"Il-Ministru Mizzi ma weġibx lid-deputat Nazzjonalista Ryan Callus li nsista li n-nuqqas ta’ tweġibiet mill-Ministru Mizzi juru li hu kien il-Ministru Mizzi li ndaħal fl-investigazzjonijiet.",
"Fit-tweġiba tiegħu l-Ministrru Michael Farrugia qal li hu ma ndħalax fl-investigazzjonijiet."
] | 1netnews.com.mt
| 241 |
news, press | https://inewsmalta.com/2020/05/aldair-kont-naf-li-totti-kien-se-jkun-player-kbir/ | Aldair: Kont naf li Totti kien se jkun player kbir | Il-player leġġendarju ta’ Roma, Aldair, tkellem fuq iż-żmien li qatta’ mat-team mill-belt kapitali Taljana u fuq kollox dwar personaġġ ieħor li huwa simbolu ta’ Ruma, jiġifieri Francesco Totti. Aldair, li lagħab mal-Giallorossi bejn l-1990 u l-2003, deher 436 darba fejn sab il-ħin jiskorja wkoll 20 goal. Hu kellu x-xorti jilbes ukoll il-faxxa ta’ captain għal diversi snin filwaqt li mexxa b’mod impekkabbli d-dipartiment difensiv. Aldair qal li f’mument minnhom huwa xtaq jgħaddi l-faxxa ta’ captain lil Francesco Totti li dak iż-żmien kien għadu żagħżugħ u li diġá kellu awtoritá kbira fir-rwol li kien jokkupa. L-eks player Brażiljan li llum il-ġurnata għandu 54 sena sostna li kien jaf li Totti kien se jkollu futur mill-isbaħ ma’ Roma u kien għalhekk li ċedilu din il-faxxa tant importanti. Huwa fisser kemm kien kuntent meta flimkien ma’ Totti rebħu l-kampjonat fis-sena 2001 wara staġun brillanti u li ċ-ċelebrazzjoni damu għaddejjin għal xi tliet ġimgħat. | [
"Il-player leġġendarju ta’ Roma, Aldair, tkellem fuq iż-żmien li qatta’ mat-team mill-belt kapitali Taljana u fuq kollox dwar personaġġ ieħor li huwa simbolu ta’ Ruma, jiġifieri Francesco Totti.",
"Aldair, li lagħab mal-Giallorossi bejn l-1990 u l-2003, deher 436 darba fejn sab il-ħin jiskorja wkoll 20 goal.",
"Hu kellu x-xorti jilbes ukoll il-faxxa ta’ captain għal diversi snin filwaqt li mexxa b’mod impekkabbli d-dipartiment difensiv.",
"Aldair qal li f’mument minnhom huwa xtaq jgħaddi l-faxxa ta’ captain lil Francesco Totti li dak iż-żmien kien għadu żagħżugħ u li diġá kellu awtoritá kbira fir-rwol li kien jokkupa.",
"L-eks player Brażiljan li llum il-ġurnata għandu 54 sena sostna li kien jaf li Totti kien se jkollu futur mill-isbaħ ma’ Roma u kien għalhekk li ċedilu din il-faxxa tant importanti.",
"Huwa fisser kemm kien kuntent meta flimkien ma’ Totti rebħu l-kampjonat fis-sena 2001 wara staġun brillanti u li ċ-ċelebrazzjoni damu għaddejjin għal xi tliet ġimgħat."
] | 0inewsmalta.com
| 20,756 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/jinqatghu-be3-miljun-fbeneficcji-socjali-lil-dawk-li-ma-kienx-haqqhom/ | Jinqatgħu b’€3 miljun f’benefiċċji soċjali lil dawk li ma kienx ħaqqhom | Il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia qal li terz tal-popolazzjoni, b’mod jew ieħor qed tieħu benefiċċju soċjali. F’laqgħa oħra ta’ konsultazzjoni fis-sensiela “Gvern li Jisma'” fil-Belt, Dr Farrugia qal li din is-sena nqatgħu €3 miljun f’benefiċċji mingħand persuni li ma baqgħux jingħataw il-beneffiċċji għax ma kienx ħaqqhom. Dr Farrugia tkellem dwar il-Housing Estate tal-Imtarfa, fejn qal li kien hemm bosta problemi strutturali, fost oħrajn fit-travi u l-pillastri tal-basement. Qal li l-konkos seta’ jinqala’ faċilment, tant li l-esperti esprimew tħassib serju u ttieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikun evitat il-periklu għal madwar 120 familja li jgħixu hemmhekk. Qal li hemm ftehim li mis-Sibt li ġej se jibdew investigazzjonijiet aktar dettaljati u se jitteħdu tal-inqas 25 kampjun għat-testijiet barra minn Malta. Spjega li sa nofs Jannar il-Gvern se jkollu r-rapporti biex jieħu l-passi kollha neċessarji biex jekk hemm xi periklu jitneħħa b’mod immedjat. Dr Farrugia qal li l-ġimgħa d-dieħla se jkollu aktar laqgħat dwar ir-riforma tal-pensjonijiet, bit-tama li fil-bidu tas-sena din ir-riforma tkun diskussa kemm fil-Kabinett u fil-pubbliku. Huwa qal li l-Gvern qed jikkonkludi r-rapport biex il-pensjoni minima nazzjonali tkun 60 fil mija tad-dħul medju tal-impjegati. Is-Segretarju Parlamentari għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità u anzjanita’ attiva, Justyne Caruana tkellmet fuq il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u l-kunċett ta’ djar żgħar fil-komunità. Qalet li beda x-xogħol fuq l-ewwel dar fis-Siġġiewi u ħarġet espressjoni ta’ interess għall-ewwel dar għal persuni b’ diżabilità f’Għawdex. Qalet li dawn id-djar se jkollhom standards għoljin, bil-mira ambizzjuża li jkun hawn għaxar djar residenzjali għal persuni b’diżabilità. Dr Caruana semmiet ir-rwol attiv tal-persuni b’diżabilità fil-komunità qalet li b’liġi fl-awtoritajiet importanti ta’ Malta se jkun hemm membru b’diżabilità li se jwassal l-aġenda tal-persuni b’diżabilita fil-post fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. | [
"Il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia qal li terz tal-popolazzjoni, b’mod jew ieħor qed tieħu benefiċċju soċjali.",
"F’laqgħa oħra ta’ konsultazzjoni fis-sensiela “Gvern li Jisma'” fil-Belt, Dr Farrugia qal li din is-sena nqatgħu €3 miljun f’benefiċċji mingħand persuni li ma baqgħux jingħataw il-beneffiċċji għax ma kienx ħaqqhom.",
"Dr Farrugia tkellem dwar il-Housing Estate tal-Imtarfa, fejn qal li kien hemm bosta problemi strutturali, fost oħrajn fit-travi u l-pillastri tal-basement. Qal li l-konkos seta’ jinqala’ faċilment, tant li l-esperti esprimew tħassib serju u ttieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikun evitat il-periklu għal madwar 120 familja li jgħixu hemmhekk. Qal li hemm ftehim li mis-Sibt li ġej se jibdew investigazzjonijiet aktar dettaljati u se jitteħdu tal-inqas 25 kampjun għat-testijiet barra minn Malta.",
"Spjega li sa nofs Jannar il-Gvern se jkollu r-rapporti biex jieħu l-passi kollha neċessarji biex jekk hemm xi periklu jitneħħa b’mod immedjat.",
"Dr Farrugia qal li l-ġimgħa d-dieħla se jkollu aktar laqgħat dwar ir-riforma tal-pensjonijiet, bit-tama li fil-bidu tas-sena din ir-riforma tkun diskussa kemm fil-Kabinett u fil-pubbliku.",
"Huwa qal li l-Gvern qed jikkonkludi r-rapport biex il-pensjoni minima nazzjonali tkun 60 fil mija tad-dħul medju tal-impjegati.",
"Is-Segretarju Parlamentari għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità u anzjanita’ attiva, Justyne Caruana tkellmet fuq il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u l-kunċett ta’ djar żgħar fil-komunità.",
"Qalet li beda x-xogħol fuq l-ewwel dar fis-Siġġiewi u ħarġet espressjoni ta’ interess għall-ewwel dar għal persuni b’ diżabilità f’Għawdex. Qalet li dawn id-djar se jkollhom standards għoljin, bil-mira ambizzjuża li jkun hawn għaxar djar residenzjali għal persuni b’diżabilità.",
"Dr Caruana semmiet ir-rwol attiv tal-persuni b’diżabilità fil-komunità qalet li b’liġi fl-awtoritajiet importanti ta’ Malta se jkun hemm membru b’diżabilità li se jwassal l-aġenda tal-persuni b’diżabilita fil-post fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet."
] | 7www.tvm.com.mt
| 35,709 |
news, press | https://netnews.com.mt/2017/03/26/krizi-fidentity-malta-25-ta-kampjun-ghandhom-aktar-minn-id-card-wahda/ | KRIŻI F’IDENTITY MALTA: 25% ta’ kampjun għandhom aktar minn ID Card waħda | The Malta Independent on Sunday żvelat li f’kampjun ta’ 300 persuna, 80 minnhom għandhom aktar minn karta tal-identità waħda. Kien il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li aktar kmieni din il-ġimgħa fil-Parlament għamel referenza għal din il-kriżi fejn żvela li hemm individwi li ngħataw aktar minn karta tal-identità waħda, b’isem uħud minnhom jidher imniżżel aktar minn darba fir-reġistru elettorali. Jirriżulta, skont The Malta Independent, li Identity Malta – l-aġenzija li ħoloq Joseph Muscat malli laħaq Prim Ministru – qed tara s-sistema tal-ID Cards tfalli, sena waħda biss qabel l-elezzjoni ġenerali. Il-gazzetta tagħmel referenza għal rapport intern li jindika li minn kampjun ta’ 300 persuna fuq ir-reġistru tal-karti tal-identità, instab li 80 minnhom għandhom aktar minn karta tal-identità waħda, waqt li hemm 5 persuni li saħansitra għandhom 3 karti tal-identità. Dawn tal-aħħar huma individwi mill-Eġittu, t-Tuneżija, u l-Awstralja. Dalgħodu ġie żvelat ukoll li l-problema tant kemm hi kbira li kellha tissejjaħ inkjesta interna li stabbiliet li l-uniku mod kif tiġi identifikata kemm din il-kriżi hi kbira hi li jitqabblu r-ritratti kollha tan-nies kollha li għandhom karti tal-identità, li jammontaw għal madwar nofs miljun. Fil-fatt, skont The Malta Independent, dak li rrefera għalih Beppe Fenech Adami fil-Parlament hu farka żgħira tal-kriżi kbira u l-kollass li hemm f’Identity Malta. Tant hu hekk, li l-Kap Eżekuttiv ta’ Identity Malta Joe Vella Bonnici, li hu wkoll eks kandidat tal-Partit Laburista, jinsab imħasseb ħafna bis-sitwazzjoni, u kien għalhekk li ssejħet din l-investigazzjoni interna. Kien għalhekk li ftit tal-ġimgħat ilu ttieħed kampjun ta’ 300 persuna biex jiġi stabbilit kemm hi kbira din il-kriża, u rriżulta li kwart ta’ dawn il-persuni għandhom aktar minn karta tal-identità waħda. Nhar il-Ħamis filgħaxija, l-Prim Ministru ġie mistoqsi mill-ġurnalist ta’ netnews.com.mt dwar x’passi se jieħu wara dak li żvela Beppe Fenech Adami fil-Parlament, iżda l-Prim Ministru, flok qal li se jieħu azzjoni, qal li Identity Malta għandha taġixxi hi. | [
"The Malta Independent on Sunday żvelat li f’kampjun ta’ 300 persuna, 80 minnhom għandhom aktar minn karta tal-identità waħda.",
"Kien il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li aktar kmieni din il-ġimgħa fil-Parlament għamel referenza għal din il-kriżi fejn żvela li hemm individwi li ngħataw aktar minn karta tal-identità waħda, b’isem uħud minnhom jidher imniżżel aktar minn darba fir-reġistru elettorali.",
"Jirriżulta, skont The Malta Independent, li Identity Malta – l-aġenzija li ħoloq Joseph Muscat malli laħaq Prim Ministru – qed tara s-sistema tal-ID Cards tfalli, sena waħda biss qabel l-elezzjoni ġenerali.",
"Il-gazzetta tagħmel referenza għal rapport intern li jindika li minn kampjun ta’ 300 persuna fuq ir-reġistru tal-karti tal-identità, instab li 80 minnhom għandhom aktar minn karta tal-identità waħda, waqt li hemm 5 persuni li saħansitra għandhom 3 karti tal-identità.",
"Dawn tal-aħħar huma individwi mill-Eġittu, t-Tuneżija, u l-Awstralja.",
"Dalgħodu ġie żvelat ukoll li l-problema tant kemm hi kbira li kellha tissejjaħ inkjesta interna li stabbiliet li l-uniku mod kif tiġi identifikata kemm din il-kriżi hi kbira hi li jitqabblu r-ritratti kollha tan-nies kollha li għandhom karti tal-identità, li jammontaw għal madwar nofs miljun.",
"Fil-fatt, skont The Malta Independent, dak li rrefera għalih Beppe Fenech Adami fil-Parlament hu farka żgħira tal-kriżi kbira u l-kollass li hemm f’Identity Malta.",
"Tant hu hekk, li l-Kap Eżekuttiv ta’ Identity Malta Joe Vella Bonnici, li hu wkoll eks kandidat tal-Partit Laburista, jinsab imħasseb ħafna bis-sitwazzjoni, u kien għalhekk li ssejħet din l-investigazzjoni interna.",
"Kien għalhekk li ftit tal-ġimgħat ilu ttieħed kampjun ta’ 300 persuna biex jiġi stabbilit kemm hi kbira din il-kriża, u rriżulta li kwart ta’ dawn il-persuni għandhom aktar minn karta tal-identità waħda.",
"Nhar il-Ħamis filgħaxija, l-Prim Ministru ġie mistoqsi mill-ġurnalist ta’ netnews.com.mt dwar x’passi se jieħu wara dak li żvela Beppe Fenech Adami fil-Parlament, iżda l-Prim Ministru, flok qal li se jieħu azzjoni, qal li Identity Malta għandha taġixxi hi."
] | 1netnews.com.mt
| 4,951 |
press, news, Aħbarijiet | https://newsbook.com.mt/tomorrow-illejla/ | Aġġornata: Id-Danimarka tirbaħ il-Eurovision 2013. Malta fit-8 post! | Il-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision song contest 2013 hi "Only Teardrops" kantata minn Emmelie de Forest tad-Danimarka. Din kisbet 281 vot. L-avveniment annwali tant mistenni, beda fid-9pm. Il-kantant Malti Gianluca Bezzina qata' figura tajba ħafna, meta bil-kapaċitajiet u bit-tbissima partikolari tiegħu li serqet il-qalb ta' ħafna, kanta fid-disa' post minn 26 u rnexxielu jwassal lil Malta fit-tmien post fis-serata finali tal-lejla, pożizzjoni li ħarġet lil Malta wiċċha 'l fuq. F'ħafna ħinijiet waqt il-votazzjoni Malta saħansitra żammet il-kolp fil-ħames post. Min-naħa tagħna nawguraw lil Gianluca għas-suċċess li kiseb għal Malta, wara numru ta' snin li fihom Malta kienet diżappuntata għall-fatt li ma rnexxielix tiġi minn ta' quddiem fis-serata finali. Il-voti li ġabret Malta llejla kienu jammontaw għal 120 u waslu hekk: San Marino -10; Olanda – 8; Ingilterra – 7; Ukrajna – 2; Ungerija – 8; Rumanija – 5; Azerbaijan – 8; Norveġja – 10; Armenja – 6; Italja – 10; Spanja -1; Belarus – 7; Latvja – 5; Estonja – 5; Ġermanja – 5; Iżlanda– 5; Franza – 2; Greċja – 3; Danimarka – 4; Georgia – 3; Maċedonja – 3; Ċipru – 3; Litwanja – 4. Permezz tal-voti tagħha, Malta tat 8 punti lill-Italja, 10 punti lill-Ukrajna u 12-il punt lill-Azerbaijan. Iktar kmieni: Irrispettivament minn x'kellu jkun l-eżitu tal-lejla, l-ispirtu ta' Gianluca Bezzina u l-band tiegħu kien wieħed entużjast. F'kummenti pubbliċi wara nofsinhar, huwa qal li hu u l-band kienu se jfittxu li jieħdu gost ikantaw u ma jħallux il-pressjoni tagħmel bihom. Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt. | [
"Il-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision song contest 2013 hi \"Only Teardrops\" kantata minn Emmelie de Forest tad-Danimarka.",
"Din kisbet 281 vot.",
"L-avveniment annwali tant mistenni, beda fid-9pm.",
"Il-kantant Malti Gianluca Bezzina qata' figura tajba ħafna, meta bil-kapaċitajiet u bit-tbissima partikolari tiegħu li serqet il-qalb ta' ħafna, kanta fid-disa' post minn 26 u rnexxielu jwassal lil Malta fit-tmien post fis-serata finali tal-lejla, pożizzjoni li ħarġet lil Malta wiċċha 'l fuq.",
"F'ħafna ħinijiet waqt il-votazzjoni Malta saħansitra żammet il-kolp fil-ħames post. Min-naħa tagħna nawguraw lil Gianluca għas-suċċess li kiseb għal Malta, wara numru ta' snin li fihom Malta kienet diżappuntata għall-fatt li ma rnexxielix tiġi minn ta' quddiem fis-serata finali.",
"Il-voti li ġabret Malta llejla kienu jammontaw għal 120 u waslu hekk: San Marino -10; Olanda – 8; Ingilterra – 7; Ukrajna – 2; Ungerija – 8; Rumanija – 5; Azerbaijan – 8; Norveġja – 10; Armenja – 6; Italja – 10; Spanja -1; Belarus – 7; Latvja – 5; Estonja – 5; Ġermanja – 5; Iżlanda– 5; Franza – 2; Greċja – 3; Danimarka – 4; Georgia – 3; Maċedonja – 3; Ċipru – 3; Litwanja – 4.",
"Permezz tal-voti tagħha, Malta tat 8 punti lill-Italja, 10 punti lill-Ukrajna u 12-il punt lill-Azerbaijan.",
"Iktar kmieni: Irrispettivament minn x'kellu jkun l-eżitu tal-lejla, l-ispirtu ta' Gianluca Bezzina u l-band tiegħu kien wieħed entużjast.",
"F'kummenti pubbliċi wara nofsinhar, huwa qal li hu u l-band kienu se jfittxu li jieħdu gost ikantaw u ma jħallux il-pressjoni tagħmel bihom.",
"Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt."
] | 2newsbook.com.mt
| 6,794 |
press, news, Coronavirus, , •, , Lokali | https://netnews.com.mt/2020/08/08/swabbing-centres-fhal-qormi-u-burmarrad/ | Swabbing Centres f'Ħal Qormi u Burmarrad | Fearne jappella għall-kawtela mill-pubbliku Meta kien intervistat fuq Newsbook, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne stqarr illi l-avvenimenti tal-massa ikkumplikaw is-sitwazzjoni tal-pandemija f'pajjiżna. Ma' dan, hemm il-problema tas- swabbing , ghaliex it-testijiet qed idumu biex isiru. Il-Ministru tas-Sahha ammetta li t-tieni mewġa ġiet fuqna xahar qabel minn dak li kien mistenni. Iżda fl-ebda ħin ma qal jekk il-Gvern hux lest jiddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika. Fl-istess intervista, Fearne ħabbar li ċ-ċentri l-ġodda tat- testing se jkunu f'Ħal Qormi u f'Burmarrad. | [
"Fearne jappella għall-kawtela mill-pubbliku",
"Meta kien intervistat fuq Newsbook, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne stqarr illi l-avvenimenti tal-massa ikkumplikaw is-sitwazzjoni tal-pandemija f'pajjiżna.",
"Ma' dan, hemm il-problema tas- swabbing , ghaliex it-testijiet qed idumu biex isiru.",
"Il-Ministru tas-Sahha ammetta li t-tieni mewġa ġiet fuqna xahar qabel minn dak li kien mistenni.",
"Iżda fl-ebda ħin ma qal jekk il-Gvern hux lest jiddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika.",
"Fl-istess intervista, Fearne ħabbar li ċ-ċentri l-ġodda tat- testing se jkunu f'Ħal Qormi u f'Burmarrad."
] | 1netnews.com.mt
| 3,044 |
press, news, 103 Malta's Heart | https://newsbook.com.mt/awdjo-bhal-lum-kien-hareg-il-film-midnight-express/ | Awdjo: Bħal-lum kien ħareġ il-film Midnight Express | Bħal-lum fl-1978 kien ħareġ għall-wiri l-film Midnight Express, li kien inħadem is-sena ta' qabel f'Malta, bil-parteċipazzjoni ta' diversi Maltin u anki l-lingwa Maltija. Is-soundtrack ta' dan il-film, kompożizzjoni ta' Giorgio Moroder, kważi jista' jingħad li għamel aktar suċċess mil-film innifsu. Midnight Express 1 minn 3 Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija. | [
"Bħal-lum fl-1978 kien ħareġ għall-wiri l-film Midnight Express, li kien inħadem is-sena ta' qabel f'Malta, bil-parteċipazzjoni ta' diversi Maltin u anki l-lingwa Maltija.",
"Is-soundtrack ta' dan il-film, kompożizzjoni ta' Giorgio Moroder, kważi jista' jingħad li għamel aktar suċċess mil-film innifsu.",
"Midnight Express 1 minn 3",
"Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija."
] | 2newsbook.com.mt
| 41,130 |
news, press | https://netnews.com.mt/2017/02/22/aktar-studenti-inqas-barrieri-il-partit-nazzjonalista/ | “Aktar studenti, inqas barrieri” – Il-Partit Nazzjonalista | “L-Università ta’ Malta għandha tipprovdi aktar lill-istudenti u tiżgura li jkun hemm inqas barrieri bejnhom sabiex ikompli jistudjaw l-Università.” Dan qaluh ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u l-Impjieg, Therese Comodini Cachia u l-kelliem għall-edukazzjoni, George Pullicino f’isem il-Partit Nazzjonalista, b’referenza għall-aħbar li wħud mill-istudenti kellhom jibdew jitħarrġu f’kors ġdid tal-lingwa Ingliża. Din l-aħbar ma tantx niżlet tajba mal-istudenti universitarji, b’hekk saru diversi laqgħat mar-Rettur tal-Università u kif ukoll mal-Kunsill Studenti Universitarji. Wara dawn il-laqgħat, il-Partit Nazzjonalista ħareġ il-pożizzjoni tiegħu dwar din il-kwistjoni. Il-partit qal li filwaqt li japprezza l-inizjattiva li ttieħdet mill-Università ta’ Malta biex tiżgura li l-istudenti jkollhom ħakma tajba tal-lingwa Ingliża, jgħid li din il-miżura ġiet introdotta b’ħafna għaġla. Il-Partit Nazzjonalista staqsa wkoll jekk hemmx bżonn li studenti li jkunu għadhom kemm għaddew mill-eżamijiet tal-Ingliż fil-livell intermedjarju jew livell avvanzat propju ftit ġimgħat qabel jidħlu l-Università terġa’ ssirilhom eżaminazzjoni oħra. Apparti minn hekk, il-Partit Nazzjonalista kompla jgħid li minkejja li jifhem il-bżonn ta’ dan il-programm ġdid fl-Università, jisħaq li ma jixtieqx li dan il-programm iwassal għal tfixkil żejjed biex l-istudenti jkomplu jistudjaw. | [
"“L-Università ta’ Malta għandha tipprovdi aktar lill-istudenti u tiżgura li jkun hemm inqas barrieri bejnhom sabiex ikompli jistudjaw l-Università.”",
"Dan qaluh ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u l-Impjieg, Therese Comodini Cachia u l-kelliem għall-edukazzjoni, George Pullicino f’isem il-Partit Nazzjonalista, b’referenza għall-aħbar li wħud mill-istudenti kellhom jibdew jitħarrġu f’kors ġdid tal-lingwa Ingliża.",
"Din l-aħbar ma tantx niżlet tajba mal-istudenti universitarji, b’hekk saru diversi laqgħat mar-Rettur tal-Università u kif ukoll mal-Kunsill Studenti Universitarji.",
"Wara dawn il-laqgħat, il-Partit Nazzjonalista ħareġ il-pożizzjoni tiegħu dwar din il-kwistjoni.",
"Il-partit qal li filwaqt li japprezza l-inizjattiva li ttieħdet mill-Università ta’ Malta biex tiżgura li l-istudenti jkollhom ħakma tajba tal-lingwa Ingliża, jgħid li din il-miżura ġiet introdotta b’ħafna għaġla.",
"Il-Partit Nazzjonalista staqsa wkoll jekk hemmx bżonn li studenti li jkunu għadhom kemm għaddew mill-eżamijiet tal-Ingliż fil-livell intermedjarju jew livell avvanzat propju ftit ġimgħat qabel jidħlu l-Università terġa’ ssirilhom eżaminazzjoni oħra.",
"Apparti minn hekk, il-Partit Nazzjonalista kompla jgħid li minkejja li jifhem il-bżonn ta’ dan il-programm ġdid fl-Università, jisħaq li ma jixtieqx li dan il-programm iwassal għal tfixkil żejjed biex l-istudenti jkomplu jistudjaw."
] | 1netnews.com.mt
| 1,823 |
press, news, Lifestyle, Televiżjoni | https://newsbook.com.mt/filmat-spettaklu-bil-karozza-jiftah-it-tielet-maltas-got-talent/ | Filmat: Spettaklu bil-karozza jiftaħ it-tielet Malta's Got Talent | Team Maximum Lock fetaħ it-tielet programm tal-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent b'wirja li ġiet iffilmajata barra mill-post fejn saru l-auditions. Tliet stuntmen ta' età bejn is-37 u 39 sena. Huma jafdaw lil xulxin b'għajnejhom magħluqa u l-wirja spettaklolari tagħhom niżlet tajjeb mal-erba' membri tal-ġurija b'Howard jirrimarka li l-wirja kienet waħda ta' livell internazzjonali. Din il-wirja kisbet erba' iva u lil Team Maximum Lock nerġgħu narawhom fil-fażi li jmiss… u tinsewx wirja bħal din m'għandhiex tiġi kkupjata meta tkunu b'xi karozza fit-toroq, jew postijiet oħra. | [
"Team Maximum Lock fetaħ it-tielet programm tal-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent b'wirja li ġiet iffilmajata barra mill-post fejn saru l-auditions.",
"Tliet stuntmen ta' età bejn is-37 u 39 sena.",
"Huma jafdaw lil xulxin b'għajnejhom magħluqa u l-wirja spettaklolari tagħhom niżlet tajjeb mal-erba' membri tal-ġurija b'Howard jirrimarka li l-wirja kienet waħda ta' livell internazzjonali.",
"Din il-wirja kisbet erba' iva u lil Team Maximum Lock nerġgħu narawhom fil-fażi li jmiss… u tinsewx wirja bħal din m'għandhiex tiġi kkupjata meta tkunu b'xi karozza fit-toroq, jew postijiet oħra."
] | 2newsbook.com.mt
| 38,051 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53663/qorti__ilmaistrat_mizzi_jirritaljajiena_ma_jinteressanix_millpartiti | Qorti | Il-Maġistrat Mizzi jirritalja...'jiena ma jinteressanix mill-partiti' | Il-każ tal-Panama quddiem il-Qorti mhux se jinstema' mill-Maġistrat Antonio Mizzi, hekk kif dan mexxieh għal Diċembru, wara li jkun irtira... Il-Maġistrat Antonio Mizzi mhux se jkun qed jisma' l-każ tal-Panama Papers wara kollox, hekk kif mexxa s-smigħ tal-każ għal Diċembru, wara li hu jkun irtira. Kien l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li oġġezzjona li l-każ jinstema' minn Mizzi, minħabba li dan huwa ir-raġel tal-MEP Laburista Marlene Mizzi. Imma dalgħodu l-Maġistrat Mizzi irritalja u sostna illi li wieħed joqgħod imur mingħand persuna għall-oħra biex jagħżel il-Maġistrat li jixtieq hu, huwa "żball kbir". "Jiena mhux qiegħed hawn biex noqgħod inżomm ma' xi ħadd. Jiena qatt ma żammejt ma' ħadd u ma jinteressanix mill-partiti politiċi. Jiena dejjem qdejt dmiri mingħajr biża' jew favur. Weġġgħatni u rrabjatni li ntefgħu dubji fuqi," sostna l-Maġistrat Mizzi. | [
"Il-każ tal-Panama quddiem il-Qorti mhux se jinstema' mill-Maġistrat Antonio Mizzi, hekk kif dan mexxieh għal Diċembru, wara li jkun irtira...",
"Il-Maġistrat Antonio Mizzi mhux se jkun qed jisma' l-każ tal-Panama Papers wara kollox, hekk kif mexxa s-smigħ tal-każ għal Diċembru, wara li hu jkun irtira.",
"Kien l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li oġġezzjona li l-każ jinstema' minn Mizzi, minħabba li dan huwa ir-raġel tal-MEP Laburista Marlene Mizzi.",
"Imma dalgħodu l-Maġistrat Mizzi irritalja u sostna illi li wieħed joqgħod imur mingħand persuna għall-oħra biex jagħżel il-Maġistrat li jixtieq hu, huwa \"żball kbir\".",
"\"Jiena mhux qiegħed hawn biex noqgħod inżomm ma' xi ħadd.",
"Jiena qatt ma żammejt ma' ħadd u ma jinteressanix mill-partiti politiċi.",
"Jiena dejjem qdejt dmiri mingħajr biża' jew favur.",
"Weġġgħatni u rrabjatni li ntefgħu dubji fuqi,\" sostna l-Maġistrat Mizzi."
] | 6www.illum.com.mt
| 22,818 |
news, press | https://netnews.com.mt/2018/07/30/filmat-nar-jahkem-spizerija-tas-sliema/ | FILMAT: Nirien jaħkmu spiżerija u klinika f’Tas-Sliema | Nirien kbar ħakmu spiżerija u klinika tal-għajnejn f’Tas-Sliema, u li wasslu għall-ħsara estensiva tal-binja. Skont persuni li għexu dan l-inċident, hekk kif ħadu n-nirien fl-ispiżerija kien hemm il-ħaddiema u persuni oħra – iżda fortuantament irnexxielhom joħorġu ‘l barra fil-ħin, u ħadd ma weġġa’. Madanakollu, kellhom jissejjħu ambulanzi fuq il-post hekk kif xi persuni belgħu d-dħaħen u oħrajn qabadhom paniku, fejn ittieħdu lejn l-isptar Mater Dei. In-nirien jidher li feġġew fl-ispiżerija u l-klinika, li jinsabu fi Triq Manwel Dimech kantuniera ma’ Triq Rudolfu, għall-ħabta tal-10.55 ta’ filgħodu fejn kibru f’ħuġġieġa sħiħa u dħaħen ħonqu l-binja. S’issa għadu mhux ikkonfermat x’kien li kkawża n-nirien, iżda sorsi infurmaw lil NET News li aktarx kienet ħsara fis-sistema tal-elettriku tal-binja li bdew in-nar. Ftit mumenti wara li n-nirien u dħaħen ħakmu l-binja, fuq il-post waslu uffiċjali tal-Pulizija – dan hekk kif il-binja li ħadet in-nar tinsab faċċata tal-għassa ta’ Tas-Sliema. Aktar tard waslu wkoll fuq il-post uffiċjali tal-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, u anke mill-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Minbarra l-ħsara konsiderevoli fl-ispiżerija, anke s-sulari ta’ fuqha ġarrbu xi ħsarat. Filfatt, minnbarra jidher evidenti li kemm il-faċċata tal-ħwienet u kif ukoll l-gallariji ta’ fuqhom inħarqu. Saret ħidma wkoll biex xi klieb li kienu maqbuda fil-bini tal-madwar jiġu salvati miż-żona. Nies li tkellmu ma’ NET News qalu li t-toroq fil-qalba ta’ Tas-Sliema kienu magħluqa għat-traffiku bħala prekawzjoni. B’riżultat ta’ dan, inħolqot konġestjoni kbira ta’ traffiku fiż-żona. | [
"Nirien kbar ħakmu spiżerija u klinika tal-għajnejn f’Tas-Sliema, u li wasslu għall-ħsara estensiva tal-binja.",
"Skont persuni li għexu dan l-inċident, hekk kif ħadu n-nirien fl-ispiżerija kien hemm il-ħaddiema u persuni oħra – iżda fortuantament irnexxielhom joħorġu ‘l barra fil-ħin, u ħadd ma weġġa’.",
"Madanakollu, kellhom jissejjħu ambulanzi fuq il-post hekk kif xi persuni belgħu d-dħaħen u oħrajn qabadhom paniku, fejn ittieħdu lejn l-isptar Mater Dei.",
"In-nirien jidher li feġġew fl-ispiżerija u l-klinika, li jinsabu fi Triq Manwel Dimech kantuniera ma’ Triq Rudolfu, għall-ħabta tal-10.55 ta’ filgħodu fejn kibru f’ħuġġieġa sħiħa u dħaħen ħonqu l-binja. S’issa għadu mhux ikkonfermat x’kien li kkawża n-nirien, iżda sorsi infurmaw lil NET News li aktarx kienet ħsara fis-sistema tal-elettriku tal-binja li bdew in-nar.",
"Ftit mumenti wara li n-nirien u dħaħen ħakmu l-binja, fuq il-post waslu uffiċjali tal-Pulizija – dan hekk kif il-binja li ħadet in-nar tinsab faċċata tal-għassa ta’ Tas-Sliema.",
"Aktar tard waslu wkoll fuq il-post uffiċjali tal-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, u anke mill-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.",
"Minbarra l-ħsara konsiderevoli fl-ispiżerija, anke s-sulari ta’ fuqha ġarrbu xi ħsarat.",
"Filfatt, minnbarra jidher evidenti li kemm il-faċċata tal-ħwienet u kif ukoll l-gallariji ta’ fuqhom inħarqu.",
"Saret ħidma wkoll biex xi klieb li kienu maqbuda fil-bini tal-madwar jiġu salvati miż-żona.",
"Nies li tkellmu ma’ NET News qalu li t-toroq fil-qalba ta’ Tas-Sliema kienu magħluqa għat-traffiku bħala prekawzjoni.",
"B’riżultat ta’ dan, inħolqot konġestjoni kbira ta’ traffiku fiż-żona."
] | 1netnews.com.mt
| 4,830 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55732/sewwieq_ta_mutur_iwea_gravi_finident_filmelliea | Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi f'inċident fil-Mellieħa | Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart Sewwieq ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Manikata, il-Mellieħa. Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti n-Nadur u vettura li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti San Ġwann. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur Mater Dei għall-kura. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. | [
"Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart",
"Sewwieq ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Manikata, il-Mellieħa.",
"Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart.",
"Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti n-Nadur u vettura li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti San Ġwann.",
"Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur Mater Dei għall-kura.",
"L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja."
] | 6www.illum.com.mt
| 42,403 |
press, news, Barranin | https://www.tvm.com.mt/mt/news/fl-izvizzera-vot-bsahhtu-kontra-t-tmiem-ta-moviment-hieles-mal-ue/ | Fl-Iżvizzera vot b'saħħtu kontra t-tmiem ta' moviment ħieles mal-UE | Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b'37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma taċċetta l-moviment ħieles biex ikollha aċċess għal kummerċ ħieles u tikkopera ma' Brussell f'oqsma bħat-trasport u l-edukazzjoni. | [
"Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni.",
"Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b'37%.",
"L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma taċċetta l-moviment ħieles biex ikollha aċċess għal kummerċ ħieles u tikkopera ma' Brussell f'oqsma bħat-trasport u l-edukazzjoni."
] | 7www.tvm.com.mt
| 38,940 |
news, press | https://www.illum.com.mt/kultura/oroskopju/57817/loroskopju_taodijaku_fsagittarius_ | L-oroskopju taż-żodijaku f’Sagittarius | Mill-Ħadd 1 ta’ Diċembru sas-Sibt 7 ta’ Diċembru Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser iwasslek sabiex tkun tista’ tagħti dak li verament tixtieq twettaq. Għalhekk bħalissa ara lil min verament tista’ tafda b’ċerti kliem sabiex ma’ din il-persuna tkun tista’ tiftaħ qalbek dwar sitwazzjonijiet li ser jersqu lejk, b’hekk din il-gwida tagħmlek aktar fiduċjuża. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Libra Namaste Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu Iż-żodijaku ta’ Pisces jaf jikkawża sitwazzjoni int tagħraf tirranġa jew tirregola aktar il-madwar tiegħek. Hemm possibilità tajba li tista’ tilħaq l-għan tiegħek. Mhix ser tkun sitwazzjoni faċli imma se tissielet għal dan. Agħraf biss li qatt m’għandek taqta’ qalbek iżda emmen aktar fik innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnejn L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Taurus Namaste Aries mill-21 ta’ Marzu sa d-19 ta’ April Iż-żodijaku ta’ Aries iwasslek sabiex pjan li tkun tixtieq twettaq. Taf li dan il-pjan se jagħtik spinta ’l quddiem. għalhekk, tgħaġġilx. Agħraf kull pass minn issa ’l quddiem b’aktar kawtela. L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Virgo Namaste Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju Iż-żodijaku ta’ Taurus ser joffrilek mument li int għandek tagħraf aktar x’tixtieq, kemm għalik u kemm għall-ħajja ta’ madwarek. Ma’ dan trid tagħraf iżjed ir-responsabbilità li dħalt għaliha b’hekk int trid turi kemm int matur għal dak li int minn issa trid toffri. Agħraf li kull pass minn issa huwa deċisiv. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn Namaste Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju Iż-żodijaku ta’ Gemini ser ikun għalik bidu ta’ twettiq ġdid u dan mhux ser ikun faċli għalik speċjalment f’dinja ġdida li int se tipprova. Magħruf li kapaċi tegħleb kull sfida li ssib quddiemek. Din se tkun sfida oħra għalik, però żgur li wara li jirnexxilek ser tħoss dak is-sodisfazzjon. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius Namaste Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju Iż-żodijaku ta’ Cancer ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar esperjenza li int għaddejt minnha ftit taż-żmien ilu u għal xi raġuni din għadha ddur fil-madwar tiegħek. Dan huwa żmien għaqli li din tista’ tingħeleb u b’hekk int tista’ tkompli miexja ’l quddiem bla ma jkollok aktar xkien. Agħraf. L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius Namaste Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu Iż-żodijaku ta’ Leo ser jagħmlek twebbes aktar rasek sabiex twettaq dak li trid. Dan jaf ikun għalik ta’ gwadann sabiex int turi l-vera karattru tiegħek. B’dan int se turi f’dan il-mument kemm int ta’ kredibbilità. Anzi se tagħti twissija li int taf tadatta lilek innifsek għal kull sitwazzjoni li tersaq lejk. Irrifletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aries Namaste Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru Iż-żodijaku ta’ Virgo jaf ikollu effett ta’ rankatura li kont għaddej minnha dan l-aħħar. Għalhekk agħraf dan kollu li int ser twettaq minn issa ’l quddiem għax dan jaf ikun utli ferm aktar għalik milli fil-fatt int forsi qatt ħsibt. Agħraf dan il-mument għax jekk ma tagħrafx tkun tlift l-opportunità. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Gemini Namaste Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru Iż-żodijaku ta’ Libra ser joffrilek opportunità. Però din l-opportunità se toħloq xi ftit ta’ tensjoni madwarek un taf li fil-mument mhux iż-żmien għal ċerti deċiżjonijiet. Int taf ukoll li bħalissa trid tkun ferm attent minn dak li tagħmel minħabba dak li għaddejt minnu ftit taż-żmien ilu. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa daktat-Tnejn L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius Namaste Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru Iż-żodijaku ta’ Scorpio ser ifisser iwassal sabiex int tagħraf aktar timxi b’dak li taħseb. Sitwazzjoni madwarek li trid tagħraf taffaċja, taf ukoll li xejn ma jsir malajr għax kollox irid il-ħin tiegħu. Issa huwa l-waqt sabiex tara kemm int kapaċi tegħleb dak li hemm. Agħraf. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Leo Namaste Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser iġiblek esperjenza li għaddejt minnha fil-passat u dan ser jikkawża fik ansjetà. Minħabba f’hekk dan jaf ikun ta’ eżami għalik sabiex int tara kemm issa, wara dak kollu li esperjenzajt, int kapaċi tkompli għaddej. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Cancer Namaste Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser joffrilek sfida sabiex tagħraf tkun iżjed kapaċi tiffaċċja sitwazzjonijiet diffiċli. Għalhekk int għandek tkun ferm kawt f’dak li jista’ jkun riesaq lejk, f’mument fejn int imdawwar b’ħafna pożittività. M’għandekx tkun imfixkla minn dak li ġej jew qed iseħħ. Għalhekk irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio Namaste | [
"Mill-Ħadd 1 ta’ Diċembru sas-Sibt 7 ta’ Diċembru",
"Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar",
"Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser iwasslek sabiex tkun tista’ tagħti dak li verament tixtieq twettaq.",
"Għalhekk bħalissa ara lil min verament tista’ tafda b’ċerti kliem sabiex ma’ din il-persuna tkun tista’ tiftaħ qalbek dwar sitwazzjonijiet li ser jersqu lejk, b’hekk din il-gwida tagħmlek aktar fiduċjuża.",
"L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Libra",
"Namaste",
"Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu",
"Iż-żodijaku ta’ Pisces jaf jikkawża sitwazzjoni int tagħraf tirranġa jew tirregola aktar il-madwar tiegħek.",
"Hemm possibilità tajba li tista’ tilħaq l-għan tiegħek.",
"Mhix ser tkun sitwazzjoni faċli imma se tissielet għal dan.",
"Agħraf biss li qatt m’għandek taqta’ qalbek iżda emmen aktar fik innifsek.",
"L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnejn",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Taurus",
"Namaste",
"Aries mill-21 ta’ Marzu sa",
"d-19",
"ta’ April",
"Iż-żodijaku ta’ Aries iwasslek sabiex pjan li tkun tixtieq twettaq.",
"Taf li dan il-pjan se jagħtik spinta ’l quddiem. għalhekk, tgħaġġilx.",
"Agħraf kull pass minn issa ’l quddiem b’aktar kawtela.",
"L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Virgo Namaste",
"Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju",
"Iż-żodijaku ta’ Taurus ser joffrilek mument li int għandek tagħraf aktar x’tixtieq, kemm għalik u kemm għall-ħajja ta’ madwarek.",
"Ma’ dan trid tagħraf iżjed ir-responsabbilità li dħalt għaliha b’hekk int trid turi kemm int matur għal dak li int minn issa trid toffri.",
"Agħraf li kull pass minn issa huwa deċisiv.",
"L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn",
"Namaste",
"Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju",
"Iż-żodijaku ta’ Gemini ser ikun għalik bidu ta’ twettiq ġdid u dan mhux ser ikun faċli għalik speċjalment f’dinja ġdida li int se tipprova.",
"Magħruf li kapaċi tegħleb kull sfida li ssib quddiemek.",
"Din se tkun sfida oħra għalik, però żgur li wara li jirnexxilek ser tħoss dak is-sodisfazzjon.",
"L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius",
"Namaste",
"Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju",
"Iż-żodijaku ta’ Cancer ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar esperjenza li int għaddejt minnha ftit taż-żmien ilu u għal xi raġuni din għadha ddur fil-madwar tiegħek.",
"Dan huwa żmien għaqli li din tista’ tingħeleb u b’hekk int tista’ tkompli miexja ’l quddiem bla ma jkollok aktar xkien.",
"Agħraf.",
"L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius",
"Namaste",
"Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu",
"Iż-żodijaku ta’ Leo ser jagħmlek twebbes aktar rasek sabiex twettaq dak li trid.",
"Dan jaf ikun għalik ta’ gwadann sabiex int turi l-vera karattru tiegħek.",
"B’dan int se turi f’dan il-mument kemm int ta’ kredibbilità.",
"Anzi se tagħti twissija li int taf tadatta lilek innifsek għal kull sitwazzjoni li tersaq lejk.",
"Irrifletti sew.",
"L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aries",
"Namaste",
"Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru",
"Iż-żodijaku ta’ Virgo jaf ikollu effett ta’ rankatura li kont għaddej minnha dan l-aħħar.",
"Għalhekk agħraf dan kollu li int ser twettaq minn issa ’l quddiem għax dan jaf ikun utli ferm aktar għalik milli fil-fatt int forsi qatt ħsibt.",
"Agħraf dan il-mument għax jekk ma tagħrafx tkun tlift l-opportunità.",
"L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Gemini",
"Namaste",
"Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru",
"Iż-żodijaku ta’ Libra ser joffrilek opportunità.",
"Però din l-opportunità se toħloq xi ftit ta’ tensjoni madwarek un taf li fil-mument mhux iż-żmien għal ċerti deċiżjonijiet.",
"Int taf ukoll li bħalissa trid tkun ferm attent minn dak li tagħmel minħabba dak li għaddejt minnu ftit taż-żmien ilu.",
"L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa daktat-Tnejn",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius",
"Namaste",
"Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru",
"Iż-żodijaku ta’ Scorpio ser ifisser iwassal sabiex int tagħraf aktar timxi b’dak li taħseb.",
"Sitwazzjoni madwarek li trid tagħraf taffaċja, taf ukoll li xejn ma jsir malajr għax kollox irid il-ħin tiegħu.",
"Issa huwa l-waqt sabiex tara kemm int kapaċi tegħleb dak li hemm.",
"Agħraf.",
"L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Leo Namaste",
"Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru",
"Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser iġiblek esperjenza li għaddejt minnha fil-passat u dan ser jikkawża fik ansjetà.",
"Minħabba f’hekk dan jaf ikun ta’ eżami għalik sabiex int tara kemm issa, wara dak kollu li esperjenzajt, int kapaċi tkompli għaddej.",
"L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Cancer",
"Namaste",
"Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar",
"Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser joffrilek sfida sabiex tagħraf tkun iżjed kapaċi tiffaċċja sitwazzjonijiet diffiċli.",
"Għalhekk int għandek tkun ferm kawt f’dak li jista’ jkun riesaq lejk, f’mument fejn int imdawwar b’ħafna pożittività.",
"M’għandekx tkun imfixkla minn dak li ġej jew qed iseħħ.",
"Għalhekk irrifletti.",
"L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis",
"L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio Namaste"
] | 6www.illum.com.mt
| 25,139 |
press, news, Ekonomija, , •, , Lokali | https://netnews.com.mt/2020/09/17/se-mmorru-ghal-deficit-edward-scicluna/ | "Se mmorru għal deficit" – Edward Scicluna | "Mhux biss tinsa surpluss imma se jkollok taqa' ghal deficit, iddaħal idejk fil-but u tonfoq kemm hemm bżonn" – Hekk stqar il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta kien intervista fuq il-program Ras'imb Ras fuq TVM. Hu qal li din is-sena għandna deficit kif l-istess se jkollna għas-sena d-dieħla pero għad mhux ċert x'ser jiġri s-sena ta' wara. Edward Scicluna kien qed jitkellem fid-dawl tal-Budget li se jigi prezentat ix-xahar id-dieħel. Kien propju ftit tal-jiem ilu, meta l-Ministru nieda d-dokument ta' qabel il-budget li iżda minnu ma ħarġu ebda dettalji dwar dak li għandhom jistennew il-familji Maltin u Għawdxin għas-sena d-dieħla. Matul dan il-programm, Edward Scicluna fakkar kif it-taxxi kienu biss difereti u jridu jitħallsu. Edward Scicluna semma' li bħalissa qed jiddiskuti liema oqsma se jkunu qed jitnaqsulhom il-fondi biex tingħata għajnuna lil setturi milquta mill-pandemija. Pero, ma tax aktar dettalji. Intant, waqt l-istess intervista, il-Ministru reġa' semma l-ħsara li saret lil pajjiżna kagun tal-iskandli kbar li hemm imdahhal fihom il-Gvern. Dan ukoll qed jaffetwa is-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna. U waqt li kien qed jitkellem fuq affarijiet li jridu jiġu irranġati, Edward Scicluna attakka lis-settur privat. Il-Ministru kien qed jitkellem dwar ir-Rapport Moneyval li pajjiżna qed jistenna l-eżitu tiegħu… rapport li jekk jiġi negattiv, wkoll se jaffetwa mhux ftit l-investiment u l-ekonomija f'pajjiżna. | [
"\"Mhux biss tinsa surpluss imma se jkollok taqa' ghal deficit, iddaħal idejk fil-but u tonfoq kemm hemm bżonn\" – Hekk stqar il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta kien intervista fuq il-program Ras'imb Ras fuq TVM.",
"Hu qal li din is-sena għandna deficit kif l-istess se jkollna għas-sena d-dieħla pero għad mhux ċert x'ser jiġri s-sena ta' wara.",
"Edward Scicluna kien qed jitkellem fid-dawl tal-Budget li se jigi prezentat ix-xahar id-dieħel.",
"Kien propju ftit tal-jiem ilu, meta l-Ministru nieda d-dokument ta' qabel il-budget li iżda minnu ma ħarġu ebda dettalji dwar dak li għandhom jistennew il-familji Maltin u Għawdxin għas-sena d-dieħla.",
"Matul dan il-programm, Edward Scicluna fakkar kif it-taxxi kienu biss difereti u jridu jitħallsu.",
"Edward Scicluna semma' li bħalissa qed jiddiskuti liema oqsma se jkunu qed jitnaqsulhom il-fondi biex tingħata għajnuna lil setturi milquta mill-pandemija.",
"Pero, ma tax aktar dettalji.",
"Intant, waqt l-istess intervista, il-Ministru reġa' semma l-ħsara li saret lil pajjiżna kagun tal-iskandli kbar li hemm imdahhal fihom il-Gvern.",
"Dan ukoll qed jaffetwa is-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna.",
"U waqt li kien qed jitkellem fuq affarijiet li jridu jiġu irranġati, Edward Scicluna attakka lis-settur privat.",
"Il-Ministru kien qed jitkellem dwar ir-Rapport Moneyval li pajjiżna qed jistenna l-eżitu tiegħu… rapport li jekk jiġi negattiv, wkoll se jaffetwa mhux ftit l-investiment u l-ekonomija f'pajjiżna."
] | 1netnews.com.mt
| 3,412 |
news, press | https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/57728/ilustizzja_mibnija_fuq_ilverit__fejn_add_ma_jiskappa_lkonsegwenzi_ta_gemilu | 'Il-ġustizzja mibnija fuq il-verità ... fejn ħadd ma jiskappa l-konsegwenzi ta' għemilu' | Dan qalu l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna waqt iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fis-Solennità ta’ Kristu Re “Ħafna drabi ninsew is-sens veru tal-ġustizzja mibnija fuq il-verità, fuq is-saltna tad-dritt, fejn kulħadd jieħu li ħaqqu u ħadd m’għandu dritt jiskappa l-konsegwenzi tal-għemil tiegħu.” Dan qalu l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna waqt iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fis-Solennità ta’ Kristu Re, li għaliha attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, inkluż il-President tar-Repubblika u rappreżentanti tal-Gvern u l-Oppożizzjoni. Monsinjur Scicluna silet ir-riflessjoni tiegħu mill-Evanġelju ta’ San Luqa, meta Kristu Msallab kien sfidat min-nies tal-liġi biex jinżelm minn fuq is-salib u juri min hu u sfidat ukoll mill-ħalliel il-ħażin imsallab miegħu. Ħares lejn l-isfida li kienet ġejja min-nies tal-poter u hawn waqaf u rrifletta dwarha fit-tul. “It-tentazzjoni li ġejja minn din il-kategorija hija tan-nies li għandhom ċiniżmu kbir biżżejjed biex fl-użu tal-poter jidħku b’min hu batut. Il-poter għalihom huwa mezz ta’ qligħ u ma jħarsu lejn ħadd u lejn xejn,” saħaq l-Arċisqof. “Il-Mulej jeħlisna minn min juża s-setgħa tal-istat għall-vantaġġ personali tiegħu u jaħseb li hu fuq kulħadd, li l-ebda liġi ma tgħodd għalih, li jista’ joqtol, jisraq u jħawwel fejn irid.” It-tieni riflessjoni tiegħu ħadha miċ-ċanfira tal-ħalliel it-tajjeb lill-ħalliel il-ħażin. Kien hawn, li l-Arċisqof insista li l-veru sens tal-ġustizzja hija mibnija fuq il-verità, fejn kulħadd jieħu dak li ħaqqu. “Aħna lesti f’isem Ġesù Kristu naħfru lil kulħadd,” saħaq l-Arċisqof. “Imma l-esiġenzi tal-ġustizzja ma nistgħux ninsewhom f’isem is-sewwa, f’isem id-dinjità tagħna bħala soċjetà, bħala nazzjon u bħala pajjiż,” insista Monsinjur Arċisqof. Aqra hawn ir-riflessjoni kollha tal-Arċisqof. | [
"Dan qalu l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna waqt iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fis-Solennità ta’ Kristu Re",
"“Ħafna drabi ninsew is-sens veru tal-ġustizzja mibnija fuq il-verità, fuq is-saltna tad-dritt, fejn kulħadd jieħu li ħaqqu u ħadd m’għandu dritt jiskappa l-konsegwenzi tal-għemil tiegħu.”",
"Dan qalu l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna waqt iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fis-Solennità ta’ Kristu Re, li għaliha attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, inkluż il-President tar-Repubblika u rappreżentanti tal-Gvern u l-Oppożizzjoni.",
"Monsinjur Scicluna silet ir-riflessjoni tiegħu mill-Evanġelju ta’ San Luqa, meta Kristu Msallab kien sfidat min-nies tal-liġi biex jinżelm minn fuq is-salib u juri min hu u sfidat ukoll mill-ħalliel il-ħażin imsallab miegħu.",
"Ħares lejn l-isfida li kienet ġejja min-nies tal-poter u hawn waqaf u rrifletta dwarha fit-tul.",
"“It-tentazzjoni li ġejja minn din il-kategorija hija tan-nies li għandhom ċiniżmu kbir biżżejjed biex fl-użu tal-poter jidħku b’min hu batut.",
"Il-poter għalihom huwa mezz ta’ qligħ u ma jħarsu lejn ħadd u lejn xejn,” saħaq l-Arċisqof.",
"“Il-Mulej jeħlisna minn min juża s-setgħa tal-istat għall-vantaġġ personali tiegħu u jaħseb li hu fuq kulħadd, li l-ebda liġi ma tgħodd għalih, li jista’ joqtol, jisraq u jħawwel fejn irid.”",
"It-tieni riflessjoni tiegħu ħadha miċ-ċanfira tal-ħalliel it-tajjeb lill-ħalliel il-ħażin.",
"Kien hawn, li l-Arċisqof insista li l-veru sens tal-ġustizzja hija mibnija fuq il-verità, fejn kulħadd jieħu dak li ħaqqu.",
"“Aħna lesti f’isem Ġesù Kristu naħfru lil kulħadd,” saħaq l-Arċisqof.",
"“Imma l-esiġenzi tal-ġustizzja ma nistgħux ninsewhom f’isem is-sewwa, f’isem id-dinjità tagħna bħala soċjetà, bħala nazzjon u bħala pajjiż,” insista Monsinjur Arċisqof.",
"Aqra hawn ir-riflessjoni kollha tal-Arċisqof."
] | 6www.illum.com.mt
| 7,917 |
press, news, Elezzjoni 2017, Lokali | https://one.com.mt/news/2017/05/03/il-volontiera-tal-partit-laburista-lesti/ | Il-volontiera tal-Partit Laburista lesti | Huma mijiet dawk li tul is-sena jiddedikaw ħinhom għall-Partit Laburista, voluniera u Kumitati li f' dan iż-żmien ta' kampanja elettorali jirrankaw iktar il-ħidma tagħhom, fejn is-sigħat li jiddedikaw għal Partit jirduppjaw jekk mhux jittriplaw. Xogħol minn wara l-kwinti, li mingħajru il-kandidati, esponenti u saħansitra l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jkunux jistgħu iwasslu l-messaġġ tagħhom- tal-Aqwa Żmien ta' Pajjiżna. Kien għalhekk li waħda mill-ewwel attivitajiet tal-Prim Ministru, fl-ewwel jum tal-kampanja kien li jiltaqa' magħhom u jirringrazzjhom tad-dedikazzjoni. Filwaqt li ħeġġiġhom jaħdmu flimkien biex il-Partit Laburista jkun jista' jwassal l-għażla lill-poplu Malti u Għawdxi- l-għażla bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil. Kellimna lil voluntiera minn diversi dipartimenti fosthom mil-loġistika li jieħdu ħsieb l-attivitajiet tal-massa kollha tul il-kampanja. | [
"Huma mijiet dawk li tul is-sena jiddedikaw ħinhom għall-Partit Laburista, voluniera u Kumitati li f' dan iż-żmien ta' kampanja elettorali jirrankaw iktar il-ħidma tagħhom, fejn is-sigħat li jiddedikaw għal Partit jirduppjaw jekk mhux jittriplaw.",
"Xogħol minn wara l-kwinti, li mingħajru il-kandidati, esponenti u saħansitra l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jkunux jistgħu iwasslu l-messaġġ tagħhom- tal-Aqwa Żmien ta' Pajjiżna.",
"Kien għalhekk li waħda mill-ewwel attivitajiet tal-Prim Ministru, fl-ewwel jum tal-kampanja kien li jiltaqa' magħhom u jirringrazzjhom tad-dedikazzjoni.",
"Filwaqt li ħeġġiġhom jaħdmu flimkien biex il-Partit Laburista jkun jista' jwassal l-għażla lill-poplu Malti u Għawdxi- l-għażla bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil.",
"Kellimna lil voluntiera minn diversi dipartimenti fosthom mil-loġistika li jieħdu ħsieb l-attivitajiet tal-massa kollha tul il-kampanja."
] | 3one.com.mt
| 29,318 |
news, press | https://www.tvm.com.mt/mt/news/rekord-ta-ilma-ghall-kaskata-famuza-ta-iguazu/ | Rekord ta’ ilma għall-kaskata famuża ta’ Iguazu | Xita qalila fil-Brażil, l-Arġentina u l-Paraguay, waslet għal għargħar kbir iżda mhux biss. Kif juru dawn il-filmati, ix-xmajjar Igauazu u Parana li jagħtu għall-kaskata famuża ta’ Iguazu, għolew għal livelli rekord u rriżultaw fl-akbar kaskata li qatt ġiet irrekordjata f’dan il-post. | [
"Xita qalila fil-Brażil, l-Arġentina u l-Paraguay, waslet għal għargħar kbir iżda mhux biss.",
"Kif juru dawn il-filmati, ix-xmajjar Igauazu u Parana li jagħtu għall-kaskata famuża ta’ Iguazu, għolew għal livelli rekord u rriżultaw fl-akbar kaskata li qatt ġiet irrekordjata f’dan il-post."
] | 7www.tvm.com.mt
| 31,567 |
news, press | https://inewsmalta.com/2020/04/aggornat-pajjizna-wahdu-mghadux-fil-qaghda-li-jaghmel-aktar/ | AĠĠORNAT: “Pajjiżna, waħdu, m’għadux fil-qagħda li jagħmel aktar” | Aġġornat b’kumment ta’ kelliemi għall-Gvern Peress li r-riżorsi kollha tal-Forzi Armati jinsabu impenjati fuq xogħol ieħor waqt emerġenza ta’ saħħa pubblika f’Malta, il-Gvern talab lil-lanċa Dar Al Salam 1 biex jassisti l-immigranti, li huma kollha irġiel u f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa. L-immigranti ġew salvati matul il-jum tal-bieraħ. Malta baqgħet soda mal-pożizzjoni tagħha li l-portijiet huma magħluqin u li ebda immigrant mhuma se jidħlu f’pajjiżna. Għalhekk saru l-arranġamenti meħtieġa biex ikun hemm bastiment 13-il mil nawtiku ‘l barra mill-kosta Maltija. L-immigranti se jiġu trasferiti mil-lanċa tas-sajd għal dan il-bastiment. L-immigranti ingħataw l-ikel u l-kura li għandhom bżonn. Intant f’kumment lil Inewsmalta kelliemi għall-Gvern qal li “l-pożizzjoni ta’ Malta tibqa’ ċara. Il-portijiet tagħna huma magħluqin. U issa trid tkun l-Unjoni Ewropea li turi solidarjetà u terfa’ responsabbilità ta’ dawn l-immigranti.” Il-kelliem qalilna li “Fil-fatt, waqt li kien qed jikkordina l-operazzjoni ta’ salvataġġ, mill-ilbierah il-Gvern Malti beda kuntatti uffiċjali mal-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri kollha biex dawn l-immigranti jkunu rilokati b’mod permanenti. L-Unjoni Ewropea għandha kriżi enormi quddiemha bit-traffikar tal-bnedmin u pajjiżna, waħdu, m’għadux fil-qagħda li jagħmel aktar.” | [
"Aġġornat b’kumment ta’ kelliemi għall-Gvern",
"Peress li r-riżorsi kollha tal-Forzi Armati jinsabu impenjati fuq xogħol ieħor waqt emerġenza ta’ saħħa pubblika f’Malta, il-Gvern talab lil-lanċa Dar Al Salam 1 biex jassisti l-immigranti, li huma kollha irġiel u f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa.",
"L-immigranti ġew salvati matul il-jum tal-bieraħ.",
"Malta baqgħet soda mal-pożizzjoni tagħha li l-portijiet huma magħluqin u li ebda immigrant mhuma se jidħlu f’pajjiżna.",
"Għalhekk saru l-arranġamenti meħtieġa biex ikun hemm bastiment 13-il mil nawtiku ‘l barra mill-kosta Maltija.",
"L-immigranti se jiġu trasferiti mil-lanċa tas-sajd għal dan il-bastiment.",
"L-immigranti ingħataw l-ikel u l-kura li għandhom bżonn.",
"Intant f’kumment lil Inewsmalta kelliemi għall-Gvern qal li “l-pożizzjoni ta’ Malta tibqa’ ċara.",
"Il-portijiet tagħna huma magħluqin.",
"U issa trid tkun l-Unjoni Ewropea li turi solidarjetà u terfa’ responsabbilità ta’ dawn l-immigranti.”",
"Il-kelliem qalilna li “Fil-fatt, waqt li kien qed jikkordina l-operazzjoni ta’ salvataġġ, mill-ilbierah il-Gvern Malti beda kuntatti uffiċjali mal-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri kollha biex dawn l-immigranti jkunu rilokati b’mod permanenti.",
"L-Unjoni Ewropea għandha kriżi enormi quddiemha bit-traffikar tal-bnedmin u pajjiżna, waħdu, m’għadux fil-qagħda li jagħmel aktar.”"
] | 0inewsmalta.com
| 20,804 |
press, news, Internazzjonali | https://one.com.mt/news/2020/07/06/imut-ennio-morricone-fl-eta-ta-91-sena/ | Imut Ennio Morricone fl-età ta' 91 sena | Tħabbret il-mewt tal-kompożituri Taljan u ta' fama mondjali Ennio Morricone fl-età ta' 91 sena. Kienu diversi li sellmu l-memorja ta' Morricone fejn iddeskrivewh bħala ġġgant fix-xena mużikali internazzjonali. | [
"Tħabbret il-mewt tal-kompożituri Taljan u ta' fama mondjali Ennio Morricone fl-età ta' 91 sena.",
"Kienu diversi li sellmu l-memorja ta' Morricone fejn iddeskrivewh bħala ġġgant fix-xena mużikali internazzjonali."
] | 3one.com.mt
| 27,328 |
press, news, Lokali | https://netnews.com.mt/2020/06/26/il-pn-jirringrazzja-lill-ghalliema-hekk-kif-illum-qed-tintemm-sena-skolastika-mimlija-sfidi/ | Il-PN jirringrazzja lill-għalliema hekk kif illum qed tintemm sena skolastika mimlija sfidi | Il-professjonalità tal-għalliema, il-letturi u l-edukaturi tagħna spikkat fis-siegħa tal-prova meta, minħabba l-pandemija, kellom fl-istess ħin jingħalqu l-iskejjel u jkompli t-tagħlim ta' uliedna. Fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem għall-Edukazzjoni Clyde Puli, il-Partit Nazzjonalista sellem lill-edukaturi kollha u jirringrazzjahom tal-impenn tagħhom f'mument ta' sfida, filwaqt li jirrikonoxxi s-sens ta' inizjattiva tagħhom biex seta' jkompli t-tagħlim f'sitwazzjoni ta' pandemija u b'Ministeru mhux ippreparat u attrezzat biex jgħallem online. Il-Partit Nazzjonalista sellem ukoll lill-istudenti u l-familji tagħhom għall-isforz li għamlu f'din is-sitwazzjoni diffiċli. Fl-istess waqt appella biex il-Ministeru tal-Edukazzjoni jipprepara sew għall-possibbiltà ta' ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel f'Settembru. Niftħu l-iskejjel jew le, xorta neħtieġu strateġija maħsuba u kkomunikata ta' kif se nmexxu 'l quddiem l-edukazzjoni ta' uliedna. Għandu jkun hemm ukoll protokolli ċari ta' kif se nkunu qed nagħmlu l-affarijiet. F'Marzu l-għeluq tal-iskejjel u l-element ta' management by crisis mill-Ministeru tal-Edukazzjoni seta' kien skużabbli, imma f' Settembru ma jkunx. Ma baqax ħin x'nitilfu. Iż-żmien għaddej u jeħtieġ li bi djalogu veru mal-professjonisti, l-unions, il-ġenituri u l-istakeholders kollha titfassal triq 'il quddiem. L-Oppożizzjoni lesta tkompli tikkontribwixxi f'din id-diskussjoni, temmet tgħid l-istqarrija. | [
"Il-professjonalità tal-għalliema, il-letturi u l-edukaturi tagħna spikkat fis-siegħa tal-prova meta, minħabba l-pandemija, kellom fl-istess ħin jingħalqu l-iskejjel u jkompli t-tagħlim ta' uliedna.",
"Fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem għall-Edukazzjoni Clyde Puli, il-Partit Nazzjonalista sellem lill-edukaturi kollha u jirringrazzjahom tal-impenn tagħhom f'mument ta' sfida, filwaqt li jirrikonoxxi s-sens ta' inizjattiva tagħhom biex seta' jkompli t-tagħlim f'sitwazzjoni ta' pandemija u b'Ministeru mhux ippreparat u attrezzat biex jgħallem online.",
"Il-Partit Nazzjonalista sellem ukoll lill-istudenti u l-familji tagħhom għall-isforz li għamlu f'din is-sitwazzjoni diffiċli.",
"Fl-istess waqt appella biex il-Ministeru tal-Edukazzjoni jipprepara sew għall-possibbiltà ta' ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel f'Settembru.",
"Niftħu l-iskejjel jew le, xorta neħtieġu strateġija maħsuba u kkomunikata ta' kif se nmexxu 'l quddiem l-edukazzjoni ta' uliedna.",
"Għandu jkun hemm ukoll protokolli ċari ta' kif se nkunu qed nagħmlu l-affarijiet.",
"F'Marzu l-għeluq tal-iskejjel u l-element ta' management by crisis mill-Ministeru tal-Edukazzjoni seta' kien skużabbli, imma f' Settembru ma jkunx.",
"Ma baqax ħin x'nitilfu.",
"Iż-żmien għaddej u jeħtieġ li bi djalogu veru mal-professjonisti, l-unions, il-ġenituri u l-istakeholders kollha titfassal triq 'il quddiem.",
"L-Oppożizzjoni lesta tkompli tikkontribwixxi f'din id-diskussjoni, temmet tgħid l-istqarrija."
] | 1netnews.com.mt
| 5,295 |