category
stringlengths
2
147
url
stringlengths
31
233
title
stringlengths
2
1.28k
text
stringlengths
49
49.8k
text_raw
sequence
base_url
class label
8 classes
__index_level_0__
int64
0
44.8k
press, news, Lokali
https://netnews.com.mt/2020/12/22/thezziza-qawwija-fi-sqallija-tinhass-anke-fmalta/
Theżżiża qawwija fi Sqallija tinħass anke f'Malta
Terremot li kejjel 4.8 fuq l-iskala Richter u li l-epiċentru tiegħu kien fi Sqallija, inħass anke f'Malta għall-ħabta tad-9.30 ta' filgħaxija. It-terremot inħass f'diversi lokalitajiet madwar Malta, iżda mhux f'kull żona ta' pajjiżna. Jidher li din it-theżżiża hija marbuta ma' attività vulkanika mill-Etna. Terremot seħħ qrib Ragusano wara li matul il-ġurnata l-Etna żbroffa għal diversi drabi fost xita ta' lava li ksiet partijiet minn Sqallija b'duħħan u nugrufun. Fl-Italja diġa' bdew ħerġin rapporti ta' biża' u paniku f'Katanja, Palermo, Sirakuża, Messina, u Raguża. Dan hekk kif it-theżżiża heżżet lil Sqallija kollha, fost ħsarat kawża tat-terremot. Fl-aħħar xhur, pajjiżna kien ħass theżżiża oħra, liema theżżiża kienet waħda ferm iktar b'saħħitha.
[ "Terremot li kejjel 4.8 fuq l-iskala Richter u li l-epiċentru tiegħu kien fi Sqallija, inħass anke f'Malta għall-ħabta tad-9.30 ta' filgħaxija.", "It-terremot inħass f'diversi lokalitajiet madwar Malta, iżda mhux f'kull żona ta' pajjiżna.", "Jidher li din it-theżżiża hija marbuta ma' attività vulkanika mill-Etna.", "Terremot seħħ qrib Ragusano wara li matul il-ġurnata l-Etna żbroffa għal diversi drabi fost xita ta' lava li ksiet partijiet minn Sqallija b'duħħan u nugrufun.", "Fl-Italja diġa' bdew ħerġin rapporti ta' biża' u paniku f'Katanja, Palermo, Sirakuża, Messina, u Raguża.", "Dan hekk kif it-theżżiża heżżet lil Sqallija kollha, fost ħsarat kawża tat-terremot.", "Fl-aħħar xhur, pajjiżna kien ħass theżżiża oħra, liema theżżiża kienet waħda ferm iktar b'saħħitha." ]
1netnews.com.mt
2,863
news, press
https://netnews.com.mt/2019/10/19/zebbug-jirbhu-d-derby-bghaxar-plejers-u-zejtun-jeghlbu-lil-mqabba/
Żebbuġ jirbħu d-derby b’għaxar plejers u Żejtun jegħlbu lil Mqabba
QORMI …………………………….. 1 ŻEBBUĠ RANGERS ……………. 2 Qormi: J. Azzopardi, F. Gnindokponou, C. Matombo, M. Borg, A. Abela, M. Lokando, F. Gusman, A. Cassar, N. Ghio, I. Zammit (L. Farrugia 70’), T. Gusman (S. Grech 53’) Żebbuġ: M. Grech, D. Fava, R. Vella, M. Del Negro (J. Farrugia 55’), R. Zammit, S. Buhagiar, S. Nanapere, M. Fagbeja (R. Cutajar 94’), C. Brincat, W. Borg, N. Ojuola Referee: Matthew Degabriele Żebbuġ dawru telfa f’rebħa minkejja li kienu qed jilagħbu b’għaxar plejers f’derby mill-iktar akkanit u emozzjonanti li finalment ra liż-Żebbuġin jagħtu t-tielet telfa konsekuttiva lil Qormi. Wara seba’ minuti Qormi fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ korner id-daqqa ta’ ras ta’ Francesco Gusman ħabtet mal-lasta, mir-rebound reġa’ kien Gusman li xxuttja iżda Zammit salva minn fuq il-linja biex finalment kien FREUD GNINDOKPONOU li minn żewġ passi bogħod kompla għal ġewwa. Dan il-gowl ħasad xi ftit lil Żebbuġ li ma kinux organizzati fir-reazzjoni tagħhom u ftit resqu lejn Azzopardi. Iżda fis-27 minuta kienu sfortunati meta free-kick ta’ Dion Fava ħabat ma’ sieq il-lasta b’Azzopardi megħlub. Ħames minuti wara Fagbeja bir-ras żmarka lil Nanapere li spara għoli minn qagħda tajba. Fit-38 minuta kontrattakk veloċi ta’ Qormi fejn Tensior Gusman żmarka lil Gnindokponou li waħdu quddiem Grech ra x-xutt tiegħu salvat mill-gowlkiper tar-Rangers. Fit-tieni taqsima Żebbuġ żiedu l-pressjoni tagħhom u fil-65 minuta kisbu l-gowl tad-draw meta xutt ta’ Samuel Buhagiar kien parzjalment salvat minn Azzopardi u mir-rebound MUDA FAGBEJA xeħet fix-xibka. Iżda tliet minuti wara daqqa ta’ ħarta għat-tim ta’ Clive Mizzi hekk kif il-captain Clive Brincat dabbar it-tieni karta safra tiegħu. Qormi żiedu l-attakki iżda kienu maħsuda fid-89 minuta meta Fagbeja twaqqa’ fil-kaxxa minn Alessio Cassar u mill-11-il metru kien RANDALL VELLA li għeleb lil Azzopardi. L-aħħar minuti kienu drammatiċi bil-Qriema jagħmlu minn kollox biex isalvaw il-logħba iżda ma rnexxielhomx jagħmlu dan. MQABBA ……………………………….. 2 ŻEJTUN CORINTHIANS …………… 3 Mqabba: D. Carabott, D. Micallef, A. Ferreira, K. Magro (F. Zammit 85’), J. Micallef, A. Makela (Y. Omuro 78’), P. Chimezie, K. Xuereb (N. Micallef 46’), J. Spiteri, M. Caruana, K. Camilleri Żejtun: C. Cassar, J. Cassar, A. Carabott, D. Agius (R. Attard 68’), J. Ogunnupe (M. Pereira Muniz 87’), J. Suda (J. Busuttil 94’), R. Do Nascimento Santos, D. Sowatey, A. Mizzi, N. Tabone, G. Azzopardi Referee: Alan Mario Sant Żejtun kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta f’logħba missielta għelbu lil Mqabba 3-2, bil-gowl rebbieħ li ddeċieda l-logħba jasal minn awto-gowl sfortunat tal-captain Caruana kwarta mit-tmiem. Wara ftit sekondi kien Adrian Carabott li pprova jaħsad lil Duane Carabott iżda l-ballun niżel fuq is-saqaf tax-xibka. Wara dan il-bidu promettenti l-logħba kienet pjuttost kwieta b’ħafna logħob f’nofs il-grawnd. Fit-22 minuta Suda seraq ballun fuq il-lemin u qassam għan-nofs fejn Manuel Caruana laħaq tajjar biex evita gowl ċert. Il-gowl wasal xorta waħda żewġ minuti wara b’azzjoni fuq il-lemin ta’ Azzopardi li qassam lejn ROBEIRO DO NASCIMENTO li mill-viċin rnexxielu jkompli l-ballun għal ġewwa. Ir-reazzjoni ta’ Mqabba kienet fjakka anki jekk Żejtun m’għarfux jisfruttaw l-ispazji li bdew iħallu l-avversarji. Fit-43 minuta Żejtun tilfu banalment ballun fid-difiża, fejn Makela qassam lejn Chimezie li kien imwaqqa’ minn Dylan Agius u mill-11-il metru kien l-istess PAUL CHIMEZIE li skorja b’xutt b’saħħtu. It-tieni taqsima kellu bidu ferm kwiet iżda l-logħba splodiet b’żewġ gowls f’sittin sekonda. Fl-64 minuta kross ta’ Adrian Carabott lejn ROBEIRO DO NASCIMENTO li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Carabott. Iżda minuta wara appena reġa’ beda l-logħob, ballun lejn PAUL CHIMEZIE li b’xutt mill-ewwel fil-baxx għeleb lil Cassar. Fl-74 minuta Żejtun għat-tielet darba fil-vantaġġ meta Robeiro qassam għan-nofs u Manuel Caruana xeħet fix-xibka tiegħu stess f’attentat li jbiegħed il-periklu. Mqabba attakkaw mingħajr wisq ideat fil-ħin li kien baqa’ biż-Żwieten jikkontrollaw biex kisbu tliet punti mportanti.
[ "QORMI ……………………………..", "1", "ŻEBBUĠ RANGERS …………….", "2", "Qormi:", "J. Azzopardi, F. Gnindokponou, C. Matombo, M. Borg, A. Abela, M. Lokando, F. Gusman, A. Cassar, N. Ghio, I. Zammit (L. Farrugia 70’), T. Gusman (S. Grech 53’)", "Żebbuġ:", "M. Grech, D. Fava, R. Vella, M. Del Negro (J. Farrugia 55’), R. Zammit, S. Buhagiar, S. Nanapere, M. Fagbeja (R. Cutajar 94’), C. Brincat, W. Borg, N. Ojuola", "Referee:", "Matthew Degabriele", "Żebbuġ dawru telfa f’rebħa minkejja li kienu qed jilagħbu b’għaxar plejers f’derby mill-iktar akkanit u emozzjonanti li finalment ra liż-Żebbuġin jagħtu t-tielet telfa konsekuttiva lil Qormi.", "Wara seba’ minuti Qormi fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ korner id-daqqa ta’ ras ta’ Francesco Gusman ħabtet mal-lasta, mir-rebound reġa’ kien Gusman li xxuttja iżda Zammit salva minn fuq il-linja biex finalment kien FREUD GNINDOKPONOU li minn żewġ passi bogħod kompla għal ġewwa.", "Dan il-gowl ħasad xi ftit lil Żebbuġ li ma kinux organizzati fir-reazzjoni tagħhom u ftit resqu lejn Azzopardi.", "Iżda fis-27 minuta kienu sfortunati meta free-kick ta’ Dion Fava ħabat ma’ sieq il-lasta b’Azzopardi megħlub.", "Ħames minuti wara Fagbeja bir-ras żmarka lil Nanapere li spara għoli minn qagħda tajba.", "Fit-38 minuta kontrattakk veloċi ta’ Qormi fejn Tensior Gusman żmarka lil Gnindokponou li waħdu quddiem Grech ra x-xutt tiegħu salvat mill-gowlkiper tar-Rangers.", "Fit-tieni taqsima Żebbuġ żiedu l-pressjoni tagħhom u fil-65 minuta kisbu l-gowl tad-draw meta xutt ta’ Samuel Buhagiar kien parzjalment salvat minn Azzopardi u mir-rebound MUDA FAGBEJA xeħet fix-xibka.", "Iżda tliet minuti wara daqqa ta’ ħarta għat-tim ta’ Clive Mizzi hekk kif il-captain Clive Brincat dabbar it-tieni karta safra tiegħu.", "Qormi żiedu l-attakki iżda kienu maħsuda fid-89 minuta meta Fagbeja twaqqa’ fil-kaxxa minn Alessio Cassar u mill-11-il metru kien RANDALL VELLA li għeleb lil Azzopardi.", "L-aħħar minuti kienu drammatiċi bil-Qriema jagħmlu minn kollox biex isalvaw il-logħba iżda ma rnexxielhomx jagħmlu dan.", "MQABBA ………………………………..", "2", "ŻEJTUN CORINTHIANS …………… 3", "Mqabba:", "D. Carabott, D. Micallef, A. Ferreira, K. Magro (F. Zammit 85’), J. Micallef, A. Makela (Y. Omuro 78’), P. Chimezie, K. Xuereb (N. Micallef 46’), J. Spiteri, M. Caruana, K. Camilleri", "Żejtun:", "C. Cassar, J. Cassar, A. Carabott, D. Agius (R. Attard 68’), J. Ogunnupe (M. Pereira Muniz 87’), J. Suda (J. Busuttil 94’), R. Do Nascimento Santos, D. Sowatey, A. Mizzi, N. Tabone, G. Azzopardi", "Referee:", "Alan Mario Sant", "Żejtun kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta f’logħba missielta għelbu lil Mqabba 3-2, bil-gowl rebbieħ li ddeċieda l-logħba jasal minn awto-gowl sfortunat tal-captain Caruana kwarta mit-tmiem.", "Wara ftit sekondi kien Adrian Carabott li pprova jaħsad lil Duane Carabott iżda l-ballun niżel fuq is-saqaf tax-xibka.", "Wara dan il-bidu promettenti l-logħba kienet pjuttost kwieta b’ħafna logħob f’nofs il-grawnd.", "Fit-22 minuta Suda seraq ballun fuq il-lemin u qassam għan-nofs fejn Manuel Caruana laħaq tajjar biex evita gowl ċert.", "Il-gowl wasal xorta waħda żewġ minuti wara b’azzjoni fuq il-lemin ta’ Azzopardi li qassam lejn ROBEIRO DO NASCIMENTO li mill-viċin rnexxielu jkompli l-ballun għal ġewwa.", "Ir-reazzjoni ta’ Mqabba kienet fjakka anki jekk Żejtun m’għarfux jisfruttaw l-ispazji li bdew iħallu l-avversarji.", "Fit-43 minuta Żejtun tilfu banalment ballun fid-difiża, fejn Makela qassam lejn Chimezie li kien imwaqqa’ minn Dylan Agius u mill-11-il metru kien l-istess PAUL CHIMEZIE li skorja b’xutt b’saħħtu.", "It-tieni taqsima kellu bidu ferm kwiet iżda l-logħba splodiet b’żewġ gowls f’sittin sekonda.", "Fl-64 minuta kross ta’ Adrian Carabott lejn ROBEIRO DO NASCIMENTO li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Carabott.", "Iżda minuta wara appena reġa’ beda l-logħob, ballun lejn PAUL CHIMEZIE li b’xutt mill-ewwel fil-baxx għeleb lil Cassar.", "Fl-74 minuta Żejtun għat-tielet darba fil-vantaġġ meta Robeiro qassam għan-nofs u Manuel Caruana xeħet fix-xibka tiegħu stess f’attentat li jbiegħed il-periklu.", "Mqabba attakkaw mingħajr wisq ideat fil-ħin li kien baqa’ biż-Żwieten jikkontrollaw biex kisbu tliet punti mportanti." ]
1netnews.com.mt
4,113
news, press
https://netnews.com.mt/2018/09/27/tennis-murray-fil-kwarti-finali-tat-tournament-ta-shenzhen/
TENNIS: Murray fil-kwarti-finali tat-tournament ta’ Shenzhen
It-tennista Skoċċiż, Andy Murray, ikkwalifika għall-kwarti-finali tat-tournament ta’ Shenzhen Open, fiċ-Ċina, wara li għeleb lil David Goffin li hu s-seed numru ħdax fid-dinja. Murray, li għandu 31 sena, wera ftit mill-forma antika tiegħu b’rebħa, 6-3 u 6-4 fuq it-top seed Belġjan u fir-rawnd li jmiss hu se jikkonfronta lil Taro Daniel jew lil Fernando Verdasco ( is-seed numru ħamsa) li, f’Awwissu, kien għeleb lill-istess tennista Skoċċiż fil-US Open. Murray, li, illum, jinsab fit-311 il-post fir-rankings tad-dinja, irritorna fix-xena wara kważi sena wieqaf. Ir-rebħa fuq Goffin, li għandu 27 sena, waslet wara siegħa u 35 minuta, u b’hekk Murray – għal tliet darbiet Grand Slam champion — irnexxielu anki jżomm ir-rekord perfett tar-rebħ kontra dan it-tennista Belġjan. Andy Murray, fil-fatt, qed jilgħab is-sitt tournament tiegħu mindu kellu jgħaddi minn kirurġija f’ġenbu f’Jannar u mindu rritorna għall-ATP Tour, f’Ġunju. It-tournament ta’ Shenzhen se jkun l-avveniment ta’ qabel l-aħħar għal Murray, bl-avveniment li jmiss fl-iskeda tat-tournaments se jkun iċ-China Open, li jsir ix-xahar id-dieħel, f’Beijing. Sadanittant, Murray diġà qal li se jtemm l-istaġun kmieni, din is-sena, bil-għan li jkun ‘fl-aħjar forma fiżika possibbli’ għall-bidu tal-2019.
[ "It-tennista Skoċċiż, Andy Murray, ikkwalifika għall-kwarti-finali tat-tournament ta’ Shenzhen Open, fiċ-Ċina, wara li għeleb lil David Goffin li hu s-seed numru ħdax fid-dinja.", "Murray, li għandu 31 sena, wera ftit mill-forma antika tiegħu b’rebħa, 6-3 u 6-4 fuq it-top seed Belġjan u fir-rawnd li jmiss hu se jikkonfronta lil Taro Daniel jew lil Fernando Verdasco ( is-seed numru ħamsa) li, f’Awwissu, kien għeleb lill-istess tennista Skoċċiż fil-US Open.", "Murray, li, illum, jinsab fit-311 il-post fir-rankings tad-dinja, irritorna fix-xena wara kważi sena wieqaf.", "Ir-rebħa fuq Goffin, li għandu 27 sena, waslet wara siegħa u 35 minuta, u b’hekk Murray – għal tliet darbiet Grand Slam champion — irnexxielu anki jżomm ir-rekord perfett tar-rebħ kontra dan it-tennista Belġjan.", "Andy Murray, fil-fatt, qed jilgħab is-sitt tournament tiegħu mindu kellu jgħaddi minn kirurġija f’ġenbu f’Jannar u mindu rritorna għall-ATP Tour, f’Ġunju.", "It-tournament ta’ Shenzhen se jkun l-avveniment ta’ qabel l-aħħar għal Murray, bl-avveniment li jmiss fl-iskeda tat-tournaments se jkun iċ-China Open, li jsir ix-xahar id-dieħel, f’Beijing.", "Sadanittant, Murray diġà qal li se jtemm l-istaġun kmieni, din is-sena, bil-għan li jkun ‘fl-aħjar forma fiżika possibbli’ għall-bidu tal-2019." ]
1netnews.com.mt
6,088
news, press
https://netnews.com.mt/2017/08/25/filmat-fhal-safi-jhejju-ghal-spettaklu-tan-nar/
FILMAT: F’Ħal Safi jħejju għal spettaklu tan-nar
Għalkemm wieħed mill-iżgħar lokalitajiet f’Malta, Ħal Safi jibqa’ rinomat għall-ispettaklu tan-nar fil-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl. Speċjalment in-nar tal-art, li hu popolari ferm mal-Maltin. NET News mar isegwi t-tħejjijiet tal-logħob tan-nar tal-art, fejn hemmek iltqajna ma’ Leonard Agius, li hu membru tal-grupp Dilettanti tan-Nar San Pawl Safi u li fisser kif il-fatt li festa żgħira, ma jnaqqas xejn mill-importanza li t-tħejjijiet jibdew kmieni “Wara l-festa trid tħalli ħmistax, tieħu ħmistax break u trid tibda terġa’ għax mill-bqija ma tlesti qatt. In-nies qegħdin ftit hawnekk, il-lokalità hija żgħira ħafna, allura jkollna naħdmu ħafna iżjed minn ħaddieħor, avolja festa żgħira,” spjegalna Leonard. Ftit ‘il bogħod fil-kumpless tan-nar ta’ Ħal Safi, iltqajna ma’ Aaron Zammit, li fil-kamra tan-nar jieħu r-responsabbiltà tax-xogħol kollu li jsir. Bix-xogħol maħdum u lest warajh, Aaron li wkoll ilu xhur twal jipprepara bit-tama li x-xogħol kollu jħalli l-frotti mixtieq. “Issa wieħed jara x-xogħol li għamilna f’sena sħiħa jekk hux se jissarraf f’diżappunt jew sodisfazzjoni… għax dan huwa xogħol li m’għandek xejn for granted fuqu. Imma dejjem tagħmel l-almu tiegħek biex l-affarijiet imorru aħjar,” temm jgħid.
[ "Għalkemm wieħed mill-iżgħar lokalitajiet f’Malta, Ħal Safi jibqa’ rinomat għall-ispettaklu tan-nar fil-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl.", "Speċjalment in-nar tal-art, li hu popolari ferm mal-Maltin.", "NET News mar isegwi t-tħejjijiet tal-logħob tan-nar tal-art, fejn hemmek iltqajna ma’ Leonard Agius, li hu membru tal-grupp Dilettanti tan-Nar San Pawl Safi u li fisser kif il-fatt li festa żgħira, ma jnaqqas xejn mill-importanza li t-tħejjijiet jibdew kmieni", "“Wara l-festa trid tħalli ħmistax, tieħu ħmistax break u trid tibda terġa’ għax mill-bqija ma tlesti qatt.", "In-nies qegħdin ftit hawnekk, il-lokalità hija żgħira ħafna, allura jkollna naħdmu ħafna iżjed minn ħaddieħor, avolja festa żgħira,” spjegalna Leonard.", "Ftit ‘il bogħod fil-kumpless tan-nar ta’ Ħal Safi, iltqajna ma’ Aaron Zammit, li fil-kamra tan-nar jieħu r-responsabbiltà tax-xogħol kollu li jsir.", "Bix-xogħol maħdum u lest warajh, Aaron li wkoll ilu xhur twal jipprepara bit-tama li x-xogħol kollu jħalli l-frotti mixtieq.", "“Issa wieħed jara x-xogħol li għamilna f’sena sħiħa jekk hux se jissarraf f’diżappunt jew sodisfazzjoni… għax dan huwa xogħol li m’għandek xejn for granted fuqu.", "Imma dejjem tagħmel l-almu tiegħek biex l-affarijiet imorru aħjar,” temm jgħid." ]
1netnews.com.mt
1,381
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2018/09/14/il-ministru-ian-borg-izur-ix-xoghlijiet-ta-manutenzjoni-li-qed-isiru-fuq-il-pont-bejn-hal-qormi-u-l-marsa/
Il-Ministru Ian Borg iżur ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni li qed isiru fuq il-pont bejn Ħal Qormi u l-Marsa
Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni li għaddejjin fuq il-pont bejn Ħal Qormi u l-Marsa lbieraħ filgħaxija, fejn Infrastructure Malta qed jibdlu l-wiċċ tal-pont biex jintroduċu protezzjoni adekwata ta' waterproofing u saffi ġodda ta' asfalt bħala parti minn proġett għat-titjib tal-istruttura arterjali. Ix-xogħlijiet għall-manutenzjoni estensiva tal-pont li nbena fis-snin 70, bdew fl-2017 u se jitlestew sal-aħħar ta' din is-sena. Il-pont bejn il-Marsa u Ħal Qormi jgħaddi mill-Marsa-Ħamrun bypass, għal madwar 6 metri fuq roundabout li tgħaqqad lil Santa Venera, Ħal Qormi u l-Marsa, viċin l-uffiċċju tal-Maltapost. Dan il-pont jinkludi struttura ta' 70 metru fuq 40 kolonna. Il-Ministru Borg qal li, "Dawn huma x-xogħlijiet li fuqhom tiddependi infrastruttura b'saħħitha. Bil-ħidma li qed nagħmlu fit-toroq qed nindirizzaw sfidi li ilhom magħna snin twal u li huma riżultat ta' infrastruttura li għal għexieren ta' snin qatt ma ngħatat l-attenzjoni li jixraqilha. Is-sitwazzjoni tat-toroq u tat-trasport ta' pajjiżna qed tkompli tevolvi – b'hekk qed nippjanaw u nippreparaw għall-futur bil-bini mill-ġdid ta' diversi toroq. Iżda bl-istess mod importanti li nmantnu x-xogħol li nagħmlu u l-istrutturi li jaqduna. Dan mhux biss biex niżguraw li jkollna infrastruttura effiċjenti iżda wkoll biex fuq kollox nassiguraw lill-utenti tat-toroq tagħna li qed jużaw strutturi siguri u b'saħħithom. Illum qed nibnu b'mod differenti – qed nużaw teknoloġiji u strutturi speċjalizzati għall-użu fil-pontijiet iżda ninsabu kommessi li nmantnu u nwettqu xogħol ta' tiswija fuq strutturi eżistenti għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin". Din il-ġimgħa Infrastructure Malta qed timplimenta fażi oħra tal-proġett hekk kif il-wiċċ tal-pont qed jitneħħa sabiex jitpoġġa materjal ta' waterproofing li se jipproteġi l-istruttura tal-konkos mill-ħsarat tal-ilma. Il-pont qatt ma kien trattat bi protezzjoni bħal din. Ix-xogħlijiet ta' tibdil tal-wiċċ qed isiru matul il-lejl biex jiġi evitat il-bżonn li tingħalaq il-parti tal-Marsa-Ħamrun bypass mal-ġurnata. Infrastructure Malta u l-kuntratturi tagħha qed ipoġġu l-waterproof membrane protettiv fuq medda ta' 1,400 metru kwadru tal-pont permezz ta' xogħol delikat li jinvolvi aktar minn 25 ħaddiem. Il-karreġġjata doppja b'erba' korsiji ġiet maqsuma f'sezzjonijiet biex kull waħda titlesta f'lejl wieħed mingħajr il-bżonn li t-triq tinżamm magħluqa l-għada filgħodu. Fl-ewwel lejl aktar kmieni din il-ġimgħa l-kuntratturi neħħew il-wiċċ eżistenti tal-pont, naddfuh minn kwalunkwe materjal li kien inqala' u taw saff irqiq ta' asfalt. It-triq infetħet l-għada filgħodu. Nhar l-Erbgħa filgħaxija l-ħaddiema bdew ix-xogħol fuq il-waterproofing membrane speċjalizzat u importat speċifikament għal dan l-għan fuq l-ewwel parti tal-pont. Eżatt wara ngħataw l-aħħar saffi ta' asfalt biex din il-parti tat-triq setgħet tinfetaħ mill-ġdid filgħodu. Dan il-proċess qed jiġi repetut diversi drabi kull lejl sakemm il-pont ikun kollu waterproofed u mogħti l-asfalt li mistenni jkun lest sal-aħħar ta' din il-ġimgħa. Il-waterproofing tal-pont kien pjanat wara studji tekniċi li nbdew is-sena l-oħra biex jiddeterminaw it-tiswija u l-manutenzjoni li kien hemm bżonn biex jiżguraw l-istabilità u s-sigurtà tal-istruttura għall-użu preżenti u futur. Ix-xogħlijiet inizjali inkludew ukoll it-tneħħija ta' partijiet mis-saff ta' barra tal-konkos ta' uħud mill-pilastri tal-pont biex isiru testijiet u spezzjonijiet fuq il-kolonni tal-azzar li jirrinforzaw il-pont minn taħt. Ftit ġimgħat ilu, hekk kif ir-riżultati tal-istudji inizjali ġew disponibbli, Infrastructure Malta kompliet bix-xogħlijiet ta' manutenzjoni, inklużi t-tneħħija tal-konkos maħlul mill-wiċċ tal-pilastri tal-konkos u l-girders u l-applikazzjoni ta' trattament protettiv għall-azzar li jirrinforza l-istruttura. Finalment l-azzar li jirrinforza l-pont qed jinkesa bi prodott speċjalizzat tat-tiswija identifikat għal dan l-għan bħala parti mill-istudji tekniċi. Il-manutenzjoni tal-pont hi skedata li titlesta sal-aħħar tas-sena. Il-manutenzjoni tal-pont qed tiġi magħquda mat-titjib li għaddej bħalissa fil-kuritur arterjali bejn iċ-ċentru u n-Nofsinhar li jkopri minn Triq Aldo Moro sa parti minn Triq Diċembru 13, il-Marsa-Ħamrun bypass u l-mini ta' Santa Venera. Dan it-titjib qed isir permezz ta' proġetti ta' bini mill-ġdid tat-toroq li nbeda aktar kmieni din is-sena. Din il-ġimgħa Infrastructure Malta ħabbret li t-tliet proġetti ewlenin matul ir-rotta se jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin. Diversi korsiji ġodda u ħoloq imtejba, inklużi sitt korsiji matul il-Marsa-Ħamrun bypass u seba' korsiji fi Triq Aldo Moro, se jsiru disponibbli qabel il-bidu tas-sena skolastika l-ġdida aktar tard dan ix-xahar. Titjib ieħor, inklużi tliet korsiji oħra u korsija għaċ-ċiklisti ġdida fi Triq Aldo Moro se jinfetħu għall-utenti tat-toroq f'Ottubru. L-aġenzija se tkompli ttejjeb din ir-rotta wkoll bi proġetti oħra importanti inklużi s-seba' strutturi ta' pontijiet għat-tielet fażi tal-Marsa Junction Project, il-bini mill-ġdid tar-roundabout ta' Santa Luċija biex tinkludi żewġ mini li jgħaqqdu Triq tal-Barrani ma' Vjal Santa Luċija u l-bini mill-ġdid ta' Triq Ħal Luqa f'Santa Luċija.
[ "Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni li għaddejjin fuq il-pont bejn Ħal Qormi u l-Marsa lbieraħ filgħaxija, fejn Infrastructure Malta qed jibdlu l-wiċċ tal-pont biex jintroduċu protezzjoni adekwata ta' waterproofing u saffi ġodda ta' asfalt bħala parti minn proġett għat-titjib tal-istruttura arterjali.", "Ix-xogħlijiet għall-manutenzjoni estensiva tal-pont li nbena fis-snin 70, bdew fl-2017 u se jitlestew sal-aħħar ta' din is-sena.", "Il-pont bejn il-Marsa u Ħal Qormi jgħaddi mill-Marsa-Ħamrun bypass, għal madwar 6 metri fuq roundabout li tgħaqqad lil Santa Venera, Ħal Qormi u l-Marsa, viċin l-uffiċċju tal-Maltapost.", "Dan il-pont jinkludi struttura ta' 70 metru fuq 40 kolonna.", "Il-Ministru Borg qal li, \"Dawn huma x-xogħlijiet li fuqhom tiddependi infrastruttura b'saħħitha.", "Bil-ħidma li qed nagħmlu fit-toroq qed nindirizzaw sfidi li ilhom magħna snin twal u li huma riżultat ta' infrastruttura li għal għexieren ta' snin qatt ma ngħatat l-attenzjoni li jixraqilha.", "Is-sitwazzjoni tat-toroq u tat-trasport ta' pajjiżna qed tkompli tevolvi – b'hekk qed nippjanaw u nippreparaw għall-futur bil-bini mill-ġdid ta' diversi toroq.", "Iżda bl-istess mod importanti li nmantnu x-xogħol li nagħmlu u l-istrutturi li jaqduna.", "Dan mhux biss biex niżguraw li jkollna infrastruttura effiċjenti iżda wkoll biex fuq kollox nassiguraw lill-utenti tat-toroq tagħna li qed jużaw strutturi siguri u b'saħħithom.", "Illum qed nibnu b'mod differenti – qed nużaw teknoloġiji u strutturi speċjalizzati għall-użu fil-pontijiet iżda ninsabu kommessi li nmantnu u nwettqu xogħol ta' tiswija fuq strutturi eżistenti għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin\".", "Din il-ġimgħa Infrastructure Malta qed timplimenta fażi oħra tal-proġett hekk kif il-wiċċ tal-pont qed jitneħħa sabiex jitpoġġa materjal ta' waterproofing li se jipproteġi l-istruttura tal-konkos mill-ħsarat tal-ilma.", "Il-pont qatt ma kien trattat bi protezzjoni bħal din.", "Ix-xogħlijiet ta' tibdil tal-wiċċ qed isiru matul il-lejl biex jiġi evitat il-bżonn li tingħalaq il-parti tal-Marsa-Ħamrun bypass mal-ġurnata.", "Infrastructure Malta u l-kuntratturi tagħha qed ipoġġu l-waterproof membrane protettiv fuq medda ta' 1,400 metru kwadru tal-pont permezz ta' xogħol delikat li jinvolvi aktar minn 25 ħaddiem.", "Il-karreġġjata doppja b'erba' korsiji ġiet maqsuma f'sezzjonijiet biex kull waħda titlesta f'lejl wieħed mingħajr il-bżonn li t-triq tinżamm magħluqa l-għada filgħodu.", "Fl-ewwel lejl aktar kmieni din il-ġimgħa l-kuntratturi neħħew il-wiċċ eżistenti tal-pont, naddfuh minn kwalunkwe materjal li kien inqala' u taw saff irqiq ta' asfalt.", "It-triq infetħet l-għada filgħodu.", "Nhar l-Erbgħa filgħaxija l-ħaddiema bdew ix-xogħol fuq il-waterproofing membrane speċjalizzat u importat speċifikament għal dan l-għan fuq l-ewwel parti tal-pont.", "Eżatt wara ngħataw l-aħħar saffi ta' asfalt biex din il-parti tat-triq setgħet tinfetaħ mill-ġdid filgħodu.", "Dan il-proċess qed jiġi repetut diversi drabi kull lejl sakemm il-pont ikun kollu waterproofed u mogħti l-asfalt li mistenni jkun lest sal-aħħar ta' din il-ġimgħa.", "Il-waterproofing tal-pont kien pjanat wara studji tekniċi li nbdew is-sena l-oħra biex jiddeterminaw it-tiswija u l-manutenzjoni li kien hemm bżonn biex jiżguraw l-istabilità u s-sigurtà tal-istruttura għall-użu preżenti u futur.", "Ix-xogħlijiet inizjali inkludew ukoll it-tneħħija ta' partijiet mis-saff ta' barra tal-konkos ta' uħud mill-pilastri tal-pont biex isiru testijiet u spezzjonijiet fuq il-kolonni tal-azzar li jirrinforzaw il-pont minn taħt.", "Ftit ġimgħat ilu, hekk kif ir-riżultati tal-istudji inizjali ġew disponibbli, Infrastructure Malta kompliet bix-xogħlijiet ta' manutenzjoni, inklużi t-tneħħija tal-konkos maħlul mill-wiċċ tal-pilastri tal-konkos u l-girders u l-applikazzjoni ta' trattament protettiv għall-azzar li jirrinforza l-istruttura.", "Finalment l-azzar li jirrinforza l-pont qed jinkesa bi prodott speċjalizzat tat-tiswija identifikat għal dan l-għan bħala parti mill-istudji tekniċi.", "Il-manutenzjoni tal-pont hi skedata li titlesta sal-aħħar tas-sena.", "Il-manutenzjoni tal-pont qed tiġi magħquda mat-titjib li għaddej bħalissa fil-kuritur arterjali bejn iċ-ċentru u n-Nofsinhar li jkopri minn Triq Aldo Moro sa parti minn Triq Diċembru 13, il-Marsa-Ħamrun bypass u l-mini ta' Santa Venera.", "Dan it-titjib qed isir permezz ta' proġetti ta' bini mill-ġdid tat-toroq li nbeda aktar kmieni din is-sena.", "Din il-ġimgħa Infrastructure Malta ħabbret li t-tliet proġetti ewlenin matul ir-rotta se jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.", "Diversi korsiji ġodda u ħoloq imtejba, inklużi sitt korsiji matul il-Marsa-Ħamrun bypass u seba' korsiji fi Triq Aldo Moro, se jsiru disponibbli qabel il-bidu tas-sena skolastika l-ġdida aktar tard dan ix-xahar.", "Titjib ieħor, inklużi tliet korsiji oħra u korsija għaċ-ċiklisti ġdida fi Triq Aldo Moro se jinfetħu għall-utenti tat-toroq f'Ottubru.", "L-aġenzija se tkompli ttejjeb din ir-rotta wkoll bi proġetti oħra importanti inklużi s-seba' strutturi ta' pontijiet għat-tielet fażi tal-Marsa Junction Project, il-bini mill-ġdid tar-roundabout ta' Santa Luċija biex tinkludi żewġ mini li jgħaqqdu Triq tal-Barrani ma' Vjal Santa Luċija u l-bini mill-ġdid ta' Triq Ħal Luqa f'Santa Luċija." ]
3one.com.mt
32,040
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/mafkar-fgieh-malta-repubblika/
Mafkar f’ġieħ Malta Repubblika
Il-Partit Laburista illejla fakkar Jum ir-Repubblika f’ċerimonja quddiem il-Palazz tal-President fil-Belt Valletta. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, f’kelmtejn li għamel qal li huwa ta’ dispjaċir li f’pajjiżna m’hawnx monument li jfakkar il-ġrajja storika ta’ Jum ir-Repubblika. Kien għalhekk li l-Partit Laburista qed ifakkar dil-ġrajja f’riġlejn il-lapida li hemm mal-faċċata tal-Palazz Presidenzjali. Dr Muscat qal li din ma tirriflettix biżżejjed l-importanza ta’ dan il-jum. Il-Prim Ministru ħabbar li f’Diċembru tas-sena d-dieħla, f’għeluq l-40 sena minn meta l-Parlament Malti waqqaf ir-Repubblika ta’ Malta b’maġġoranza storika miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti, se jinkixef mafkar kif jixraq biex ifakkar it-twaqqif ta’ Malta Repubblika. F’Jannar li ġej il-Gvern se jkun qed jerġa’ jdur fuq l-artisti Maltin biex joħorġu b’ideat għal dan il-mafkar, kif ukoll biex jindikaw fejn għandu jitqiegħed. Dr Muscat qal li s-sena d-dieħla pajjiżna se jfakkar ukoll il-50 sena mill-kisba tal-Indipendenza, 35 sena mill-Ħelsien u 10 snin mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Fiċ-ċerimonja tal-lejla, poġġew ukoll bukketti tal-fjuri f’riġlejn il-lapida ta’ Jum ir-Repubblika membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, Deputati kif ukoll kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
[ "Il-Partit Laburista illejla fakkar Jum ir-Repubblika f’ċerimonja quddiem il-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.", "Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, f’kelmtejn li għamel qal li huwa ta’ dispjaċir li f’pajjiżna m’hawnx monument li jfakkar il-ġrajja storika ta’ Jum ir-Repubblika.", "Kien għalhekk li l-Partit Laburista qed ifakkar dil-ġrajja f’riġlejn il-lapida li hemm mal-faċċata tal-Palazz Presidenzjali.", "Dr Muscat qal li din ma tirriflettix biżżejjed l-importanza ta’ dan il-jum.", "Il-Prim Ministru ħabbar li f’Diċembru tas-sena d-dieħla, f’għeluq l-40 sena minn meta l-Parlament Malti waqqaf ir-Repubblika ta’ Malta b’maġġoranza storika miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti, se jinkixef mafkar kif jixraq biex ifakkar it-twaqqif ta’ Malta Repubblika.", "F’Jannar li ġej il-Gvern se jkun qed jerġa’ jdur fuq l-artisti Maltin biex joħorġu b’ideat għal dan il-mafkar, kif ukoll biex jindikaw fejn għandu jitqiegħed.", "Dr Muscat qal li s-sena d-dieħla pajjiżna se jfakkar ukoll il-50 sena mill-kisba tal-Indipendenza, 35 sena mill-Ħelsien u 10 snin mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Fiċ-ċerimonja tal-lejla, poġġew ukoll bukketti tal-fjuri f’riġlejn il-lapida ta’ Jum ir-Repubblika membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, Deputati kif ukoll kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew." ]
7www.tvm.com.mt
35,032
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/jizdiedu-t-turisti-fjannar/
Jiżdiedu t-turisti f’Jannar
Żdiedu b’7.1 fil-mija t-turisti li żaru Malta f’Jannar li għadda meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena l-oħra. B’kollox f’Jannar li għadda żaru Malta 69,525 turist li 55,440 minnhom ġew Malta għal btala. Il-bqija żaru Malta għal raġunijiet ta’ negozju. Il-maġġoranza tat-turisti li żaru Malta ġew minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea filwaqt li t-turisti minn barra l-Unjoni ammontaw għal 45 fil-mija. Il-maġġoranza tat-turisti li żaru Malta f’Jannar li għadda għandhom bejn il-45 u l-64 sena. F’Jannar li għadda żdied ukoll b’10.6 fil-mija l-ammont ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’Malta kif ukoll in-nefqa li żdiedet b’9.4 fil-mija.
[ "Żdiedu b’7.1 fil-mija t-turisti li żaru Malta f’Jannar li għadda meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena l-oħra.", "B’kollox f’Jannar li għadda żaru Malta 69,525 turist li 55,440 minnhom ġew Malta għal btala.", "Il-bqija żaru Malta għal raġunijiet ta’ negozju.", "Il-maġġoranza tat-turisti li żaru Malta ġew minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea filwaqt li t-turisti minn barra l-Unjoni ammontaw għal 45 fil-mija.", "Il-maġġoranza tat-turisti li żaru Malta f’Jannar li għadda għandhom bejn il-45 u l-64 sena.", "F’Jannar li għadda żdied ukoll b’10.6 fil-mija l-ammont ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’Malta kif ukoll in-nefqa li żdiedet b’9.4 fil-mija." ]
7www.tvm.com.mt
35,077
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2020/06/16/fl-ahhar-ta-gunju-se-jigu-revokati-l-kumplament-tar-restrizzjonijiet-fosthom-fuq-il-gemghat-fil-pubbliku/
Fl-aħħar ta' Ġunju se jiġu revokati l-kumplament tar-restrizzjonijiet fosthom fuq il-ġemgħat fil-pubbliku
Mit-Tlieta 30 ta' Ġunju, se jiġu revokati l-aħħar restrizzjonijiet fosthom anki dwar il-limitu ta' 75 persuna miġbura fi grupp. F'avviż legali numru 243, il-Ministru għas-Saħħa u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika rrevokaw numru ta' restrizzjonijiet li kien għad fadal wara l-imxija. Fost dawn hemm ukoll il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel. Fil-fatt dawn se jiftħu jum wara għall-programm ta' Skolasajf. L-għada li jiġu revokati dawn ir-restrizzjonijiet se jiftaħ ukoll l-ajruport internazzjonali ta' Malta għal 24 post u min-nofs Lulju, il-portijiet se jkunu miftuħa għad-destinazzjonijiet kollha.
[ "Mit-Tlieta 30 ta' Ġunju, se jiġu revokati l-aħħar restrizzjonijiet fosthom anki dwar il-limitu ta' 75 persuna miġbura fi grupp.", "F'avviż legali numru 243, il-Ministru għas-Saħħa u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika rrevokaw numru ta' restrizzjonijiet li kien għad fadal wara l-imxija.", "Fost dawn hemm ukoll il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel.", "Fil-fatt dawn se jiftħu jum wara għall-programm ta' Skolasajf.", "L-għada li jiġu revokati dawn ir-restrizzjonijiet se jiftaħ ukoll l-ajruport internazzjonali ta' Malta għal 24 post u min-nofs Lulju, il-portijiet se jkunu miftuħa għad-destinazzjonijiet kollha." ]
3one.com.mt
29,482
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54965/intervista__naf_enituri_li_ftaqru_biex_jginu_lil_uliedhom_li_jiedu_ddroga
Intervista | ‘Naf ġenituri li ftaqru biex jgħinu lil uliedhom li jieħdu d-droga’
L-ILLUM tiltaqa’ ma’ Josef DeBono, President tal-Azzjoni u titkellem miegħu dwar il-faqar, il-kirjiet, il-Knisja f’Malta u proġett soċjali f’Ħal Balzan Il-fosos kważi Malta kollha marret xi darba jew oħra u kważi kulħadd innota dak il-bini kbir, b’bieb enormi u twieqi bojod. Għalkemm fuq barra l-binja m’għandhiex wisq gost u ħajja, malli tidħol issib attività qawwija ta’ persuni, mhux biss dawk li jkunu f’xi prova għal xi dramm jew serata fit-teatru tal-binja iżda wkoll persuni mill-Azzjoni Kattolika u anzjani li jattendu l-università ta’ terza età. L-ILLUM tiltaqa’ ma’ Josef Debono, fit-tieni sular. Debono huwa l-President tal-Azzjoni Kattolika li f’intervista ta’ siegħa din il-gazzetta titgħallem illi huma ħafna aktar minn numru ta’ nies, probabilment anzjani, li jiltaqgħu jitolbu, kif forsi jaħsbu wħud. Fil-fatt l-Azzjoni Kattolika hija magħmula minn diversi gruppi fosthom ta’ żagħżagħ lajċi madwar il-pajjiż kollu li filwaqt li qed jgħixu ħajjtihom, fl-iskola jew fil-post tax-xogħol, jiffurmaw komunità li tiltaqa’, tiddiksuti, tipproponi, titlob, torganizza u toħloq sens ta’ identità u sens ta’ għaqda u camaraderie fost dawk li jattendu. F’kamra mdaqqsa bi kwadru li fih stampa tal-Arċisqof Charles J Scicluna tħares lejna, forsi lejn waħda mill-aktar gazzetti lokali kritiċi tiegħu, Debono jgħid li l-membri jgħixu kullimkien, fuq il-post tax-xogħol, fil-ħwienet u fit-toroq biex jagħtu vuċi lit-tgħalim tal-knisja Imma l-knisja għad għandha vuċi llum? Iż-żgħażagħ esperjenza jridu, aktar minn kollox Huwa jgħid li llum in-nies jinteressahom l-aktar minn dak li jaraw u jmissu b’idejhom, mhux biss dak li hu fl-arja. Huwa jinsisti li d-dommi tal-fidi huma importanti, imma aktar minn hekk jeħtieġ nħarsu lejn it-triq li neħtieġu nimxu biex naslu sad-destinazzjoni. Hawnhekk huwa jgħid illi t-triq hija dik tal-esperjenza, bħall-esperjenza li 45 grupp ta’ żgħażagħ ikollhom madwar il-pajjiż fl-għaqdiet taż-żgħażagħ li tmexxi l-Azzjoni Kattolika. “Jiena nara sens fil-ħajja Nisranija, għalhekk immur il-quddies il-Ħadd, mhux għax ta’ bilfors jew għax xi ħadd jġegħelni,” jisħaq Debono. Huwa jgħid illi ż-żgħażagħ jagħtu formazzjoni lil żagħżagħ oħrajn u jibnu fuq l-esperjenzi li jakkwistaw. Imma dan mhux diġa qed isir permezz tal-MUSEUM? X’differenza hemm bejn dan u ż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK)? Debono jevita li jagħmel paraguni għalkemm donnu jinsisti li ż-ŻAK hija iktar ibbażata fuq il-prattika u l-esperjenza, iktar milli tpoġġi u xi ħadd jgħallmek id-duttrina. “Hawn min ilu fl-istess grupp 12-il sena. Naturlament in-numri jinbidlu, imma dawk li jibqgħu jirnexxielhom jiffurmaw komunità. Komunità ta’ nies li jsibu l-appoġġ, il-wens u spalla f’xulxin. Dawn huma nies lajċi, li għandhom xogħol u familja. Imma darba fil-ġimgħa jiltaqgħu biex jitkellmu. Hemm familji li bdew miż-ŻAK u li meta niltaqa’ magħhom jgħiduli kemm kienet importanti l-formazzjoni u l-espożizzjoni li ħadu miż-ŻAK u kemm għinithom biex jiffurmaw karattru, anke fuq il-post tax-xogħol.” ‘Nies li jiġu għadna jispiċċaw bla saqaf fuq rashom...’ Aħna u nippreparaw biex nibdew din l-intervista tkellimna ftit dwar l-għajnuna li tagħti l-Azzjoni Kattolika lill-vulnerabbli, permezz tas-segretarjat, konsosnanti mat-twemmin tal-Knisja favur is-solidarjetà. Imma min imur iħabbat il-bieb tagħhom? “Nies li se jispiċċaw barra bla saqaf fuq rashom, nies li mhux qed ilaħħqu mal-kontijiet, nies li mhux qed ilaħħqu mal-kera.” Hu jispjega kif ġieli kien hemm min ċempel f’isem xi ħadd li kien fil-bżonn biex isibu xelter fejn jista’ jgħix. “Imma llum ix-xelters huma mimlijin, m’hemmx fejn tmur. Lanqas social workers m’hemm biżżejjed,” jinsisti Debono. Imma dawk li qegħdin f’din is-sitwazzjoni jinsabu f’numri insinifikati, nirrimarka. “Mhumiex le, kull persuna li tinsab f’din is-sitwazzjoni hija ħafna,” sostna. Imma hawn l-idea popolari li kulħadd sejjer tajjeb, nerġa’ nirrimarka. Imma Debono jinsisti illi “meta tkun sejjer tajjeb int, faċli taħseb li kulħadd bħalek.” “Vera hawn ħafna nies li qed jgħaddu sew, imma għandek faxxa ta’ nies bħall-anzjani illi filli kellhom ammont ta’ kera xi jħallsu u filli  jridu jħallsu ammont ta’ kera li huwa aktar mill-pensjoni,” qal il-President tal-Azzjoni Kattolika. Hu jgħid illi l-faqar għandu angoli u aspetti differenti u spjega kif jaf każijiet fejn il-ġenituri spiċċaw ftaqru biex jgħinu lil uliedhom li jkunu fuq id-droga. Jispjega kif l-Azzjoni Kattolika ilha snin tħaddem inizjattiva li permezz tagħha toffri mini buses għal dawk l-anzjani li jkunu waħedhom u dan biex ikunu jistgħu joħorġu. “Anke x-xufiera jibnu relazzjoni ma’ dawn l-anzjani. Dan il-proġett bdejnieh qabel biss f’dan il-pajjiż bdiet diskussjoni dwar is-solitudni,” qal b’ċertu sodisfazzjon Debono. Xelter għal dawk fil-bżonn f’Ħal Balzan Induru allura fuq l-aktar punt importanti tal-intervista; il-proġett ta’ dar bħala xelter għal dawk in-nies li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. “Bħalissa fil-pajjiż qed niddiskutu l-bżonn ta’ xelters għal dawk li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom, biex għallinqas ikollhom post fejn jistgħu jgħixu,” qal il-President tal-Azzjoni Kattolika. “Bdejna naraw xi proprjetajiet li għandha l-Azzjoni Kattolika. Għandna proprjetà li tintuża tajjeb, bħal pereżempju ħafna mill-art illi fuqha hemm id-Dar tal-Providenza jew il-binja taż-ŻAK f’Raħal Ġdid u l-Ħamrun, fejn qed jużawha nies u għaqdiet differenti. Imbagħad hemm proprjetajiet li ma jintużawx bħal dik ta’ Ħal Balzan, li tintuża forsi siegħa kull ġimgħa. Din id-dar għandha żewġ sulari, bit-tieni sular se jkun iddedikat għal persuni jew familji li jkunu qed jgħixu hemmhekk għal żmien temporanju. “Dan ix-xelter se jkun post fejn persuna tqatta’ ftit żmien sakemm issib post fejn tgħix,” qal Debono li spjega illi min jgħix hemmhekk se jintalab iħallas ftit flus (jista’ jkun b’xejn ukoll) skont id-dħul tiegħu. Għas-sorpriża ta’ din il-gazzetta dwar il-ħlas, ifakkar li meta persuna tħallas il-parti tagħha qed tagħtiha d-dinjità, tħossha li mhux qed tgħix minn fuq xi ħadd, apparti li qed tikkontribwixxi biex min jiġi warajha jsib post tajjeb.” “Imma qed nitolbu kontribut, mhux inkissrek b’xi €900 fix-xahar.” Bħalissa għaddej xogħol fuq is-soqfa u qed isir xogħol fuq il-madum u l-elettriku. “Din hija qatra żgħira f’oċean,” sostna Debono li jirrakkonta anedottu żgħir mill-istorja ta’ dan il-proġett. “Żmien ilu fiż-Żak, persuna li kienet membru magħna rritornat lura għax-xoghol u darba ċemplitli u qalet li fix-xogħol kienu qasmuhom f’timijiet u tawhom €15,000 għall-proġett ta’ għajnuna u staqsietu xi proġett kellhom l-Azzjoni Kattolika. Jiena tajtha deskrizzjoni u jumejn wara ċċempilli u tgħid li għadda l-proġett tagħhom għax dak li propona proġett fl-Indja vvota għall-proġett f’Malta.” “Il-Mulej dejjem ipprovda,” jgħid Debono b’nofs tbissima. “Anke mingħand nies foqra, li għandhom bżonn l-għajununa huma stess, waslet l-għajununa.” Imma int x’qed tagħmel biex jonqos il-faqar? “Il-problema tal-faqar vera li hija marbuta mal-istituzzjonijiet, għalkemm ma rridx sufa f’ġisem il-politiku għax din l-isfida teħtieġ risposti kuraġġużi.” “Imma hija problema tas-soċjetà nnifisha wkoll,” jgħid Debono,” aħna wkoll niġġeneraw il-faqar, fl-għażliet li nagħmlu. Bħala eżempju nfakkar illi jekk aħna nixtru prodotti li min jaf minn fejn ikun ġejjin u min qed jipproduċiehom qed jirċievi biss parti żgħira ħafna mill-qligħ inkunu qed nikkontribwixxu għall-faqar,” sostna mal-ILLUM. “Nista’ noqgħod ingerger kemm irrid u nikteb artikli dwar il-faqar, imma jiena x’qed nagħmel?” jistaqsi Debono qabel imbagħad iġib l-eżempju tal-biedja. “Il-bdiewa jkabbru l-prodotti biex ikollna x’nieklu. Minflok, nixtri minn barra, bi prodott li min jaf minn xiex ikun għadda u probabilment dak il-bidwi lanqas biss ikun ħa porzjon żgħir tad-dħul. Mela qed ibati l-bidwi ta’ barra u qed ibati wkoll il-bidwi Malti. Dan huwa eżempju ta’ deċiżjoni personali li se twassal għall-faqar,” sostna. Huwa qal illi “faċli nwaħħal fil-Prim Ministru għall-faqar, imma jiena x’qed nagħmel biex innaqqas il-faqar?” qabel qal ill dak li hemm bżonn hija bidla fil-mentalità għax hawnhekk qed nitkellmu fuq ċirku sħiħ, “dak li qed tagħmel int hawn Malta qed jaffetwa lil ta’ ħdejk u lil dak f’pajjiż ’il bogħod.” Induru fuq il-kwistjoni tal-kirjiet u kumment li jagħmel illi dwar l-immassimizzar tal-pofitti. Il-mentalità hija li jekk nista’ naqla’ aktar, ngħolli, infakkru. “Hekk hu u kull min jisfida din l-idea ngħajruh. Il-mentalità mifruxa hi li litteralment nitħanżer,” jisħaq il-President tal-Azzjoni Kattolika. “Jekk xtrajt xi ħaġa b’€10 u nista’ neħodlok €100, neħodlok. Nieħu mhux għax għandi bżonn, imma biex insir iktar sinjur.” Jistaqsi: “Għandi għalfejn nixrobilhom demmhom koppja li qed ifittxu dar? Dan irridu nisfidaw, mhux lill-politiku. Il-bidla minn isfel tibda.” Ifakkar illi ħafna bidliet politiċi u anke kummerċjali jseħħu għax il-massa tkun trid hekk, għax il-massa tiċċalaq biex tbiddel. Xaqq ta’ dawl... Itemm jgħid iżda li sfortunatament, “qed ngħixu għas-servizz tal-flus, għalhekk ikun hawn il-faqar. Anke f’ċerti setturi kollox ngħaġġlu u ngħaġġlu, anke jekk inpoġġu lill-ħaddiem f’periklu basta nibqgħu nirbħu l-proġetti.” Jispiċċa jikkwota lill-Papa Franġisku u jisħaq li hu għandu fiduċja kbira fl-umanità u fil-kapaċità li tbiddel dak li tkisser. “Hemm xaqq ta’ dawl,” itemm jgħid Josef DeBono.
[ "L-ILLUM tiltaqa’ ma’ Josef DeBono, President tal-Azzjoni u titkellem miegħu dwar il-faqar, il-kirjiet, il-Knisja f’Malta u proġett soċjali f’Ħal Balzan", "Il-fosos kważi Malta kollha marret xi darba jew oħra u kważi kulħadd innota dak il-bini kbir, b’bieb enormi u twieqi bojod.", "Għalkemm fuq barra l-binja m’għandhiex wisq gost u ħajja, malli tidħol issib attività qawwija ta’ persuni, mhux biss dawk li jkunu f’xi prova għal xi dramm jew serata fit-teatru tal-binja iżda wkoll persuni mill-Azzjoni Kattolika u anzjani li jattendu l-università ta’ terza età.", "L-ILLUM tiltaqa’ ma’ Josef Debono, fit-tieni sular.", "Debono huwa l-President tal-Azzjoni Kattolika li f’intervista ta’ siegħa din il-gazzetta titgħallem illi huma ħafna aktar minn numru ta’ nies, probabilment anzjani, li jiltaqgħu jitolbu, kif forsi jaħsbu wħud.", "Fil-fatt l-Azzjoni Kattolika hija magħmula minn diversi gruppi fosthom ta’ żagħżagħ lajċi madwar il-pajjiż kollu li filwaqt li qed jgħixu ħajjtihom, fl-iskola jew fil-post tax-xogħol, jiffurmaw komunità li tiltaqa’, tiddiksuti, tipproponi, titlob, torganizza u toħloq sens ta’ identità u sens ta’ għaqda u camaraderie fost dawk li jattendu.", "F’kamra mdaqqsa bi kwadru li fih stampa tal-Arċisqof Charles J Scicluna tħares lejna, forsi lejn waħda mill-aktar gazzetti lokali kritiċi tiegħu, Debono jgħid li l-membri jgħixu kullimkien, fuq il-post tax-xogħol, fil-ħwienet u fit-toroq biex jagħtu vuċi lit-tgħalim tal-knisja", "Imma l-knisja għad għandha vuċi llum?", "Iż-żgħażagħ esperjenza jridu, aktar minn kollox", "Huwa jgħid li llum in-nies jinteressahom l-aktar minn dak li jaraw u jmissu b’idejhom, mhux biss dak li hu fl-arja.", "Huwa jinsisti li d-dommi tal-fidi huma importanti, imma aktar minn hekk jeħtieġ nħarsu lejn it-triq li neħtieġu nimxu biex naslu sad-destinazzjoni.", "Hawnhekk huwa jgħid illi t-triq hija dik tal-esperjenza, bħall-esperjenza li 45 grupp ta’ żgħażagħ ikollhom madwar il-pajjiż fl-għaqdiet taż-żgħażagħ li tmexxi l-Azzjoni Kattolika.", "“Jiena nara sens fil-ħajja Nisranija, għalhekk immur il-quddies il-Ħadd, mhux għax ta’ bilfors jew għax xi ħadd jġegħelni,” jisħaq Debono.", "Huwa jgħid illi ż-żgħażagħ jagħtu formazzjoni lil żagħżagħ oħrajn u jibnu fuq l-esperjenzi li jakkwistaw.", "Imma dan mhux diġa qed isir permezz tal-MUSEUM?", "X’differenza hemm bejn dan u ż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK)?", "Debono jevita li jagħmel paraguni għalkemm donnu jinsisti li ż-ŻAK hija iktar ibbażata fuq il-prattika u l-esperjenza, iktar milli tpoġġi u xi ħadd jgħallmek id-duttrina.", "“Hawn min ilu fl-istess grupp 12-il sena.", "Naturlament in-numri jinbidlu, imma dawk li jibqgħu jirnexxielhom jiffurmaw komunità.", "Komunità ta’ nies li jsibu l-appoġġ, il-wens u spalla f’xulxin.", "Dawn huma nies lajċi, li għandhom xogħol u familja.", "Imma darba fil-ġimgħa jiltaqgħu biex jitkellmu.", "Hemm familji li bdew miż-ŻAK u li meta niltaqa’ magħhom jgħiduli kemm kienet importanti l-formazzjoni u l-espożizzjoni li ħadu miż-ŻAK u kemm għinithom biex jiffurmaw karattru, anke fuq il-post tax-xogħol.”", "‘Nies li jiġu għadna jispiċċaw bla saqaf fuq rashom...’", "Aħna u nippreparaw biex nibdew din l-intervista tkellimna ftit dwar l-għajnuna li tagħti l-Azzjoni Kattolika lill-vulnerabbli, permezz tas-segretarjat, konsosnanti mat-twemmin tal-Knisja favur is-solidarjetà.", "Imma min imur iħabbat il-bieb tagħhom?", "“Nies li se jispiċċaw barra bla saqaf fuq rashom, nies li mhux qed ilaħħqu mal-kontijiet, nies li mhux qed ilaħħqu mal-kera.”", "Hu jispjega kif ġieli kien hemm min ċempel f’isem xi ħadd li kien fil-bżonn biex isibu xelter fejn jista’ jgħix.", "“Imma llum ix-xelters huma mimlijin, m’hemmx fejn tmur.", "Lanqas social workers m’hemm biżżejjed,” jinsisti Debono.", "Imma dawk li qegħdin f’din is-sitwazzjoni jinsabu f’numri insinifikati, nirrimarka.", "“Mhumiex le, kull persuna li tinsab f’din is-sitwazzjoni hija ħafna,” sostna.", "Imma hawn l-idea popolari li kulħadd sejjer tajjeb, nerġa’ nirrimarka.", "Imma Debono jinsisti illi “meta tkun sejjer tajjeb int, faċli taħseb li kulħadd bħalek.”", "“Vera hawn ħafna nies li qed jgħaddu sew, imma għandek faxxa ta’ nies bħall-anzjani illi filli kellhom ammont ta’ kera xi jħallsu u filli  jridu jħallsu ammont ta’ kera li huwa aktar mill-pensjoni,” qal il-President tal-Azzjoni Kattolika.", "Hu jgħid illi l-faqar għandu angoli u aspetti differenti u spjega kif jaf każijiet fejn il-ġenituri spiċċaw ftaqru biex jgħinu lil uliedhom li jkunu fuq id-droga.", "Jispjega kif l-Azzjoni Kattolika ilha snin tħaddem inizjattiva li permezz tagħha toffri mini buses għal dawk l-anzjani li jkunu waħedhom u dan biex ikunu jistgħu joħorġu.", "“Anke x-xufiera jibnu relazzjoni ma’ dawn l-anzjani.", "Dan il-proġett bdejnieh qabel biss f’dan il-pajjiż bdiet diskussjoni dwar is-solitudni,” qal b’ċertu sodisfazzjon Debono.", "Xelter għal dawk fil-bżonn f’Ħal Balzan", "Induru allura fuq l-aktar punt importanti tal-intervista; il-proġett ta’ dar bħala xelter għal dawk in-nies li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.", "“Bħalissa fil-pajjiż qed niddiskutu l-bżonn ta’ xelters għal dawk li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom, biex għallinqas ikollhom post fejn jistgħu jgħixu,” qal il-President tal-Azzjoni Kattolika.", "“Bdejna naraw xi proprjetajiet li għandha l-Azzjoni Kattolika.", "Għandna proprjetà li tintuża tajjeb, bħal pereżempju ħafna mill-art illi fuqha hemm id-Dar tal-Providenza jew il-binja taż-ŻAK f’Raħal Ġdid u l-Ħamrun, fejn qed jużawha nies u għaqdiet differenti.", "Imbagħad hemm proprjetajiet li ma jintużawx bħal dik ta’ Ħal Balzan, li tintuża forsi siegħa kull ġimgħa.", "Din id-dar għandha żewġ sulari, bit-tieni sular se jkun iddedikat għal persuni jew familji li jkunu qed jgħixu hemmhekk għal żmien temporanju.", "“Dan ix-xelter se jkun post fejn persuna tqatta’ ftit żmien sakemm issib post fejn tgħix,” qal Debono li spjega illi min jgħix hemmhekk se jintalab iħallas ftit flus (jista’ jkun b’xejn ukoll) skont id-dħul tiegħu.", "Għas-sorpriża ta’ din il-gazzetta dwar il-ħlas, ifakkar li meta persuna tħallas il-parti tagħha qed tagħtiha d-dinjità, tħossha li mhux qed tgħix minn fuq xi ħadd, apparti li qed tikkontribwixxi biex min jiġi warajha jsib post tajjeb.”", "“Imma qed nitolbu kontribut, mhux inkissrek b’xi €900 fix-xahar.”", "Bħalissa għaddej xogħol fuq is-soqfa u qed isir xogħol fuq il-madum u l-elettriku.", "“Din hija qatra żgħira f’oċean,” sostna Debono li jirrakkonta anedottu żgħir mill-istorja ta’ dan il-proġett.", "“Żmien ilu fiż-Żak, persuna li kienet membru magħna rritornat lura għax-xoghol u darba ċemplitli u qalet li fix-xogħol kienu qasmuhom f’timijiet u tawhom €15,000 għall-proġett ta’ għajnuna u staqsietu xi proġett kellhom l-Azzjoni Kattolika.", "Jiena tajtha deskrizzjoni u jumejn wara ċċempilli u tgħid li għadda l-proġett tagħhom għax dak li propona proġett fl-Indja vvota għall-proġett f’Malta.”", "“Il-Mulej dejjem ipprovda,” jgħid Debono b’nofs tbissima.", "“Anke mingħand nies foqra, li għandhom bżonn l-għajununa huma stess, waslet l-għajununa.”", "Imma int x’qed tagħmel biex jonqos il-faqar?", "“Il-problema tal-faqar vera li hija marbuta mal-istituzzjonijiet, għalkemm ma rridx sufa f’ġisem il-politiku għax din l-isfida teħtieġ risposti kuraġġużi.”", "“Imma hija problema tas-soċjetà nnifisha wkoll,” jgħid Debono,” aħna wkoll niġġeneraw il-faqar, fl-għażliet li nagħmlu.", "Bħala eżempju nfakkar illi jekk aħna nixtru prodotti li min jaf minn fejn ikun ġejjin u min qed jipproduċiehom qed jirċievi biss parti żgħira ħafna mill-qligħ inkunu qed nikkontribwixxu għall-faqar,” sostna mal-ILLUM.", "“Nista’ noqgħod ingerger kemm irrid u nikteb artikli dwar il-faqar, imma jiena x’qed nagħmel?” jistaqsi Debono qabel imbagħad iġib l-eżempju tal-biedja.", "“Il-bdiewa jkabbru l-prodotti biex ikollna x’nieklu.", "Minflok, nixtri minn barra, bi prodott li min jaf minn xiex ikun għadda u probabilment dak il-bidwi lanqas biss ikun ħa porzjon żgħir tad-dħul.", "Mela qed ibati l-bidwi ta’ barra u qed ibati wkoll il-bidwi Malti.", "Dan huwa eżempju ta’ deċiżjoni personali li se twassal għall-faqar,” sostna.", "Huwa qal illi “faċli nwaħħal fil-Prim Ministru għall-faqar, imma jiena x’qed nagħmel biex innaqqas il-faqar?” qabel qal ill dak li hemm bżonn hija bidla fil-mentalità għax hawnhekk qed nitkellmu fuq ċirku sħiħ, “dak li qed tagħmel int hawn Malta qed jaffetwa lil ta’ ħdejk u lil dak f’pajjiż ’il bogħod.”", "Induru fuq il-kwistjoni tal-kirjiet u kumment li jagħmel illi dwar l-immassimizzar tal-pofitti.", "Il-mentalità hija li jekk nista’ naqla’ aktar, ngħolli, infakkru.", "“Hekk hu u kull min jisfida din l-idea ngħajruh.", "Il-mentalità mifruxa hi li litteralment nitħanżer,” jisħaq il-President tal-Azzjoni Kattolika.", "“Jekk xtrajt xi ħaġa b’€10 u nista’ neħodlok €100, neħodlok.", "Nieħu mhux għax għandi bżonn, imma biex insir iktar sinjur.”", "Jistaqsi: “Għandi għalfejn nixrobilhom demmhom koppja li qed ifittxu dar?", "Dan irridu nisfidaw, mhux lill-politiku.", "Il-bidla minn isfel tibda.”", "Ifakkar illi ħafna bidliet politiċi u anke kummerċjali jseħħu għax il-massa tkun trid hekk, għax il-massa tiċċalaq biex tbiddel.", "Xaqq ta’ dawl...", "Itemm jgħid iżda li sfortunatament, “qed ngħixu għas-servizz tal-flus, għalhekk ikun hawn il-faqar.", "Anke f’ċerti setturi kollox ngħaġġlu u ngħaġġlu, anke jekk inpoġġu lill-ħaddiem f’periklu basta nibqgħu nirbħu l-proġetti.”", "Jispiċċa jikkwota lill-Papa Franġisku u jisħaq li hu għandu fiduċja kbira fl-umanità u fil-kapaċità li tbiddel dak li tkisser.", "“Hemm xaqq ta’ dawl,” itemm jgħid Josef DeBono." ]
6www.illum.com.mt
8,821
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2020/06/14/il-pm-ihabbar-li-fis-sighat-li-gejjin-se-titnehha-l-emergenza-ta-sahha-pubblika/
Il-PM iħabbar li fis-sigħat li ġejjin se titneħħa l-emerġenza ta' saħħa pubblika
B'effett minn ftit tas-sigħat oħra se titneħħa l-emerġenza ta' saħħa pubblika wara l-kontroll assolut b'suċċess fuq it-tixrid tal-imxija tal-Covid-19. Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista minn tliet ġurnalisti minn kmamar tal-aħbarijiet differenti, fuq ONE. Il-Prim Ministru stqarr: "B'effett minn ftit sigħat oħra se titneħħa d-dikjarazzjoni ta' emerġenza ta' saħħa pubblika, jiġifieri dik id-dikjarazzjoni li kellna fis-seba' ta' Marzu li għadda fejn pajjiżna kien iddikjara emerġenza għas-saħħa pubblika." Filwaqt li sostna li l-pubbliku xorta għandu jkun kawt u jimxi mal-miżuri li tħabbru mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, il-Prim Ministru ħabbar ukoll reviżjonijiet ġodda fil-lista ta' pajjiżi li se jiftaħ lejhom l-ajruport. Fil-fatt fl-1 ta' Lulju żdiedu t-titjiriet lejn partijiet kbar mill-Italja, Franza, Spanja u l-Polonja. Dan filwaqt li l-ajruporti fil-Greċja u l-Kroazja se jiftħu fit-totalità tagħhom. Dan sabiex imbagħad mill-15 ta' Lulju l-ajruport se jkun qed jinfetaħ għall-bqija tal-destinazzjonijiet. Dawn id-deċiżjonijiet setgħu jittieħdu hekk kif il-każijiet ta' Covid-19 f'pajjiżna llum, naqsu ħafna. Il-Prim Ministru sostna: "Pajjiżna kkontrolla l-imxija tal-Coronavirus b'mod brillanti u li dan qed jirrikonoxxieh kulħadd. Rata ta' mortalità mill-aktar baxxa, jiġifieri ejja nitilqu minn dan il-punt ta' tluq għaliex jekk aħna ser nibdew nippruvaw nallarmaw u nbeżżgħu lin-nies, tkun verament disservizz lejn in-nies stess." Il-Prim Ministru sostna l-importanza tal-midja, u fakkar kif Gvern Laburista wera l-impenn tiegħu lejn dan is-settur anke waqt il-pandemija. Dr Abela kompla jgħid: "Saret talba mill-Gvern biex nagħtu sostenn lill-midja houses kollha biex nagħtu sostenn finanzjarju. Din it-talba ġiet milqugħa kif għamluha preċiżament il-media houses mingħajr ebda kundizzjoni. Jiġifieri l-Gvern saritlu talba u aċċettaha." Tenna kif f'dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm diskussjonijiet biex din l-għajnuna tkun ukoll estiża sa Settembru. "Nemmnu li ewlenija fost il-kredenzjali li għandu jkollna hija midja b'saħħitha, li tiskrutinja lill-Gvern", qal il-Prim Ministru. Il-Prim Ministru qal li filwaqt li mhux se jkun hemm obbligu legali fuqu użu ta' maskri jew distanza soċjali, iħeġġeġ li wieħed jibqa' jsegwi dawn il-linji gwida. Se jitħabbru inċentivi biex in-nies jidħlu iżjed l-Belt – il-PM
[ "B'effett minn ftit tas-sigħat oħra se titneħħa l-emerġenza ta' saħħa pubblika wara l-kontroll assolut b'suċċess fuq it-tixrid tal-imxija tal-Covid-19.", "Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista minn tliet ġurnalisti minn kmamar tal-aħbarijiet differenti, fuq ONE.", "Il-Prim Ministru stqarr: \"B'effett minn ftit sigħat oħra se titneħħa d-dikjarazzjoni ta' emerġenza ta' saħħa pubblika, jiġifieri dik id-dikjarazzjoni li kellna fis-seba' ta' Marzu li għadda fejn pajjiżna kien iddikjara emerġenza għas-saħħa pubblika.\"", "Filwaqt li sostna li l-pubbliku xorta għandu jkun kawt u jimxi mal-miżuri li tħabbru mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, il-Prim Ministru ħabbar ukoll reviżjonijiet ġodda fil-lista ta' pajjiżi li se jiftaħ lejhom l-ajruport.", "Fil-fatt fl-1 ta' Lulju żdiedu t-titjiriet lejn partijiet kbar mill-Italja, Franza, Spanja u l-Polonja.", "Dan filwaqt li l-ajruporti fil-Greċja u l-Kroazja se jiftħu fit-totalità tagħhom.", "Dan sabiex imbagħad mill-15 ta' Lulju l-ajruport se jkun qed jinfetaħ għall-bqija tal-destinazzjonijiet.", "Dawn id-deċiżjonijiet setgħu jittieħdu hekk kif il-każijiet ta' Covid-19 f'pajjiżna llum, naqsu ħafna.", "Il-Prim Ministru sostna: \"Pajjiżna kkontrolla l-imxija tal-Coronavirus b'mod brillanti u li dan qed jirrikonoxxieh kulħadd.", "Rata ta' mortalità mill-aktar baxxa, jiġifieri ejja nitilqu minn dan il-punt ta' tluq għaliex jekk aħna ser nibdew nippruvaw nallarmaw u nbeżżgħu lin-nies, tkun verament disservizz lejn in-nies stess.\"", "Il-Prim Ministru sostna l-importanza tal-midja, u fakkar kif Gvern Laburista wera l-impenn tiegħu lejn dan is-settur anke waqt il-pandemija.", "Dr Abela kompla jgħid: \"Saret talba mill-Gvern biex nagħtu sostenn lill-midja houses kollha biex nagħtu sostenn finanzjarju.", "Din it-talba ġiet milqugħa kif għamluha preċiżament il-media houses mingħajr ebda kundizzjoni.", "Jiġifieri l-Gvern saritlu talba u aċċettaha.\"", "Tenna kif f'dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm diskussjonijiet biex din l-għajnuna tkun ukoll estiża sa Settembru.", "\"Nemmnu li ewlenija fost il-kredenzjali li għandu jkollna hija midja b'saħħitha, li tiskrutinja lill-Gvern\", qal il-Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru qal li filwaqt li mhux se jkun hemm obbligu legali fuqu użu ta' maskri jew distanza soċjali, iħeġġeġ li wieħed jibqa' jsegwi dawn il-linji gwida.", "Se jitħabbru inċentivi biex in-nies jidħlu iżjed l-Belt – il-PM" ]
3one.com.mt
39,820
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2019/07/29/varat-programm-ta-innovazzjoni-ghaz-zghazagh-maltin/
Varat programm ta' innovazzjoni għaż-żgħażagħ Maltin
Il-kumpanija Microsoft flimkien mal-Ambaxxata Amerikana f'Malta dalgħodu varaw programm ta' innovazzjoni bl-isem Next Generation Award immirat lejn żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-24 sena. Dan il-programm se jgħin lil dawk li japplikaw biex l-ideat innovattivi u teknoloġiċi ma jibqħux fuq il-karta imma isiru realtá. Dan il-programm li se jkun mifrux fuq tmien xhur, se jkun pjattaforma biex jitkattru aktar proġetti inovattivi li joffru soluzzjonijiet kemm għas-setturi lokali, reġjonali jew internazzjonali fejn tidħol it-teknoloġija. Dan il-programm, li ġie mniedi bħala proġett pilota, ma jeskludix li fis-snin li ġejjin ikun miftuħ għal firxa akbar ta' nies.
[ "Il-kumpanija Microsoft flimkien mal-Ambaxxata Amerikana f'Malta dalgħodu varaw programm ta' innovazzjoni bl-isem Next Generation Award immirat lejn żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-24 sena.", "Dan il-programm se jgħin lil dawk li japplikaw biex l-ideat innovattivi u teknoloġiċi ma jibqħux fuq il-karta imma isiru realtá.", "Dan il-programm li se jkun mifrux fuq tmien xhur, se jkun pjattaforma biex jitkattru aktar proġetti inovattivi li joffru soluzzjonijiet kemm għas-setturi lokali, reġjonali jew internazzjonali fejn tidħol it-teknoloġija.", "Dan il-programm, li ġie mniedi bħala proġett pilota, ma jeskludix li fis-snin li ġejjin ikun miftuħ għal firxa akbar ta' nies." ]
3one.com.mt
30,956
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/53103/tarbija_tinstab_abbandunata_fbuibba
Aġġornata | It-tifel tat-twelid abbandunat f'Buġibba jingħata isem: Cristiano
Xena xokkanti għall-Pulizija hekk kif fl-aħħar ħin sabu tarbija abbandunata fi Triq il-Pijunieri Għal ħabta tal-4:30 pm nstab tifel tat-twelid abbandunat fi Triq il-Pijunieri f'Buġibba. Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-aħbar mas-sit illum.com.mt u qal li t-tarbija nstabet ħajja, mal-art f'parapett. Ambulanza kienet fuq il-post biex tieħu t-tarbija Mater Dei għall-kura. Kif diġa msemmi t-tarbija hija tat-twelid, tant li kienet għadha bil-kurdun imqabbad. It-tifel diġa ingħata l-isem ta' Cristiano, isem li ngħata mill-Maġistrat Joe Mifsud li qed imexxi l-inkjesta Maġisterjali fil-każ. S'issa ftit li xejn hemm informazzjoni dwar l-omm.
[ "Xena xokkanti għall-Pulizija hekk kif fl-aħħar ħin sabu tarbija abbandunata fi Triq il-Pijunieri", "Għal ħabta tal-4:30 pm nstab tifel tat-twelid abbandunat fi Triq il-Pijunieri f'Buġibba.", "Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-aħbar mas-sit illum.com.mt u qal li t-tarbija nstabet ħajja, mal-art f'parapett.", "Ambulanza kienet fuq il-post biex tieħu t-tarbija Mater Dei għall-kura.", "Kif diġa msemmi t-tarbija hija tat-twelid, tant li kienet għadha bil-kurdun imqabbad.", "It-tifel diġa ingħata l-isem ta' Cristiano, isem li ngħata mill-Maġistrat Joe Mifsud li qed imexxi l-inkjesta Maġisterjali fil-każ.", "S'issa ftit li xejn hemm informazzjoni dwar l-omm." ]
6www.illum.com.mt
24,874
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2019/04/02/l-ajruport-ta-malta-jniedi-gwida-viziva-ghat-terminal-fix-xahar-iddedikat-ghall-gharfien-dwar-l-awtizmu/
L-Ajruport ta' Malta jniedi gwida viżiva għat-terminal fix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar l-awtiżmu
Sabiex ifakkar il-Jum Dinji ta' Għarfien dwar l-Awtiżmu, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta xegħel il-faċċata tiegħu b'dawl blu, filwaqt li kkumplementa dan il-ġest simboliku b'inizjattiva mmirata li tiffaċilita l-vjaġġ mit-terminal għal passiġġieri bl-awtiżmu u persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom. Is-sena li għaddiet, l-ajruport nieda l-Programm ta' Ffaċilitar tal-Vjaġġ, bil-għan li passiġġieri bl-awtiżmu jingħataw għajnuna addizzjonali hekk kif ikunu għaddejjin mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Dan il-programm imfassal skont il-bżonnijiet ta' persuni fuq lispettru jinkludi l-għoti ta' assistenza minn rappreżentat tal-ajruport imħarreġ apposta u aċċess għal kmamar fejn il-ħsejjes u l-istimuli viżivi jkunu f'livelli aktar baxxi mill-bqija tat-terminal. Sabiex tkompli tiġi appoġġjata din l-inizjattiva, l-ajruport issa għamel disponibbli fuq is-sit tiegħu gwida viżiva, li tipprovdi struzzjonijiet u direzzjonijiet sempliċi, akkumpanjati minn għadd ta' ritratti, li lkoll huma maħsubin sabiex iħejju lil passiġġieri prospettivi għall-vjaġġ tagħhom mill-ajruport saħansitra qabel il-jum proprju tat-titjira tagħhom. Il-gwida tippreżenta l-vjaġġ mit-terminal pass pass, kemm għat-tluq u kemm għall-wasla, u tagħti spjegazzjonijiet qosra ta' x'wieħed jista' jistenna fil-punti kruċjali tal-vjaġġ kif ukoll ta' proċessi importanti bħaċ-check-in, l-iskrining tas-sigurtà u l-kontrolli tal-passport. "F'din l-aħħar sena, il-Programm ta' Ffaċilitar tal-Vjaġġ intuża aktar minn 180 darba, u rrispons li rċevejna fir-rigward tiegħu ppermettilna nifhmu x'differenza għamel dan is-servizz speċjali għall-utenti tiegħu. Il-mod kif intlaqa' l-programm ħeġġiġna wkoll nkomplu nesploraw modi ġodda ta' kif nistgħu nibdlu esperjenza li hemm ċans kbir li tkun stressanti, f'waħda aktar pjaċevoli," qal il-Kap tas-Servizzi tal-Konsumatur u l-Iżvilupp tat-Traffiku Alex Cardona. Is-servizz ta' ffaċilitar tal-vjaġġ tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, li jingħata minn tim imħarreġ apposta fi ħdan il-kumpanija, jista' jiġi bbukkjat billi timtela formola u jiġu sottomessi d-dokumenti mitluba hawnhekk, tal-anqas 48 siegħa qabel il-jum tal-vjaġġ. Għal perjodu limitat, passiġġieri fuq l-ispettru li huma iżgħar fl-età ser ikunu qed jingħataw ktieb bi storja dwar l-ewwel avventura fuq l-ajruplan ta' żewġ karattri, meta jaslu fid-Desk talInformazzjoni li tinsab fiċ-Check-in Hall. Filwaqt li dan il-ktejjeb huwa mmirat li jħejji lil passiġġieri bl-awtiżmu li huma iżgħar fl-età għat-titjira tagħhom, it-tim tal-ajruport jirrakkomanda affarijiet oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għal vjaġġ aktar pjaċevoli. Headphones li jikkanċellaw il-ħsejjes jistgħu jgħinu sabiex jitfu xi ftit mill-ħafna ħsejjes li jikkaratterizzaw ajruport u ġugarelli favoriti jistgħu jagħtu konfort tul il-vjaġġ 'il bogħod minn dak li huwa familjari.
[ "Sabiex ifakkar il-Jum Dinji ta' Għarfien dwar l-Awtiżmu, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta xegħel il-faċċata tiegħu b'dawl blu, filwaqt li kkumplementa dan il-ġest simboliku b'inizjattiva mmirata li tiffaċilita l-vjaġġ mit-terminal għal passiġġieri bl-awtiżmu u persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom.", "Is-sena li għaddiet, l-ajruport nieda l-Programm ta' Ffaċilitar tal-Vjaġġ, bil-għan li passiġġieri bl-awtiżmu jingħataw għajnuna addizzjonali hekk kif ikunu għaddejjin mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "Dan il-programm imfassal skont il-bżonnijiet ta' persuni fuq lispettru jinkludi l-għoti ta' assistenza minn rappreżentat tal-ajruport imħarreġ apposta u aċċess għal kmamar fejn il-ħsejjes u l-istimuli viżivi jkunu f'livelli aktar baxxi mill-bqija tat-terminal.", "Sabiex tkompli tiġi appoġġjata din l-inizjattiva, l-ajruport issa għamel disponibbli fuq is-sit tiegħu gwida viżiva, li tipprovdi struzzjonijiet u direzzjonijiet sempliċi, akkumpanjati minn għadd ta' ritratti, li lkoll huma maħsubin sabiex iħejju lil passiġġieri prospettivi għall-vjaġġ tagħhom mill-ajruport saħansitra qabel il-jum proprju tat-titjira tagħhom.", "Il-gwida tippreżenta l-vjaġġ mit-terminal pass pass, kemm għat-tluq u kemm għall-wasla, u tagħti spjegazzjonijiet qosra ta' x'wieħed jista' jistenna fil-punti kruċjali tal-vjaġġ kif ukoll ta' proċessi importanti bħaċ-check-in, l-iskrining tas-sigurtà u l-kontrolli tal-passport.", "\"F'din l-aħħar sena, il-Programm ta' Ffaċilitar tal-Vjaġġ intuża aktar minn 180 darba, u rrispons li rċevejna fir-rigward tiegħu ppermettilna nifhmu x'differenza għamel dan is-servizz speċjali għall-utenti tiegħu.", "Il-mod kif intlaqa' l-programm ħeġġiġna wkoll nkomplu nesploraw modi ġodda ta' kif nistgħu nibdlu esperjenza li hemm ċans kbir li tkun stressanti, f'waħda aktar pjaċevoli,\" qal il-Kap tas-Servizzi tal-Konsumatur u l-Iżvilupp tat-Traffiku Alex Cardona.", "Is-servizz ta' ffaċilitar tal-vjaġġ tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, li jingħata minn tim imħarreġ apposta fi ħdan il-kumpanija, jista' jiġi bbukkjat billi timtela formola u jiġu sottomessi d-dokumenti mitluba hawnhekk, tal-anqas 48 siegħa qabel il-jum tal-vjaġġ.", "Għal perjodu limitat, passiġġieri fuq l-ispettru li huma iżgħar fl-età ser ikunu qed jingħataw ktieb bi storja dwar l-ewwel avventura fuq l-ajruplan ta' żewġ karattri, meta jaslu fid-Desk talInformazzjoni li tinsab fiċ-Check-in Hall.", "Filwaqt li dan il-ktejjeb huwa mmirat li jħejji lil passiġġieri bl-awtiżmu li huma iżgħar fl-età għat-titjira tagħhom, it-tim tal-ajruport jirrakkomanda affarijiet oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għal vjaġġ aktar pjaċevoli.", "Headphones li jikkanċellaw il-ħsejjes jistgħu jgħinu sabiex jitfu xi ftit mill-ħafna ħsejjes li jikkaratterizzaw ajruport u ġugarelli favoriti jistgħu jagħtu konfort tul il-vjaġġ 'il bogħod minn dak li huwa familjari." ]
3one.com.mt
31,008
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54090/priunier_ieor_imut_wara_li_nstab_mitluf_minn_sensieh_fiella_tiegu
Priġunier (ieħor) imut wara li nstab mitluf minn sensieh fiċ-ċella tiegħu
...dan huwa t-tieni każ ta' priġunier li jinstab mitluf minn sensieh fiċ-ċella tiegħu Raġel residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu, fejn ftit tal-minuti qabel kien qal li mhux iħossu sew u talab pilloli għall-uġiegħ. Minnufih, l-uffiċjali korrettivi taw l-ewwel għajnuna sakemm ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat mejjet ftit wara. Dwar dan il-każ se tinfetaħ investigazzjoni mill-pulizija u nkjesta maġisterjali, kif ukoll diġà nfetħet investigazzjoni interna. Dan huwa t-tieni każ ta' priġunier li nstab mejjet dan ix-xahar, wara l-aħħar inċident fit-11 ta' Diċembru
[ "...dan huwa t-tieni każ ta' priġunier li jinstab mitluf minn sensieh fiċ-ċella tiegħu", "Raġel residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu, fejn ftit tal-minuti qabel kien qal li mhux iħossu sew u talab pilloli għall-uġiegħ.", "Minnufih, l-uffiċjali korrettivi taw l-ewwel għajnuna sakemm ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.", "Dwar dan il-każ se tinfetaħ investigazzjoni mill-pulizija u nkjesta maġisterjali, kif ukoll diġà nfetħet investigazzjoni interna.", "Dan huwa t-tieni każ ta' priġunier li nstab mejjet dan ix-xahar,", "wara l-aħħar inċident fit-11 ta' Diċembru" ]
6www.illum.com.mt
41,688
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2020/08/18/delia-u-grech-jinsabu-seqer-fuq-xulxin/
Delia u Grech jinsabu seqer fuq xulxin
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u ż-żiemel tal-fazzjoni ta' Simon Busuttil, Bernard Grech jinsabu seqer fuq xulxin dwar min jiżgarra l-ewwel fil-kampanja tagħhom. Huma bdew il-kampanja baxx baxx kontra xulxin fi żmien meta l-kummissjoni elettorali tal-Partit Nazzjonalista għadha qed tistenna l-evalwazzjoni fuq iż-żewġ kandidati tiġi konkluża. Meta waqt konferenza tal-aħbarijiet, lil Delia staqsejnieh dwar dak li qal Bernard Grech fl-aħħar jiem, Delia għad attent li ma jiżgarrax u jeħilha mal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista. Hu wieġeb: "Sfortunatament jiena nimxi ma' dawk illi huma r-regoli tal-istatut tagħna u għax għadha ma bdietx b'mod formali l-kampanja tagħna ma jidhirlix illi huwa xieraq illi nagħmel kummenti fir-rigward tal-kampanja interna għall-kap tal-Partit Nazzjonalista." Minkejja din id-dikjarazzjoni, fuq il-mezzi soċjali tiegħu Delia ma għamilx l-istess u b'reazzjoni għall-intervista li ta Bernard Grech lit-Times, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qallu li hija stramba li tellaq il-kampanja tiegħu fuq nota negattiva. Bi preludju għal aktar ġlied tul kampanja missielta bejn iż-żewġ kandidati Nazzjonalisti, Delia tefa' botta u qal lil Grech li n-negattività jista' jkun ġejja mill-konsulenti tiegħu. Intant, Bernard Grech ukoll ġmielu jdur il-kmamar tal-aħbarijiet u jagħti l-intervisti. Fihom attakka lil Delia u identifikah bħala s-sors tal-firda fil-partit Nazzjonalista. Mossa li ġabet ir-rabja minn bosta membri li qed jappoġjaw lill-kap attwali. Grech ukoll beda jdur il-każini Nazzjonalista fejn l-iktar għandu appoġġ. Mossa li wasslet lil Vincent Borg, magħruf bħala Ċensu l-Iswed, biex jistaqsi liċ-chairman tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech, jekk il-kontestanti għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista jistgħux jibdew bil-kampanja tagħhom minn issa. Dan fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista għadha trid tikkonkludi l-proċess ta' due diligence u tevalwa liż-żewġ kandidati. Intant fl-istess waqt li Adrian Delia prova juri li huwa subgħajh dritt ma' dak li tgħid il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, huwa reġa' uża fondi tal-Partit sabiex tella' reklam fuq Facebook. Dwar dan qed jerġa' jiġi investigat mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Ritratt ta' reklami li għandu f'idejh ONE News juru kif ir-reklam fuq il-paġna personali ta' Delia ġie mħallas mill-Partit Nazzjonalista. Għal dan qed tilmenta l-fazzjoni ta' Simon Busuttil, li tinsab wara l-kontestant l-ieħor, Bernard Grech.
[ "Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u ż-żiemel tal-fazzjoni ta' Simon Busuttil, Bernard Grech jinsabu seqer fuq xulxin dwar min jiżgarra l-ewwel fil-kampanja tagħhom.", "Huma bdew il-kampanja baxx baxx kontra xulxin fi żmien meta l-kummissjoni elettorali tal-Partit Nazzjonalista għadha qed tistenna l-evalwazzjoni fuq iż-żewġ kandidati tiġi konkluża.", "Meta waqt konferenza tal-aħbarijiet, lil Delia staqsejnieh dwar dak li qal Bernard Grech fl-aħħar jiem, Delia għad attent li ma jiżgarrax u jeħilha mal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista.", "Hu wieġeb: \"Sfortunatament jiena nimxi ma' dawk illi huma r-regoli tal-istatut tagħna u għax għadha ma bdietx b'mod formali l-kampanja tagħna ma jidhirlix illi huwa xieraq illi nagħmel kummenti fir-rigward tal-kampanja interna għall-kap tal-Partit Nazzjonalista.\"", "Minkejja din id-dikjarazzjoni, fuq il-mezzi soċjali tiegħu Delia ma għamilx l-istess u b'reazzjoni għall-intervista li ta Bernard Grech lit-Times, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qallu li hija stramba li tellaq il-kampanja tiegħu fuq nota negattiva.", "Bi preludju għal aktar ġlied tul kampanja missielta bejn iż-żewġ kandidati Nazzjonalisti, Delia tefa' botta u qal lil Grech li n-negattività jista' jkun ġejja mill-konsulenti tiegħu.", "Intant, Bernard Grech ukoll ġmielu jdur il-kmamar tal-aħbarijiet u jagħti l-intervisti.", "Fihom attakka lil Delia u identifikah bħala s-sors tal-firda fil-partit Nazzjonalista.", "Mossa li ġabet ir-rabja minn bosta membri li qed jappoġjaw lill-kap attwali.", "Grech ukoll beda jdur il-każini Nazzjonalista fejn l-iktar għandu appoġġ.", "Mossa li wasslet lil Vincent Borg, magħruf bħala Ċensu l-Iswed, biex jistaqsi liċ-chairman tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech, jekk il-kontestanti għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista jistgħux jibdew bil-kampanja tagħhom minn issa.", "Dan fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista għadha trid tikkonkludi l-proċess ta' due diligence u tevalwa liż-żewġ kandidati.", "Intant fl-istess waqt li Adrian Delia prova juri li huwa subgħajh dritt ma' dak li tgħid il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, huwa reġa' uża fondi tal-Partit sabiex tella' reklam fuq Facebook.", "Dwar dan qed jerġa' jiġi investigat mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Ritratt ta' reklami li għandu f'idejh ONE News juru kif ir-reklam fuq il-paġna personali ta' Delia ġie mħallas mill-Partit Nazzjonalista.", "Għal dan qed tilmenta l-fazzjoni ta' Simon Busuttil, li tinsab wara l-kontestant l-ieħor, Bernard Grech." ]
3one.com.mt
27,534
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/ukrajna-obama-jwissi-dwar-riperkussjonijiet/
Is-senat Russu japprova li jintbagħtu truppi Russi fl-Ukrajna
Is-senat Russu approva talba tal-President Putin biex jibgħat truppi Russu fl-Ukrajna “sakemm is-sitwazzjoni fil-pajjiż terġa’ lura għan-normal”. Il-flotta Russa fil-Baħar l-Iswed hija bażata fil-Krimea, reġjun tal-Ukrajna li fih jgħixu ħafna Russi etniċi. Il-gvern proviżzorju li ħa s-setgħa wara li warab lill-President Yanoukovych esprima r-rabbja tiegħu għal dawn il-movementi Russi fil-Krimea u xela lill-gvern Russu li qed jipprova jwassal għal konflitt armat. Aktar kmieni dalgħodu, il-President Obama wissa li jkun hemm riperkussjonijiet jekk ir-Russja tinterveni militarment. Huwa qal li hu mħasseb serjament dwar il-movimenti militari Russu u jekk is-sovrenità u l-integrità  territorjali tal-Ukrajna jkunu mittiefsa, il-qagħda fir-reġjun ma tibqax aktar stabbli. Il-President Amerikan feraħ lill-gvern ġdid Ukren li ma rreaġixxiex. Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan aktar kmieni qal li l-Viktor Yanukovych kien tilef kull leġittimità. Ir-rappreżentant permanenti tal-President Ukren fil-Krimea, Sergei Kunitsin, qal li 13-il ajruplan militari Russu tat-tip  Il-76, kull wieħed iġorr 150 suldat, niżlu fl-ajrport militari ta’ Gvardiiski, ħdejn il-belt kapitali tal-Krimea, Simferopol. Il-president proviżorju Ukren Oleksandr Turchynov talab lill-President Putin iwaqqaf dak li sejjaħ l-“aġġressjoni moħbija” u jirtira t-truppi mill-Krimea. Huwa qal li r-Russja qed tagħmel bħal ma għamet fl-2008 ftit qabel ma nvadiet Ġorġja. Sadanittant, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Maqgħuda iltaqa’ biex jiddikuti l-kriżi fil-Krimea, u fil-magħluq sema’ x’kellu xi jgħid Oscar Fernandez-Tarranco tad-Dipartiment tal-Affarijiet Politiċi dwar l-Ukrajna. Aktar kmieni, l-ambaxxatur Ukren għan-NM xela lir-Russi li, illegalment, kienu bagħtu ħelikopters militari fil-Krimea u li truppi Russi ħadu qagħdiet fl-ajrupport. L-ambaxxatur Amerikan tablet li tintbagħat missjoni tan-Nazzjonijiet Maqgħuda biex timmedja fil-kwistjoni waqt li min-naħa tiegħu, l-ambaxxatur Russu qal li l-movimenti militari Russi fil-Krimea huma skont il-ftehim eżistenti bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-kriżi fl-Ukrajna u l-President Yanukovych telaq mill-pajjiż, il-President Russu ħa pożizzjoni uffiċjali. Stqarrija tal-Kremlin qalet li l-president, permezz ta’ telefonati lill-mexxejja tal-Ingilterra, l-Ġermanja u l-Unjoni Ewropea, ħeġġeġ lil kulħadd biex jaħdmu flimkien ħalli l-qagħda ma tkomplix tmur għall-agħar u s-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal. Huwa ħabbar li se jkomplu t-taħdidiet mal-Ukrajna dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi u ta struzzjonijiet lill-gvern biex jikkonsulta lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom il-Fond Monetarju Internazzjonali, biex tintbagħat għajnuna finanzjarja lill-Ukrajna. Huwa qal li jrid ukoll li l-kwistjoni tiġi diskussa  mal-pajjiżi membri tal-Grupp ta’ Tmienja. Il-President Viktor Yanukovych, f’konferenza tal-aħbarijiet f’Rostov-on-Don fir-Russja, qal li huwa qatt ma ordna lill-qawwiet tas-sigurtà jisparaw fuq id-dimostranti. L-ex kap ta’ l-istat Ukren tenna li r-responsabbiltà tal-vjolenza hija tad-dimostrantu u offra apoloġija lil dawk li kollha li qed ibagħtu. Yanukovych qal li huwa ma kienx se jieħu sehem f’dawk li sejjaħ “l-elezzjonijiet presidenzjali llegali” li se jsiru fil-25 ta’ Mejju.
[ "Is-senat Russu approva talba tal-President Putin biex jibgħat truppi Russu fl-Ukrajna “sakemm is-sitwazzjoni fil-pajjiż terġa’ lura għan-normal”.", "Il-flotta Russa fil-Baħar l-Iswed hija bażata fil-Krimea, reġjun tal-Ukrajna li fih jgħixu ħafna Russi etniċi.", "Il-gvern proviżzorju li ħa s-setgħa wara li warab lill-President Yanoukovych esprima r-rabbja tiegħu għal dawn il-movementi Russi fil-Krimea u xela lill-gvern Russu li qed jipprova jwassal għal konflitt armat.", "Aktar kmieni dalgħodu, il-President Obama wissa li jkun hemm riperkussjonijiet jekk ir-Russja tinterveni militarment.", "Huwa qal li hu mħasseb serjament dwar il-movimenti militari Russu u jekk is-sovrenità u l-integrità  territorjali tal-Ukrajna jkunu mittiefsa, il-qagħda fir-reġjun ma tibqax aktar stabbli.", "Il-President Amerikan feraħ lill-gvern ġdid Ukren li ma rreaġixxiex.", "Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan aktar kmieni qal li l-Viktor Yanukovych kien tilef kull leġittimità.", "Ir-rappreżentant permanenti tal-President Ukren fil-Krimea, Sergei Kunitsin, qal li 13-il ajruplan militari Russu tat-tip  Il-76, kull wieħed iġorr 150 suldat, niżlu fl-ajrport militari ta’ Gvardiiski, ħdejn il-belt kapitali tal-Krimea, Simferopol.", "Il-president proviżorju Ukren Oleksandr Turchynov talab lill-President Putin iwaqqaf dak li sejjaħ l-“aġġressjoni moħbija” u jirtira t-truppi mill-Krimea.", "Huwa qal li r-Russja qed tagħmel bħal ma għamet fl-2008 ftit qabel ma nvadiet Ġorġja.", "Sadanittant, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Maqgħuda iltaqa’ biex jiddikuti l-kriżi fil-Krimea, u fil-magħluq sema’ x’kellu xi jgħid Oscar Fernandez-Tarranco tad-Dipartiment tal-Affarijiet Politiċi dwar l-Ukrajna.", "Aktar kmieni, l-ambaxxatur Ukren għan-NM xela lir-Russi li, illegalment, kienu bagħtu ħelikopters militari fil-Krimea u li truppi Russi ħadu qagħdiet fl-ajrupport.", "L-ambaxxatur Amerikan tablet li tintbagħat missjoni tan-Nazzjonijiet Maqgħuda biex timmedja fil-kwistjoni waqt li min-naħa tiegħu, l-ambaxxatur Russu qal li l-movimenti militari Russi fil-Krimea huma skont il-ftehim eżistenti bejn ir-Russja u l-Ukrajna.", "Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-kriżi fl-Ukrajna u l-President Yanukovych telaq mill-pajjiż, il-President Russu ħa pożizzjoni uffiċjali.", "Stqarrija tal-Kremlin qalet li l-president, permezz ta’ telefonati lill-mexxejja tal-Ingilterra, l-Ġermanja u l-Unjoni Ewropea, ħeġġeġ lil kulħadd biex jaħdmu flimkien ħalli l-qagħda ma tkomplix tmur għall-agħar u s-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal.", "Huwa ħabbar li se jkomplu t-taħdidiet mal-Ukrajna dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi u ta struzzjonijiet lill-gvern biex jikkonsulta lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom il-Fond Monetarju Internazzjonali, biex tintbagħat għajnuna finanzjarja lill-Ukrajna.", "Huwa qal li jrid ukoll li l-kwistjoni tiġi diskussa  mal-pajjiżi membri tal-Grupp ta’ Tmienja.", "Il-President Viktor Yanukovych, f’konferenza tal-aħbarijiet f’Rostov-on-Don fir-Russja, qal li huwa qatt ma ordna lill-qawwiet tas-sigurtà jisparaw fuq id-dimostranti.", "L-ex kap ta’ l-istat Ukren tenna li r-responsabbiltà tal-vjolenza hija tad-dimostrantu u offra apoloġija lil dawk li kollha li qed ibagħtu.", "Yanukovych qal li huwa ma kienx se jieħu sehem f’dawk li sejjaħ “l-elezzjonijiet presidenzjali llegali” li se jsiru fil-25 ta’ Mejju." ]
7www.tvm.com.mt
35,107
press, news, COVID-19
https://www.tvm.com.mt/mt/news/47-kaz-pozittiv-fi-3-djar-tal-anzjani-38-minnhom-residenti/
47 każ pożittiv fi 3 djar tal-anzjani – 38 minnhom residenti
Imtella' Settembru 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Settembru, 2020 2:37pm Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li matul din il-ġimgħa biss, kien hemm 33 anzjan li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Hija u twieġeb għall-mistoqsija ta' Television Malta waqt il-bulettin mediku tal-Ġimgħa, hija qalet li l-virus feġġ fi tliet djar tal-anzjani fejn b'kollox 47 ruħ irriżultaw pożittivi. Il-Professur Gauci qalet li 13-il każ instabu f'Casa Antonia f'Ħal Balzan – 11 minnhom residenti u żewġ carers u nstabu wkoll żewġ residenti fir-residenza għall-anzjani San Paolo f'San Pawl il-Baħar. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet ukoll li fir-residenza għall-anzjani San Ġużepp fil-Fgura nstabu 32 każ pożittiv, seba' minnhom carers u lbqija, 25 każ ta' residenti. Persuna li rkuprat mill-coronavirus terġa' tirriżulta pożittiva wara 4 xhur 43 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta u jfiqu 30
[ "Imtella' Settembru 11, 2020 - Aġġornata 11 Ta' Settembru, 2020 2:37pm", "Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li matul din il-ġimgħa biss, kien hemm 33 anzjan li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.", "Hija u twieġeb għall-mistoqsija ta' Television Malta waqt il-bulettin mediku tal-Ġimgħa, hija qalet li l-virus feġġ fi tliet djar tal-anzjani fejn b'kollox 47 ruħ irriżultaw pożittivi.", "Il-Professur Gauci qalet li 13-il każ instabu f'Casa Antonia f'Ħal Balzan – 11 minnhom residenti u żewġ carers u nstabu wkoll żewġ residenti fir-residenza għall-anzjani San Paolo f'San Pawl il-Baħar.", "Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet ukoll li fir-residenza għall-anzjani San Ġużepp fil-Fgura nstabu 32 każ pożittiv, seba' minnhom carers u lbqija, 25 każ ta' residenti.", "Persuna li rkuprat mill-coronavirus terġa' tirriżulta pożittiva wara 4 xhur", "43 każ ġdid ta' Covid-19 f'Malta u jfiqu 30" ]
7www.tvm.com.mt
38,434
press, news, Internazzjonali, •, Knisja, •, Lokali
https://netnews.com.mt/2021/01/01/il-paci-hija-s-sigriet-ta-kollox-il-papa-frangisku/
"Il-paċi hija s-sigriet ta' kollox" – il-Papa Franġisku
Xena mhux tas-soltu hekk kif għall-ewwel darba wara numru kbir ta' snin, Pjazza San Pietru kienet vojta. F'temp Xitwi bix-xita ma taqta' xejn, din il-pjazza kienet dominata minn skiet totali. Hija t-tradizzjoni li nhar l-Ewwel tas-sena, il-Papa joħroġ mit-tieqa tal-appartament tiegħu sabiex isellem lill-folla preżenti fi Pjazza San Pietru, fil-Belt tal-Vatikan. Iżda minħabba l-pandemija tal-COVID, din is-sena din il-pjazza kellha tibqa' vojta. Fil-Jum iddedikat għall-paċi li fih tiġi ċċelebrata s-solennita ta' Marija Omm Alla, il-Papa Franġisku ma ħax sehem fil-quddiesa tal-Ewwel tas-Sena peress li bħalissa jinsab ma jiflaħx minħabba x-xatka. Iżda wara li spiċċat din il-quddies, il-Kap tal-Knisja Kattolika wassal il-messaġġ tal-Angelus mis-Sala tal-Bibjoteka fil-Palazz Appostoliku. Huwa qal li f'mument fejn id-dinja kollha tinsab għaddejja minn żminijiet diffiċli kawża tal-pandemija li ħakmet lil kulħadd, huwa ta' konsultazzjoni li wieħed jiftakar li l-Madonna żżomm ħarsitha fuq il-popoli kollha tad-dinja. Saħaq li dan huwa ż-żmien opportun biex inwittu l-mibegħda u d-diviżjonijiet, żmien li nieħdu ħsieb lil xulxin u lill-ħolqien. Il-Papa Frabġistku qal li li l-mumenti diffiċli li mmarkaw din il-pandemija, fetħulna għajnejna biex napprezzaw kull mument li ngħaddu minnu f'ħajjitna. Huwa saħaq fuq l-importanxa li nkunu f'paċi magħna nfusna… b'hekk biss nistgħu nkunu f'paċi mal-proxxmu u ngħelbu l-gwerer. Fl-aħħar tal-messaġġ tieħgħu l-Papa wassal l-awguri tiegħu għal sena ġdid mimlija saħħa, imħabba, serenita u paċi. Kien fl-1967 li l-Beatu Papa Pawlu VI ddikkjara l-ewwel jum tas-sena bħala l-Jum Dinji tal-Paċi, li serva bħala okkażjoni annwali għall-Papiet biex il-Knisja toħloq kuxjenza u tappella għall-paċi u l-ġustizzja. Dan wara li l-Kunsill ta' Efesu fis-sena 431 ipproklama d-Domma ta' Marija Omm Alla.
[ "Xena mhux tas-soltu hekk kif għall-ewwel darba wara numru kbir ta' snin, Pjazza San Pietru kienet vojta.", "F'temp Xitwi bix-xita ma taqta' xejn, din il-pjazza kienet dominata minn skiet totali.", "Hija t-tradizzjoni li nhar l-Ewwel tas-sena, il-Papa joħroġ mit-tieqa tal-appartament tiegħu sabiex isellem lill-folla preżenti fi Pjazza San Pietru, fil-Belt tal-Vatikan.", "Iżda minħabba l-pandemija tal-COVID, din is-sena din il-pjazza kellha tibqa' vojta.", "Fil-Jum iddedikat għall-paċi li fih tiġi ċċelebrata s-solennita ta' Marija Omm Alla, il-Papa Franġisku ma ħax sehem fil-quddiesa tal-Ewwel tas-Sena peress li bħalissa jinsab ma jiflaħx minħabba x-xatka.", "Iżda wara li spiċċat din il-quddies, il-Kap tal-Knisja Kattolika wassal il-messaġġ tal-Angelus mis-Sala tal-Bibjoteka fil-Palazz Appostoliku.", "Huwa qal li f'mument fejn id-dinja kollha tinsab għaddejja minn żminijiet diffiċli kawża tal-pandemija li ħakmet lil kulħadd, huwa ta' konsultazzjoni li wieħed jiftakar li l-Madonna żżomm ħarsitha fuq il-popoli kollha tad-dinja.", "Saħaq li dan huwa ż-żmien opportun biex inwittu l-mibegħda u d-diviżjonijiet, żmien li nieħdu ħsieb lil xulxin u lill-ħolqien.", "Il-Papa Frabġistku qal li li l-mumenti diffiċli li mmarkaw din il-pandemija, fetħulna għajnejna biex napprezzaw kull mument li ngħaddu minnu f'ħajjitna.", "Huwa saħaq fuq l-importanxa li nkunu f'paċi magħna nfusna… b'hekk biss nistgħu nkunu f'paċi mal-proxxmu u ngħelbu l-gwerer.", "Fl-aħħar tal-messaġġ tieħgħu l-Papa wassal l-awguri tiegħu għal sena ġdid mimlija saħħa, imħabba, serenita u paċi.", "Kien fl-1967 li l-Beatu Papa Pawlu VI ddikkjara l-ewwel jum tas-sena bħala l-Jum Dinji tal-Paċi, li serva bħala okkażjoni annwali għall-Papiet biex il-Knisja toħloq kuxjenza u tappella għall-paċi u l-ġustizzja.", "Dan wara li l-Kunsill ta' Efesu fis-sena 431 ipproklama d-Domma ta' Marija Omm Alla." ]
1netnews.com.mt
2,926
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/56324/40_karozza_tallinja_dida_fittoroq_maltin_gal_servizz_aktar_effijenti
40 karozza tal-linja ġdida fit-toroq Maltin għal servizz aktar effiċjenti
Il-Malta Public Transport tħabbar il-konsenja ta' 40 karozza tal-linja ġdida fl-ewwel ġimgħa ta' Awissu Dalgħodu waqt konferenza stampa, Malta Public Transport ħabbret illi se żżid 40 karozza tal-linja ġdida fit-toroq Maltin bl-għan li tisaħħaħ il-kapaċità u l-effiċjenza tas-servizz. Fid-diskors tiegħu,  Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg sostna li, "l-Gvern għandu l-viżjoni li t-trasport pubbliku jkun effiċjenti, konsistenti u faċilment disponibbli." Ix-xarbanks il-ġodda fihom 12-il metru u jaħdmu b'teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju b'rispett akbar għall-ambjent, Il-Ministru spjega wkoll li permezz tal-ħidma tal-Gvern, l-użu ta' trasport pubbliku żdied b'mod sostanzjali matul is-sena li għaddiet hekk kif skontu, total ta' 53 miljun persuna użaw il-karozza tal-linja. B'hekk issa l-flotta totali tal-karozzi tal-linja se jitilgħu għal 435.
[ "Il-Malta Public Transport tħabbar il-konsenja ta' 40 karozza tal-linja ġdida fl-ewwel ġimgħa ta' Awissu", "Dalgħodu waqt konferenza stampa, Malta Public Transport ħabbret illi se żżid 40 karozza tal-linja ġdida fit-toroq Maltin bl-għan li tisaħħaħ il-kapaċità u l-effiċjenza tas-servizz.", "Fid-diskors tiegħu,  Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg sostna li, \"l-Gvern għandu l-viżjoni li t-trasport pubbliku jkun effiċjenti, konsistenti u faċilment disponibbli.\"", "Ix-xarbanks il-ġodda fihom 12-il metru u jaħdmu b'teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju b'rispett akbar għall-ambjent,", "Il-Ministru spjega wkoll li permezz tal-ħidma tal-Gvern, l-użu ta' trasport pubbliku żdied b'mod sostanzjali matul is-sena li għaddiet hekk kif skontu, total ta' 53 miljun persuna użaw il-karozza tal-linja.", "B'hekk issa l-flotta totali tal-karozzi tal-linja se jitilgħu għal 435." ]
6www.illum.com.mt
8,840
press, news
https://www.tvm.com.mt/mt/news/ara-qatt-inzilt-fil-passagg-ta-taht-il-breakwater-tal-port-il-kbir/
ARA: Qatt inżilt fil-passaġġ ta' taħt il-breakwater tal-Port il-Kbir?
Imtella' Ottubru 7, 2020 - Aġġornata 7 Ta' Ottubru, 2020 8:33pm 'Il bogħod mill-għajn, taħt il-breakwater hemm passaġġ li ftit jafu bih. Fl-aħħar mitt sena serva ta' kenn mill-maltemp għal ħaddiema li riedu jixgħelu l-lanterni, waqt li fiż-żewġ gwerer parti minn taħt il-breakwater kienet armata għal kontra l-għadu. Kien mal-150 sena ilu li l-Ingliżi u l-Maltin bdew jinnutaw li n-nuqqas ta' breakwater fil-Port il-Kbir kien qed jillimita bil-kbir l-użu u l-potenzjal tal-port naturali u l-faċilitajiet li seta' joffri. Inbena f'sitt snin fil-bidu tas-seklu għoxrin bis-sehem ta' madwar 500 ħaddiem. Il-President tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia, spjega li dan ma kienx maħsub biss biex iħares il-port u l-bastimenti ankrati fih mill-maltemp iżda anke mit-torpedo boats jew dgħajjes bl-isplussivi li fost l-oħrajn użaw it-Taljani fl-1941, fl-uniku attakk navali tul it-tieni gwerra dinjija u li fih il-Maltin ħarġu t'eroj. "Dawn kienu żgħar u diffiċli ħafna biex tolqothom imma nzerta li Malta fl-1939 kienet għadha kif irċeviet il-kanun twin six pounder illi dan kien iddisinjat bejn iż-żewġ gwerer għal kontra t-torpedo boats u kien jispara b'rata tremenda u l-Maltin eċċellaw fuqu tant li l-Maltin kisru r-rekords kollha tat-tħaddim ta' dawn il-kanuni fl-istorja kollha sakemm damu jeżistu sal-1956." Il-breakwater tal-Port il-Kbir huwa magħmul minn żewġ strutturi separati, l-itwal parti fuq in-naħa tal-Belt li jinkludi passaġġ li jibda minn taħt il-lanterna. Kif bdejna mexjin fil-passaġġ dejjaq u mingħajr ventilazzjoni spiċċajna f'kamra li fiż-żewġ gwerer kienet armata għal kontra l-għadu. Wara ftit metri sibna kamra oħra simili għall-ewwel waħda li fit-tieni gwerra dinjija kienet tintuża biex minnha jintefgħu bombi biex ifixklu lis-sottomarini fiż-żona. Is-Sur Farrugia spjega li l-passaġġ kien importanti biex wieħed jimxi min-naħa għall-oħra anke f'maltemp qawwi. "Dik kienet ir-raġuni ewlenija ħalli min ikun qed jaħdem fuq il-breakwater ikun jista' jimxi b'sigurtà anke waqt il-maltemp għax eżempju l-lanterni kien jiġrilhom ħsara u kien importanti li jibqgħu jaħdmu kontinwament." Infrastracture Malta għaddejja bi proġett ta' madwar miljun ewro biex tirranġa u tirrestawra ż-żewġ naħat tal-breakwater.
[ "Imtella' Ottubru 7, 2020 - Aġġornata 7 Ta' Ottubru, 2020 8:33pm", "'Il bogħod mill-għajn, taħt il-breakwater hemm passaġġ li ftit jafu bih.", "Fl-aħħar mitt sena serva ta' kenn mill-maltemp għal ħaddiema li riedu jixgħelu l-lanterni, waqt li fiż-żewġ gwerer parti minn taħt il-breakwater kienet armata għal kontra l-għadu.", "Kien mal-150 sena ilu li l-Ingliżi u l-Maltin bdew jinnutaw li n-nuqqas ta' breakwater fil-Port il-Kbir kien qed jillimita bil-kbir l-użu u l-potenzjal tal-port naturali u l-faċilitajiet li seta' joffri.", "Inbena f'sitt snin fil-bidu tas-seklu għoxrin bis-sehem ta' madwar 500 ħaddiem.", "Il-President tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia, spjega li dan ma kienx maħsub biss biex iħares il-port u l-bastimenti ankrati fih mill-maltemp iżda anke mit-torpedo boats jew dgħajjes bl-isplussivi li fost l-oħrajn użaw it-Taljani fl-1941, fl-uniku attakk navali tul it-tieni gwerra dinjija u li fih il-Maltin ħarġu t'eroj.", "\"Dawn kienu żgħar u diffiċli ħafna biex tolqothom imma nzerta li Malta fl-1939 kienet għadha kif irċeviet il-kanun twin six pounder illi dan kien iddisinjat bejn iż-żewġ gwerer għal kontra t-torpedo boats u kien jispara b'rata tremenda u l-Maltin eċċellaw fuqu tant li l-Maltin kisru r-rekords kollha tat-tħaddim ta' dawn il-kanuni fl-istorja kollha sakemm damu jeżistu sal-1956.\"", "Il-breakwater tal-Port il-Kbir huwa magħmul minn żewġ strutturi separati, l-itwal parti fuq in-naħa tal-Belt li jinkludi passaġġ li jibda minn taħt il-lanterna.", "Kif bdejna mexjin fil-passaġġ dejjaq u mingħajr ventilazzjoni spiċċajna f'kamra li fiż-żewġ gwerer kienet armata għal kontra l-għadu.", "Wara ftit metri sibna kamra oħra simili għall-ewwel waħda li fit-tieni gwerra dinjija kienet tintuża biex minnha jintefgħu bombi biex ifixklu lis-sottomarini fiż-żona.", "Is-Sur Farrugia spjega li l-passaġġ kien importanti biex wieħed jimxi min-naħa għall-oħra anke f'maltemp qawwi.", "\"Dik kienet ir-raġuni ewlenija ħalli min ikun qed jaħdem fuq il-breakwater ikun jista' jimxi b'sigurtà anke waqt il-maltemp għax eżempju l-lanterni kien jiġrilhom ħsara u kien importanti li jibqgħu jaħdmu kontinwament.\"", "Infrastracture Malta għaddejja bi proġett ta' madwar miljun ewro biex tirranġa u tirrestawra ż-żewġ naħat tal-breakwater." ]
7www.tvm.com.mt
38,997
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/tfal-u-anzjani-flimkien-fix-xewkija/
Tfal u anzjani flimkien fix-Xewkija
Għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Ewropew għas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni Żgaħżagħ u Sport, Chris Agius, għamlu żjara fl-iskola Primarja tax-Xewkija flimkien ma diversi anzjani fil-lokal. L-anzjani kellhom iċ-ċans jiltaqgħu mat-tfal waqt il-ħin tal-iskola. It-tfal minn naħa tagħhom urewhom dawk li kienu qegħdin jitgħallmu l-iskola, fosthom fuq interactive white boards u fuq il-kompjuter. L-anzjani u t-tfal imbaghad iltaqgħu fis-sala tal-iskola fejn qasmu bejniethom ikel tradizzjonali Malti u ikel modern u anke tgħallmu mill-esperjenzi ta’ xulxin. Is-Segretarju Parlamentari Caruana qalet li s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet hija valur ewlieni tal-gvern u għalhekk huwa impenjat li joħloq opportunitajiet ġodda fejn persuni ta’ etajiet differenti jistgħu jaħdmu id f’id.
[ "Għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Ewropew għas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni Żgaħżagħ u Sport, Chris Agius, għamlu żjara fl-iskola Primarja tax-Xewkija flimkien ma diversi anzjani fil-lokal.", "L-anzjani kellhom iċ-ċans jiltaqgħu mat-tfal waqt il-ħin tal-iskola.", "It-tfal minn naħa tagħhom urewhom dawk li kienu qegħdin jitgħallmu l-iskola, fosthom fuq", "interactive white boards", "u fuq il-kompjuter.", "L-anzjani u t-tfal imbaghad iltaqgħu fis-sala tal-iskola fejn qasmu bejniethom ikel tradizzjonali Malti u ikel modern u anke tgħallmu mill-esperjenzi ta’ xulxin.", "Is-Segretarju Parlamentari Caruana qalet li s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet hija valur ewlieni tal-gvern u għalhekk huwa impenjat li joħloq opportunitajiet ġodda fejn persuni ta’ etajiet differenti jistgħu jaħdmu id f’id." ]
7www.tvm.com.mt
33,191
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2016/11/27/fcare-order-ghal-iktar-minn-tliet-snin/
F'care order għal iktar minn tliet snin
253 tifel u tifla ilhom għal iktar minn tliet snin taħt Ordni ta' Ħarsien fejn ikunu segwiti minn ħaddiema soċjali mħarrġa li jaħdmu mal-Aġenzija Appoġġ. Dawn it-tfal ilhom f'din is-sitwazzjoni iktar minn sitta u tletin xahar minħabba li s-sitwazzjoni fil-familja tagħhom baqgħet ma marritx għall-aħjar. Kienet il-gazzetta Kullħadd li rrapportat dwar din ir-realtà. Tagħrif tal-Aġenzija Appoġġ dwar is-sitwazzjoni ta' tfal u żgħażagħ li qed jingħataw ħarsien bħalissa barra minn djarhom, jikkonferma kif hawn mija ħamsa u sittin tifel u tifla li huma fostered. Erbgħa u għoxrin tifel u tifla li jinsabu f'fostering speċjalizzat minħabba li s-sitwazzjoni tagħhom tkun iktar diffiċli. Filwaqt li mitejn u żewġt itfal jgħixu fi djar residenjzali. Biex b'kollox hemm tlett mija wiehed u disgħin tifel u tifla f'kura barra minn djarhom. Jirriżulta li f'pajjizna hawn mal-mija u erbgħa u ħamsin familja li qed joffru kenn lil dawn it-tfal permezz tal-Fostering. Numru li jagħti kuraġġ kbir lill-Aġenzija hekk kif minn meta beda l-fostering il-familji joffru servizzi ta' fostering zdied b'ħames darbiet. Filfatt sittax-il sena ilu, meta beda l-fostering f'Malta, tletin familja biss offrew li jipparteċipaw, meta dak iż-żmien kien hawnn ħames mitt tifel u tifla taħt Ordni ta' Ħarsien. L-għan tal-Aġenzija Appoġġ jibqa' li jiżdiedu n-numru ta' Foster Carers. Għal dan il-għan riċentament saru erba' korsijiet ta' taħriġ lil diversi familji li wrew interess mal-Aġenzija Appoġġ li jagħtu kenn u mħabba lil tfal f'diffikulta.
[ "253 tifel u tifla ilhom għal iktar minn tliet snin taħt Ordni ta' Ħarsien fejn ikunu segwiti minn ħaddiema soċjali mħarrġa li jaħdmu mal-Aġenzija Appoġġ.", "Dawn it-tfal ilhom f'din is-sitwazzjoni iktar minn sitta u tletin xahar minħabba li s-sitwazzjoni fil-familja tagħhom baqgħet ma marritx għall-aħjar.", "Kienet il-gazzetta Kullħadd li rrapportat dwar din ir-realtà.", "Tagħrif tal-Aġenzija Appoġġ dwar is-sitwazzjoni ta' tfal u żgħażagħ li qed jingħataw ħarsien bħalissa barra minn djarhom, jikkonferma kif hawn mija ħamsa u sittin tifel u tifla li huma fostered.", "Erbgħa u għoxrin tifel u tifla li jinsabu f'fostering speċjalizzat minħabba li s-sitwazzjoni tagħhom tkun iktar diffiċli.", "Filwaqt li mitejn u żewġt itfal jgħixu fi djar residenjzali.", "Biex b'kollox hemm tlett mija wiehed u disgħin tifel u tifla f'kura barra minn djarhom.", "Jirriżulta li f'pajjizna hawn mal-mija u erbgħa u ħamsin familja li qed joffru kenn lil dawn it-tfal permezz tal-Fostering.", "Numru li jagħti kuraġġ kbir lill-Aġenzija hekk kif minn meta beda l-fostering il-familji joffru servizzi ta' fostering zdied b'ħames darbiet.", "Filfatt sittax-il sena ilu, meta beda l-fostering f'Malta, tletin familja biss offrew li jipparteċipaw, meta dak iż-żmien kien hawnn ħames mitt tifel u tifla taħt Ordni ta' Ħarsien.", "L-għan tal-Aġenzija Appoġġ jibqa' li jiżdiedu n-numru ta' Foster Carers.", "Għal dan il-għan riċentament saru erba' korsijiet ta' taħriġ lil diversi familji li wrew interess mal-Aġenzija Appoġġ li jagħtu kenn u mħabba lil tfal f'diffikulta." ]
3one.com.mt
28,441
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/57307/rael_ta_24_sena_bi_riei_gravi_wara_inident_fsan_iljan
Raġel ta' 24 sena bi ġrieħi gravi wara inċident f'San Ġiljan
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Raġel Taljan ta' 24 qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-karozza f'San Ġiljan. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-4:40 am, meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq il-Baltiku, San Ġiljan. Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li vettura misjuqa minn raġel Taljan ta’ 24 sena għal xi raġuni tilfet il-kontrol u ħabtet ma’ ħajt u vettura oħra li kienet ipparkjata. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
[ "L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.", "Raġel Taljan ta' 24 qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-karozza f'San Ġiljan.", "L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-4:40 am, meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq il-Baltiku, San Ġiljan.", "Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li vettura misjuqa minn raġel Taljan ta’ 24 sena għal xi raġuni tilfet il-kontrol u ħabtet ma’ ħajt u vettura oħra li kienet ipparkjata.", "Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika.", "Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.", "L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin." ]
6www.illum.com.mt
7,798
press, news, Coronavirus, Lokali
https://one.com.mt/news/2020/03/23/il-kundizzjonijiet-ekonomici-jibqghu-qrib-il-medja-storika/
Il-kundizzjonijiet ekonomiċi jibqgħu qrib il-medja storika
F'aġġornament ekonomiku li ħareġ il-Bank Ċentrali ta' Malta għax-xahar ta' Frar intqal li l-kundizzjonijiet ekonomiċi baqgħu qrib il-medja storika tagħhom. Il-Bank Ċentrali, li saħaq li dan kien aġġornament ekonomiku qabel it-tifqiegħa tal-coronavirus f'pajjiżna spjega kif f'Jannar kienet reġistrata żieda sinifikanti fil-wasliet ta' turisti u l-infiq tagħhom. Spjega li l-indiċi tal-produzzjoni industrijali u l-bejgħ bl-imnut żdiedu wkoll. Il-kundizzjonijiet fis-suq tax xogħol baqgħu favorevoli. Il-qgħad aġġustat għall-effetti staġjonali kien f'livell baxx ta' tlieta punt erbgħa fil-mija f'Jannar, filwaqt li n numru tal impjegati kompla jikber b'ritmu qawwi, żieda ta' ħamsa punt sebgħa fil-mija fis sena sa Settembru li għadda. Il-Bank Ċentrali qal ukoll li l-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur baqgħet moderata. Sostna li kien hemm titjib fil-fiduċja fl-oqsma tal kostruzzjoni u s servizzi.
[ "F'aġġornament ekonomiku li ħareġ il-Bank Ċentrali ta' Malta għax-xahar ta' Frar intqal li l-kundizzjonijiet ekonomiċi baqgħu qrib il-medja storika tagħhom.", "Il-Bank Ċentrali, li saħaq li dan kien aġġornament ekonomiku qabel it-tifqiegħa tal-coronavirus f'pajjiżna spjega kif f'Jannar kienet reġistrata żieda sinifikanti fil-wasliet ta' turisti u l-infiq tagħhom.", "Spjega li l-indiċi tal-produzzjoni industrijali u l-bejgħ bl-imnut żdiedu wkoll.", "Il-kundizzjonijiet fis-suq tax xogħol baqgħu favorevoli.", "Il-qgħad aġġustat għall-effetti staġjonali kien f'livell baxx ta' tlieta punt erbgħa fil-mija f'Jannar, filwaqt li n numru tal impjegati kompla jikber b'ritmu qawwi, żieda ta' ħamsa punt sebgħa fil-mija fis sena sa Settembru li għadda.", "Il-Bank Ċentrali qal ukoll li l-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur baqgħet moderata.", "Sostna li kien hemm titjib fil-fiduċja fl-oqsma tal kostruzzjoni u s servizzi." ]
3one.com.mt
33,595
news, press
https://netnews.com.mt/2019/10/14/hibernians-u-gzira-athleta-jirbhu-fl-ahhar-mumenti/
Hibernians u Gżira Athleta jirbħu fl-aħħar mumenti
HIBERNIANS…………….. 78 STARLITES GIG………………… 61 (22-21, 18-16, 14-18, 24-5) Hibernians: P. Attard, D. Bugeja (10), K. Caruana, L. Farrugia, I. Bonett (7), N. Vasovic (19), A. Axiaq (10), M. Matijevic (6), M. Attard, C. Rowe (9), I. Domcesan (17) Starlites: A. Felice Pace (6), R. Bonnici (14), I. Felice Pace (2), M. Fabri, M. Falzon, M. Scerri (8), R. Carabott, I. Kunvic, K. Koules (14), J. Merseeille (13) Referees: B. Vassallo, G. Barbara, T. Mantere Hibernians bdew l-impenji tagħhom fl-MBA Shield b’rebħa kontra Starlites li waslet fl-aħħar minuti. Hibernians bnew vantaġġ żgħir ta’ 7-3 u għalkemm Starlites irkupraw l-iżvantaġġ, Hibernians temmew l-ewwel perjodu 22-21 minn fuq wara li Starlites kisbu sitt punti konsekuttivi. Il-Pawlisti kabbru l-vantaġġ għal disa’ punti fit-tieni perjodu u saħansitra marru 37-24 fil-vantaġġ. Starlites kellhom l-aħjar mument fil-logħba hekk kif naqqsu d-distakk għal punt iżda Hibernians għamlu l-aħħar basket u daħlu jistrieħu 40-37. Starlites komplew fejn ħallew u ħadu vantaġġ ta’ 47-42 fil-bidu tat-tielet perjodu. Hibernians reġgħu marru fil-vantaġġ iżda kienu Starlites li ħadu vantaġġ minimu ta’ 56-54. Starlites tilfu lil Bonnici bil-ħames fawl u fl-aħħar għaxar minuti, Hibernians ħarġu aktar determinati u wara li marru 62-59 fil-vantaġġ, komplew jiddettaw il-logħob biex aċċertaw mir-rebħa. GŻIRA ATHLETA……………….. 64 BUPA LUXOL………………. 59 (12-19, 21-20, 16-16, 15-4) Gżira: S. Crossland (31), S. Pace (1), B. Zammit, S. Vincic, L. Stefanovic, S. Galea, N. Xuereb (5), M. Gouder (6), M. Novelovic (5), I. Thiesen (16), E. Abela, R. Abela Luxol: J. Cefai, V. Jandric (13), E. Caruana Montaldo, L. Trapani, F. Mifsud Bonnici (7), J.P. Schembri (11), K. Dimech (18), I. Pace, S. Opojevliv (5), S. Capello (5) Referees: T. Mantere, Z. Dobrosevljevic, S. Jabalica Din il-logħba wkoll ġiet deċiża fl-aħħar sessjoni. Luxol taħt it-tmexxija tal-kowċ Duncan Fenech li ħa post il-veteran John Tabone, kienu kważi l-ħin kollu fil-vantaġġ imma fl-aħħar bejn nuqqas ta’ esperjenza u għejja, spiċċaw biex tilfu kollox. Wara bidu bilanċjat, Vukasin Jandric spikka biex poġġa lil Luxol 17-10 minn fuq u spiċċaw l-ewwel perjodu 20-12 fil-vantaġġ. Gżira pruvaw jirkupraw fil-bidu tat-tieni sessjoni imma Luxol żammew ir-ritmu u rnexxielhom jidħlu sitt punti vantaġġ. Gżira Athleta bdew it-tielet perjodu aħjar u naqqsu d-distakk għal 44-43 u wara li Luxol kabbru l-vantaġġ għal tmien punti, Athleta naqqsu d-distakk għal 55-49. Iż-żewġ timijiet bdew jiżbaljaw fl-aħħar perjodu, b’Connell Crossland jagħmel ħsara lil Luxol taħt il-boards filwaqt li Jandrix ma kienx preċiż għal Luxol li kisbu biss punt minn free-throw fl-aħħar minuti. BASKETBALL – MBA SHIELD TAN-NISA Hibernians komplew fejn ħallew mir-rebħ tas-Super Cup biex kisbu l-ewwel rebħa fis-St. James Hospital Shield meta għelbu lil ARMS Depiro 75-53. Hibernians għamlu ħafna ħin mil-logħba kollha minn fuq wara li Depiro kienu għamlu l-ewwel basket tal-logħba. Depiro ħadu vantaġġ parzjali ta’ 24-21 fil-bidu tat-tieni perjodu iżda Hibernians irnexxielhom idawru l-vantaġġ b’sitt punti konsekuttivi biex daħlu jistrieħu 35-32 minn fuq. Depiro baqgħu viċin l-avversarji wara l-mistrieħ sakemm Hibernians kisbu tnax mill-15-il punt lejn tmiem it-tielet perjodu, biex bdew l-aħħar għaxar minuti 56-45. Ir-reazzjoni ta’ Depiro baqgħet ma waslitx, b’Hibernians jikkontrollaw tajjeb sat-tmiem. Fit-tieni logħba, iċ-champions Starlites GIG kellhom jitħabtu biex għelbu lil Luxol 66-59. Starlites ħarġu tajjeb u fetħu vantaġġ żgħir li żammewh sa tmiem l-ewwel perjodu. Il-vantaġġ kiber għal 22-12 fit-tieni sessjoni, b’Luxol jirkupraw biex naqsu l-iżvantaġġ għal 29-22. Luxol pruvaw jersqu viċin wara l-mistrieħ, b’Starlites jibqgħu xorta jgawdu 44-35 fuq quddiem. Kien fl-aħħar ħames minuti li Luxol żiedu l-isforzi u resqu sa tliet punti bogħod bl-iskor 62-59, iżda Starlites ikkontrollaw tajjeb minn free-throws biex ħarġu rebbieħa.
[ "HIBERNIANS……………..", "78 STARLITES GIG………………… 61", "(22-21, 18-16, 14-18, 24-5)", "Hibernians:", "P. Attard, D. Bugeja (10), K. Caruana, L. Farrugia, I. Bonett (7), N. Vasovic (19), A. Axiaq (10), M. Matijevic (6), M. Attard, C. Rowe (9), I. Domcesan (17)", "Starlites:", "A. Felice Pace (6), R. Bonnici (14), I. Felice Pace (2), M. Fabri, M. Falzon, M. Scerri (8), R. Carabott, I. Kunvic, K. Koules (14), J. Merseeille (13)", "Referees:", "B. Vassallo, G. Barbara, T. Mantere", "Hibernians bdew l-impenji tagħhom fl-MBA Shield b’rebħa kontra Starlites li waslet fl-aħħar minuti.", "Hibernians bnew vantaġġ żgħir ta’ 7-3 u għalkemm Starlites irkupraw l-iżvantaġġ, Hibernians temmew l-ewwel perjodu 22-21 minn fuq wara li Starlites kisbu sitt punti konsekuttivi.", "Il-Pawlisti kabbru l-vantaġġ għal disa’ punti fit-tieni perjodu u saħansitra marru 37-24 fil-vantaġġ.", "Starlites kellhom l-aħjar mument fil-logħba hekk kif naqqsu d-distakk għal punt iżda Hibernians għamlu l-aħħar basket u daħlu jistrieħu 40-37.", "Starlites komplew fejn ħallew u ħadu vantaġġ ta’ 47-42 fil-bidu tat-tielet perjodu.", "Hibernians reġgħu marru fil-vantaġġ iżda kienu Starlites li ħadu vantaġġ minimu ta’ 56-54.", "Starlites tilfu lil Bonnici bil-ħames fawl u fl-aħħar għaxar minuti, Hibernians ħarġu aktar determinati u wara li marru 62-59 fil-vantaġġ, komplew jiddettaw il-logħob biex aċċertaw mir-rebħa.", "GŻIRA ATHLETA………………..", "64 BUPA LUXOL……………….", "59", "(12-19, 21-20, 16-16, 15-4)", "Gżira:", "S. Crossland (31), S. Pace (1), B. Zammit, S. Vincic, L. Stefanovic, S. Galea, N. Xuereb (5), M. Gouder (6), M. Novelovic (5), I. Thiesen (16), E. Abela, R. Abela", "Luxol:", "J. Cefai, V. Jandric (13), E. Caruana Montaldo, L. Trapani, F. Mifsud Bonnici (7), J.P. Schembri (11), K. Dimech (18), I. Pace, S. Opojevliv (5), S. Capello (5)", "Referees:", "T. Mantere, Z. Dobrosevljevic, S. Jabalica", "Din il-logħba wkoll ġiet deċiża fl-aħħar sessjoni.", "Luxol taħt it-tmexxija tal-kowċ Duncan Fenech li ħa post il-veteran John Tabone, kienu kważi l-ħin kollu fil-vantaġġ imma fl-aħħar bejn nuqqas ta’ esperjenza u għejja, spiċċaw biex tilfu kollox.", "Wara bidu bilanċjat, Vukasin Jandric spikka biex poġġa lil Luxol 17-10 minn fuq u spiċċaw l-ewwel perjodu 20-12 fil-vantaġġ.", "Gżira pruvaw jirkupraw fil-bidu tat-tieni sessjoni imma Luxol żammew ir-ritmu u rnexxielhom jidħlu sitt punti vantaġġ.", "Gżira Athleta bdew it-tielet perjodu aħjar u naqqsu d-distakk għal 44-43 u wara li Luxol kabbru l-vantaġġ għal tmien punti, Athleta naqqsu d-distakk għal 55-49.", "Iż-żewġ timijiet bdew jiżbaljaw fl-aħħar perjodu, b’Connell Crossland jagħmel ħsara lil Luxol taħt il-boards filwaqt li Jandrix ma kienx preċiż għal Luxol li kisbu biss punt minn free-throw fl-aħħar minuti.", "BASKETBALL – MBA SHIELD TAN-NISA", "Hibernians komplew fejn ħallew mir-rebħ tas-Super Cup biex kisbu l-ewwel rebħa fis-St.", "James Hospital Shield meta għelbu lil ARMS Depiro 75-53.", "Hibernians għamlu ħafna ħin mil-logħba kollha minn fuq wara li Depiro kienu għamlu l-ewwel basket tal-logħba.", "Depiro ħadu vantaġġ parzjali ta’ 24-21 fil-bidu tat-tieni perjodu iżda Hibernians irnexxielhom idawru l-vantaġġ b’sitt punti konsekuttivi biex daħlu jistrieħu 35-32 minn fuq.", "Depiro baqgħu viċin l-avversarji wara l-mistrieħ sakemm Hibernians kisbu tnax mill-15-il punt lejn tmiem it-tielet perjodu, biex bdew l-aħħar għaxar minuti 56-45.", "Ir-reazzjoni ta’ Depiro baqgħet ma waslitx, b’Hibernians jikkontrollaw tajjeb sat-tmiem.", "Fit-tieni logħba, iċ-champions Starlites GIG kellhom jitħabtu biex għelbu lil Luxol 66-59.", "Starlites ħarġu tajjeb u fetħu vantaġġ żgħir li żammewh sa tmiem l-ewwel perjodu.", "Il-vantaġġ kiber għal 22-12 fit-tieni sessjoni, b’Luxol jirkupraw biex naqsu l-iżvantaġġ għal 29-22.", "Luxol pruvaw jersqu viċin wara l-mistrieħ, b’Starlites jibqgħu xorta jgawdu 44-35 fuq quddiem.", "Kien fl-aħħar ħames minuti li Luxol żiedu l-isforzi u resqu sa tliet punti bogħod bl-iskor 62-59, iżda Starlites ikkontrollaw tajjeb minn free-throws biex ħarġu rebbieħa." ]
1netnews.com.mt
631
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2020/12/04/il-bord-tal-inkjesta-pubblika-fuq-il-qtil-ta-dcg-investiga-biss-terz-tal-istat-joseph-muscat/
"Il-bord tal-inkjesta pubblika fuq il-qtil ta' DCG investiga biss terz tal-istat" – Joseph Muscat
Il-bord tal-inkjesta pubblika investiga biss terz tal-istat u għalhekk biss il-Gvern preżenti. Hekk stqarr l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fi stqarrija li għamel fil-bidu tax-xhieda tiegħu fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Huwa fakkar fit-termini stabbiliti u l-iskop li fuqha ġiet maħtura din l-inkjesta pubblika. Stqarr li dawn it-termini ta' referenza tfasslu wara laqgħat twal mal-familja ta' Daphne Caruana Galizia sabiex kollox ikun sar sew. Stqarr li kien diżappuntat bil-mistoqsijiet li saru mill-bord tal-inkjesta u ma sarux biex jintlaħaq l-għan aħħari. Stqarr li f'dak li nstema' kien proċess dwar jekk Daphne Caruana Galizia kelliex raġun f'dak kollu li kitbet u mhux jekk kienx hemm responsabbilità għall-qtil tagħha. Stqarr li l-investigazzjoni kellha ssir fuq l-istat u mhux fuq il-Gvern preżenti kif fil-fatt sar. Stqarr kif l-istat ma bediex fl-2013 u hemm ħafna affarijiet li l-effetti tagħhom għadhom jinħassu wara snin ta' tmexxija ta' Gvernijiet preċedenti. Stqarr li l-bord ma tax każ s-sitwazzjoni qabel l-2013. Żied jgħid li l-istat mhux biss il-Gvern u barra l-eżekuttiv għandek l-leġislattiv u l-ġudikatura. Stqarr li s'issa saret investigazzjoni biss fuq il-Gvern u għalhekk terz tal-istat. Fuq il-leġislattiv ukoll kien hemm akkużi serji minn Daphne Caruana Galizia iżda qatt ma sar skrutinju mill-bord. Lanqas fuq il-ġudikatura ma kien hemm investigazzjoni li Daphne Caruana Galizia ukoll kitbet dwarha kemm il-darba. Żied jgħid li d-definizzjoni tal-istat ukoll twessgħet sabiex tinkludi l-mezzi tax-xandir. Dwar dan ukoll ma sarx skrutinju. Dr. Muscat stqarr kif fl-aħħar 40 sena kien hemm 'il fuq minn 100 każ ta' tqegħid ta' bombi u minn dawn kollha f'każ wieħed biss ġew identifikati l-persuni suspettati wara r-reati u tressqu quddiem il-ġustizzja. Stqarr li maż-żmien l-infurzar dejjem issaħħaħ. Fakkar kif Gvern immexxi minnu neħħa l-preskrizzjoni dwar reati ta' korruzzjoni u għalhekk għamel waħda mill-iktar tibdiliet b'saħħithom f'dan ir-rigward. Fakkar kif fil-bidu tal-karriera politika tiegħu kien jissejjaħ 'biċċa ġurnalist' u tul il-karriera wieġeb għal ħafna domandi li sarulu. Stqarr li fil-karriera tiegħu għamel tliet libelli biss. Wieħed minnhom dwar il-gidba Egrant li stqarr li kienet misqijja lil Daphne Caruana Galizia. Stqarr li din il-gidba kienet imfesfsa mill-Kap tal-Oppożizzjoni dak iż-żmien. Fakkar kif huwa kien offra li jwaqqa' l-libell dwar Egrant jekk il-familja taċċetta l-konklużjonijiet tal-inkjesta. Stqarr li dawn s'issa rrifjutaw. Fakkar kif fis-sena 2000 tpoġġiet bomba mad-dar tal-ġurnalist Frans Ghirxi u s'issa ma tressaq ħadd. Kien ukoll inħaraq il-bieb tal-familja Caruana Galizia iżda dwar dan ħadd ma kien tressaq. Stqarr li wieħed jista' jgħid allura bl-istess riga li kien hemm impunità taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Stqarr li kif sema' bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kien jaf li dan kien ser jibqa' jidher fuq il-karriera politika tiegħu anke jekk sar ħafna ġid lil hinn minn dan. Stqarr li dejjem kellu rispett kbir lejn it-tliet ġudikanti fuq l-inkjesta u għalhekk isostni li l-mistoqsijiet isiru b'tali mod li ma jkunux newtrali. L-eks Prim Ministru stqarr li huwa dispost li jwieġeb għall-mistoqsijiet kollha li jsirulu mill-bord. Ġie mxejjen ukoll rappurtaġġ li qal l-bord innota kif Joseph Muscat ma weġibx għal taħrika li saritlu biex jixhed quddiem il-bord tal-inkjesta. Dan hekk kif il-proċeduri jgħidu li m'hemmx bżonn li wieħed iwieġeb għal taħrika.
[ "Il-bord tal-inkjesta pubblika investiga biss terz tal-istat u għalhekk biss il-Gvern preżenti.", "Hekk stqarr l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fi stqarrija li għamel fil-bidu tax-xhieda tiegħu fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Huwa fakkar fit-termini stabbiliti u l-iskop li fuqha ġiet maħtura din l-inkjesta pubblika.", "Stqarr li dawn it-termini ta' referenza tfasslu wara laqgħat twal mal-familja ta' Daphne Caruana Galizia sabiex kollox ikun sar sew.", "Stqarr li kien diżappuntat bil-mistoqsijiet li saru mill-bord tal-inkjesta u ma sarux biex jintlaħaq l-għan aħħari.", "Stqarr li f'dak li nstema' kien proċess dwar jekk Daphne Caruana Galizia kelliex raġun f'dak kollu li kitbet u mhux jekk kienx hemm responsabbilità għall-qtil tagħha.", "Stqarr li l-investigazzjoni kellha ssir fuq l-istat u mhux fuq il-Gvern preżenti kif fil-fatt sar.", "Stqarr kif l-istat ma bediex fl-2013 u hemm ħafna affarijiet li l-effetti tagħhom għadhom jinħassu wara snin ta' tmexxija ta' Gvernijiet preċedenti.", "Stqarr li l-bord ma tax każ s-sitwazzjoni qabel l-2013.", "Żied jgħid li l-istat mhux biss il-Gvern u barra l-eżekuttiv għandek l-leġislattiv u l-ġudikatura.", "Stqarr li s'issa saret investigazzjoni biss fuq il-Gvern u għalhekk terz tal-istat.", "Fuq il-leġislattiv ukoll kien hemm akkużi serji minn Daphne Caruana Galizia iżda qatt ma sar skrutinju mill-bord.", "Lanqas fuq il-ġudikatura ma kien hemm investigazzjoni li Daphne Caruana Galizia ukoll kitbet dwarha kemm il-darba.", "Żied jgħid li d-definizzjoni tal-istat ukoll twessgħet sabiex tinkludi l-mezzi tax-xandir.", "Dwar dan ukoll ma sarx skrutinju.", "Dr. Muscat stqarr kif fl-aħħar 40 sena kien hemm 'il fuq minn 100 każ ta' tqegħid ta' bombi u minn dawn kollha f'każ wieħed biss ġew identifikati l-persuni suspettati wara r-reati u tressqu quddiem il-ġustizzja.", "Stqarr li maż-żmien l-infurzar dejjem issaħħaħ.", "Fakkar kif Gvern immexxi minnu neħħa l-preskrizzjoni dwar reati ta' korruzzjoni u għalhekk għamel waħda mill-iktar tibdiliet b'saħħithom f'dan ir-rigward.", "Fakkar kif fil-bidu tal-karriera politika tiegħu kien jissejjaħ 'biċċa ġurnalist' u tul il-karriera wieġeb għal ħafna domandi li sarulu.", "Stqarr li fil-karriera tiegħu għamel tliet libelli biss.", "Wieħed minnhom dwar il-gidba Egrant li stqarr li kienet misqijja lil Daphne Caruana Galizia.", "Stqarr li din il-gidba kienet imfesfsa mill-Kap tal-Oppożizzjoni dak iż-żmien.", "Fakkar kif huwa kien offra li jwaqqa' l-libell dwar Egrant jekk il-familja taċċetta l-konklużjonijiet tal-inkjesta.", "Stqarr li dawn s'issa rrifjutaw.", "Fakkar kif fis-sena 2000 tpoġġiet bomba mad-dar tal-ġurnalist Frans Ghirxi u s'issa ma tressaq ħadd.", "Kien ukoll inħaraq il-bieb tal-familja Caruana Galizia iżda dwar dan ħadd ma kien tressaq.", "Stqarr li wieħed jista' jgħid allura bl-istess riga li kien hemm impunità taħt amministrazzjonijiet preċedenti.", "Stqarr li kif sema' bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kien jaf li dan kien ser jibqa' jidher fuq il-karriera politika tiegħu anke jekk sar ħafna ġid lil hinn minn dan.", "Stqarr li dejjem kellu rispett kbir lejn it-tliet ġudikanti fuq l-inkjesta u għalhekk isostni li l-mistoqsijiet isiru b'tali mod li ma jkunux newtrali.", "L-eks Prim Ministru stqarr li huwa dispost li jwieġeb għall-mistoqsijiet kollha li jsirulu mill-bord.", "Ġie mxejjen ukoll rappurtaġġ li qal l-bord innota kif Joseph Muscat ma weġibx għal taħrika li saritlu biex jixhed quddiem il-bord tal-inkjesta.", "Dan hekk kif il-proċeduri jgħidu li m'hemmx bżonn li wieħed iwieġeb għal taħrika." ]
3one.com.mt
26,790
news, press
https://netnews.com.mt/2019/05/07/%EF%BB%BFzewg-nisa-jammettu-serq-minn-karozza-wara-li-nqabdu-bis-cctv/
Żewġ nisa jammettu serq minn karozza wara li nqabdu bis-CCTV
Żewġ nisa li ma jaħdmux u li serqu “tablet computer” u ammont ta’ flus mhux magħruf minn karozza pparkjata f’Santa Venera, ingħataw sentenza sospiża wara li ammettew fil-Qorti li wettqu s-serqa. Miriam Azzopardi ta’ 40 sena, minn San Pawl il-Baħar u Rosette Borg ta’ 40 sena, minn Birzebbuġa, inqabdu u tressqu l-Qorti grazzi għal filmati tas-CCTV.  L-Ispetturi Robert Vella u Matthew Galea spjegaw kif il-filmati wrew lin-nisa jisirqu fil-fatt, it-tablet tal-marka Samsung u flus minn karozza Peugeot li kienet ipparkjata. Il-Maġistrat Neville Camilleri ikkundannahom 18-il-xahar ħabs kull wieħed, sospiżi għal tleit snin, wara li ħa inkunsiderazzjoni li ammettew waqt li stadju bikri tal-proċesuri, u li kkoperaw mal-Pulizija u li anke għandhom kondotta relattivament nadifa. L-Avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila deheru għal Azzopardi, filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri deheru għal Borg.
[ "Żewġ nisa li ma jaħdmux u li serqu “tablet computer” u ammont ta’ flus mhux magħruf minn karozza pparkjata f’Santa Venera, ingħataw sentenza sospiża wara li ammettew fil-Qorti li wettqu s-serqa.", "Miriam Azzopardi ta’ 40 sena, minn San Pawl il-Baħar u Rosette Borg ta’ 40 sena, minn Birzebbuġa, inqabdu u tressqu l-Qorti grazzi għal filmati tas-CCTV.  L-Ispetturi Robert Vella u Matthew Galea spjegaw kif il-filmati wrew lin-nisa jisirqu fil-fatt, it-tablet tal-marka Samsung u flus minn karozza Peugeot li kienet ipparkjata.", "Il-Maġistrat Neville Camilleri ikkundannahom 18-il-xahar ħabs kull wieħed, sospiżi għal tleit snin, wara li ħa inkunsiderazzjoni li ammettew waqt li stadju bikri tal-proċesuri, u li kkoperaw mal-Pulizija u li anke għandhom kondotta relattivament nadifa.", "L-Avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila deheru għal Azzopardi, filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri deheru għal Borg." ]
1netnews.com.mt
2,362
news, press
https://netnews.com.mt/2017/12/05/filmat-il-beltin-jaghtu-l-ahhar-tislima-lil-joe-curmi-l-puse/
FILMAT: Il-Beltin jagħtu l-aħħar tislima lil Joe Curmi l-Puse’
Dalgħodu fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt, ingħatat l-aħħar tislima lill-mużiċist popolari Joe Curmi, il-Puse’ li miet nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Diċembru. Fil-Belt, Joe kien magħruf bħala bħala Ġużi u kien hemm ukoll min isejjaħlu Ġuże’. Jidher li minn hawn oriġina l-laqam tal-Puse’. Għal xi żmien, Curmi kien ukoll jilgħab il-futbol. Iżda bla dubju li l-Puse’ jibqa’ l-aktar magħruf fl-isfera tal-mużika. Joe Curmi, li kellu 90 sena, għamel snin idoqq mal-Orkestra Nazzjonali. Hu kien percussionist prim, veteran fil-qasam tal-kunċerti live u sinonimu mas-sax tenor – l-istrument li tant kien iħobb. Beltin maħsuda wara l-mewt ta’ Joe Curmi l-Puse’
[ "Dalgħodu fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt, ingħatat l-aħħar tislima lill-mużiċist popolari Joe Curmi, il-Puse’", "li miet nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Diċembru.", "Fil-Belt, Joe kien magħruf bħala bħala Ġużi u kien hemm ukoll min isejjaħlu Ġuże’.", "Jidher li minn hawn oriġina l-laqam tal-Puse’.", "Għal xi żmien, Curmi kien ukoll jilgħab il-futbol.", "Iżda bla dubju li l-Puse’ jibqa’ l-aktar magħruf fl-isfera tal-mużika.", "Joe Curmi, li kellu 90 sena, għamel snin idoqq mal-Orkestra Nazzjonali.", "Hu kien percussionist prim, veteran fil-qasam tal-kunċerti live u sinonimu mas-sax tenor – l-istrument li tant kien iħobb.", "Beltin maħsuda wara l-mewt ta’ Joe Curmi l-Puse’" ]
1netnews.com.mt
1,603
news, press
https://netnews.com.mt/2020/03/18/disa-xhur-habs-ghal-zewgt-irgiel-fuq-serqa-u-attentat-ta-serqa-minn-karozza/
Disa’ xhur ħabs għal żewġt irġiel fuq serqa u attentat ta’ serqa minn karozza
Stephen Zammit ta’ 44 sena minn Birkirkara u Jason Mifsud ta’ 45 sena minn Tas-Sliema ġew ikkundannati disa’ xhur ħabs wara li ammettew quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li serqu mobajl u li ttantaw jisirqu diversi għodod minn karozza. Huwa ammettew li kien fit-8 ta’ Settembru li għadda, għall-ħabta tal-10.15am. minn karozza li kienet ipparkjata f’Tal Pietà serqu mobajl u anke ftit flus kontanti li kien hemm fiha. Zammit u Mifsud ammettew ukoll li ppruvaw jisirqu diversi għodod mill-istess karozza, liema reat ma seħħx minħabba xi ħaġa aċċidentali u ndipendenti mill-volontà tagħhom. L-irġiel ammettew ukoll li għamlu ħsara fil-karozza nkwistjoni. Mifsud waħdu nstab ħati wkoll fuq ammissjoni li ġarr mus mingħajr liċenzja. Il-Qorti qalet li ma kinitx qed isb lill-imputati ħatja li saru reċedivi u tenniet li meta ġiet biex tagħti l-piena kkunsidrat diversi fatturi fosthom dik ta’ ammissjoni bikrija, u li kemm id-difiża u l-Prosekuzzjoni qablu flimkien mal-piena li għandha tiġi mposta.
[ "Stephen Zammit ta’ 44 sena minn Birkirkara u Jason Mifsud ta’ 45 sena minn Tas-Sliema ġew ikkundannati disa’ xhur ħabs wara li ammettew quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li serqu mobajl u li ttantaw jisirqu diversi għodod minn karozza.", "Huwa ammettew li kien fit-8 ta’ Settembru li għadda, għall-ħabta tal-10.15am. minn karozza li kienet ipparkjata f’Tal Pietà serqu mobajl u anke ftit flus kontanti li kien hemm fiha.", "Zammit u Mifsud ammettew ukoll li ppruvaw jisirqu diversi għodod mill-istess karozza, liema reat ma seħħx minħabba xi ħaġa aċċidentali u ndipendenti mill-volontà tagħhom.", "L-irġiel ammettew ukoll li għamlu ħsara fil-karozza nkwistjoni.", "Mifsud waħdu nstab ħati wkoll fuq ammissjoni li ġarr mus mingħajr liċenzja.", "Il-Qorti qalet li ma kinitx qed isb lill-imputati ħatja li saru reċedivi u tenniet li meta ġiet biex tagħti l-piena kkunsidrat diversi fatturi fosthom dik ta’ ammissjoni bikrija, u li kemm id-difiża u l-Prosekuzzjoni qablu flimkien mal-piena li għandha tiġi mposta." ]
1netnews.com.mt
3,937
news, press
https://netnews.com.mt/2020/02/12/bla-qies-l-imhabba-taghna-ghalik-omm-il-guvni-li-wegga-t-tnejn/
“Bla qies l-imħabba tagħna għalik” – omm il-ġuvni li weġġa’ t-Tnejn
“Nitlob lill-Mulej jeħilsek minn kull periklu u terġa’ lura d-dar. Inħobbok ibni”. Huwa dan il-messaġġ li wasslet Josette Grech Darmanin, omm iż-żagħżugħ li weġġa’ bil-mutur nhar it-Tnejn li għadda fit-8pm. Hu spiċċa f’qagħda kritika meta kien involut f’inċident fl-inħawi ta’ fejn qed isir il-proġett ta’ Santa Luċija. Ommu qalet ukoll, f’messaġġ fuq Facebook, li issa t-tifel inħareġ mill-ITU u jinsab fis-swali s-sofor ta’ Mater Dei. Dan kien sinjal inkoraġġanti għall-familja kollha, anke fid-dawl tal-fatt li hu għamel xi ħin fil-periklu tal-mewt. “Se ssibna dejjem miegħek fit-tajjeb u l-ħażin. L-imħabba tagħna għalik hi bla limitu”, kitbet Josette fuq Facebook.
[ "“Nitlob lill-Mulej jeħilsek minn kull periklu u terġa’ lura d-dar.", "Inħobbok ibni”.", "Huwa dan il-messaġġ li wasslet Josette Grech Darmanin, omm iż-żagħżugħ li weġġa’ bil-mutur nhar it-Tnejn li għadda fit-8pm.", "Hu spiċċa f’qagħda kritika meta kien involut f’inċident fl-inħawi ta’ fejn qed isir il-proġett ta’ Santa Luċija.", "Ommu qalet ukoll, f’messaġġ fuq Facebook, li issa t-tifel inħareġ mill-ITU u jinsab fis-swali s-sofor ta’ Mater Dei.", "Dan kien sinjal inkoraġġanti għall-familja kollha, anke fid-dawl tal-fatt li hu għamel xi ħin fil-periklu tal-mewt.", "“Se ssibna dejjem miegħek fit-tajjeb u l-ħażin.", "L-imħabba tagħna għalik hi bla limitu”, kitbet Josette fuq Facebook." ]
1netnews.com.mt
3,282
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/53339/gawwiem_jitlef_ajtu_wara_li_sab_ruu_fdiffikult_fmarsalforn
Għawwiem jitlef ħajtu wara li sab ruħu f'diffikultà f'Marsalforn
Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar bir-raġel imut filgħaxija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex Raġel Ġermaniż tilef ħajtu wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum fil-bajja ta' Għar Qawqla f'Marsalforn. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tal-bieraħ waranofsinhar meta r-raġel ittella' mill-baħar. Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex madanakollu, ir-raġel, li kellu 56 sena, miet għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħaxija. Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali
[ "Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar bir-raġel imut filgħaxija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex", "Raġel Ġermaniż tilef ħajtu wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum fil-bajja ta' Għar Qawqla f'Marsalforn.", "Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tal-bieraħ waranofsinhar meta r-raġel ittella' mill-baħar.", "Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex madanakollu, ir-raġel, li kellu 56 sena, miet għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħaxija.", "Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali" ]
6www.illum.com.mt
22,790
press, news, Barranin, Barranin, Barranin, Avjazzjoni, COVID-19
https://www.tvm.com.mt/mt/news/pulizija-fil-kenja-arrestati-wara-li-rabtu-mara-u-kaxkruha-bmutur/
Pulizija fil-Kenja arrestati wara li rabtu mara u kaxkruha b'mutur
Ġunju 11, 2020 Hekk kif id-diskussjoni dwar il-vjolenza mill-pulizija għadha taħraq wara l-qtil ta' George Floyd, filmat ieħor, din id-darba fil-Kenja, qajjem agħa, u wassal għall-arrest ta' tliet pulizija. Il-filmat, li xxerred fuq il-midja soċjali, juri mara ta' 21 sena b'idejha marbuta, qed tinġibed b'mutur u titkaxkar mal-art. Raġel, li ngħad li huwa wieħed mill-pulizija, jidher isawwatha b'nerf. Tul it-triq il-qalziet li kienet liebsha nġibed 'l isfel u spiċċat nofsha għarwiena. Il-mara qed tingħata kura fl-isptar wara li sofriet ksur f'sieqha, fost ġrieħi oħra. Il-midja tal-Kenja rrappurtat li l-Pulizija marru jarrestaw lill-mara fuq suspett li kienet involuta f'serqa ta' xi oġġetti minn dar ta' pulizija. Il-gvernatur ta' Nakuru, fejn seħħ il-każ, qal li l-aġir li deher fil-filmat ma jistax jiġi ttollerat, u jitfa' dawl ikrah fuq dawk li jinfurzaw il-liġi.
[ "Ġunju 11, 2020", "Hekk kif id-diskussjoni dwar il-vjolenza mill-pulizija għadha taħraq wara l-qtil ta' George Floyd, filmat ieħor, din id-darba fil-Kenja, qajjem agħa, u wassal għall-arrest ta' tliet pulizija.", "Il-filmat, li xxerred fuq il-midja soċjali, juri mara ta' 21 sena b'idejha marbuta, qed tinġibed b'mutur u titkaxkar mal-art.", "Raġel, li ngħad li huwa wieħed mill-pulizija, jidher isawwatha b'nerf.", "Tul it-triq il-qalziet li kienet liebsha nġibed 'l isfel u spiċċat nofsha għarwiena.", "Il-mara qed tingħata kura fl-isptar wara li sofriet ksur f'sieqha, fost ġrieħi oħra.", "Il-midja tal-Kenja rrappurtat li l-Pulizija marru jarrestaw lill-mara fuq suspett li kienet involuta f'serqa ta' xi oġġetti minn dar ta' pulizija.", "Il-gvernatur ta' Nakuru, fejn seħħ il-każ, qal li l-aġir li deher fil-filmat ma jistax jiġi ttollerat, u jitfa' dawl ikrah fuq dawk li jinfurzaw il-liġi." ]
7www.tvm.com.mt
39,852
press, news, Lokali, Knisja Maltija, Lokali, Lokali, Lokali
https://www.tvm.com.mt/mt/news/tibda-fazi-ohra-fil-progett-tal-breakwater-tal-qrejten/
Tibda fażi oħra fil-proġett tal-breakwater tal-Qrejten
Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 6:02pm Fis-sit tal-Qrejten f'Marsaxlokk qed jitwettaq proġett ta' €4 miljun ko-finanzjat minn Fondi Ewropej fuq breakwater ta' 110 metri. Din il-fażi tal-proġett tal-Breakwater tal-Qrejten tinkludi l-bini ta' wave wall ta' 2.3 metri fuq il-livell tal-ilma, b'fanal ta' 7 metri fit-tarf. Ix-xogħol fuq dan il-proġett beda f'Lulju tal-2019. Żaru s-sit il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg u l-Ministru għall-Agrikoltura u s-Sajd, Anton Refalo.
[ "Imtella' Ġunju 16, 2020 - Aġġornata 16 Ta' Ġunju, 2020 6:02pm", "Fis-sit tal-Qrejten f'Marsaxlokk qed jitwettaq proġett ta' €4 miljun ko-finanzjat minn Fondi Ewropej fuq breakwater ta' 110 metri.", "Din il-fażi tal-proġett tal-Breakwater tal-Qrejten tinkludi l-bini ta' wave wall ta' 2.3 metri fuq il-livell tal-ilma, b'fanal ta' 7 metri fit-tarf.", "Ix-xogħol fuq dan il-proġett beda f'Lulju tal-2019.", "Żaru s-sit il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg u l-Ministru għall-Agrikoltura u s-Sajd, Anton Refalo." ]
7www.tvm.com.mt
41,418
news, press
https://netnews.com.mt/2019/11/30/senglea-jdawru-telfa-frebha-u-jeliminaw-lil-gzira-united-u-hamrun-javvanzaw-kif-mistenni/
Senglea jdawru telfa f’rebħa u jeliminaw lil Gżira United u Ħamrun javvanzaw kif mistenni
Rapporti: Rowen Camilleri GŻIRA UNITED…………. 1 SENGLEA ATHLETIC…. 2 Gżira: J. Haber, F. Barbosa, G. Conti, Z. Scerri, R. Soares , A. Cohen, C.G. Baldacchino, H. Kone, A. Oyama, M. Davis, J. De Assis Senglea: M. Farrugia, S. Olberkis, D. Debono, E. Sakyi, M. Micallef (J. Tanti 61’), G. Virano (L. Grech 72’), T. Marukawa (K. Pulo 86’), J. Texeira, S. Cipriott, M. Todorovic, M. Dias Imwissija: R. Soares 42’, F. Barbosa 54’ (G) G. Virano 66’, E. Sakyi 66’, M. Dias 91’(S) Skorjaw: Z. Scerri 56’ (G) J. Tanti 74’, L. Grech 83’ (S) Referee: Matthew Degabriele Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Edward Spiteri Attendenza: 471 Senglea Athletic pattew għat-telfa li sofrew sitt ijiem ilu u eliminaw lil Gżira United mill-FA Trophy b’rebħa ta’ 2-1. Mil-logħba tal-kampjonat Giovanni Tedesco għamel żewġ bidliet fejn minflok Amadou Samb u Niki Muscat bdew il-partita Hamed Kone u Clifford Gatt Baldacchino, b’dan tal-aħħar qiegħed jiskonta sospensjoni ta’ 3 logħbiet fil-kampjonat. Mario Muscat kellu tliet bidliet fejn minflok Anthony Curmi bejn il-lasta beda Matthew Farrugia filwaqt li Mirko Todorovic u Marcelo Dias bdew minflok Wilfried Zamble u Anderson Carneiro. Fl-ewwel azzjoni tal-partita, wara seba’ minuti, kien Jefferson li ħarab mal-linja u wara li daħal fil-kaxxa x-xutt tiegħu għadda jħakkek mal-lasta. Hekk kif għal ħiniijet twal il-partita kienet nieqsa mill-azzjonijiet, fil-35 minuta Senglea marru viċin ferm li jiftħu l-iskor meta minn kross ta’ Marcelo Dias, Manolito Micallef ra d-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-minduda, bil-ballun imur barra. Gżira fetħu l-iskor fis-56 minuta meta Jefferson qassam lil ZACHARY SCERRI li minn barra l-kaxxa għeleb fil-baxx lil Farrugia. Fit-72 minuta Senglea kisbu l-gowl tad-draw meta minn kross ta’ Marcelo Dias, JAN TANTI kien żmarkat u x-xutt fil-baxx tiegħu spiċċa wara Haber. Bil-logħba tibqa waħda bilanċjata, fit-80 minuta Gżira marru viċin li jmorru fil-vantaġġ meta Jefferson dar tajjeb ma’ Olberkis, prova xutt fil-baxx li ħabat mal-wieqfa. Senglea Athletic skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-83 minuta meta Taisei Marukawa tefa’ kross mix-xellug li sab lis-sostitut LEIGHTON GRECH li bir-ras tefa’ fix-xibka fost il-ferħ tal-partitarji Sengleani. TARXIEN RAINBOWS…….. 1 ĦAMRUN SPARTANS……… 2 Tarxien: R.Briffa, D. Mambouana, G. Camilleri, A. Andrejic, B. Muscat, S. Shaba (A. Tenorio 53’), M. Stanojevic, N. Portelli (T. Veronese 46’), M. Ciantar (D. Vassallo 71’), P. Kanzurov, D. Zerafa Ħamrun: J. Debattista, T. Caruana, J. Soares, W. Domoraud (R. Darmanin 71’), C. Failla (M. Gauci 71’), N. Leone, S. Lagzir, M. Criaco (C. Cutajar 78’), K. Micallef, A. Capitelli, M. Cinquini Imwissija: D. Mambouana 51’, D. Zerafa 66’ B. Muscat 74’ (T) M. Gauci 77’ (Ħ) Skorjaw: W. Domoraud 4’, 27’ (Ħ), P. Kanzurov 83’ (T) Referee: Fyodor Zammit Assistenti Referees: Theodore Zammit, Duncan Spencer Kif mistenni Ħamrun Spartans għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 2-1 biex b’hekk avvanzaw għar-raba’ rawnd fejn jiltaqgħu kontra t-tim tal-Ewwel Diviżjoni Swieqi United. Tarxien irreaġixxew tard wisq  u għalhekk ma kellomx ħin biżżejjed biex jisforzaw il-ħin barrani. Din kienet it-tieni telfa konsekuttiva minn mindu Demis Paul Scerri ħa t-tmexxija tat-tim f’idejh. Fil-kampjonat Tarxien kienu għadhom kif ġejjin min telfa oħra ta’ 3-0 kontra Birkirkara. Żewġ bidliet mill-formazzjoni inizjali tal-partita kontra l-Istripes fejn minflok Marco Botta u Thomas Veronese bdew il-logħba Miguel Ciantar u Nevin Portelli. Ħamrun kienu ġejjin minn riżultat aktar pożittiv fejn kisbu draw ta’ mingħajr gowls kontra l-leaders tal-Kampjonat Floriana. Manuele Blasi kellu żewġ bidliet ukoll fejn bejn il-lasti beda Jean Claude Debattista minflok Manuel Bartolo u fid-difiża minflok il-Grieg Orestis Nikolopoulos, li jinsab imweġġa’ u mistenni jitlef il-kumplament tal-istaġun, beda Alessio Capitelli. Erba’ minuti logħob u fl-ewwel azzjoni denja, Ħamrun fetħu l-iskor meta WILFRED DOMORAUD rċieva ballun mix-xellug u b’xutt sabiħ fl-arja għeleb għal kollox lil Briffa. Tarxien kellhom ċans wara kwarta logħob meta Miguel Ciantar ra l-free kick dirett tiegħu jiġi mdawwar f’korner minn Debattista. Fis-27 minuta, id-difensur ta’ Tarxien Mambouana waqqa lil Lagzir fil-kaxxa, b’Fyodor Zammit jordna l-penalty. Mill-11-il metru WILFRED DOMORAUD ma falliex biex skorja t-tieni gowl ta’ Ħamrun u tiegħu personali. Ħamrun baqgħu jikkontrollaw il-logħba fit-tieni taqsima u fis-60 minuta l-aħjar plejer tal-logħba Wilfred Domoraud tilef iċ-ċans li jikseb tripletta meta wara li rċieva kross tajjeb fil-baxx minn Leone, minn quddiem Briffa il-Franċiż tefa’ l-ballun barra. Tarxien reġgħu daħlu fil-logħba fit-83 minuta meta PETAR KANZUROV irċieva pass mingħand Andrejic u minn qagħda angolata għeleb lil Debattista.
[ "Rapporti: Rowen Camilleri", "GŻIRA UNITED………….", "1", "SENGLEA ATHLETIC….", "2", "Gżira:", "J. Haber, F. Barbosa, G. Conti, Z. Scerri, R. Soares , A. Cohen, C.G. Baldacchino, H. Kone, A. Oyama, M. Davis, J. De Assis", "Senglea:", "M. Farrugia, S. Olberkis, D. Debono, E. Sakyi, M. Micallef (J. Tanti 61’), G. Virano (L. Grech 72’), T. Marukawa (K. Pulo 86’), J. Texeira, S. Cipriott, M. Todorovic, M. Dias", "Imwissija:", "R. Soares 42’, F. Barbosa 54’ (G) G. Virano 66’, E. Sakyi 66’, M. Dias 91’(S)", "Skorjaw:", "Z. Scerri 56’ (G) J. Tanti 74’, L. Grech 83’ (S)", "Referee:", "Matthew Degabriele", "Assistenti Referees:", "Jurgen Spiteri u Edward Spiteri", "Attendenza:", "471", "Senglea Athletic pattew għat-telfa li sofrew sitt ijiem ilu u eliminaw lil Gżira United mill-FA Trophy b’rebħa ta’ 2-1.", "Mil-logħba tal-kampjonat Giovanni Tedesco għamel żewġ bidliet fejn minflok Amadou Samb u Niki Muscat bdew il-partita Hamed Kone u Clifford Gatt Baldacchino, b’dan tal-aħħar qiegħed jiskonta sospensjoni ta’ 3 logħbiet fil-kampjonat.", "Mario Muscat kellu tliet bidliet fejn minflok Anthony Curmi bejn il-lasta beda Matthew Farrugia filwaqt li Mirko Todorovic u Marcelo Dias bdew minflok Wilfried Zamble u Anderson Carneiro.", "Fl-ewwel azzjoni tal-partita, wara seba’ minuti, kien Jefferson li ħarab mal-linja u wara li daħal fil-kaxxa x-xutt tiegħu għadda jħakkek mal-lasta.", "Hekk kif għal ħiniijet twal il-partita kienet nieqsa mill-azzjonijiet, fil-35 minuta Senglea marru viċin ferm li jiftħu l-iskor meta minn kross ta’ Marcelo Dias, Manolito Micallef ra d-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-minduda, bil-ballun imur barra.", "Gżira fetħu l-iskor fis-56 minuta meta Jefferson qassam lil ZACHARY SCERRI li minn barra l-kaxxa għeleb fil-baxx lil Farrugia.", "Fit-72 minuta Senglea kisbu l-gowl tad-draw meta minn kross ta’ Marcelo Dias, JAN TANTI kien żmarkat u x-xutt fil-baxx tiegħu spiċċa wara Haber.", "Bil-logħba tibqa waħda bilanċjata, fit-80 minuta Gżira marru viċin li jmorru fil-vantaġġ meta Jefferson dar tajjeb ma’ Olberkis, prova xutt fil-baxx li ħabat mal-wieqfa.", "Senglea Athletic skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-83 minuta meta Taisei Marukawa tefa’ kross mix-xellug li sab lis-sostitut LEIGHTON GRECH li bir-ras tefa’ fix-xibka fost il-ferħ tal-partitarji Sengleani.", "TARXIEN RAINBOWS……..", "1", "ĦAMRUN SPARTANS……… 2", "Tarxien:", "R.Briffa, D. Mambouana, G. Camilleri, A. Andrejic, B. Muscat, S. Shaba (A. Tenorio 53’), M. Stanojevic, N. Portelli (T. Veronese 46’), M. Ciantar (D. Vassallo 71’), P. Kanzurov, D. Zerafa", "Ħamrun:", "J. Debattista, T. Caruana, J. Soares, W. Domoraud (R. Darmanin 71’), C. Failla (M. Gauci 71’), N. Leone, S. Lagzir, M. Criaco (C. Cutajar 78’), K. Micallef, A. Capitelli, M. Cinquini", "Imwissija:", "D. Mambouana 51’, D. Zerafa 66’ B. Muscat 74’ (T) M. Gauci 77’ (Ħ)", "Skorjaw:", "W. Domoraud 4’, 27’ (Ħ), P. Kanzurov 83’ (T)", "Referee:", "Fyodor Zammit", "Assistenti Referees:", "Theodore Zammit, Duncan Spencer", "Kif mistenni Ħamrun Spartans għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 2-1 biex b’hekk avvanzaw għar-raba’ rawnd fejn jiltaqgħu kontra t-tim tal-Ewwel Diviżjoni Swieqi United.", "Tarxien irreaġixxew tard wisq  u għalhekk ma kellomx ħin biżżejjed biex jisforzaw il-ħin barrani.", "Din kienet it-tieni telfa konsekuttiva minn mindu Demis Paul Scerri ħa t-tmexxija tat-tim f’idejh.", "Fil-kampjonat Tarxien kienu għadhom kif ġejjin min telfa oħra ta’ 3-0 kontra Birkirkara.", "Żewġ bidliet mill-formazzjoni inizjali tal-partita kontra l-Istripes fejn minflok Marco Botta u Thomas Veronese bdew il-logħba Miguel Ciantar u Nevin Portelli.", "Ħamrun kienu ġejjin minn riżultat aktar pożittiv fejn kisbu draw ta’ mingħajr gowls kontra l-leaders tal-Kampjonat Floriana.", "Manuele Blasi kellu żewġ bidliet ukoll fejn bejn il-lasti beda Jean Claude Debattista minflok Manuel Bartolo u fid-difiża minflok il-Grieg Orestis Nikolopoulos, li jinsab imweġġa’ u mistenni jitlef il-kumplament tal-istaġun, beda Alessio Capitelli.", "Erba’ minuti logħob u fl-ewwel azzjoni denja, Ħamrun fetħu l-iskor meta WILFRED DOMORAUD rċieva ballun mix-xellug u b’xutt sabiħ fl-arja għeleb għal kollox lil Briffa.", "Tarxien kellhom ċans wara kwarta logħob meta Miguel Ciantar ra l-free kick dirett tiegħu jiġi mdawwar f’korner minn Debattista.", "Fis-27 minuta, id-difensur ta’ Tarxien Mambouana waqqa lil Lagzir fil-kaxxa, b’Fyodor Zammit jordna l-penalty.", "Mill-11-il metru WILFRED DOMORAUD ma falliex biex skorja t-tieni gowl ta’ Ħamrun u tiegħu personali.", "Ħamrun baqgħu jikkontrollaw il-logħba fit-tieni taqsima u fis-60 minuta l-aħjar plejer tal-logħba Wilfred Domoraud tilef iċ-ċans li jikseb tripletta meta wara li rċieva kross tajjeb fil-baxx minn Leone, minn quddiem Briffa il-Franċiż tefa’ l-ballun barra.", "Tarxien reġgħu daħlu fil-logħba fit-83 minuta meta PETAR KANZUROV irċieva pass mingħand Andrejic u minn qagħda angolata għeleb lil Debattista." ]
1netnews.com.mt
6,475
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/57810/ilpm_ikollu_jitlaq_u_jitlaq_issa_bilfors__saviour_balzan
'Il-PM ikollu jitlaq u jitlaq issa bilfors' - Saviour Balzan
Saviour Balzan jinsisti li Keith Schembri jew kien jaf bil-qtil ta' Daphne jew kien fiċ-ċentru tiegħu... L-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday Saviour Balzan sostna illi Muscat jeħtieġ jitlaq u jagħmel dan kemm jista' jkun malajr. "M'hemm l-ebda mod sabiħ kif nista' ngħidha din imma Muscat ikollu jirriżenja bilfors. Dak li hemm bżonn bħalissa huwa par idejn sodi li jippermettu illi jerġa jkollna sens ta' normalità." Balzan, ħafna drabi fil-mira ta' attivisti Nazzjonalisti u ta' Daphne Caruana Galizia nnifisha, sostna f'artiklu fuq il-Maltatoday illi ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri nganna lill-kollegi tiegħu u tant oħrajn , "meta kien jaf x'inhu jiġri." Imma agħar minn hekk huwa akkuża lil Keith Schembri illi uża l-pożizzjoni ta' poter tiegħu biex jiddevja mill-attenzjoni. Dan qabel għamel l-aktar akkuża serja fl-artiklu tiegħu. "Raġuni waħda biss nista' nimmaġina għal din il-kollużjoni: li kien jaf jew inkella kien fiċ-ċentru ta' dan l-att kriminali moqżież.". Hu kien qed jagħmel referenza għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Balzan kompla jgħid li l-kariżma kollha ta' Schembri kienet ingann u qal illi kien Schembri li dawwar it-teorija illi Caruana Galizia inqatlet  minħabba stejjer dwar kuntrabandu taż-żejt. Huwa qal illi l-fatt li Muscat ma ġiegħelx lil Schembri jirriżenja meta kien żvelat illi 17 Black hija ta' Yorgen Fenech u lanqas talab li jkun investigat, "iktar qajjem mistoqsijiet milli ta tweġibiet."
[ "Saviour Balzan jinsisti li Keith Schembri jew kien jaf bil-qtil ta' Daphne jew kien fiċ-ċentru tiegħu...", "L-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday Saviour Balzan sostna illi Muscat jeħtieġ jitlaq u jagħmel dan kemm jista' jkun malajr.", "\"M'hemm l-ebda mod sabiħ kif nista' ngħidha din imma Muscat ikollu jirriżenja bilfors.", "Dak li hemm bżonn bħalissa huwa par idejn sodi li jippermettu illi jerġa jkollna sens ta' normalità.\"", "Balzan, ħafna drabi fil-mira ta' attivisti Nazzjonalisti u ta' Daphne Caruana Galizia nnifisha, sostna f'artiklu fuq il-Maltatoday illi ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri nganna lill-kollegi tiegħu u tant oħrajn , \"meta kien jaf x'inhu jiġri.\"", "Imma agħar minn hekk huwa akkuża lil Keith Schembri illi uża l-pożizzjoni ta' poter tiegħu biex jiddevja mill-attenzjoni.", "Dan qabel għamel l-aktar akkuża serja fl-artiklu tiegħu.", "\"Raġuni waħda biss nista' nimmaġina għal din il-kollużjoni: li kien jaf jew inkella kien fiċ-ċentru ta' dan l-att kriminali moqżież.\".", "Hu kien qed jagħmel referenza għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Balzan kompla jgħid li l-kariżma kollha ta' Schembri kienet ingann u qal illi kien Schembri li dawwar it-teorija illi Caruana Galizia inqatlet  minħabba stejjer dwar kuntrabandu taż-żejt.", "Huwa qal illi l-fatt li Muscat ma ġiegħelx lil Schembri jirriżenja meta kien żvelat illi 17 Black hija ta' Yorgen Fenech u lanqas talab li jkun investigat, \"iktar qajjem mistoqsijiet milli ta tweġibiet.\"" ]
6www.illum.com.mt
21,755
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/se-jigi-ffirmat-illum-il-ftehim-bejn-l-enemalta-u-s-shangai-electric-power/
Se jiġi ffirmat illum il-ftehim bejn l-Enemalta u s-Shangai Electric Power
Se jiġi ffirmat illum il-ftehim finali bejn il-gvern u s-Shangai Electric Power li bih l-kumpanija Ċiniża ser tinvesti 320 miljun ewro u tifforma sħubija strateġika mal-Enemalta. Bil-ftehim, is-Shangai Electric Power ser ikollha 33.3% tal-ishma tal-Enemalta. Dan huwa l-ewwel investiment strateġiku tal-kumpanija Ċiniża fl-Ewropa u għall-gvern Malti qed jitqies bħala żvilupp li ser idawwar il-folja biex l-Enemalta ittejjeb l-effiċjenza taghha waqt li tħaffef il-piż tad-dejn tagħha u tal-gvern. Aktar dettalji dalwaqt
[ "Se jiġi ffirmat illum il-ftehim finali bejn il-gvern u s-Shangai Electric Power li bih l-kumpanija Ċiniża ser tinvesti 320 miljun ewro u tifforma sħubija strateġika mal-Enemalta.", "Bil-ftehim, is-Shangai Electric Power ser ikollha 33.3% tal-ishma tal-Enemalta.", "Dan huwa l-ewwel investiment strateġiku tal-kumpanija Ċiniża fl-Ewropa u għall-gvern Malti qed jitqies bħala żvilupp li ser idawwar il-folja biex l-Enemalta ittejjeb l-effiċjenza taghha waqt li tħaffef il-piż tad-dejn tagħha u tal-gvern.", "Aktar dettalji dalwaqt" ]
7www.tvm.com.mt
35,821
press, news, Futbol internazzjonali, Miktub minn..., Futbol internazzjonali, Futbol internazzjonali, Futbol internazzjonali, Futbol internazzjonali
https://www.tvm.com.mt/mt/sports/casillas-jirtira-l-applikazzjoni-ghall-kariga-ta-president-tal-assocjazzjoni-spanjola/
Casillas jirtira l-applikazzjoni għall-kariga ta' President tal-Assoċjazzjoni Spanjola
Imtella' Ġunju 16, 2020 Iker Casillas, l-ex gowlkiper Champion tad-Dinja ta' Spanja, qal li se jkun qed jirtira l-applikazzjoni tiegħu għall-kariga ta' President tal-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol. Casillas qal li se jkun qed jagħmel dan minħabba dak li għaddejja d-dinja minnu minħabba l-coronavirus, speċjalment Spanja. Aktar minn 27,000 persuna mietu fi Spanja minħabba l-virus. Casillas għadu ma rtirax uffiċjalment mill-karriera ta' plejer iżda għadu ma lagħabx partita waħda għal Porto minn April 2019, l-istess żmien li kien tah attakk tal-qalb ħafif waqt it-taħriġ.
[ "Imtella' Ġunju 16, 2020", "Iker Casillas, l-ex gowlkiper Champion tad-Dinja ta' Spanja, qal li se jkun qed jirtira l-applikazzjoni tiegħu għall-kariga ta' President tal-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol.", "Casillas qal li se jkun qed jagħmel dan minħabba dak li għaddejja d-dinja minnu minħabba l-coronavirus, speċjalment Spanja.", "Aktar minn 27,000 persuna mietu fi Spanja minħabba l-virus.", "Casillas għadu ma rtirax uffiċjalment mill-karriera ta' plejer iżda għadu ma lagħabx partita waħda għal Porto minn April 2019, l-istess żmien li kien tah attakk tal-qalb ħafif waqt it-taħriġ." ]
7www.tvm.com.mt
41,408
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2016/07/14/seba-snin-u-nofs-habs-wara-pussess-tad-droga/
Seba' snin u nofs ħabs wara pussess tad-droga
Traffikant tad-droga weħel seba' snin u nofs ħabs u kien immultat is-somma ta' €23,000 wara li wieġeb ħati. Il-każ imur lura għall-2013 meta n-Niġerjan li dak iż-żmien kellu 22 sena u kien jgħix il-Gżira, kien akkużat b'pussess ta' droga eroina u affarijiet oħra biex iħallat mal-eroina.Ir-raġel kien akkużat ukoll li għamel użu ta' passaport falz u li saq karozza mingħajr liċenzja tas-sewqan. Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti ħasset li sentenza t'għomor il-ħabs mhux adattata u għalhekk kien ikkundannat seba' snin u nofs.
[ "Traffikant tad-droga weħel seba' snin u nofs ħabs u kien immultat is-somma ta' €23,000 wara li wieġeb ħati.", "Il-każ imur lura għall-2013 meta n-Niġerjan li dak iż-żmien kellu 22 sena u kien jgħix il-Gżira, kien akkużat b'pussess ta' droga eroina u affarijiet oħra biex iħallat mal-eroina.Ir-raġel kien akkużat ukoll li għamel użu ta' passaport falz u li saq karozza mingħajr liċenzja tas-sewqan.", "Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti ħasset li sentenza t'għomor il-ħabs mhux adattata u għalhekk kien ikkundannat seba' snin u nofs." ]
3one.com.mt
31,940
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54585/ristorant_fpaceville_bieg_eluf_ta_flixken_talinbid_talkuntrabandu
Ristorant f'Paceville biegħ eluf ta' fliexken tal-inbid tal-kuntrabandu
Kollox beda meta uffiċjali tad-Dwana marru fir-ristorant u sabu 520 flixkun inbid tal-kuntrabandu Id-dwana kkonfiskataktar minn 520 flixkun inbid tal-kuntrabandu minn ristorant f’Paceville. Fi stqarrija d-Dwana qalet li minn investigazzjoni ulterjuri li saret, irriżulta li l-istess ristorant importa eluf ta’flixken tal-inbid u li kienu qed jinbiegħu mingħajr ma ħallas taxxa. Apparti minn hekk, uffiċjal tad-Dwana stazzjonati l-Ajruport, bis-saħħa tal-kelba Sophie, waqfu raġel li kien se jħalli Malta b’aktar minn €22,415. €16,100 instabu fuq ir-raġel, filwaqt li €1,365 instabu fil-bagalja li kellu f’idu. Aktar tard instabu €4,950 f’żewġ bagalji li tniżżlu minn fuq l-ajruplan li kellu jaqbad ir-raġel. Intant, ir-raġel inżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti għada. Skont il-liġi, kull min ikun se jidħol jew iħalli l-pajjiż b’aktar minn €10,000 fi flus kontanti għandu jiddikjarahom lid-Dwana.
[ "Kollox beda meta uffiċjali tad-Dwana marru fir-ristorant u sabu 520 flixkun inbid tal-kuntrabandu", "Id-dwana kkonfiskataktar minn 520 flixkun inbid tal-kuntrabandu minn ristorant f’Paceville.", "Fi stqarrija d-Dwana qalet li minn investigazzjoni ulterjuri li saret, irriżulta li l-istess ristorant importa eluf ta’flixken tal-inbid u li kienu qed jinbiegħu mingħajr ma ħallas taxxa.", "Apparti minn hekk, uffiċjal tad-Dwana stazzjonati l-Ajruport, bis-saħħa tal-kelba Sophie, waqfu raġel li kien se jħalli Malta b’aktar minn €22,415.", "€16,100 instabu fuq ir-raġel, filwaqt li €1,365 instabu fil-bagalja li kellu f’idu.", "Aktar tard instabu €4,950 f’żewġ bagalji li tniżżlu minn fuq l-ajruplan li kellu jaqbad ir-raġel.", "Intant, ir-raġel inżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti għada.", "Skont il-liġi, kull min ikun se jidħol jew iħalli l-pajjiż b’aktar minn €10,000 fi flus kontanti għandu jiddikjarahom lid-Dwana." ]
6www.illum.com.mt
44,400
news, press
https://netnews.com.mt/2018/09/29/irridu-nkunu-umli-u-realistici-xavier-saliba-kowc-ta-valletta-futsal/
Irridu nkunu umli u realistiċi – Xavier Saliba (kowċ ta’ Valletta Futsal)
Wara li għaddew mir-Rawnd Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League, Valletta jinsabu fil-preparazzjoni tagħhom biex il-ġimgħa d-dieħla jilagħbu fir-Rawnd Prinċipali tal-istess kompetizzjoni. Konxji mill-fatt li l-livell hu ogħla minn tagħhom, iċ-champions lokali Valletta għandhom il-mira li jiksbu kemm jista’ jkun punti. Il-kowċ ta’ Valletta Xavier Saliba qal li fattur għas-suċċess hu li jkunu umli u realistiċi għaliex jafu li l-kwalità tat-timijiet hi ħafna aħjar minn tagħhom. Saliba tkellem dwar il-preparazzjoni tat-tim fejn qal li kienet differenti mill-preparazzjoni tar-rawnd ta’ qabel. Dan minħabba l-fatt li riedu jippreparaw għas-Super Cup, l-impenji tat-tim nazzjonali kif ukoll il-wasla tal-plejer barrani Georgjan li se jiltaqa’ mal-iskwadra fis-Slovakkja. Mit-tliet logħbiet tar-Rawnd Preliminari, l-iskwadra ta’ Valletta kellha xi tibdil. Naqsu mit-tim l-Ispanjol Yeray Hernandez Gutierrez, is-Serb Ninoslav Aleksic u l-Georgjan Buta Kakabadze, filwaqt li żdied Shota Chanukvadze mill-Georgja, plejer li l-istaġun li għadda lagħab ma’ Swieqi. Il-kowċ Belti għamel evalwazzjoni tal-avversarji li għandhom. Hu qal li Lucenec tas-Slovakkja jidher tim tajjeb u aħjar minn Veles, Araz Naxvican huma tim b’saħħtu filwaqt li FK Vytis tal-Litwanja għaddew kontra ċ-champions Olandiżi, b’Saliba jagħmel paragun li l-Olanda lagħbet kontra Malta din il-ġimgħa u kulħadd jaf id-differenza bejn it-tnejn. Teżisti pożittività u ottimiżmu fiċ-Chairman tal-klabb Edward Bartolo kif ukoll fil-President Chris McKay. Bartolo qal li l-objettiv tal-klabb intlaħaq u rringrazzja lill-kowċis u l-plejers, filwaqt li jemmen li rrappreżentaw lill-klabb u l-Malta bl-aħjar mod possibbli. McKay qal li l-għan tagħhom hu li jiksbu kemm jista’ jkun punti. Waqt il-konferenza stampa kien żvelat li Valletta pruvaw jorganizzaw ir-Rawnd Preliminari f’pajjiżna iżda sabu diffikultà minħabba li l-lukandi jkunu mimlija u ma jkoprux mal-fondi li jirċievu mill-UEFA għaliex ma jkunux biżżejjed. Il-logħob ta’ Valletta L-Erbgħa 3 ta’ Ottubru Lucenec v Valletta                  6.00pm Il-Ħamis 4 ta’ Ottubru Valletta v Araz Naxvican       3.30pm Is-Sibt 6 ta’ Ottubru FK Vytis v Valletta                  3.30pm
[ "Wara li għaddew mir-Rawnd Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League, Valletta jinsabu fil-preparazzjoni tagħhom biex il-ġimgħa d-dieħla jilagħbu fir-Rawnd Prinċipali tal-istess kompetizzjoni.", "Konxji mill-fatt li l-livell hu ogħla minn tagħhom, iċ-champions lokali Valletta għandhom il-mira li jiksbu kemm jista’ jkun punti.", "Il-kowċ ta’ Valletta Xavier Saliba qal li fattur għas-suċċess hu li jkunu umli u realistiċi għaliex jafu li l-kwalità tat-timijiet hi ħafna aħjar minn tagħhom.", "Saliba tkellem dwar il-preparazzjoni tat-tim fejn qal li kienet differenti mill-preparazzjoni tar-rawnd ta’ qabel.", "Dan minħabba l-fatt li riedu jippreparaw għas-Super Cup, l-impenji tat-tim nazzjonali kif ukoll il-wasla tal-plejer barrani Georgjan li se jiltaqa’ mal-iskwadra fis-Slovakkja.", "Mit-tliet logħbiet tar-Rawnd Preliminari, l-iskwadra ta’ Valletta kellha xi tibdil.", "Naqsu mit-tim l-Ispanjol Yeray Hernandez Gutierrez, is-Serb Ninoslav Aleksic u l-Georgjan Buta Kakabadze, filwaqt li żdied Shota Chanukvadze mill-Georgja, plejer li l-istaġun li għadda lagħab ma’ Swieqi.", "Il-kowċ Belti għamel evalwazzjoni tal-avversarji li għandhom.", "Hu qal li Lucenec tas-Slovakkja jidher tim tajjeb u aħjar minn Veles, Araz Naxvican huma tim b’saħħtu filwaqt li FK Vytis tal-Litwanja għaddew kontra ċ-champions Olandiżi, b’Saliba jagħmel paragun li l-Olanda lagħbet kontra Malta din il-ġimgħa u kulħadd jaf id-differenza bejn it-tnejn.", "Teżisti pożittività u ottimiżmu fiċ-Chairman tal-klabb Edward Bartolo kif ukoll fil-President Chris McKay.", "Bartolo qal li l-objettiv tal-klabb intlaħaq u rringrazzja lill-kowċis u l-plejers, filwaqt li jemmen li rrappreżentaw lill-klabb u l-Malta bl-aħjar mod possibbli.", "McKay qal li l-għan tagħhom hu li jiksbu kemm jista’ jkun punti.", "Waqt il-konferenza stampa kien żvelat li Valletta pruvaw jorganizzaw ir-Rawnd Preliminari f’pajjiżna iżda sabu diffikultà minħabba li l-lukandi jkunu mimlija u ma jkoprux mal-fondi li jirċievu mill-UEFA għaliex ma jkunux biżżejjed.", "Il-logħob ta’ Valletta", "L-Erbgħa 3 ta’ Ottubru", "Lucenec v Valletta                  6.00pm", "Il-Ħamis 4 ta’ Ottubru", "Valletta v Araz Naxvican       3.30pm", "Is-Sibt 6 ta’ Ottubru", "FK Vytis v Valletta                  3.30pm" ]
1netnews.com.mt
6,578
press, news
https://www.tvm.com.mt/mt/news/illejla-malta-tilghab-wahda-mill-iktar-partiti-importanti-fl-istorja-tal-futbol-lokali/
Illejla Malta tilgħab waħda mill-iktar partiti importanti fl-istorja tal-futbol lokali
Illejla Malta tilgħab waħda mil-iktar partiti importanti fl-istorja tal-futbol lokali u tat-tim nazzjonali Malti meta fl-istadium nazzjonali jilgħab kontra l-Gżejjer Faroe. Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo jwieġeb dwar x'qed tittama għalih Malta minn dan il-konfront? U ċertament jistennew fuqi x-xwiek is-supporters tat-tim Malti li mhux se jkunu fil-grawnd jagħtu l-appoġġ kollu tagħhom lit-tim Malti, iżda xorta se jkunu f'Ta' Qali. Ara s-sentiment tas-sapporters Maltin ftit qabel ma tibda l-logħba:
[ "Illejla Malta tilgħab waħda mil-iktar partiti importanti fl-istorja tal-futbol lokali u tat-tim nazzjonali Malti meta fl-istadium nazzjonali jilgħab kontra l-Gżejjer Faroe.", "Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo jwieġeb dwar x'qed tittama għalih Malta minn dan il-konfront?", "U ċertament jistennew fuqi x-xwiek is-supporters tat-tim Malti li mhux se jkunu fil-grawnd jagħtu l-appoġġ kollu tagħhom lit-tim Malti, iżda xorta se jkunu f'Ta' Qali.", "Ara s-sentiment tas-sapporters Maltin ftit qabel ma tibda l-logħba:" ]
7www.tvm.com.mt
39,589
press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali, Knisja
https://newsbook.com.mt/imfakkra-l-missjunarji-fic-cina/
Imfakkra l-missjunarji fiċ-Ċina
Ritratti tal-missjunarji li evanġelizzaw fiċ-Ċina Il-Knisja fiċ-Ċina għandha d-drawwa li tagħmel ċelebrazzjoni biex tirringrazzja u tfakkar lil dawk il-missjunarji li telqu minn art twelidhom u ddedikaw ħajjithom għall-missjoni fiċ-Ċina, fejn xi drabi anke xerrdu demmhom. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES, din iċ-ċelebrazzjoni ssir lejn tmiem ix-xahar ta' Novembru, xahar dedikat għat-tifkira tal-mejtin. Iċ-ċelebrazzjoni sservi bħala opportunità biex jiġġedded l-ispirtu missjunarju fil-poplu t'Alla u b'sinjal ta' gratitudni lejn dawk li nibbtu ż-żerriegħa tal-Evanġelju fiċ-Ċina. Din is-sena saret ċelebrazzjoni kommoventi ħafna fil-komunità ta' Er Shi Si Qing Di, fil-Mongolia. Kienet ċelebrata quddiesa fiċ-ċimiterju Kattolika ta' dan il-villaġġ fejn in-nies inġabru quddiem il-qabar ta' Mons Alphonse Bermyn li kien Vigarju Apostoliku fil-Monglia bejn l-1901 u l-1915 u quddiem l-oqbra ta' missjunarju Belġjani u Olandiżi. Barra minn dan, fl-24 ta' Ġunju li għadda, festa ta' San Ġwann Battista din l-istess komunità ċċelebrat l-Ewkaristija quddiem oqbra ta' missjunarji oħra li waslu fiċ-Ċina qabel dawk Belġjani u Olandiżi. Aktar minn 500 nisrani, flimkien ma' għadd ta' qassisin u sorijiet attendew għall-quddiesa li kienet ċelebrata mill-Isqof ta' Hohhot, Mons. Paul Meng Qing Lu li fl-omelija tiegħu ħeġġeġ lill-insara biex ma jinsew qatt lill-missjunarji li taw ħajjithom għalihom u jitolbuhom jinterċedu għalihom quddiem il-Mulej. Wirt għall-fidi Il-komunità ta' Shi Si Qing Di hi art fertili għall-fidi nisranija. Dan il-post kien is-sit tal-Vigarjat Apostoliku tal-Grigal tal-Mongolia fejn kien hemm il-Katidral, parraċċi, seminarji, orfanatrofju, kindergarten, skola primarja, dar tal-kura u ċentru ta' taħriġ għall-missjunarji. Sal-lum dan il-post għadu destinazzjoni għal numru ta' pellegrinaġġi. Skont Fr. Liu Jian Lin, il-kappillan tal-post "tliet snin ilu bdejna nidentifikaw l-oqbra tal-missjunarji. Il-kultura Ċiniża u Kristjana għallmuna biex ma ninsew qatt il-passat u lill-antenati tagħna. Għalina dan hu wkoll mod kif insaħħu l-fidi u nġeddu l-ispirtu missjunarju. "Barra minn dan hu mportanti li nżommu ħajja l-memorja tal-ewwel insara u nżommu l-istorja tagħhom bħala wiert prezzjuż għall-fidi tagħna. Kien f'dan l-eżerċiju ta' identifikazzjoni li sibna l-oqrba ta' Mons Bermyn u tal-missjunarji Belġjani u Olandiżi li llum qed nonoraw u nirringrazzjaw", temm jgħid il-kappillan.
[ "Ritratti tal-missjunarji li evanġelizzaw fiċ-Ċina", "Il-Knisja fiċ-Ċina għandha d-drawwa li tagħmel ċelebrazzjoni biex tirringrazzja u tfakkar lil dawk il-missjunarji li telqu minn art twelidhom u ddedikaw ħajjithom għall-missjoni fiċ-Ċina, fejn xi drabi anke xerrdu demmhom.", "Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES, din iċ-ċelebrazzjoni ssir lejn tmiem ix-xahar ta' Novembru, xahar dedikat għat-tifkira tal-mejtin.", "Iċ-ċelebrazzjoni sservi bħala opportunità biex jiġġedded l-ispirtu missjunarju fil-poplu t'Alla u b'sinjal ta' gratitudni lejn dawk li nibbtu ż-żerriegħa tal-Evanġelju fiċ-Ċina.", "Din is-sena saret ċelebrazzjoni kommoventi ħafna fil-komunità ta' Er Shi Si Qing Di, fil-Mongolia.", "Kienet ċelebrata quddiesa fiċ-ċimiterju Kattolika ta' dan il-villaġġ fejn in-nies inġabru quddiem il-qabar ta' Mons Alphonse Bermyn li kien Vigarju Apostoliku fil-Monglia bejn l-1901 u l-1915 u quddiem l-oqbra ta' missjunarju Belġjani u Olandiżi.", "Barra minn dan, fl-24 ta' Ġunju li għadda, festa ta' San Ġwann Battista din l-istess komunità ċċelebrat l-Ewkaristija quddiem oqbra ta' missjunarji oħra li waslu fiċ-Ċina qabel dawk Belġjani u Olandiżi.", "Aktar minn 500 nisrani, flimkien ma' għadd ta' qassisin u sorijiet attendew għall-quddiesa li kienet ċelebrata mill-Isqof ta' Hohhot, Mons. Paul Meng Qing Lu li fl-omelija tiegħu ħeġġeġ lill-insara biex ma jinsew qatt lill-missjunarji li taw ħajjithom għalihom u jitolbuhom jinterċedu għalihom quddiem il-Mulej.", "Wirt għall-fidi Il-komunità ta' Shi Si Qing Di hi art fertili għall-fidi nisranija.", "Dan il-post kien is-sit tal-Vigarjat Apostoliku tal-Grigal tal-Mongolia fejn kien hemm il-Katidral, parraċċi, seminarji, orfanatrofju, kindergarten, skola primarja, dar tal-kura u ċentru ta' taħriġ għall-missjunarji.", "Sal-lum dan il-post għadu destinazzjoni għal numru ta' pellegrinaġġi.", "Skont Fr. Liu Jian Lin, il-kappillan tal-post \"tliet snin ilu bdejna nidentifikaw l-oqbra tal-missjunarji.", "Il-kultura Ċiniża u Kristjana għallmuna biex ma ninsew qatt il-passat u lill-antenati tagħna.", "Għalina dan hu wkoll mod kif insaħħu l-fidi u nġeddu l-ispirtu missjunarju.", "\"Barra minn dan hu mportanti li nżommu ħajja l-memorja tal-ewwel insara u nżommu l-istorja tagħhom bħala wiert prezzjuż għall-fidi tagħna.", "Kien f'dan l-eżerċiju ta' identifikazzjoni li sibna l-oqrba ta' Mons Bermyn u tal-missjunarji Belġjani u Olandiżi li llum qed nonoraw u nirringrazzjaw\", temm jgħid il-kappillan." ]
2newsbook.com.mt
7,200
news, press
https://netnews.com.mt/2019/11/16/keith-schembri-u-joseph-muscat-hatfu-lil-malta-fidejhom-adrian-delia/
“Keith Schembri u Joseph Muscat ħatfu lil Malta f’idejhom” – Adrian Delia
Keith Schembri m’għandux triq oħra ħlief li jirriżenja u jekk ma jirriżenjax Joseph Muscat għandu jkeċċih. Kull ġurnata li tgħaddi u li matulha Keith Schembri jibqa’ fil-kariga, hija konferma oħra li Keith Schembri huwa aktar b’saħħtu minn Joseph Muscat. Meta waqqa’ l- libell li fetaħ hu stess kontra Simon Busuttil, Keith Schembri kkonferma li għandu x’jaħbi. Li kieku Joseph Muscat kellu l-interess nazzjonali għal qalbu kien ineħħih, iżda Joseph Muscat aktar interessat li jħares l-interessi tiegħu u ta’ Schembri milli tal-poplu Malti u intant qed issir ħsara kbira lir-reputazzjoni ta’ pajjizna. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta s-Sibt filgħodu kien intervistat fuq NET FM. Dr Delia qal li Joseph Muscat tela’ bl-għajta ta’ ‘Malta Tagħna Lkoll’, iżda llum pajjiżna sar ta’ ftit magħżula, b’nies bħal Keith Schembri b’poter assolut f’idejhom, jagħmlu li jridu. Ma jeżisti ebda level playing field fil-pajjiż, min hu b’saħħtu ħafna bil-barka ta’ Joseph Muscat u Keith Schembri jagħmel li jrid, protett u ‘l fuq mil-liġi. Kawża t’hekk il-maġġoranza ta’ negozjanti li jridu jinvestu b’mod onest qed isibuha dejjem iktar diffiċli u għexieren ta’ eluf ta’ familji jbatu biex ilaħqqu mal-ħajja li dejjem qegħda togħla. Keith Schembri u Joseph Muscat ħatfu lill-Partit Laburista f’idejhom u issa ħatfu lil Malta. Qatt daqs illum ma tinħass il-ħtieġa ta’ bidla għall-ahjar sostna Adrian Delia. Għalhekk illejla l-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-poplu Malti sabiex jattendi l-protesta li se ssir kontra l-korruzzjoni u biex il-Prim Ministru Joseph Muscat ineħħi lil Keith Schembri. Il- Partit Nazzjonalista għandu fi ħdanu ħsibijiet u vuċijiet differenti, iżda li jgħaqqadna hi d- determinazzjoni li l-pajjiż jitnaddaf mill-korruzzjoni li ħakmet lill-istituzzjonijiet, li dan il- Gvern ġabhom f’għodda politika sabiex jipproteġi l-interessi tal-ftit. Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista determinat li jġib bidla għall-aħjar. Dan qed jagħmlu billi jkun man-nies, jisma’ l-htigijiet tagħhom u jiltaqa’ mas-setturi tas-soċjetà biex flimkien iwettaq politika ta’ fejda bbażata fuq il-ġustizzja soċjali, b’ level playing field u biex il-ġid li jinħoloq verament jasal u jitgawda minn kulħadd.
[ "Keith Schembri m’għandux triq oħra ħlief li jirriżenja u jekk ma jirriżenjax Joseph Muscat għandu jkeċċih.", "Kull ġurnata li tgħaddi u li matulha Keith Schembri jibqa’ fil-kariga, hija konferma oħra li Keith Schembri huwa aktar b’saħħtu minn Joseph Muscat.", "Meta waqqa’ l- libell li fetaħ hu stess kontra Simon Busuttil, Keith Schembri kkonferma li għandu x’jaħbi.", "Li kieku Joseph Muscat kellu l-interess nazzjonali għal qalbu kien ineħħih, iżda Joseph Muscat aktar interessat li jħares l-interessi tiegħu u ta’ Schembri milli tal-poplu Malti u intant qed issir ħsara kbira lir-reputazzjoni ta’ pajjizna.", "Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta s-Sibt filgħodu kien intervistat fuq NET FM.", "Dr Delia qal li Joseph Muscat tela’ bl-għajta ta’ ‘Malta Tagħna Lkoll’, iżda llum pajjiżna sar ta’ ftit magħżula, b’nies bħal Keith Schembri b’poter assolut f’idejhom, jagħmlu li jridu.", "Ma jeżisti ebda", "level playing field", "fil-pajjiż, min hu b’saħħtu ħafna bil-barka ta’ Joseph Muscat u Keith Schembri jagħmel li jrid, protett u ‘l fuq mil-liġi.", "Kawża t’hekk il-maġġoranza ta’ negozjanti li jridu jinvestu b’mod onest qed isibuha dejjem iktar diffiċli u għexieren ta’ eluf ta’ familji jbatu biex ilaħqqu mal-ħajja li dejjem qegħda togħla.", "Keith Schembri u Joseph Muscat ħatfu lill-Partit Laburista f’idejhom u issa ħatfu lil Malta.", "Qatt daqs illum ma tinħass il-ħtieġa ta’ bidla għall-ahjar sostna Adrian Delia.", "Għalhekk illejla l-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-poplu Malti sabiex jattendi l-protesta li se ssir kontra l-korruzzjoni u biex il-Prim Ministru Joseph Muscat ineħħi lil Keith Schembri.", "Il- Partit Nazzjonalista għandu fi ħdanu ħsibijiet u vuċijiet differenti, iżda li jgħaqqadna hi d- determinazzjoni li l-pajjiż jitnaddaf mill-korruzzjoni li ħakmet lill-istituzzjonijiet, li dan il- Gvern ġabhom f’għodda politika sabiex jipproteġi l-interessi tal-ftit.", "Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista determinat li jġib bidla għall-aħjar.", "Dan qed jagħmlu billi jkun man-nies, jisma’ l-htigijiet tagħhom u jiltaqa’ mas-setturi tas-soċjetà biex flimkien iwettaq politika ta’ fejda bbażata fuq il-ġustizzja soċjali, b’", "level playing field", "u biex il-ġid li jinħoloq verament jasal u jitgawda minn kulħadd." ]
1netnews.com.mt
153
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54359/offrejna_lappo_ana__lenemed_tiad_bilqawwa_akkui_ta_theddid_fuq_talpompi
'Offrejna l-appoġġ aħna...' - L-Enemed tiċħad bil-qawwa akkużi ta' theddid fuq tal-pompi
Ic-Chairman tal-Enemed jakkuża lill-GRTU bi skopijiet ulterjuri għall-akkużi li għamlet ilbieraħ... Iċ-Chairman tal-Kumpanija Enemed Kevin Chircop ċaħad b'mod kategoriku akkużi mill-General Retailers and Traders Union (GRTU) li lbieraħ, fi stqarrija, sostniet illi l-Enemed kienet qed iċċempel lis-sidien tal-pompi tal-petrol li kienu qed isegwu l-istrajk ordnat minnha u theddidhom b'konsegwenzi. Ara hawnhekk x'qalet il-GRTU fl-istqarrija tagħha F'kummenti mas-sit maltatoday.com.mt Chircop sostna illi l-Enemed qed iċċempel lill-klijenti fir-rigward tal-ftehim li jistipula obbligazzjoni kuntrattwali li l-pompi tal-petrol joffru s-servizz lill-klijenti tagħhom 24 siegħa kuljum. "Aħna saħansitra offrejna l-appoġġ lil min kellu bżonn. Issa jekk din hija interpretata bħala theddida, mela allura ma nafx," sostna Chircop. Kompla jispjega kif f'relazzjoni ta' negozju lanqas tagħmel sens loġiku illi l-Enemed thedded lill-klijenti tagħha stess, Qal ukoll li allura stqarrijiet fis-sens illi l-Enemed għamlet theddid ma jagħmlux sens. "Aħna ma rridux niżżefnu fin-nofs f'din il-kwistjoni. Wara kollox aħna irridu inkomplu nagħtu servizz ta' eċċellenza," qal Chircop filwaqt li akkuża lill-GRTU illi qed timplika theddid "għal skopijiet ulterjuri".
[ "Ic-Chairman tal-Enemed jakkuża lill-GRTU bi skopijiet ulterjuri għall-akkużi li għamlet ilbieraħ...", "Iċ-Chairman tal-Kumpanija Enemed Kevin Chircop ċaħad b'mod kategoriku akkużi mill-General Retailers and Traders Union (GRTU) li lbieraħ, fi stqarrija, sostniet illi l-Enemed kienet qed iċċempel lis-sidien tal-pompi tal-petrol li kienu qed isegwu l-istrajk ordnat minnha u theddidhom b'konsegwenzi.", "Ara hawnhekk x'qalet il-GRTU fl-istqarrija tagħha", "F'kummenti mas-sit maltatoday.com.mt Chircop sostna illi l-Enemed qed iċċempel lill-klijenti fir-rigward tal-ftehim li jistipula obbligazzjoni kuntrattwali li l-pompi tal-petrol joffru s-servizz lill-klijenti tagħhom 24 siegħa kuljum.", "\"Aħna saħansitra offrejna l-appoġġ lil min kellu bżonn.", "Issa jekk din hija interpretata bħala theddida, mela allura ma nafx,\" sostna Chircop.", "Kompla jispjega kif f'relazzjoni ta' negozju lanqas tagħmel sens loġiku illi l-Enemed thedded lill-klijenti tagħha stess, Qal ukoll li allura stqarrijiet fis-sens illi l-Enemed għamlet theddid ma jagħmlux sens.", "\"Aħna ma rridux niżżefnu fin-nofs f'din il-kwistjoni.", "Wara kollox aħna irridu inkomplu nagħtu servizz ta' eċċellenza,\" qal Chircop filwaqt li akkuża lill-GRTU illi qed timplika theddid \"għal skopijiet ulterjuri\"." ]
6www.illum.com.mt
42,326
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2016/06/28/il-forum-zghazagh-laburisti-favur-il-morning-after-pill/
Il-Forum Żgħażagħ Laburisti favur il-Morning-After Pill
Il-Forum Żgħażagħ Laburisti qal li jemmen li kull mara Maltija u Għawdxija għandu jkollha dritt ta' aċċess ħieles għall-Morning- After Pill. "Huwa għalhekk illi l-ebda diskrezzjoni politika m' għandha tintuża sabiex twaqqaf l-aċċess tal-Morning-After Pill fis-suq tagħna," qal il-Forum Żgħażagħ Laburisti fi stqarrija. "Nisħqu li l-ewwel u qabel kollox għandu jitwassal iktar għarfien rigward dawn it-tip ta' kontraċettivi u s-saħħa sesswali u riproduttiva inġenerali. Nenfasizzaw l-importanza li l-għarfien għandu jingħata minn sorsi kredibbli u li m'għandhom l-ebda aġenda xi jmexxu. Għaldaqstant, kwalunkwe dikjarazzjoni u tixrid ta' informazzjoni qarrieqa li qed tħawwad l-imħuħ fuq din il-kwistjoni hija kundannabbli," qal il-Forum Żgħażagħ Laburisti. Kompla jingħad li l-FŻL jemmen li dawk li huma kontra l-introduzzjoni tal-Morning After Pill qegħdin jużaw il-frażi "abort" b' konvenjenza, biex tinħoloq ċertu biża' u mhux b' konvinzjoni u b'hekk ikomplu jċaħdu aktar drittijiet lin-nisa. "Il-FŻL jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni taċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott li qal b' mod inekwivoku li, l-Morning-After Pill per se mhijex illegali u jonqos biss li jkun hemm importatur li jiddeċiedi li jirreġistraha mal-istess awtorità," kompla jingħad fl-istqarrija. Fl-aħħar nett ingħad li l-fatt li grupp ta' nisa, fis-sena 2016, kellhom jirrikorru għall-protest ġudizzjarju biex qamet diskussjoni fuq il-Morning-After Pill, meta f'pajjiżi oħrajn din tinxtara over-the-counter hija turija ċara ta' kemm f'pajjiżna s-sesswalità għadha ikkunsidrata bħala xi tabu'. L-għaqda studenteska Pulse qalet li tul is-snin dejjem kienet fuq quddiem fil-promozzjoni ta' drittijiet soċjali u ċivili. L-għaqda laqgħat bi ħġarha l-kummenti tal-Professur Anthony Serraċino Inglott, chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, li ddikjara li l-pillola mhix abortiva. Ikkwotaw lill-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa tgħid li l-kontraċezzjoni ta' emerġenza hija disponibbli biss qabel il-fertizilizazzjoni u ma tagħmel ebda ħsara lill-embrijun. Pulse ikkongratula lill-Ministru Helena Dalli li fi kliemhom ħadet pożizzjoni pożittiva fil-kwistjoni. Jemmnu li għal soċjetà b'saħħitha hemm bżonn edukazzjoni fuq bosta temi relatati mas-sess u s-sesswalità.
[ "Il-Forum Żgħażagħ Laburisti qal li jemmen li kull mara Maltija u Għawdxija għandu jkollha dritt ta' aċċess ħieles għall-Morning- After Pill.", "\"Huwa għalhekk illi l-ebda diskrezzjoni politika m' għandha tintuża sabiex twaqqaf l-aċċess tal-Morning-After Pill fis-suq tagħna,\" qal il-Forum Żgħażagħ Laburisti fi stqarrija.", "\"Nisħqu li l-ewwel u qabel kollox għandu jitwassal iktar għarfien rigward dawn it-tip ta' kontraċettivi u s-saħħa sesswali u riproduttiva inġenerali.", "Nenfasizzaw l-importanza li l-għarfien għandu jingħata minn sorsi kredibbli u li m'għandhom l-ebda aġenda xi jmexxu.", "Għaldaqstant, kwalunkwe dikjarazzjoni u tixrid ta' informazzjoni qarrieqa li qed tħawwad l-imħuħ fuq din il-kwistjoni hija kundannabbli,\" qal il-Forum Żgħażagħ Laburisti.", "Kompla jingħad li l-FŻL jemmen li dawk li huma kontra l-introduzzjoni tal-Morning After Pill qegħdin jużaw il-frażi \"abort\" b' konvenjenza, biex tinħoloq ċertu biża' u mhux b' konvinzjoni u b'hekk ikomplu jċaħdu aktar drittijiet lin-nisa.", "\"Il-FŻL jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni taċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott li qal b' mod inekwivoku li, l-Morning-After Pill per se mhijex illegali u jonqos biss li jkun hemm importatur li jiddeċiedi li jirreġistraha mal-istess awtorità,\" kompla jingħad fl-istqarrija.", "Fl-aħħar nett ingħad li l-fatt li grupp ta' nisa, fis-sena 2016, kellhom jirrikorru għall-protest ġudizzjarju biex qamet diskussjoni fuq il-Morning-After Pill, meta f'pajjiżi oħrajn din tinxtara over-the-counter hija turija ċara ta' kemm f'pajjiżna s-sesswalità għadha ikkunsidrata bħala xi tabu'.", "L-għaqda studenteska Pulse qalet li tul is-snin dejjem kienet fuq quddiem fil-promozzjoni ta' drittijiet soċjali u ċivili.", "L-għaqda laqgħat bi ħġarha l-kummenti tal-Professur Anthony Serraċino Inglott, chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, li ddikjara li l-pillola mhix abortiva.", "Ikkwotaw lill-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa tgħid li l-kontraċezzjoni ta' emerġenza hija disponibbli biss qabel il-fertizilizazzjoni u ma tagħmel ebda ħsara lill-embrijun.", "Pulse ikkongratula lill-Ministru Helena Dalli li fi kliemhom ħadet pożizzjoni pożittiva fil-kwistjoni.", "Jemmnu li għal soċjetà b'saħħitha hemm bżonn edukazzjoni fuq bosta temi relatati mas-sess u s-sesswalità." ]
3one.com.mt
29,545
news, press
https://netnews.com.mt/2017/07/21/ic-chairman-tal-ppe-mhasseb-dwar-dak-li-qed-jigri-fmalta/
Iċ-Chairman tal-PPE mħasseb dwar dak li qed jiġri f’Malta
Iċ-Chairperson tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew Manfred Weber fi stqarrija qal li jinsab imħasseb bl-iżviluppi f’Malta. Hu kien qed jirreferi għall-mod kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat se jkun qed juża l-Pulizija biex jittieħdu passi kriminali kontra l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil talli dan kixef il-korruzzjoni. Il-Pulizija se tkun qed tieħu passi kriminali wara talba miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Fl-istqarrija tiegħu, Manfred Weber qal li l-fatt li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jagħmel kwerela kriminali kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni hu sinjal inkwetanti f’dak li għandu x’jaqsam mar-rispett lejn id-demokrazija u s-saltna tad-dritt. Dwar dan il-każ, tkellem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil stess, li waqt konferenza tal-aħbarijiet qal li hu se jkompli jiġġieled sakemm f’pajjiżna ssaltan il-ġustizzja u d-demokrazija. “Jiena mhux se nibża’ mill-attakk faxxist ta’ Joseph Muscat u Keith Schembri. Jekk jaħsbu li bl-azzjoni tagħhom se jbeżżgħuni jew jagħlquli ħalqi, it-tweġiba tiegħi hija li qed ikomplu jsaħħu d-determinazzjoni tiegħi u se nkompli niġġieled għad-demokrazija f’pajjiżna u biex f’pajjiżna terġa’ ssaltan il-ġustizzja”, qal Simon Busuttil lill-media f’konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Parlament. Intant, iċ-Chairman tal-PPE fil-Parlament Ewropew Manfred Weber temm jgħid, fl-istqarrija tiegħu, biex il-Gvern Malti ma jagħmilx azzjonijiet li jaffetwaw id-demokrazija u s-saltna tad-dritt. Żied jgħid li sadanittant, hu għadu qed jistenna l-kjarifiċi min-naħa tal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar l-involviment tiegħu fl-iskandlu tal-Panama.
[ "Iċ-Chairperson tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew Manfred Weber fi stqarrija qal li jinsab imħasseb bl-iżviluppi f’Malta.", "Hu kien qed jirreferi għall-mod kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat se jkun qed juża l-Pulizija biex jittieħdu passi kriminali kontra l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil talli dan kixef il-korruzzjoni.", "Il-Pulizija se tkun qed tieħu passi kriminali wara talba miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.", "Fl-istqarrija tiegħu, Manfred Weber qal li l-fatt li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jagħmel kwerela kriminali kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni hu sinjal inkwetanti f’dak li għandu x’jaqsam mar-rispett lejn id-demokrazija u s-saltna tad-dritt.", "Dwar dan il-każ,", "tkellem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil", "stess, li waqt konferenza tal-aħbarijiet qal li hu se jkompli jiġġieled sakemm f’pajjiżna ssaltan il-ġustizzja u d-demokrazija.", "“Jiena mhux se nibża’ mill-attakk faxxist ta’ Joseph Muscat u Keith Schembri.", "Jekk jaħsbu li bl-azzjoni tagħhom se jbeżżgħuni jew jagħlquli ħalqi, it-tweġiba tiegħi hija li qed ikomplu jsaħħu d-determinazzjoni tiegħi u se nkompli niġġieled għad-demokrazija f’pajjiżna u biex f’pajjiżna terġa’ ssaltan il-ġustizzja”, qal Simon Busuttil lill-media f’konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Parlament.", "Intant, iċ-Chairman tal-PPE fil-Parlament Ewropew Manfred Weber temm jgħid, fl-istqarrija tiegħu, biex il-Gvern Malti ma jagħmilx azzjonijiet li jaffetwaw id-demokrazija u s-saltna tad-dritt.", "Żied jgħid li sadanittant, hu għadu qed jistenna l-kjarifiċi min-naħa tal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar l-involviment tiegħu fl-iskandlu tal-Panama." ]
1netnews.com.mt
588
press, news, Lokali, , •, , Saħħa
https://netnews.com.mt/2020/08/01/kontra-l-attivitajiet-tal-massa-prof-charmaine-gauci/
"Kontra l-attivitajiet tal-massa" – Prof. Charmaine Gauci
Il-MAM tgħid li l-Gvern Laburista għandu bżonn jagħmel eżami tal-kuxjenza Għall-ewwel darba, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ħadet pożizzjoni ċara rigward l-avvenimenti tal-massa. Dan hekk kif f'komunikat uffiċjali… il-Professur Charmaine Gauci saħqet li mhijiex favur li jiġu organizzati attivitajiet tal-massa jew kwalunkwè avveniment ieħor. Dan għaliex jekk f'avveniment partikolari jkun hemm tixrid ta' Covid-19, hemm il-possibilità li jkun hemm impatt qawwi fis-sistema tas-saħħa ….ġaladarba t-tixrid tal-virus ikun wieħed sostanzjali. L-Assoċjazzjoni Medika Maltija faħħret din id-dikjarazzjoni ta' Professur Gauci fejn saħqu li kif spjegat hi stess, avvenimenti tal-massa organizzati f'dan il-perjodu jaf ikollhom konsegwenzi devastanti għal pajjiżna – bir-riskju li s-sistema tas-saħħa lokali titlef il-kontroll fuq il-pandemija. It-tobba stqarrew id-diżappunt tagħhom lejn il-Ministeru għat-Turiżmu, li bis-sostenn tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Robert Abela…. iddeċiedew li jinjoraw l-appelli tas-Suprintendent tas-Saħħa, u għadhom ma kkanċellawx uffiċjalment l-avvenimenti tal-massa li qed ipoġġu liċ-ċittadini f'riskju estrem. L-Assoċjazzjoni Medika insistiet li dawk kollha li qed jieħdu din id-deċiżjoni għandhom jagħmlu eżami tal-kuxjenza dwar il-ħsara li qed jagħmlu lill-poplu Malti u Għawdxi kemm fiżikament kif ukoll ekonomikament. Sa issa…. il-Gvern ghadu qed ifarfar ir-responsabbilità fuq l-organizzaturi fejn fost oħrajn avvenimenti varji inkluż festini tal-praċett jew tiġijiet – għandhom ikollhom ħinhom ridott kemm jista jkun, b'mod speċjali jekk l-avveniment ikun organizzat ġewwa. L-organizzaturi għandhom jiċċekkjaw it-temperatura tal-mistiedna u għandhom ukoll jiprovdu marki viżibli barra s-sala bil-għan li tinżamm żewġ metri distanza huma u deħlin. Dan filwaqt li l-mistiedna ma jistgħux iqumu ghal xarba mal-bar, mal-medja tal-ikel tal- buffet jew jisservew 'finger-food'. Minflokk għandhom jitqiegħu fuq mwejjed, fi gruppi ta' għaxar persuni, bil-waiters iservulhom kemm ix-xarbiet, kif ukoll il-platt tal-ikel bil-porzjon tagħhom. Intant, għall-avvenimenti li jkollhom aktar minn mitt mistieden, inkluż parties jew saħansitra tieġ – l-organizzaturi għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm diżinfettazzjoni kontinwa kif ukoll għandu jkun hemm protokol serju ġaladarba xi ħadd mill-mistiedna jiżviluppa s-sintomi waqt li jkun qed jattendi l-avveniment. Mhux hekk biss, iżda l-organizzatur irid jiftiehem kemm mal-awtoritajiet tas-saħħa u uffiċjali tas-sigurtà sabiex jinstab post sigur u ta iżolament għal persuna li tiżviluppa xi sintomi jew saħansitra toħroġ li hija pożittiva waqt li tkun preżenti.
[ "Il-MAM tgħid li l-Gvern Laburista għandu bżonn jagħmel eżami tal-kuxjenza", "Għall-ewwel darba, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ħadet pożizzjoni ċara rigward l-avvenimenti tal-massa.", "Dan hekk kif f'komunikat uffiċjali… il-Professur Charmaine Gauci saħqet li mhijiex favur li jiġu organizzati attivitajiet tal-massa jew kwalunkwè avveniment ieħor.", "Dan għaliex jekk f'avveniment partikolari jkun hemm tixrid ta' Covid-19, hemm il-possibilità li jkun hemm impatt qawwi fis-sistema tas-saħħa ….ġaladarba t-tixrid tal-virus ikun wieħed sostanzjali.", "L-Assoċjazzjoni Medika Maltija faħħret din id-dikjarazzjoni ta' Professur Gauci fejn saħqu li kif spjegat hi stess, avvenimenti tal-massa organizzati f'dan il-perjodu jaf ikollhom konsegwenzi devastanti għal pajjiżna – bir-riskju li s-sistema tas-saħħa lokali titlef il-kontroll fuq il-pandemija.", "It-tobba stqarrew id-diżappunt tagħhom lejn il-Ministeru għat-Turiżmu, li bis-sostenn tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Robert Abela…. iddeċiedew li jinjoraw l-appelli tas-Suprintendent tas-Saħħa, u għadhom ma kkanċellawx uffiċjalment l-avvenimenti tal-massa li qed ipoġġu liċ-ċittadini f'riskju estrem.", "L-Assoċjazzjoni Medika insistiet li dawk kollha li qed jieħdu din id-deċiżjoni għandhom jagħmlu eżami tal-kuxjenza dwar il-ħsara li qed jagħmlu lill-poplu Malti u Għawdxi kemm fiżikament kif ukoll ekonomikament.", "Sa issa…. il-Gvern ghadu qed ifarfar ir-responsabbilità fuq l-organizzaturi fejn fost oħrajn avvenimenti varji inkluż festini tal-praċett jew tiġijiet – għandhom ikollhom ħinhom ridott kemm jista jkun, b'mod speċjali jekk l-avveniment ikun organizzat ġewwa.", "L-organizzaturi għandhom jiċċekkjaw it-temperatura tal-mistiedna u għandhom ukoll jiprovdu marki viżibli barra s-sala bil-għan li tinżamm żewġ metri distanza huma u deħlin.", "Dan filwaqt li l-mistiedna ma jistgħux iqumu ghal xarba mal-bar, mal-medja tal-ikel tal- buffet jew jisservew 'finger-food'.", "Minflokk għandhom jitqiegħu fuq mwejjed, fi gruppi ta' għaxar persuni, bil-waiters iservulhom kemm ix-xarbiet, kif ukoll il-platt tal-ikel bil-porzjon tagħhom.", "Intant, għall-avvenimenti li jkollhom aktar minn mitt mistieden, inkluż parties jew saħansitra tieġ – l-organizzaturi għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm diżinfettazzjoni kontinwa kif ukoll għandu jkun hemm protokol serju ġaladarba xi ħadd mill-mistiedna jiżviluppa s-sintomi waqt li jkun qed jattendi l-avveniment.", "Mhux hekk biss, iżda l-organizzatur irid jiftiehem kemm mal-awtoritajiet tas-saħħa u uffiċjali tas-sigurtà sabiex jinstab post sigur u ta iżolament għal persuna li tiżviluppa xi sintomi jew saħansitra toħroġ li hija pożittiva waqt li tkun preżenti." ]
1netnews.com.mt
3,017
news, press
https://netnews.com.mt/2020/01/19/il-germanja-jittamaw-fir-rizultati-mill-konferenza-dwar-il-libja/
Il-Ġermanja: Jittamaw ‘fir-riżultati’ mill-Konferenza dwar il-Libja
Ir-rappreżentanti tan-naħat ġellieda fil-Libja ssieħbu mal-mexxejja tal-potenzi ewlenin għal konferenza internazzjonali – organizzata f’Berlin — dwar dak li għaddej bħalissa f’dak il-pajjiż Afrikan, fost l-isforzi ġodda biex l-entitajiet Libjani avversarji jwaqqfu l-konflitt ċivili. It-taħditiet ta’ Berlin qed isegwu l-kroll ta’ ftehim għall-waqfien mill-ġlied preċedenti, meta l-Armata Libjana tal-Lvant immexxija minn Khalifa Haftar qed tkompli bl-offensiva kontra l-Gvern tal-Prim Ministru Libjan, Fayez al-Sarraj, li għandu s-sede fi Tripli u li qed igawdi l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti. Sadanittant hemm l-indikazzjonijiet ta’ ‘problemi’ fir-rigward ta’ Khalifa Haftar u kemm dan għandu jimpenja ruħu b’mod konkret għall-paċi, Dan wara li Haftar, fi tmiem il-ġimgħa, kompla jeskala l-konflitt ċivili fil-Libja fost l-għeluq tal-portijiet taż-żejt lejn il-lvant tal-pajjiż. Il-kelliema għall-Korporazzjoni taż-Żejt Nazzjonali tal-Libja sostnew li x- shutdown kien ordnat direttament mill-qawwiet ta’ Haftar, bis-sitwazzjoni tnaqqas il-produzzjoni taż-żejt b’xi 800,000 barmil kuljum u li jfisser daqqa ta’ ħarta kbira għall-pajjiż li jiddependi fuq iż-ħejt bħala l-akbar sors tad-dħul. Is-summit dwar il-Libja f’Berlin hu wkoll intiż biex il-potenzi barranin jimpenjaw ruħhom ħalli jonoraw embargo tan-NU fuq l-armi lejn il-Libja u biex dawn il-pajjiżi ma jkomplux jindaħlu fil-konflitt bejn il-Libjani. Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, qal li l-konferenza dwar il-Libjaqed taħseb biex tevita sitwazzjonijiet fejn jieħdu vantaġġ il-pajjiżi li qegħdin jappoġġjaw naħa ( Libjana) kontra l-oħra. Qabel attenda għat-taħditiet f’Berlin, Johnson tenna li l-poplu tal-Libja sofra biżżejjed u li issa ‘wasal iż-żmien biex dan il-pajjiż iħares ‘il quddiem lejn perjodu ta’ paċi u stabbilità’. Minbarra r-rappreżentanti tan-naħat Libjani avversarji, il-konferenza qed issir ukoll bis-sehem tar-rappreżentanti tan-Nazzjonijiet Uniti u potenzi ‘globali’ oħrajn, fosthom il-President tar-Russja Vladimir Putin u l-President tat-Turkija, Recep Tayyip Erdogan. Intant, Putin u Erdogan iltaqgħu wara l-kwinti tal-konferenza, bil-President Russu jinsisti li l-parteċipanti għall-konferenza qed ikomplu jittamaw fil-proċess tad-djalogu għall-aħjar interessi tal-Libja u (anki) li tinstab soluzzjoni għall-konflitt bejn il-Libjani. Min-naħa tiegħu, il-President Erdogan – li fl-aħħar jiem bagħat it-truppi Torok lejn il-Libja biex jappoġġjaw lill-Gvern ta’ Sarraj, fi Tripli – għamilha ċara li ‘Khalifa Haftar jeħtieġ itemm l-atteġġjament aggressiv tiegħu’. L-Armata tal-Ġeneral Haftar qed tikkontrolla l-parti kbira tal-inħawi tal-Lvant tal-Libja u ilha minn April imexxi l-offensiva kontra l-Gvern ta’ Tripli li qegħdin jiddefenduh il-gruppi tal-milizji alleati ma’ Sarraj.
[ "Ir-rappreżentanti tan-naħat ġellieda fil-Libja ssieħbu mal-mexxejja tal-potenzi ewlenin għal konferenza internazzjonali – organizzata f’Berlin — dwar dak li għaddej bħalissa f’dak il-pajjiż Afrikan, fost l-isforzi ġodda biex l-entitajiet Libjani avversarji jwaqqfu l-konflitt ċivili.", "It-taħditiet ta’ Berlin qed isegwu l-kroll ta’ ftehim għall-waqfien mill-ġlied preċedenti, meta l-Armata Libjana tal-Lvant immexxija minn Khalifa Haftar qed tkompli bl-offensiva kontra l-Gvern tal-Prim Ministru Libjan, Fayez al-Sarraj, li għandu s-sede fi Tripli u li qed igawdi l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Sadanittant hemm l-indikazzjonijiet ta’ ‘problemi’ fir-rigward ta’ Khalifa Haftar u kemm dan għandu jimpenja ruħu b’mod konkret għall-paċi,", "Dan wara li Haftar, fi tmiem il-ġimgħa, kompla jeskala l-konflitt ċivili fil-Libja fost l-għeluq tal-portijiet taż-żejt lejn il-lvant tal-pajjiż.", "Il-kelliema għall-Korporazzjoni taż-Żejt Nazzjonali tal-Libja sostnew li x-", "shutdown", "kien ordnat direttament mill-qawwiet ta’ Haftar, bis-sitwazzjoni tnaqqas il-produzzjoni taż-żejt b’xi 800,000 barmil kuljum u li jfisser daqqa ta’ ħarta kbira għall-pajjiż li jiddependi fuq iż-ħejt bħala l-akbar sors tad-dħul.", "Is-summit dwar il-Libja f’Berlin hu wkoll intiż biex il-potenzi barranin jimpenjaw ruħhom ħalli jonoraw embargo tan-NU fuq l-armi lejn il-Libja u biex dawn il-pajjiżi ma jkomplux jindaħlu fil-konflitt bejn il-Libjani.", "Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, qal li l-konferenza dwar il-Libjaqed taħseb biex tevita sitwazzjonijiet fejn jieħdu vantaġġ il-pajjiżi li qegħdin jappoġġjaw naħa ( Libjana) kontra l-oħra.", "Qabel attenda għat-taħditiet f’Berlin, Johnson tenna li l-poplu tal-Libja sofra biżżejjed u li issa ‘wasal iż-żmien biex dan il-pajjiż iħares ‘il quddiem lejn perjodu ta’ paċi u stabbilità’.", "Minbarra r-rappreżentanti tan-naħat Libjani avversarji, il-konferenza qed issir ukoll bis-sehem tar-rappreżentanti tan-Nazzjonijiet Uniti u potenzi ‘globali’ oħrajn, fosthom il-President tar-Russja Vladimir Putin u l-President tat-Turkija, Recep Tayyip Erdogan.", "Intant, Putin u Erdogan iltaqgħu wara l-kwinti tal-konferenza, bil-President Russu jinsisti li l-parteċipanti għall-konferenza qed ikomplu jittamaw fil-proċess tad-djalogu għall-aħjar interessi tal-Libja u (anki) li tinstab soluzzjoni għall-konflitt bejn il-Libjani.", "Min-naħa tiegħu, il-President Erdogan – li fl-aħħar jiem bagħat it-truppi Torok lejn il-Libja biex jappoġġjaw lill-Gvern ta’ Sarraj, fi Tripli – għamilha ċara li ‘Khalifa Haftar jeħtieġ itemm l-atteġġjament aggressiv tiegħu’.", "L-Armata tal-Ġeneral Haftar qed tikkontrolla l-parti kbira tal-inħawi tal-Lvant tal-Libja u ilha minn April imexxi l-offensiva kontra l-Gvern ta’ Tripli li qegħdin jiddefenduh il-gruppi tal-milizji alleati ma’ Sarraj." ]
1netnews.com.mt
6,123
press, news, Internazzjonali
https://one.com.mt/news/2016/10/18/ostaggi-fi-brussell/
Ostaġġi fi Brussell
Madwar ħmistax-il persuna inżmmu ostaġġ f'supermarket tad-ditta Carrefour f'zona magħrufa bħala Forest fi Brussell. Il-Pulizija qabdet raġel b'rabta ma dan il-każ, li jinsab akkużat li wettaq serqa li żviluppat f'sitwazzjoni ta' ostaġġi. Ir-raġel kien armat b'sikkina iżda kollox jindika li m'għandu ebda rabta ma' terroriżmu. Hu u jiġi arrestat, irrepeta kemm il-darba: "ma rridx immur il-ħabs".
[ "Madwar ħmistax-il persuna inżmmu ostaġġ f'supermarket tad-ditta Carrefour f'zona magħrufa bħala Forest fi Brussell.", "Il-Pulizija qabdet raġel b'rabta ma dan il-każ, li jinsab akkużat li wettaq serqa li żviluppat f'sitwazzjoni ta' ostaġġi.", "Ir-raġel kien armat b'sikkina iżda kollox jindika li m'għandu ebda rabta ma' terroriżmu.", "Hu u jiġi arrestat, irrepeta kemm il-darba: \"ma rridx immur il-ħabs\"." ]
3one.com.mt
28,433
news, press
https://netnews.com.mt/2018/05/23/disa-pajjizi-fhidma-kontra-l-ebola/
Disa’ pajjiżi f’ħidma kontra l-Ebola
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ħabbret li kienet qed tħaffef l-isforzi f’disa’ pajjiżi ġirien tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo biex trażżan li l-marda tal-Ebola tinfirex lil hinn mill-fruntieri tal-Kongo. Il-WHO qalet li l-prijorità kienet ir-Repubblika Ċentrali Afrikana u r-Repubblika tal-Kongo. Moeti qal li l-pajjiżi l-oħra huma l-Angola, il-Burundi, ir-Rwanda, in-Nofsinhar tas-Su-dan, it-Tanzanija u z-Zambja. Fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo bdiet kampanja ta’ tilqim fi tliet zoni affettwati mill-aħħar epidemija tal-Ebola fost rapporti li infermiera mietet mill-marda fil-belt rurali ta’ Bikoro – il-post proprju fejn feġġet l-epidemija. Hemm tħassib partikolari għas-sitwazzjoni f’Mbandaka – fejn infirxet l-Ebola. Hemmhekk jgħixu maż-żewġ miljun persuna. Mbandaka hi ċ-ċentru ewlieni fil-pajjiż
[ "L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ħabbret li kienet qed tħaffef l-isforzi f’disa’ pajjiżi ġirien tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo biex trażżan li l-marda tal-Ebola tinfirex lil hinn mill-fruntieri tal-Kongo.", "Il-WHO qalet li l-prijorità kienet ir-Repubblika Ċentrali Afrikana u r-Repubblika tal-Kongo.", "Moeti qal li l-pajjiżi l-oħra huma l-Angola, il-Burundi, ir-Rwanda, in-Nofsinhar tas-Su-dan, it-Tanzanija u z-Zambja.", "Fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo bdiet kampanja ta’ tilqim fi tliet zoni affettwati mill-aħħar epidemija tal-Ebola fost rapporti li infermiera mietet mill-marda fil-belt rurali ta’ Bikoro – il-post proprju fejn feġġet l-epidemija.", "Hemm tħassib partikolari għas-sitwazzjoni f’Mbandaka – fejn infirxet l-Ebola.", "Hemmhekk jgħixu maż-żewġ miljun persuna.", "Mbandaka hi ċ-ċentru ewlieni fil-pajjiż" ]
1netnews.com.mt
129
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55380/siu_ieor_gallpl_ikun_diastru_akbar_gal_malta__cassola
'Siġġu ieħor għall-PL ikun diżastru akbar għal Malta’ - Cassola
Telaq mill-Alternattiva u se jikkontesta waħdu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Cassola jaħseb li għandu ċans? Ma jaħsibx li kompla jaqsam il-voti tal-partiti ż-żgħar? U jekk elett x’jagħmel dwar il-mina u l-kaċċaturi? Il-kandidat indipendenti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Arnold Cassola, saħaq mal-gazzetta ILLUM li hu jemmen li s-sistema tal-wirt tal-voti, din is-sena tista’ taħdem favur il-kandidati indipendenti u l-partiti żgħar. L-ILLUM iltaqgħet ma’ Cassola u staqsietu jekk jaħsibx li d-deċiżjoni li jitlaq mill-Alternattiva Demokratika kinitx waħda mgħaġġla u tfissirx daqqa ta’ ħarta għal dan il-partit li tant ħadem għalih. Madanakollu, Cassola ftit li xejn kien entużjast li jitkellem dwar dak li hu sejjaħlu bħala kapitlu magħluq. Insista biss li l-prinċipji tiegħu jibqgħu fissi u anke jekk l-Alternattiva ddikkjarat li hi kontra l-abort, hu lanqas mad-diskussjoni dwar dan is-suġġett, kif ipproponiet il-kandidata Mina Tolu, ma jaqbel. Jibqa’ l-fatt li għall-Alternattiva, Cassola, dejjem fisser numru sostanzjali ta’ voti. Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2004, fl-ewwel għadd, kiseb 22,938 vot. Fl-2009 5,235 u fl-2014 5,891 vot. Allura ma jaħsibx li wara li tant ikkampanja biex jiġġieled il-mentalità taż-żewġ partiti, kien qed jagħti daqqa ta’ ħarta “lit-tielet vuċi.” “Assolutament le,” saħaq Cassola waqt li spjega li jemmen li s-sistema tal-wirt tal-voti tista’ taħdem favur il-partiti ż-żgħar u l-kandidati indipendenti. ‘Hemm opportunità tad-deheb għall-partiti ż-żgħar u l-indipendenti’ Il-Professur insista li jekk mis-sondaġġi wieħed iwarrab lil Norman Lowell (li ddeskrivieh bħala “l-Lemin Nazzist”), jidher li hemm 4.5% li qed jgħidu li se jivvutaw lill-kandidati indipendenti jew inkella lill-partiti ż-żgħar. “Hemm qegħdin,” saħaq Cassola. “Jien qed ngħid ivvutaw lili, u komplu fuq l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku u kandidati oħra validi. B’hekk il-vot jibqa’ għaddej. Xi ħadd minna jista’ jibqa’ hemm sal-aħħar.” Fil-fatt, Cassola jidher pożittiv. “Illum, ftit jiem qabel l-elezzjoni ngħidlek li hemm opportunità tad-deheb. Hemm rispons enormi,” kompla jisħaq Cassola waqt li insista li l-kandidati indipendenti u l-partiti żgħar jistgħu jaħdmu biex jikkonvinċu aktar nies u biex jinsistu dwar it-trasferiment tal-voti. Staqsejnieh jekk hux qed jgħid li l-partiti ż-żgħar, jew inkella xi kandidat indipendenti jistgħu fil-fatt itellgħu siġġu, b’Cassola jisħaq li “diffiċli imma hemm qegħdin.” “4.5% mhux biżżejjed, iżda jekk naslu għas-7% jew it-8% nkunu viċin. Ma ninsewx li l-aħħar żewġ siġġijiet jew tlieta, jitilgħu bla kwota… Tista’ titla’ bl-10% fl-aħħar għadd. Għalhekk importanti t-trasferiment tal-voti.” Kien hawn li Cassola staqsa lill-votanti jekk ġaladarba, skont is-sondaġġi, il-PN tilef it-tielet siġġu, iridux li dan “imur jippremja lil-Labour ta’ Konrad Mizzi, ta’ Keith Schembri u ta’ Neville Gafà.” “Dan ikun diżastru akbar għal Malta, bl-arroganza ta’ dawn in-nies li kissru r-reputazzjoni ta’ Malta… Dawn in-nies ma ħaqqhomx jiġu ppremjati,” insista. X’jaħseb dwar il-popolarità ta’ Norman Lowell Ma stajniex ma nirreferux għall-fatt li l-aħħar sondaġġi ta’ din il-kamra tal-aħbarijiet urew li Normann Lowell huwa t-tielet l-aktar popolari wara l-partiti l-kbar. Għalfejn, fil-kalkolu tiegħu, għażel li jwarrab fil-ġenb il-voti ta’ Lowell? “Jiena ma rridx ningħaqad mal-voti ta’ Lowell,” insista. “Hija realtà li hawn min lest jivvota għall-persuna li jrid joqtol it-trabi b’diżabilità sa siegħa wara li jitwieldu. Li trid li jiġu sterilizzati l-irġiel li skontu huma injoranti. Li tgħid li Hitler huwa wieħed mill-aqwa figuri li rat id-dinja u li tqis lin-nisa Maltin bħala ċwieċ,” kompla jisħaq biex jiftaħ għajnejn il-votanti. U l-fatt li ħiereġ waħdu? Se jaffetwalu l-voti? Ftit deher inkwetat għax qal li r-rispons li qed ikollu huwa eċċellenti. “Kuljum qed ifittxuni nies ġodda…Naħseb li hemm potenzjal enormi. Fiduċjuż.” Cassola jiftaħ il-kanuni fuq il-programmi politiċi Tkellimna wkoll dwar il-bojkott li hu għamel lill-programm Xarabank għax hu u kandidati indipendenti kienu mistiedna biss biex ikunu fl-udjenza u mhux fuq il-podiums jiddibattu. Ma jaħsibx li tilef opportunità li jwassal il-messaġġ tiegħu? “Lest li nitlef dik il-possibbilità għax id-dinjità u r-rispett jiġu qabel kollox,” saħaq Cassola waqt li ddeskriva programmi ta’ diskussjoni tax-xandir tal-istat u d-dibattiti tal-Awtorità tax-Xandir bħala “porkerija.” “Il-partiti ż-żgħar u l-kandidati indipendenti dejjem ikun żvantaġġati,” insista Cassola u dan fi kliemu huwa kollu tort tal-mentalità u l-liġijiet li daħlu fis-seħħ il-partiti l-kbar. “Anke issa. Taparsi jrid idaħħal lin-nisa fil-Parlament u x’jipproponulek? Kwoti għan-nisa Laburisti u n-nisa Nazzjonalisti. X’insult. Jekk ma tkunx mara Laburista jew Nazzjonalista li tilgħaq il-mexxej ma tidħolx fil-kwoti,” insista Cassola. ‘Inpoġġi mal-Ħodor imma nibqa’ kontra l-abort’ Biddilna d-diskors u tkellimna dwar il-ħidma tiegħu jekk ikun elett. Ma’ liema grupp se jissieħeb? Cassola wieġeb bla tlaqliq li jpoġġi mal-Partit tal-Ħodor anke jekk ikkonfermajna miegħu li huwa favur l-abort. “Inpoġġi mal-Greens bħala kandidat indipendenti. Ikun hemm ftehim minn qabel biex fuq kwistjonijiet morali nivvota skont il-kuxjenza u mhux skont il-partit,” spjega Cassola. “Normalment jaċċettaw. Jekk le npoġġi mal-grupp imħallat.” U f’liema kumitati jaħdem? Il-Professur Cassola qal li jixtieq jaħdem fil-Kumitat għall-Affarijiet Internazzjonali, li jiddiskuti kwistjonijiet bħall-faqar u l-immigrazzjoni. Jixtieq jaħdem ukoll fil-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet, f’liema kumitat, ċittadin jista’ jressaq talbiet, biex, fi kliemu, dawk il-kwistjonijiet li f’Malta jkunu injorati, jimbuttahom quddiem il-Parlament Ewropew. ‘Franco Mercieca espert tal-katarretti mhux tal-mina’ Tkellimna fit-tul ukoll dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, b’Cassola jisħaq li jekk ikun elett jagħmel minn kollox biex din ma ssirx. “Il-mina se tfisser ħsara enormi, soċjali, ekoloġika u finanzjarja,” saħaq. Iżda staqsejnieh kif inhu daqshekk ċert ġaladarba fadal studji xi jsiru, b’Cassola jwieġeb li qabel jitkellem jagħmel ir-riċerka tiegħu u jitkellem man-nies, inkluż ma’ ġeoloġisti. Kien hawn li insista li filwaqt li Franco Mercieca, Chris Said, Joseph Muscat u Ian Borg iffissaw fuq il-mina, l-istudji se jagħtu raġun lilu. “Jiena ma nifhimx saħta. Franco Mercieca ma jifhimx saħta daqsi. Jista’ jħaffer l-għajnejn u jneħħi l-katarretti kemm irid, imma mhux jiġi jgħidli li ma jippubblikax l-istudju ġeoloġiku preliminari biex ma jallarmax in-nies,” saħaq Cassola. “Ħarbitlu.” Kien hawn li insista li ma jagħmilx sens li jibda l-proċess għall-bini tal-mina, bl-istudji jsiru wara u l-implimentatur jaddatta skont iċ-ċirkostanzi. “Trid tkun miġnun, irresponsabbli u kriminali biex taġġixxi b’dak il-mod,” saħaq Cassola. “Huwa rresponsabbli l-Partit Nazzjonalista li vvota favur il-mina qabel ma saru l-istudji,” kompla waqt li kkritika lil Adrian Delia li jbiddel fehmtu skont “id-daqqa” kif fi kliemu għamel diversi drabi. U l-kaċċaturi? Se jagħlaq għajnejh? Il-kaċċaturi. Ma tantx iħarsu lejn Cassola b’mod sabiħ. X’jaħseb dwar id-deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa u dwar il-fatt li fl-Awstrija l-insib huwa permessibbli? Beda billi insista li hu mhux se jipprostitwixxi ruħu għall-voti. Insista li jibqa’ jaħdem kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa, waqt li spjega kif fl-Awstrija l-insib huwa permessibbli biss b’xibka ta’ metru u  l-għasafar jiġu lliberati. “Hemm kwistjonijiet li dwarhom tista’ tilħaq kompromess. Oħrajn le. Il-prinċipji jibqgħu prinċipji,” temm Cassola.
[ "Telaq mill-Alternattiva u se jikkontesta waħdu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.", "Cassola jaħseb li għandu ċans?", "Ma jaħsibx li kompla jaqsam il-voti tal-partiti ż-żgħar?", "U jekk elett x’jagħmel dwar il-mina u l-kaċċaturi?", "Il-kandidat indipendenti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Arnold Cassola, saħaq mal-gazzetta ILLUM li hu jemmen li s-sistema tal-wirt tal-voti, din is-sena tista’ taħdem favur il-kandidati indipendenti u l-partiti żgħar.", "L-ILLUM iltaqgħet ma’ Cassola u staqsietu jekk jaħsibx li d-deċiżjoni li jitlaq mill-Alternattiva Demokratika kinitx waħda mgħaġġla u tfissirx daqqa ta’ ħarta għal dan il-partit li tant ħadem għalih.", "Madanakollu, Cassola ftit li xejn kien entużjast li jitkellem dwar dak li hu sejjaħlu bħala kapitlu magħluq.", "Insista biss li l-prinċipji tiegħu jibqgħu fissi u anke jekk l-Alternattiva ddikkjarat li hi kontra l-abort, hu lanqas mad-diskussjoni dwar dan is-suġġett, kif ipproponiet il-kandidata Mina Tolu, ma jaqbel.", "Jibqa’ l-fatt li għall-Alternattiva, Cassola, dejjem fisser numru sostanzjali ta’ voti.", "Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2004, fl-ewwel għadd, kiseb 22,938 vot.", "Fl-2009 5,235 u fl-2014 5,891 vot.", "Allura ma jaħsibx li wara li tant ikkampanja biex jiġġieled il-mentalità taż-żewġ partiti, kien qed jagħti daqqa ta’ ħarta “lit-tielet vuċi.”", "“Assolutament le,” saħaq Cassola waqt li spjega li jemmen li s-sistema tal-wirt tal-voti tista’ taħdem favur il-partiti ż-żgħar u l-kandidati indipendenti.", "‘Hemm opportunità tad-deheb għall-partiti ż-żgħar u l-indipendenti’", "Il-Professur insista li jekk mis-sondaġġi wieħed iwarrab lil Norman Lowell (li ddeskrivieh bħala “l-Lemin Nazzist”), jidher li hemm 4.5% li qed jgħidu li se jivvutaw lill-kandidati indipendenti jew inkella lill-partiti ż-żgħar.", "“Hemm qegħdin,” saħaq Cassola.", "“Jien qed ngħid ivvutaw lili, u komplu fuq l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku u kandidati oħra validi.", "B’hekk il-vot jibqa’ għaddej.", "Xi ħadd minna jista’ jibqa’ hemm sal-aħħar.”", "Fil-fatt, Cassola jidher pożittiv.", "“Illum, ftit jiem qabel l-elezzjoni ngħidlek li hemm opportunità tad-deheb.", "Hemm rispons enormi,” kompla jisħaq Cassola waqt li insista li l-kandidati indipendenti u l-partiti żgħar jistgħu jaħdmu biex jikkonvinċu aktar nies u biex jinsistu dwar it-trasferiment tal-voti.", "Staqsejnieh jekk hux qed jgħid li l-partiti ż-żgħar, jew inkella xi kandidat indipendenti jistgħu fil-fatt itellgħu siġġu, b’Cassola jisħaq li “diffiċli imma hemm qegħdin.”", "“4.5% mhux biżżejjed, iżda jekk naslu għas-7% jew it-8% nkunu viċin.", "Ma ninsewx li l-aħħar żewġ siġġijiet jew tlieta, jitilgħu bla kwota… Tista’ titla’ bl-10% fl-aħħar għadd.", "Għalhekk importanti t-trasferiment tal-voti.”", "Kien hawn li Cassola staqsa lill-votanti jekk ġaladarba, skont is-sondaġġi, il-PN tilef it-tielet siġġu, iridux li dan “imur jippremja lil-Labour ta’ Konrad Mizzi, ta’ Keith Schembri u ta’ Neville Gafà.”", "“Dan ikun diżastru akbar għal Malta, bl-arroganza ta’ dawn in-nies li kissru r-reputazzjoni ta’ Malta… Dawn in-nies ma ħaqqhomx jiġu ppremjati,” insista.", "X’jaħseb dwar il-popolarità ta’ Norman Lowell", "Ma stajniex ma nirreferux għall-fatt li l-aħħar sondaġġi ta’ din il-kamra tal-aħbarijiet urew li Normann Lowell huwa t-tielet l-aktar popolari wara l-partiti l-kbar.", "Għalfejn, fil-kalkolu tiegħu, għażel li jwarrab fil-ġenb il-voti ta’ Lowell?", "“Jiena ma rridx ningħaqad mal-voti ta’ Lowell,” insista.", "“Hija realtà li hawn min lest jivvota għall-persuna li jrid joqtol it-trabi b’diżabilità sa siegħa wara li jitwieldu.", "Li trid li jiġu sterilizzati l-irġiel li skontu huma injoranti.", "Li tgħid li Hitler huwa wieħed mill-aqwa figuri li rat id-dinja u li tqis lin-nisa Maltin bħala ċwieċ,” kompla jisħaq biex jiftaħ għajnejn il-votanti.", "U l-fatt li ħiereġ waħdu?", "Se jaffetwalu l-voti?", "Ftit deher inkwetat għax qal li r-rispons li qed ikollu huwa eċċellenti.", "“Kuljum qed ifittxuni nies ġodda…Naħseb li hemm potenzjal enormi.", "Fiduċjuż.”", "Cassola jiftaħ il-kanuni fuq il-programmi politiċi", "Tkellimna wkoll dwar il-bojkott li hu għamel lill-programm Xarabank għax hu u kandidati indipendenti kienu mistiedna biss biex ikunu fl-udjenza u mhux fuq il-podiums jiddibattu.", "Ma jaħsibx li tilef opportunità li jwassal il-messaġġ tiegħu?", "“Lest li nitlef dik il-possibbilità għax id-dinjità u r-rispett jiġu qabel kollox,” saħaq Cassola waqt li ddeskriva programmi ta’ diskussjoni tax-xandir tal-istat u d-dibattiti tal-Awtorità tax-Xandir bħala “porkerija.”", "“Il-partiti ż-żgħar u l-kandidati indipendenti dejjem ikun żvantaġġati,” insista Cassola u dan fi kliemu huwa kollu tort tal-mentalità u l-liġijiet li daħlu fis-seħħ il-partiti l-kbar.", "“Anke issa.", "Taparsi jrid idaħħal lin-nisa fil-Parlament u x’jipproponulek?", "Kwoti għan-nisa Laburisti u n-nisa Nazzjonalisti.", "X’insult.", "Jekk ma tkunx mara Laburista jew Nazzjonalista li tilgħaq il-mexxej ma tidħolx fil-kwoti,” insista Cassola.", "‘Inpoġġi mal-Ħodor imma nibqa’ kontra l-abort’", "Biddilna d-diskors u tkellimna dwar il-ħidma tiegħu jekk ikun elett.", "Ma’ liema grupp se jissieħeb?", "Cassola wieġeb bla tlaqliq li jpoġġi mal-Partit tal-Ħodor anke jekk ikkonfermajna miegħu li huwa favur l-abort.", "“Inpoġġi mal-Greens bħala kandidat indipendenti.", "Ikun hemm ftehim minn qabel biex fuq kwistjonijiet morali nivvota skont il-kuxjenza u mhux skont il-partit,” spjega Cassola.", "“Normalment jaċċettaw.", "Jekk le npoġġi mal-grupp imħallat.”", "U f’liema kumitati jaħdem?", "Il-Professur Cassola qal li jixtieq jaħdem fil-Kumitat għall-Affarijiet Internazzjonali, li jiddiskuti kwistjonijiet bħall-faqar u l-immigrazzjoni.", "Jixtieq jaħdem ukoll fil-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet, f’liema kumitat, ċittadin jista’ jressaq talbiet, biex, fi kliemu, dawk il-kwistjonijiet li f’Malta jkunu injorati, jimbuttahom quddiem il-Parlament Ewropew.", "‘Franco Mercieca espert tal-katarretti mhux tal-mina’", "Tkellimna fit-tul ukoll dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, b’Cassola jisħaq li jekk ikun elett jagħmel minn kollox biex din ma ssirx.", "“Il-mina se tfisser ħsara enormi, soċjali, ekoloġika u finanzjarja,” saħaq.", "Iżda staqsejnieh kif inhu daqshekk ċert ġaladarba fadal studji xi jsiru, b’Cassola jwieġeb li qabel jitkellem jagħmel ir-riċerka tiegħu u jitkellem man-nies, inkluż ma’ ġeoloġisti.", "Kien hawn li insista li filwaqt li Franco Mercieca, Chris Said, Joseph Muscat u Ian Borg iffissaw fuq il-mina, l-istudji se jagħtu raġun lilu.", "“Jiena ma nifhimx saħta.", "Franco Mercieca ma jifhimx saħta daqsi.", "Jista’ jħaffer l-għajnejn u jneħħi l-katarretti kemm irid, imma mhux jiġi jgħidli li ma jippubblikax l-istudju ġeoloġiku preliminari biex ma jallarmax in-nies,” saħaq Cassola.", "“Ħarbitlu.”", "Kien hawn li insista li ma jagħmilx sens li jibda l-proċess għall-bini tal-mina, bl-istudji jsiru wara u l-implimentatur jaddatta skont iċ-ċirkostanzi.", "“Trid tkun miġnun, irresponsabbli u kriminali biex taġġixxi b’dak il-mod,” saħaq Cassola.", "“Huwa rresponsabbli l-Partit Nazzjonalista li vvota favur il-mina qabel ma saru l-istudji,” kompla waqt li kkritika lil Adrian Delia li jbiddel fehmtu skont “id-daqqa” kif fi kliemu għamel diversi drabi.", "U l-kaċċaturi?", "Se jagħlaq għajnejh?", "Il-kaċċaturi.", "Ma tantx iħarsu lejn Cassola b’mod sabiħ.", "X’jaħseb dwar id-deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa u dwar il-fatt li fl-Awstrija l-insib huwa permessibbli?", "Beda billi insista li hu mhux se jipprostitwixxi ruħu għall-voti.", "Insista li jibqa’ jaħdem kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa, waqt li spjega kif fl-Awstrija l-insib huwa permessibbli biss b’xibka ta’ metru u  l-għasafar jiġu lliberati.", "“Hemm kwistjonijiet li dwarhom tista’ tilħaq kompromess.", "Oħrajn le.", "Il-prinċipji jibqgħu prinċipji,” temm Cassola." ]
6www.illum.com.mt
23,692
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/minister-for-energy-in-dublin/
Minister for Energy in Dublin
Minister for Energy and the Conservation of Water is currently attending the Informal Minister
[ "Minister for Energy and the Conservation of Water is currently attending the Informal Minister" ]
7www.tvm.com.mt
25,649
news, press
https://netnews.com.mt/2017/05/16/filmat-il-proposti-tal-pn-igibuh-dahru-mal-hajt/
FILMAT: Il-proposti tal-PN iġibuh dahru mal-ħajt
F’konferenza tal-aħbarijiet negattiva tal-Partit Laburista – il-proposti tal-Partit Nazzjoanlista ġabu lil Michael Farrugia dahru mal-ħajt. Din il-konferenza fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ġiet msejħa apposta biex tmaqdar dawn il-proposti, iżda min imaqdar irid jixtri – u hekk ġara f’dan il-każ. Aktar kmieni, Simon Busuttil intrabat li hekk kif jitla’ Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jgħolli l-pensjoni minima nazzjonali għal  €169.76 fil-ġimgħa minflok €147.23 fil-ġimgħa sabiex b’hekk tilħaq l-ammont tal-paga minima nazzjonali. Iżda dawn il-proposti ma tantx ġew milqugha mill-Partit Laburista li fil-mira tiegħu kien li jattakka dawn il-wegħdiet – iżda dawn l-istess proposti ġabu lid-deputati Michael Farrugia u Justyne Caruana dahrom mal-ħajt.
[ "F’konferenza tal-aħbarijiet negattiva tal-Partit Laburista – il-proposti tal-Partit Nazzjoanlista ġabu lil Michael Farrugia dahru mal-ħajt.", "Din il-konferenza fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ġiet msejħa apposta biex tmaqdar dawn il-proposti, iżda min imaqdar irid jixtri – u hekk ġara f’dan il-każ.", "Aktar kmieni, Simon Busuttil intrabat li hekk kif jitla’ Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jgħolli l-pensjoni minima nazzjonali għal  €169.76 fil-ġimgħa minflok €147.23 fil-ġimgħa sabiex b’hekk tilħaq l-ammont tal-paga minima nazzjonali.", "Iżda dawn il-proposti ma tantx ġew milqugha mill-Partit Laburista li fil-mira tiegħu kien li jattakka dawn il-wegħdiet – iżda dawn l-istess proposti ġabu lid-deputati Michael Farrugia u Justyne Caruana dahrom mal-ħajt." ]
1netnews.com.mt
2,349
news, press
https://netnews.com.mt/2019/03/13/aktar-investiment-fl-iscreening-tal-kancer-ifisser-li-nsalvaw-aktar-hajjiet-zammit-dimech/
Aktar investiment fl-iscreening tal-kanċer ifisser li nsalvaw aktar ħajjiet – Zammit Dimech
“Irridu ninvestu aktar fl-iscreening tal-kanċer u nagħmlu kampanji biex inħeġġu aktar nies biex, meta jissejħu, jipparteċipaw fil-programmi ta’ screening. Jekk naqbdu l-kanċer kmieni jfisser li nkunu nistgħu nsalvaw aktar ħajjiet.” L-MEP tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, membru tal-Grupp MEPs Kontra l-Kanċer, qal dan wara li l-programm ta’ l-iscreening tal-musrana ġie estiż biex jinkludi aktar kategoriji ta’ etajiet differenti. Francis Zammit Dimech reġa’ nsista mal-Gvern biex jesplora l-possibilità li jintroduċi population-based screening għall-kanċer tal-prostata. Fil-fatt, din hi waħda mill-proposti konkreti li nieda Zammit Dimech fil-ġimgħat li għaddew. Filwaqt li l-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer jgħid li hemm bżonn ta’ aktar evidenza xjentifika, opinjonijiet oħra, inkluż dik tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Uroloġija, jindikaw li evidenza ġdida qed turi kemm hu kruċjali l-iscreening għall-kanċer tal-prostata. Zammit Dimech qal li hu jrid aktar investiment f’kampanji ta’ għarfien. “Irridu nassiguraw li s-servizzi ta’ screening mhux ikunu biss disponibbli, imma li r-rati ta’ dawk li jaċċettaw li jagħmlu l-iscreening ikunu għoljin. Biex dan iseħħ, hemm bżonn ta’ aktar għarfien.” Ir-rata ta’ dawk li jaċċettaw li jagħmlu l-iscreening għall-kanċer fil-musrana hi ta’ 55%, u skont studju, madwar 40% ma pparteċipawx fl-iscreening tal-kanċer tas-sider. Aktar minn hekk, mara biss minn kull tlieta li jkunu mistiedna għall-iscreening għall-kanċer fl-utru jmorru jagħmlu t-test. Zammit Dimech qal li hu pożittiv li l-iscreening ħall-kanċer fil-musrana, li daħal fis-seħħ minn amministrazzjoni tal-PN, jkun estiż għal dawk li għandhom bejn il-55 u d-69 sena. Hu qal li l-istakeholders li ltaqa’ magħhom pproponew ukoll li għandu jkun ikkunsidrat li jekk l-informazzjoni turi li hemm bżonnu, l-età għall-iscreening ta’ kanċer oħra ukoll għandhom ikunu estiżi. Dwar dan, Zammit Dimech qal li proposta oħra li ressaq ‘il quddiem kienet li d-data li tinġabar mir-reġistri tal-kanċer fl-UE tkun mxerrda bejn il-Membri Stati. Dan jippermetti professjonisti u dawk li jagħmlu l-politika biex jifhmu aħjar dak li qed iseħħ u jaġixxu b’aktar għarfien. Fl-aħħar ġimgħat, Zammit Dimech iltaqa’ ma’ diversi stakeholders li jinkludu pazjenti, professjonisti, xjentisti u NGOs u sema’ r-rispons tagħhom. Fil-jiem li ġejjin, se jkun ukoll qed iniedi dokument bi proposti.
[ "“Irridu ninvestu aktar fl-iscreening tal-kanċer u nagħmlu kampanji biex inħeġġu aktar nies biex, meta jissejħu, jipparteċipaw fil-programmi ta’ screening.", "Jekk naqbdu l-kanċer kmieni jfisser li nkunu nistgħu nsalvaw aktar ħajjiet.”", "L-MEP tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, membru tal-Grupp MEPs Kontra l-Kanċer, qal dan wara li l-programm ta’ l-iscreening tal-musrana ġie estiż biex jinkludi aktar kategoriji ta’ etajiet differenti.", "Francis Zammit Dimech reġa’ nsista mal-Gvern biex jesplora l-possibilità li jintroduċi population-based screening għall-kanċer tal-prostata.", "Fil-fatt, din hi waħda mill-proposti konkreti li nieda Zammit Dimech fil-ġimgħat li għaddew.", "Filwaqt li l-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer jgħid li hemm bżonn ta’ aktar evidenza xjentifika, opinjonijiet oħra, inkluż dik tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Uroloġija, jindikaw li evidenza ġdida qed turi kemm hu kruċjali l-iscreening għall-kanċer tal-prostata.", "Zammit Dimech qal li hu jrid aktar investiment f’kampanji ta’ għarfien.", "“Irridu nassiguraw li s-servizzi ta’ screening mhux ikunu biss disponibbli, imma li r-rati ta’ dawk li jaċċettaw li jagħmlu l-iscreening ikunu għoljin.", "Biex dan iseħħ, hemm bżonn ta’ aktar għarfien.”", "Ir-rata ta’ dawk li jaċċettaw li jagħmlu l-iscreening għall-kanċer fil-musrana hi ta’ 55%, u skont studju, madwar 40% ma pparteċipawx fl-iscreening tal-kanċer tas-sider.", "Aktar minn hekk, mara biss minn kull tlieta li jkunu mistiedna għall-iscreening għall-kanċer fl-utru jmorru jagħmlu t-test.", "Zammit Dimech qal li hu pożittiv li l-iscreening ħall-kanċer fil-musrana, li daħal fis-seħħ minn amministrazzjoni tal-PN, jkun estiż għal dawk li għandhom bejn il-55 u d-69 sena.", "Hu qal li l-istakeholders li ltaqa’ magħhom pproponew ukoll li għandu jkun ikkunsidrat li jekk l-informazzjoni turi li hemm bżonnu, l-età għall-iscreening ta’ kanċer oħra ukoll għandhom ikunu estiżi.", "Dwar dan, Zammit Dimech qal li proposta oħra li ressaq ‘il quddiem kienet li d-data li tinġabar mir-reġistri tal-kanċer fl-UE tkun mxerrda bejn il-Membri Stati.", "Dan jippermetti professjonisti u dawk li jagħmlu l-politika biex jifhmu aħjar dak li qed iseħħ u jaġixxu b’aktar għarfien.", "Fl-aħħar ġimgħat, Zammit Dimech iltaqa’ ma’ diversi stakeholders li jinkludu pazjenti, professjonisti, xjentisti u NGOs u sema’ r-rispons tagħhom.", "Fil-jiem li ġejjin, se jkun ukoll qed iniedi dokument bi proposti." ]
1netnews.com.mt
1,320
news, press
https://netnews.com.mt/2018/12/08/qrendi-jirbhu-bgowl-fl-94-minuta/
Qrendi jirbħu b’gowl fl-94 minuta
QRENDI ………………. 3   MARSA ……………….. 2 Qrendi: J. Farrugia, D. Micallef, C. Caruana, N. Falzon, R. Dalli (B. Bondin 52’), M. Barbara, Z. Bowman, J. Da Silva Vargas (D. Martini 80’), C. Quaranta, K. Abela (D. Sammut 63’), J. Silveira Da Silva. Marsa: A. Roppas, M. Busuttil, N. Mocyk, L. Friggieri, M. Gauci, S. Darmanin, J. Theuma, P. Anizoba (C. Cardona 93’), N. Micallef, R. Gafa, L. Chiedozie (A. Streti 67’). Referee: Daniel Casha Qrendi kisbu rebħa drammatika b’gowl ta’ Sammut fl-94 minuta kontra Marsa li kienu qed jilagħbu b’ għaxar plejers sa mill-64 minuta. Il-logħba kienet ferm bilanċjata u missielta u dehret li se tintemm fi draw sakemm wasal il-gowl rebbieħ tas-sostitut Dasser Sammut li skorja doppjetta. Għal Marsa riżultat negattiv ieħor li jħallihom fl-aħħar post tal-klassifika u bi kriżi ta’ riżultati fejn kisbu żewġ punti fl-aħħar tmien logħbiet. Wara ftit minuti ta’ studju, Qrendi bdew jieħdu l-inizjattiva u anki jkunu perikolużi lejn il-lasta ta’ Roppas. L-ewwel kien Ryan Dalli li kellu xutt li għadda jħakkek mal-lasta, u wara kien Roppas li salva r-riżultat b’żewġ interventi determinanti fuq xuttijiet ta’ Silveira Da Silva u Quaranta. Fl-20 minuta Qtendi fetħu l-iskor meta ballun fit-tul żmarka lil CIRO QUARANTA u bil-gowlkiper Roppas inċert jekk joħroġx minn postu jew le u l-attakkant Taljan approfitta biex antiċipah u xeħet fil-lasta vojta. Fit-28 minuta Qrendi viċin it-tieni gowl b’ġirja tajba ta’ Quaranta fuq ix-xellug u pass lejn Ryan Dalli li x-xutt tiegħu mill-viċin kien salvat b’siequ minn Roppas. Ftit wara l-ewwel tentattiv minn naħa ta’ Marsa bix-xutt mill-bogħod ta’ Shawn Darmanin għal ftit ma ħasadx lil Farrugia bil-ballun jinżel fuq il-mimduda. Fil-35 minuta Marsa kisbu l-gowl tad-draw meta minn azzjoni ta’ korner kien PETER ANIZOBA li għola fuq kulħadd u bir-ras poġġa l-ballun fix-xibka. Fit-tieni taqsima l-logħba kienet iktar bilanċjata iżda mingħajr wisq azzjonijiet ta’ skor. Fl-64 minuta Marsa spiċċaw bi plejer inqas meta l-captain Melvin Busuttil kien muri karta ħamra għal fawl ta’ reazzjoni. Qrendi mill-ewwel approfittaw għaliex erba’ minuti wara marru minn fuq meta Da Silva Silveira daħal tajjeb fil-kaxxa u qassam lejn is-sostitut DASSER SAMMUT li ma kellux diffikulta jkompli l-ballun għal ġewwa. Marsa kisbu l-gowl tad-draw fil-85 minuta meta r-rovexxjata ta’ Gafà żmarkat lil Mark Gauci li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda iżda mir-rebound l-istess MARK GAUCI kompla għal ġewwa. Meta kollox deher li Marsa se jiksbu punt prezzjuż wasal il-gowl rebbieħ ta’ Qrendi fl-94 minuta meta reġa’ kien DASSER SAMMUT li bir-ras skorja fuq kross ta’ Silveira Da Silva. ŻEJTUN C ……………… 1   SWIEQI U. ……………… 3 Żejtun: D. Zarb, J. Galea, E. Vella, A. Carabott, E. Cardona (A. Smeir 66’), J. Castano, B. Farrugia, N. Tabone, R. Spiteri (J. Dias 70’), A. Farrugia, G. Azzopardi Swieqi: J.C. Debattista, J. Cassar, K. Muscat, K. Sultana, I. Margarit (E. Ayorinde 44’), M. Vella, G. Calabretta (M. Attard 82’), K. Olowoyo, S. Ibrahim (G. Bugeja 87’), M. Farrugia, S. Bugeja. Referee: Ezekiel Barbara Bir-raba’ rebħa konsekuttiva t-tim promoss ta’ Swieqi kompla javvanza u issa jinsab mat-timijiet ta’ quddiem. Kienet rebħa meritata kontra tim ta’ Żejtun li beda l-kampjonat b’ambizzjonijiet kbar, u li issa jinsab f’qagħda verament iddisprata. Rebħa waħda biss minn għaxar logħbiet u f’qagħda perikoluża tar-relegazzjoni, Żejtun iridu jbiddlu r-rotta immedjatament, iżda mhux se tkun faċli hekk kif jidher li hemm nuqqasijiet kbar speċjalment fl-attakk. Żejtun bdew fuq l-attakk u kien hemm xutt ta’ Castano wara sitt minuti li għadda ftit barra. Fit-12-il minuta Swieqi marru fil-vantaġġ meta MIRCO VELLA b’xutt mill-isbaħ mid-distanza ħasad għal kollox lil Zarb għal gowl verament sabiħ. Il-logħba baqgħet bilanċjata mingħajr wisq azzjonijiet ta’ skor, sakemm wasal il-gowl tad-draw fid-29 minuta. Mertu tal-gowl kellu Castano li żamm tajjeb il-ballun qabel żmarka lil RYAN SPITERI li b’xutt fil-baxx sab ix-xibka. Ftit wara Brooke Farrugia kellu xutt imur ftit għoli. Seba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima azzjoni tajba ta’ Calabretta li daħal fil-kaxxa u twaqqa’ minn Neil Tabone għal penalty ċar. Mill-11-il metru l-istess GIANLUCA CALABRETTA ma żbaljax. Fil-65 minuta risposta ta’ Żejtun bix-xutt fil-baxx ta’ Brooke Farrugia jmur ftit barra u minuta wara azzjoni tajba ta’ Żejtun u xutt angolat ta’ Cardona jgħaddi minn quddiem il-lasta u jmur ftit barra. Fit-78 minuta Swieqi spiċċaw b’għaxar plejers meta Jackson Cassar intwera karta ħamra wara li żamm lil Castano li kellu ċans ovvju ta’ gowl. L-aħħar mumenti kienu xi ftit konfużi biż-Żwieten jixħtu kollox fl-attakk, iżda komplew jiftħu d-difiża u fis-sitt minuta ta’ ħin miżjud is-sostitut Ayorinde twaqqa’ minn Elland Vella, u l-istess AYORINDE spara fix-xibka mill-ħdax-il metru għal rebħa oħra konvinċenti ta’ Swieqi. Klassifika: Santa Lucia 19-il punt, Sirens 18-il punt, Lija Athletic 16-il punt, Swieqi United 16-il punt, Gudja United 14-il punt, Qrendi 14-il punt, Żebbuġ Rangers 13-il punt, Vittoriosa Stars 13-il punt, Pembroke Athleta 12-il punt, Mqabba 12-il punt, Naxxar Lions 11-il punt, Żejtun Corinthians 8 punti, San Ġwann 6 punti, Marsa 5 punti
[ "QRENDI ……………….", "3   MARSA ………………..", "2", "Qrendi:", "J. Farrugia, D. Micallef, C. Caruana, N. Falzon, R. Dalli (B. Bondin 52’), M. Barbara, Z. Bowman, J. Da Silva Vargas (D. Martini 80’), C. Quaranta, K. Abela (D. Sammut 63’), J. Silveira Da Silva.", "Marsa:", "A. Roppas, M. Busuttil, N. Mocyk, L. Friggieri, M. Gauci, S. Darmanin, J. Theuma, P. Anizoba (C. Cardona 93’), N. Micallef, R. Gafa, L. Chiedozie (A. Streti 67’).", "Referee:", "Daniel Casha", "Qrendi kisbu rebħa drammatika b’gowl ta’ Sammut fl-94 minuta kontra Marsa li kienu qed jilagħbu b’ għaxar plejers sa mill-64 minuta.", "Il-logħba kienet ferm bilanċjata u missielta u dehret li se tintemm fi draw sakemm wasal il-gowl rebbieħ tas-sostitut Dasser Sammut li skorja doppjetta.", "Għal Marsa riżultat negattiv ieħor li jħallihom fl-aħħar post tal-klassifika u bi kriżi ta’ riżultati fejn kisbu żewġ punti fl-aħħar tmien logħbiet.", "Wara ftit minuti ta’ studju, Qrendi bdew jieħdu l-inizjattiva u anki jkunu perikolużi lejn il-lasta ta’ Roppas.", "L-ewwel kien Ryan Dalli li kellu xutt li għadda jħakkek mal-lasta, u wara kien Roppas li salva r-riżultat b’żewġ interventi determinanti fuq xuttijiet ta’ Silveira Da Silva u Quaranta.", "Fl-20 minuta Qtendi fetħu l-iskor meta ballun fit-tul żmarka lil CIRO QUARANTA u bil-gowlkiper Roppas inċert jekk joħroġx minn postu jew le u l-attakkant Taljan approfitta biex antiċipah u xeħet fil-lasta vojta.", "Fit-28 minuta Qrendi viċin it-tieni gowl b’ġirja tajba ta’ Quaranta fuq ix-xellug u pass lejn Ryan Dalli li x-xutt tiegħu mill-viċin kien salvat b’siequ minn Roppas.", "Ftit wara l-ewwel tentattiv minn naħa ta’ Marsa bix-xutt mill-bogħod ta’ Shawn Darmanin għal ftit ma ħasadx lil Farrugia bil-ballun jinżel fuq il-mimduda.", "Fil-35 minuta Marsa kisbu l-gowl tad-draw meta minn azzjoni ta’ korner kien PETER ANIZOBA li għola fuq kulħadd u bir-ras poġġa l-ballun fix-xibka.", "Fit-tieni taqsima l-logħba kienet iktar bilanċjata iżda mingħajr wisq azzjonijiet ta’ skor.", "Fl-64 minuta Marsa spiċċaw bi plejer inqas meta l-captain Melvin Busuttil kien muri karta ħamra għal fawl ta’ reazzjoni.", "Qrendi mill-ewwel approfittaw għaliex erba’ minuti wara marru minn fuq meta Da Silva Silveira daħal tajjeb fil-kaxxa u qassam lejn is-sostitut DASSER SAMMUT li ma kellux diffikulta jkompli l-ballun għal ġewwa.", "Marsa kisbu l-gowl tad-draw fil-85 minuta meta r-rovexxjata ta’ Gafà żmarkat lil Mark Gauci li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda iżda mir-rebound l-istess MARK GAUCI kompla għal ġewwa.", "Meta kollox deher li Marsa se jiksbu punt prezzjuż wasal il-gowl rebbieħ ta’ Qrendi fl-94 minuta meta reġa’ kien DASSER SAMMUT li bir-ras skorja fuq kross ta’ Silveira Da Silva.", "ŻEJTUN C ……………… 1   SWIEQI U. ……………… 3", "Żejtun:", "D. Zarb, J. Galea, E. Vella, A. Carabott, E. Cardona (A. Smeir 66’), J. Castano, B. Farrugia, N. Tabone, R. Spiteri (J. Dias 70’), A. Farrugia, G. Azzopardi", "Swieqi:", "J.C. Debattista, J. Cassar, K. Muscat, K. Sultana, I. Margarit (E. Ayorinde 44’), M. Vella, G. Calabretta (M. Attard 82’), K. Olowoyo, S. Ibrahim (G. Bugeja 87’), M. Farrugia, S. Bugeja.", "Referee:", "Ezekiel Barbara", "Bir-raba’ rebħa konsekuttiva t-tim promoss ta’ Swieqi kompla javvanza u issa jinsab mat-timijiet ta’ quddiem.", "Kienet rebħa meritata kontra tim ta’ Żejtun li beda l-kampjonat b’ambizzjonijiet kbar, u li issa jinsab f’qagħda verament iddisprata.", "Rebħa waħda biss minn għaxar logħbiet u f’qagħda perikoluża tar-relegazzjoni, Żejtun iridu jbiddlu r-rotta immedjatament, iżda mhux se tkun faċli hekk kif jidher li hemm nuqqasijiet kbar speċjalment fl-attakk.", "Żejtun bdew fuq l-attakk u kien hemm xutt ta’ Castano wara sitt minuti li għadda ftit barra.", "Fit-12-il minuta Swieqi marru fil-vantaġġ meta MIRCO VELLA b’xutt mill-isbaħ mid-distanza ħasad għal kollox lil Zarb għal gowl verament sabiħ.", "Il-logħba baqgħet bilanċjata mingħajr wisq azzjonijiet ta’ skor, sakemm wasal il-gowl tad-draw fid-29 minuta.", "Mertu tal-gowl kellu Castano li żamm tajjeb il-ballun qabel żmarka lil RYAN SPITERI li b’xutt fil-baxx sab ix-xibka.", "Ftit wara Brooke Farrugia kellu xutt imur ftit għoli.", "Seba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima azzjoni tajba ta’ Calabretta li daħal fil-kaxxa u twaqqa’ minn Neil Tabone għal penalty ċar.", "Mill-11-il metru l-istess GIANLUCA CALABRETTA ma żbaljax.", "Fil-65 minuta risposta ta’ Żejtun bix-xutt fil-baxx ta’ Brooke Farrugia jmur ftit barra u minuta wara azzjoni tajba ta’ Żejtun u xutt angolat ta’ Cardona jgħaddi minn quddiem il-lasta u jmur ftit barra.", "Fit-78 minuta Swieqi spiċċaw b’għaxar plejers meta Jackson Cassar intwera karta ħamra wara li żamm lil Castano li kellu ċans ovvju ta’ gowl.", "L-aħħar mumenti kienu xi ftit konfużi biż-Żwieten jixħtu kollox fl-attakk, iżda komplew jiftħu d-difiża u fis-sitt minuta ta’ ħin miżjud is-sostitut Ayorinde twaqqa’ minn Elland Vella, u l-istess AYORINDE spara fix-xibka mill-ħdax-il metru għal rebħa oħra konvinċenti ta’ Swieqi.", "Klassifika:", "Santa Lucia 19-il punt, Sirens 18-il punt, Lija Athletic 16-il punt, Swieqi United 16-il punt, Gudja United 14-il punt, Qrendi 14-il punt, Żebbuġ Rangers 13-il punt, Vittoriosa Stars 13-il punt, Pembroke Athleta 12-il punt, Mqabba 12-il punt, Naxxar Lions 11-il punt, Żejtun Corinthians 8 punti, San Ġwann 6 punti, Marsa 5 punti" ]
1netnews.com.mt
6,029
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2018/09/27/nirien-fappartament-fil-hamrun-3/
Aġġornat bir-ritratti: Nirien f'appartament fil-Ħamrun
Shaft ta' appartament fi Triq il-Kappillan Mifsud il-Ħamrun ħa n-nar għall-ħabta tat-08:00 dalgħodu. Uffiċjali tat-tifi tan-nar jinsabu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien u joffru l-ewwel għajnuna. Sa issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm xi nies li weġġgħu f'dan l-inċident. Iktar dettalji fil-ħin li ġej.
[ "Shaft ta' appartament fi Triq il-Kappillan Mifsud il-Ħamrun ħa n-nar għall-ħabta tat-08:00 dalgħodu.", "Uffiċjali tat-tifi tan-nar jinsabu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien u joffru l-ewwel għajnuna.", "Sa issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm xi nies li weġġgħu f'dan l-inċident.", "Iktar dettalji fil-ħin li ġej." ]
3one.com.mt
29,504
news, press
https://netnews.com.mt/2018/06/12/l-oppozizzjoni-lesta-tmur-mal-gvern-malti-fl-ue-tiddefendi-lill-pajjiz-dwar-l-immigrazzjoni/
L-Oppożizzjoni lesta tmur mal-Gvern Malti fl-UE tiddefendi lill-pajjiż dwar l-immigrazzjoni
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara fil-parlament li quddiem is-sitwazzjoni diffiċli tal-immigrazzjoni fil-Mediterran, l-Oppożizzjoni mhux biss qed tappoġġja lill-Gvern Malti iżda lesta tmur miegħu fl-UE biex b’vuċi waħda tiddefendi l-interessi ta’ Malta. Din il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni kienet espressa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wara stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-każ tal-vapur Aquaris. Il-Prim Ministru qal li s-salvataġġi seħħew fiż-żona ta’ salvataġġ Libja u inħadmet minn Ruma. Fl-akkwati kien hemm bċejjeċ oħra Taljani li setgħu itellgħu l-immigranti u għalhekk dawn kienu ċerti li seta’ ngħata kenn lis-700 immgrant. Malta ma kelliex il-komeptinza tas-salvataġġ. L-Aquarius bdiet issalpa lejn l-Italja waqt li kienet fl-ibħra territorjali iżda l-Italja tat ordni biex tieqaf. Hu assolutament inkontestant li l-ebda pajjiż ma jista jagħti ordni bħal din. Pajjiż li jagħmel hekk ikun kontra l-liġijiet internazzjonali u setgħu esklaw is-sitwazzjoni fi kriżi umanitarja. Il-Prim Ministru qal li wassal din is-sitwazzjoni lill-Prim Ministru Taljan. Il-Gvern Malti jrid l-aqwa relazzjonijiet mal-Gvern Taljan u mal-ġirien kollha. Hu kompla li l-gvern iriud jsegwu r-regoli maqbula u mhux jitilqu għal rashom kif ġara f’dan il-każ fejn kienet Spanja li offriet biex l-Aquarius jiddaħħal Valencia. Il-Prim Ministru qal li dawk kollha invvluti għandhom jiddiskutu kif dawn is-sitwazzjonijiet ikunu evitati. Il-Gvern bagħat konsenja ta’ ikel u ilma lis-700 immigrant fuq l-Aquarius mingħjar ma sartt talba. Joseph Muscat qal li l-UNHCR talbet lil Malta jgħal għajnuna lil persuni li għandhom bżonn għajnuna medika fosthom nisa tqal; il-Gvern Malti lest jagħti din l-għajnuna. Il-Prim Ministru kompla li ċ-ċentru ta’ salvtaġġ Malti kiteb lill-kaptan tal-vapur u liċ-ċentru Taljan fejn il-kaptan talab lill-Italja ssolvi din is-sitwzzjoni. L-assi kollha Maltin huma dedikati biex isolvu din il-problema. Il-pożizzjoni ta’ Malta mhix polulsta iżda Malta ma tistax tieħu iktar immigranti milli tieħu. Fl-2017 Malta kienet ir-raba’ l-aktar pajjiż li pproċessat applikazzjoni għall-ażil fejn fl-2017 Malta pproċessatt 1,600 applikazzjoni waqt li fl-ewwewl tliet xhur tal-2018 Malta pproċessat 350 applikazzjoni. Mhux se nħalli lil min juża’ din is-sitwazzjoni biex irewwaħ il-mibgħeda jew ir-razziżmu. Hu laqa’ l-pożizzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li ddikjara li l-parlament ikun magħqud quddiem din is-sitwazzjoni. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li dawn huma sitwazzjonijiet delikati u jinvolvu l-ħarsien tas-salvagwardja u d-dinjità u l-ħajjiet u l-osservanza tal-liġijiet internazjzonali fil-komportament bejn stat u ieħor. Hu qal l l-interess nazzjonali hu l-ewwel u qabel kollu u għalhekk l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda mal-Gvern tissalvagwardja l-interess nazzjonali. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li Malta ma kisret ebda liġi internazzjonali u kienet konsistenti mal-liġijiet internazzjonali fejn japplika l-prinċipju tal-port l-aktar sigur u viċin. Hu qal fil-liġi internazzjonali hemm l-aspett li l-vapur imur lejn l-aktar port sigur u hemm ukoll ċirkostanzi ta’ kriżi fil-kuntest tal-persuni li jkunu abbord. Il-pajjiż irid ikun pront li jagħti l-assistenza biex ma tintilef l-ebda ħajja. Hu sellem lill-forzi ta’ tas-sigurtà għall-impenn li wettqu. L-Oppożizzjoni se tkun attiva wkoll fl-UE biex l-obbligi ta’ pajjiżi b’riżorsi ikbar minn Malta jkunu osservati u mhux ma jagħmlu xejn. Hu stieden lll-gvern biex imorru flimkien fl-UE biex Malta tkun vuċi fl-UE biex l-UE tinbidel il-mod kif taġixxi quddiem dawn il-kriżijiet. Partijiet differenti fl-UE huma maqsuma dwar din il-kwistjoni. L-ewwel irid jitħares l-interess tal-pajjiż iżda wara jrid isir impenn fl-UE biex il-problema mhux biss tkun iffaċċjata iżda jkun hemm soluzzjonijiet. Id-deputat Nazzjonalista David Stellini staqsa lill-Prim Ministru dwar il-qagħda bħalissa fil-Meidterran, kemm hemm vapuri fiż-żona, kemm hu preparat il-pajjiż li jilqa’ immigranti, għaliex ma pparteċipax fl-operazzjoni Frontex, jkek hemmx riskju għal Malta u kif il-Prim Ministru se jitratta l-problema mal-UE biex l-UE terfa’ l-piżijiet. Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li dan il-każ seta’ spiċċa fi traġedja ta’ iktar minn 600 persuna. L-UE falliet quddiem sitwazzjoni gravi bħal din, sostna Beppe Fenech Adami, li qal li bħalissa hawn vapuri li qed iġorru immigranti li jistgħu jispiċċaw fl-istess sitwazzjoni. Dan il-vapur aġixxa fuq struzzjonijiet tal-Guardia Taljana fejn l-eqreb port kien Lampedusa u mhux ta’ Malta. Din tiġġustifka l-pożizzjoni tajba li ħa l-Gvern Malti iżda jista’ jkun hemm gvern Taljan li se jnaqqas l-impenn tiegħu. Is-sitwazzjoni fil-Mediterran inbidlet b’mod drammatiku. Hu staqsa lill-Prim Ministru jispjega kif se jitratta din is-sitwazzjoni ġdida quddiem id-dikjarazzjoni tal-Gvern Taljan. Mis-sena 2014 sal-2017 f’Malta waslu biss 720 wasla iżda kien hemm 6,321 talba għall-ażil. Hu staqsa kif jista dawn iċ-ċifri jaqblu flimkien. Il-Prim Ministur Joseph MUscat wieġeb li ħadd ma jista’ jħammar wiċċ f’Mlata f’dan il-qasam u hi soda fil-protezzjoni tal-funriteri. Malta hi l-ewwel pajjiż li żamm il-kelma kollha fir-rikolazzjoni ta’ immigranti mill-Greċja u fl-Italja. Malta qed terfa’ l-piż tagħha skont kemm tiflaħ. Il-Gvern irid jassigura il-mod kif il-barranin jidħlu fil-pajjiż. Dwar l-applikazzjonijiet ta’ ażil, il-Prim Ministru qal li dan seħħ minħabba li qed ikun hemm modi differenti kif l-immigranti qed jaslu Malta. Dwar il-qagħda ta’ bħalissa fil-Meditreran, il-Prim Ministru qal li l-uniku aspett pożittiv hu li jasal il-messaġġ li mhux kollox għaddej normali fl-UE fir-rigward tal-wasliet fejn jista’ jkun l-kriminali li jittraffikaw lill-persuni jkunu jistennew biex jieħdu azzjoni. Dwar il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Frontex, il-Prim Ministru qal li Malta m’għandha l-ebda obbligu li tieħu sehem f’operazzjonijiet li ma jolqtux lil Malta. Hu qal li x-xogħol tal-NGOs irid ikun regolat. Il-Prim Ministrru qal li hu ma jemminx li ġejja krriżi iżda jista’ jkun li Malta jkollha problemi iktar milli kellha. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Opożizzjoni qed titkellem b’vuċi waħda għax iġġib l-interess nazzjonali bħala prijorità.
[ "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara fil-parlament li quddiem is-sitwazzjoni diffiċli tal-immigrazzjoni fil-Mediterran, l-Oppożizzjoni mhux biss qed tappoġġja lill-Gvern Malti iżda lesta tmur miegħu fl-UE biex b’vuċi waħda tiddefendi l-interessi ta’ Malta.", "Din il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni kienet espressa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wara stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-każ tal-vapur Aquaris.", "Il-Prim Ministru qal li s-salvataġġi seħħew fiż-żona ta’ salvataġġ Libja u inħadmet minn Ruma.", "Fl-akkwati kien hemm bċejjeċ oħra Taljani li setgħu itellgħu l-immigranti u għalhekk dawn kienu ċerti li seta’ ngħata kenn lis-700 immgrant.", "Malta ma kelliex il-komeptinza tas-salvataġġ.", "L-Aquarius bdiet issalpa lejn l-Italja waqt li kienet fl-ibħra territorjali iżda l-Italja tat ordni biex tieqaf.", "Hu assolutament inkontestant li l-ebda pajjiż ma jista jagħti ordni bħal din.", "Pajjiż li jagħmel hekk ikun kontra l-liġijiet internazzjonali u setgħu esklaw is-sitwazzjoni fi kriżi umanitarja.", "Il-Prim Ministru qal li wassal din is-sitwazzjoni lill-Prim Ministru Taljan.", "Il-Gvern Malti jrid l-aqwa relazzjonijiet mal-Gvern Taljan u mal-ġirien kollha.", "Hu kompla li l-gvern iriud jsegwu r-regoli maqbula u mhux jitilqu għal rashom kif ġara f’dan il-każ fejn kienet Spanja li offriet biex l-Aquarius jiddaħħal Valencia.", "Il-Prim Ministru qal li dawk kollha invvluti għandhom jiddiskutu kif dawn is-sitwazzjonijiet ikunu evitati.", "Il-Gvern bagħat konsenja ta’ ikel u ilma lis-700 immigrant fuq l-Aquarius mingħjar ma sartt talba.", "Joseph Muscat qal li l-UNHCR talbet lil Malta jgħal għajnuna lil persuni li għandhom bżonn għajnuna medika fosthom nisa tqal; il-Gvern Malti lest jagħti din l-għajnuna.", "Il-Prim Ministru kompla li ċ-ċentru ta’ salvtaġġ Malti kiteb lill-kaptan tal-vapur u liċ-ċentru Taljan fejn il-kaptan talab lill-Italja ssolvi din is-sitwzzjoni.", "L-assi kollha Maltin huma dedikati biex isolvu din il-problema.", "Il-pożizzjoni ta’ Malta mhix polulsta iżda Malta ma tistax tieħu iktar immigranti milli tieħu.", "Fl-2017 Malta kienet ir-raba’ l-aktar pajjiż li pproċessat applikazzjoni għall-ażil fejn fl-2017 Malta pproċessatt 1,600 applikazzjoni waqt li fl-ewwewl tliet xhur tal-2018 Malta pproċessat 350 applikazzjoni.", "Mhux se nħalli lil min juża’ din is-sitwazzjoni biex irewwaħ il-mibgħeda jew ir-razziżmu.", "Hu laqa’ l-pożizzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li ddikjara li l-parlament ikun magħqud quddiem din is-sitwazzjoni.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li dawn huma sitwazzjonijiet delikati u jinvolvu l-ħarsien tas-salvagwardja u d-dinjità u l-ħajjiet u l-osservanza tal-liġijiet internazjzonali fil-komportament bejn stat u ieħor.", "Hu qal l l-interess nazzjonali hu l-ewwel u qabel kollu u għalhekk l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda mal-Gvern tissalvagwardja l-interess nazzjonali.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li Malta ma kisret ebda liġi internazzjonali u kienet konsistenti mal-liġijiet internazzjonali fejn japplika l-prinċipju tal-port l-aktar sigur u viċin.", "Hu qal fil-liġi internazzjonali hemm l-aspett li l-vapur imur lejn l-aktar port sigur u hemm ukoll ċirkostanzi ta’ kriżi fil-kuntest tal-persuni li jkunu abbord.", "Il-pajjiż irid ikun pront li jagħti l-assistenza biex ma tintilef l-ebda ħajja.", "Hu sellem lill-forzi ta’ tas-sigurtà għall-impenn li wettqu.", "L-Oppożizzjoni se tkun attiva wkoll fl-UE biex l-obbligi ta’ pajjiżi b’riżorsi ikbar minn Malta jkunu osservati u mhux ma jagħmlu xejn.", "Hu stieden lll-gvern biex imorru flimkien fl-UE biex Malta tkun vuċi fl-UE biex l-UE tinbidel il-mod kif taġixxi quddiem dawn il-kriżijiet.", "Partijiet differenti fl-UE huma maqsuma dwar din il-kwistjoni.", "L-ewwel irid jitħares l-interess tal-pajjiż iżda wara jrid isir impenn fl-UE biex il-problema mhux biss tkun iffaċċjata iżda jkun hemm soluzzjonijiet.", "Id-deputat Nazzjonalista David Stellini staqsa lill-Prim Ministru dwar il-qagħda bħalissa fil-Meidterran, kemm hemm vapuri fiż-żona, kemm hu preparat il-pajjiż li jilqa’ immigranti, għaliex ma pparteċipax fl-operazzjoni Frontex, jkek hemmx riskju għal Malta u kif il-Prim Ministru se jitratta l-problema mal-UE biex l-UE terfa’ l-piżijiet.", "Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li dan il-każ seta’ spiċċa fi traġedja ta’ iktar minn 600 persuna.", "L-UE falliet quddiem sitwazzjoni gravi bħal din, sostna Beppe Fenech Adami, li qal li bħalissa hawn vapuri li qed iġorru immigranti li jistgħu jispiċċaw fl-istess sitwazzjoni.", "Dan il-vapur aġixxa fuq struzzjonijiet tal-Guardia Taljana fejn l-eqreb port kien Lampedusa u mhux ta’ Malta.", "Din tiġġustifka l-pożizzjoni tajba li ħa l-Gvern Malti iżda jista’ jkun hemm gvern Taljan li se jnaqqas l-impenn tiegħu.", "Is-sitwazzjoni fil-Mediterran inbidlet b’mod drammatiku.", "Hu staqsa lill-Prim Ministru jispjega kif se jitratta din is-sitwazzjoni ġdida quddiem id-dikjarazzjoni tal-Gvern Taljan.", "Mis-sena 2014 sal-2017 f’Malta waslu biss 720 wasla iżda kien hemm 6,321 talba għall-ażil.", "Hu staqsa kif jista dawn iċ-ċifri jaqblu flimkien.", "Il-Prim Ministur Joseph MUscat wieġeb li ħadd ma jista’ jħammar wiċċ f’Mlata f’dan il-qasam u hi soda fil-protezzjoni tal-funriteri.", "Malta hi l-ewwel pajjiż li żamm il-kelma kollha fir-rikolazzjoni ta’ immigranti mill-Greċja u fl-Italja.", "Malta qed terfa’ l-piż tagħha skont kemm tiflaħ.", "Il-Gvern irid jassigura il-mod kif il-barranin jidħlu fil-pajjiż.", "Dwar l-applikazzjonijiet ta’ ażil, il-Prim Ministru qal li dan seħħ minħabba li qed ikun hemm modi differenti kif l-immigranti qed jaslu Malta.", "Dwar il-qagħda ta’ bħalissa fil-Meditreran, il-Prim Ministru qal li l-uniku aspett pożittiv hu li jasal il-messaġġ li mhux kollox għaddej normali fl-UE fir-rigward tal-wasliet fejn jista’ jkun l-kriminali li jittraffikaw lill-persuni jkunu jistennew biex jieħdu azzjoni.", "Dwar il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Frontex, il-Prim Ministru qal li Malta m’għandha l-ebda obbligu li tieħu sehem f’operazzjonijiet li ma jolqtux lil Malta.", "Hu qal li x-xogħol tal-NGOs irid ikun regolat.", "Il-Prim Ministrru qal li hu ma jemminx li ġejja krriżi iżda jista’ jkun li Malta jkollha problemi iktar milli kellha.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Opożizzjoni qed titkellem b’vuċi waħda għax iġġib l-interess nazzjonali bħala prijorità." ]
1netnews.com.mt
397
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/ad-id-drittijiet-digitali-huma-dritt-baziku-ghal-kulhadd/
AD: Id-drittijiet diġitali huma dritt bażiku għal kulħadd
Alternattiva Demokratika qalet li d-drittijiet diġitali huma dritt bażiku għal kulħadd u s-soċjetà moderna jeħtieġ li tipprovdi aċċess ugwali għal komunikazzjoni diġitali. Qalet ukoll li l-Gvern jeħtieġ li jirregola s-servizz biex ikun hawn internet b’xejn għal kulħadd. Iċ-chairperson tal-Alternattiva Demokratika l-Professur Arnorld Cassola qal dan waqt żjara li għamel fil-kumpanija Megabyte fejn iddeskriviha bħala eżempju pożittiv ta’ riċerka innovazzjoni u ħolqien ta’ impjiegi fil-qasam tad-drittijiet diġitali. Żied jgħid li din il-kumpanija ilha dawn l-aħħar 3 snin taħdem id f’id mal-fakulta tal-ICT fi ħdan l-Università ta’ Malta hekk kif ta’ kull sena ttella il-Megabyte final year student IT Project Award. Il-Professur Arnold Cassola laqa ukoll l-inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista biex tiġi ppreżentata mozzjoni fil-parlament li tipproponi erbgħa emmendi kostituzzjoniali li jiggarantixxu d-drittijiet diġitali. Id-Deputat Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo stqarr li fis-soċjetà moderna ta’ informazzjoni u komunikazzjoni huwa importanti li ċ-ċittadini jkollhom kontroll sħiħ fuq l-iproċessar tal-informazzjoni u komunikazzjoni sabiex ikollhom il-libertà u l-privatezza tagħhom imħarsa.
[ "Alternattiva Demokratika qalet li d-drittijiet diġitali huma dritt bażiku għal kulħadd u s-soċjetà moderna jeħtieġ li tipprovdi aċċess ugwali għal komunikazzjoni diġitali.", "Qalet ukoll li l-Gvern jeħtieġ li jirregola s-servizz biex ikun hawn internet b’xejn għal kulħadd.", "Iċ-chairperson tal-Alternattiva Demokratika l-Professur Arnorld Cassola qal dan waqt żjara li għamel fil-kumpanija Megabyte fejn iddeskriviha bħala eżempju pożittiv ta’ riċerka innovazzjoni u ħolqien ta’ impjiegi fil-qasam tad-drittijiet diġitali.", "Żied jgħid li din il-kumpanija ilha dawn l-aħħar 3 snin taħdem id f’id mal-fakulta tal-ICT fi ħdan l-Università ta’ Malta hekk kif ta’ kull sena ttella il-Megabyte final year student IT Project Award.", "Il-Professur Arnold Cassola laqa ukoll l-inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista biex tiġi ppreżentata mozzjoni fil-parlament li tipproponi erbgħa emmendi kostituzzjoniali li jiggarantixxu d-drittijiet diġitali.", "Id-Deputat Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo stqarr li fis-soċjetà moderna ta’ informazzjoni u komunikazzjoni huwa importanti li ċ-ċittadini jkollhom kontroll sħiħ fuq l-iproċessar tal-informazzjoni u komunikazzjoni sabiex ikollhom il-libertà u l-privatezza tagħhom imħarsa." ]
7www.tvm.com.mt
34,267
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/tisbih-fi-tliet-housing-estates/
Tisbiħ fi tliet housing estates
Mniedi proġett ta’ tisbieħ fi tliet oqsma tad-djar tal-Gvern – Dockyard Terrace fl-Isla, Kordin Housing Estate f’Raħal Ġdid u dak ta’ San Pawl il-Baħar. F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-housing estate ta’ San Pawl il-Baħar, il-Ministru għall-familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li minbarra t-tisbih tal-blokkok, l-programm se jinkludi ukoll t-tisbiħ tal-madwar b’konsultazzjoni mar-residenti. Fit-tliet oqsma hemm mat-80 appartament, bil-Ministru Farrugia jgħid li bix-xogħol li ser isir għandha titjib il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Qal li ġew allokati kważi €700,000 għax-xogħol li ser isir f’dawn it-tlett oqsma tad-djar. Dr Farrugia qal li għal dawn il-proġetti se toħroġ sejħa ta’ interess u x-xogħol għandu jitlesta bejn sitta u disa’ xhur oħra. Semma ukoll ix-xogħol li qed isir fil-housing estate taċ-Ċawla f’Għawdex li jinkludi il-manutenzjoni tas-soqfa u l-installazzjoni tal-panelli fotovoltajċi. Il-Ministru qal li x-xahar id-dieħel l-Awtorita tad-djar se tippubblika l-lista tal-persuni li ikkwalifikaw biex jixtru 46 appartament bi prezz sussidjat. Qal li bħalissa l-Awtorita’ tad-djar għaddejja b’ħidma u diġa ħarġet sejħa għall-proposti biex jinbnew aktar appartamenti bejn il-Gvern u l-Privat. Bħalissa qed issir evalwazzjoni ta’ 773 appartament f’Malta u Għawdex, bil-Ministru Farrugia jgħid li l-Gvern se jmur l-ewwel għall-binjiet diġa eżistenti biex jingħataw lil familji li għandhom bżonn akkomodazzjoni soċjali.
[ "Mniedi proġett ta’ tisbieħ fi tliet oqsma tad-djar tal-Gvern – Dockyard Terrace fl-Isla, Kordin Housing Estate f’Raħal Ġdid u dak ta’ San Pawl il-Baħar.", "F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-housing estate ta’ San Pawl il-Baħar, il-Ministru għall-familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li minbarra t-tisbih tal-blokkok, l-programm se jinkludi ukoll t-tisbiħ tal-madwar b’konsultazzjoni mar-residenti.", "Fit-tliet oqsma hemm mat-80 appartament, bil-Ministru Farrugia jgħid li bix-xogħol li ser isir għandha titjib il-kwalità tal-ħajja tar-residenti.", "Qal li ġew allokati kważi €700,000 għax-xogħol li ser isir f’dawn it-tlett oqsma tad-djar.", "Dr Farrugia qal li għal dawn il-proġetti se toħroġ sejħa ta’ interess u x-xogħol għandu jitlesta bejn sitta u disa’ xhur oħra.", "Semma ukoll ix-xogħol li qed isir fil-housing estate taċ-Ċawla f’Għawdex li jinkludi il-manutenzjoni tas-soqfa u l-installazzjoni tal-panelli fotovoltajċi.", "Il-Ministru qal li x-xahar id-dieħel l-Awtorita tad-djar se tippubblika l-lista tal-persuni li ikkwalifikaw biex jixtru 46 appartament bi prezz sussidjat.", "Qal li bħalissa l-Awtorita’ tad-djar għaddejja b’ħidma u diġa ħarġet sejħa għall-proposti biex jinbnew aktar appartamenti bejn il-Gvern u l-Privat.", "Bħalissa qed issir evalwazzjoni ta’ 773 appartament f’Malta u Għawdex, bil-Ministru Farrugia jgħid li l-Gvern se jmur l-ewwel għall-binjiet diġa eżistenti biex jingħataw lil familji li għandhom bżonn akkomodazzjoni soċjali." ]
7www.tvm.com.mt
34,306
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/in-negozjatur-ghal-brexit-jimrad-bil-coronavirus/
In-negozjatur għal Brexit jimrad bil-Coronavirus
In-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għall-Brexit, Michel Barnier, ittestja pożittiv għall-Coronavirus. F’filmat fuq Twitter, Barnier stqarr li qed iħossu tajjeb u se jibqa’ d-dar fi kwarantina. Hu kellu kelma kuraġġ għal min bħalu għandu l-virus u radd ħajr lill-professjonisti mediċi għall-ħidma tagħhom. Laqqat il-virus ukoll il-Prinċep ta’ Monaco. Je tiens à vous informer que j'ai été testé positif #COVID19 Je vais bien, le moral est bon. Je suis naturellement toutes les instructions, tout comme mon équipe. Mon message à tous ceux qui sont touchés ou actuellement isolés: nous nous en sortirons ensemble !. #chacunpourtous pic.twitter.com/NxMCjfseSb — Michel Barnier (@MichelBarnier) March 19, 2020
[ "In-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għall-Brexit, Michel Barnier, ittestja pożittiv għall-Coronavirus.", "F’filmat fuq Twitter, Barnier stqarr li qed iħossu tajjeb u se jibqa’ d-dar fi kwarantina.", "Hu kellu kelma kuraġġ għal min bħalu għandu l-virus u radd ħajr lill-professjonisti mediċi għall-ħidma tagħhom.", "Laqqat il-virus ukoll il-Prinċep ta’ Monaco.", "Je tiens à vous informer que j'ai été testé positif", "#COVID19", "Je vais bien, le moral est bon.", "Je suis naturellement toutes les instructions, tout comme mon équipe.", "Mon message à tous ceux qui sont touchés ou actuellement isolés: nous nous en sortirons ensemble !.", "#chacunpourtous", "pic.twitter.com/NxMCjfseSb", "— Michel Barnier (@MichelBarnier)", "March 19, 2020" ]
7www.tvm.com.mt
31,139
news, press
https://netnews.com.mt/2019/03/07/l-oppozizzjoni-se-tivvota-favur-in-nomina-ta-george-vella-ghal-darbohra-qed-inpoggu-l-interess-nazzjonali-l-ewwel-adrian-delia/
L-Oppożizzjoni se tivvota favur in-nomina ta’ George Vella: “Għal darb’oħra qed inpoġġu l-interess nazzjonali l-ewwel” – Adrian Delia
“L-Oppożizzjoni qed tpoġġi l-interess nazzjonali l-ewwel. Joseph Muscat għażel il-gwadann politiku u webbes rasu flok ta sinjal illi verament jerġa’ jagħti kredibbilità lill-istituzzjonjiet. Minflok se nkunu aħna li nogħlew lil hinn mill-partiġġjaniżmu u nivvotaw favur in-nomina ta’ George Vella.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jindirizza attività politika fil-Mosta. Dr Delia qal li bid-deċiżjoni tiegħu Joseph Muscat għażel li jinjora għal kollox dak li qaltlu l-Kummissjoni Venezja, u fl-ewwel ċans li kellu, ma ddeċidiex li jħares l-interess nazzjonali u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet. Huwa qal li l-Oppożizzjoni qed tpoġġi l-interess nazzjonali l-ewwel, u l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ddeċieda li se jkun qed jivvota favur in-nomina ta’ George Vella bħala l-10 President tar-Repubblika. Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li jaħtar President mill-istess kamp politiku tal-Partit Laburista minflok mill-kamp oppost jew bi qbil taż-żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati. Dan sabiex iwassal messaġġ ta’ għaqda nazzjonali u rieda li jrid istituzzjonijiet li verament ikunu hemm biex iservu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista kien ippropona li l-President tar-Repubblika għandu jinħatar biż-żewġ terzi tal-voti tal-Kamra. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisti li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja jiġu implimentati minnufih u jiġu konklużi mingħajr dewmien id-diskussjonijiet dwar ir-riforma fil-Kostituzzjoni sabiex isir it-tibdil neċessarju għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tagħna.
[ "“L-Oppożizzjoni qed tpoġġi l-interess nazzjonali l-ewwel.", "Joseph Muscat għażel il-gwadann politiku u webbes rasu flok ta sinjal illi verament jerġa’ jagħti kredibbilità lill-istituzzjonjiet.", "Minflok se nkunu aħna li nogħlew lil hinn mill-partiġġjaniżmu u nivvotaw favur in-nomina ta’ George Vella.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jindirizza attività politika fil-Mosta.", "Dr Delia qal li bid-deċiżjoni tiegħu Joseph Muscat għażel li jinjora għal kollox dak li qaltlu l-Kummissjoni Venezja, u fl-ewwel ċans li kellu, ma ddeċidiex li jħares l-interess nazzjonali u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet.", "Huwa qal li l-Oppożizzjoni qed tpoġġi l-interess nazzjonali l-ewwel, u l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ddeċieda li se jkun qed jivvota favur in-nomina ta’ George Vella bħala l-10 President tar-Repubblika.", "Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li jaħtar President mill-istess kamp politiku tal-Partit Laburista minflok mill-kamp oppost jew bi qbil taż-żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati.", "Dan sabiex iwassal messaġġ ta’ għaqda nazzjonali u rieda li jrid istituzzjonijiet li verament ikunu hemm biex iservu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista kien ippropona li l-President tar-Repubblika għandu jinħatar biż-żewġ terzi tal-voti tal-Kamra.", "Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisti li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja jiġu implimentati minnufih u jiġu konklużi mingħajr dewmien id-diskussjonijiet dwar ir-riforma fil-Kostituzzjoni sabiex isir it-tibdil neċessarju għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tagħna." ]
1netnews.com.mt
1,113
press, news, Lokali
https://netnews.com.mt/2020/10/21/ciklist-jittajjar-fi-triq-l-imdina/
Ċiklist jittajjar fi Triq l-Imdina
Għall-ħabta tas-6.15am ċiklist spiċċa vittma ta' inċident fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ. Fl-ewwel reazzjoni li tawna l-pulizija qalulna li ċ-ċiklist ma sofra l-ebda ġrieħi apparti xokk kbir, u infatti għalhekk issejħet ambulanza biex tkun tista' tgħin liċ-ċiklist u kif ukoll lix-xufier tal-karozza. Minħabba dan l-inċident inħoloq ammont imdaqqas ta' traffiku fl-inħawi. Il-pulizija li tkellmu magħna qalu lill-pubbliku li f'kull ħin tal-ġurnata irridu nkunu prudenti, u nagħmlu minn kollox biex nevitaw li noħolqu xi forma ta' periklu fit-toroq Maltin.
[ "Għall-ħabta tas-6.15am ċiklist spiċċa vittma ta' inċident fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ.", "Fl-ewwel reazzjoni li tawna l-pulizija qalulna li ċ-ċiklist ma sofra l-ebda ġrieħi apparti xokk kbir, u infatti għalhekk issejħet ambulanza biex tkun tista' tgħin liċ-ċiklist u kif ukoll lix-xufier tal-karozza.", "Minħabba dan l-inċident inħoloq ammont imdaqqas ta' traffiku fl-inħawi.", "Il-pulizija li tkellmu magħna qalu lill-pubbliku li f'kull ħin tal-ġurnata irridu nkunu prudenti, u nagħmlu minn kollox biex nevitaw li noħolqu xi forma ta' periklu fit-toroq Maltin." ]
1netnews.com.mt
8,215
news, press
https://netnews.com.mt/2017/03/21/taghmir-elettroniku-projbit-fuq-titjiriet-mil-lvant-nofsani-lejn-l-istati-uniti/
Tagħmir elettroniku projbit fuq titjiriet mil-Lvant Nofsani lejn l-Istati Uniti
L-Istati Uniti ħabbret projbizzjoni għal tagħmir elettroniku ta’ daqs kbir li l-passiġġieri minn tmien pajjiżi Musulmani jistgħu jtellgħu magħhom għal waqt titjiriet. Id-Dipartiment tad-Difiża Interna tal-Istati Uniti qal li l-pass qed jittieħed minħabba l-possibbiltà li jinħbew l-isplussivi qalb tagħmir bħal laptops, tablets, DVD players u logħob elettroniku. Il-miżura se taffettwa disa’ linji tal-ajru li qed joperaw minn għaxar ajruporti iżda  r-regoli ġodda mhumiex se japplikaw għat-telefons ċellulari. Fl-aħħar sigħat, ħarġet l-aħbar li anki r-Renju Unit għandu jadotta projbizzjoni simili għal tagħmir elettroniku ta’ ċertu daqs fir-rigward ta’ ċerti titjiriet u li dan ukoll qed isir fl-interessi tas-sigurtà.
[ "L-Istati Uniti ħabbret projbizzjoni għal tagħmir elettroniku ta’ daqs kbir li l-passiġġieri minn tmien pajjiżi Musulmani jistgħu jtellgħu magħhom għal waqt titjiriet.", "Id-Dipartiment tad-Difiża Interna tal-Istati Uniti qal li l-pass qed jittieħed minħabba l-possibbiltà li jinħbew l-isplussivi qalb tagħmir bħal laptops, tablets, DVD players u logħob elettroniku.", "Il-miżura se taffettwa disa’ linji tal-ajru li qed joperaw minn għaxar ajruporti iżda  r-regoli ġodda mhumiex se japplikaw għat-telefons ċellulari.", "Fl-aħħar sigħat, ħarġet l-aħbar li anki r-Renju Unit għandu jadotta projbizzjoni simili għal tagħmir elettroniku ta’ ċertu daqs fir-rigward ta’ ċerti titjiriet u li dan ukoll qed isir fl-interessi tas-sigurtà." ]
1netnews.com.mt
429
news, press
https://netnews.com.mt/2019/08/14/jurgen-klopp-u-frank-lampard-ifittxu-l-ewwel-success-fil-kompetizzjoni/
Jurgen Klopp u Frank Lampard ifittxu l-ewwel suċċess fil-kompetizzjoni
Wara li tilfu l-finali tal-Community Shield, Liverpool se jkunu qed ifittxu li jiksbu l-UEFA Super Cup meta llum fid-9.00pm jiltaqgħu kontra Chelsea fil-finali li tintlagħab f’Istanbul. Bħala Champions Ewropej, Liverpool jibdew favoriti li jirbħu dan l-unur, anki għaliex huma ġejjin minn rebħa ta’ 4-1 f’Anfield kontra Norwich filwaqt li l-avversarji tagħhom ġejjin minn telfa ta’ 4-0 kontra Manchester United f’Old Trafford. Liverpool se jilagħbu għal dan it-trofew wara li rebħu l-UEFA Champions League fil-finali kontra Tottenham filwaqt li Chelsea rebħu l-UEFA Europa League fil-finali kontra Arsenal. Liverpool żammew l-istess skwadra tas-sena li għaddiet filwaqt li Chelsea ma akkwistaw lil ħadd minħabba s-sospensjoni fis-suq tat-trasferiment. Għalkemm żammew xi plejers li kienu b’self u għandhom lil Christian Pulisic fl-iskwadra, Chelsea tilfu lil Eden Hazard f’dan is-sajf, plejer li kien meqjus bħala l-istilla tat-tim. Il-manager il-ġdid ta’ Chelsea Frank Lampard mhux se jkun bl-aqwa skwadra minħabba li ż-żgħażagħ Ruben Loftus-Cheek u Callum Hudson-Odoi jinsabu mweġġgħin filwaqt li d-difensur Antonio Rudiger għadu mhux fl-aqwa kundizzjoni. Willian u Kante jistgħu jirkupraw b’tal-aħħar jidħol fl-aħħar parti tal-logħba kontra Manchester United. Jurgen Klopp għandu anqas problemi iżda se jkun mingħajr il-gowlkiper Brażiljan Alisson Becker li weġġa’ fl-ewwel taqsima tal-logħba kontra Norwich il-Ġimgħa. Sadio Mane kien inkluż bħala sostitut fl-aħħar logħba iżda mhux mistenni li jibda mill-bidu hekk kif għadu qed jirkupra l-aqwa kundizzjoni. Fl-aħħar logħba bejn dawn iż-żewġ timijiet fil-Premier League f’April li għadda, Liverpool kienu rebħu 2-0 b’daqqa ta’ ras ta’ Sadio Mane u ftit wara bi ġmiel ta’ gowl minn Mohamed Salah. Din kienet l-ewwel telfa ta’ Chelsea fl-aħħar sitt konfronti diretti. Għall-ewwel darba din il-finali se tkun kontestata minn żewġ timijiet Ingliżi. Liverpool rebħu din il-kompetizzjoni tliet darbiet fl-1977, fl-2001 u fl-2005. Fuq in-naħa l-oħra Chelsea rebħu dan l-unur fl-1998 iżda tilfu fl-aħħar żewġ finali li lagħbu fl-2012 u fl-2013. Din se tkun partita speċjali minħabba l-fatt li fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni se tintuża għall-ewwel darba l-VAR. Ukoll il-logħba se tkun ikkontrollata mill-Franċiża Stephanie Frappart li b’hekk se ssir l-ewwel mara li se tkun referee f’logħba tal-UEFA tal-irġiel. L-aħħar għaxar rebbieħa 2009  Barcelona v S. Donetsk 1-0 2010  Inter v A. Madrid 0-2 2011  Barcelona v Porto 2-0 2012  Chelsea v A. Madrid 1-4 2013  B. Munich v Chelsea 2-2 (5-4 wara l-għoti tal-penalties) 2014  R. Madrid v Sevilla 2-0 2015  Barcelona v Sevilla 5-4 (wara l-ħin barrani) 2016  R. Madrid v Sevilla 3-2 (wara l-ħin barrani) 2017  R. Madrid v Man United 2-1 2018  R. Madrid v A. Madrid  2-4 (wara l-ħin barrani)
[ "Wara li tilfu l-finali tal-Community Shield, Liverpool se jkunu qed ifittxu li jiksbu l-UEFA Super Cup meta llum fid-9.00pm jiltaqgħu kontra Chelsea fil-finali li tintlagħab f’Istanbul.", "Bħala Champions Ewropej, Liverpool jibdew favoriti li jirbħu dan l-unur, anki għaliex huma ġejjin minn rebħa ta’ 4-1 f’Anfield kontra Norwich filwaqt li l-avversarji tagħhom ġejjin minn telfa ta’ 4-0 kontra Manchester United f’Old Trafford.", "Liverpool se jilagħbu għal dan it-trofew wara li rebħu l-UEFA Champions League fil-finali kontra Tottenham filwaqt li Chelsea rebħu l-UEFA Europa League fil-finali kontra Arsenal.", "Liverpool żammew l-istess skwadra tas-sena li għaddiet filwaqt li Chelsea ma akkwistaw lil ħadd minħabba s-sospensjoni fis-suq tat-trasferiment.", "Għalkemm żammew xi plejers li kienu b’self u għandhom lil Christian Pulisic fl-iskwadra, Chelsea tilfu lil Eden Hazard f’dan is-sajf, plejer li kien meqjus bħala l-istilla tat-tim.", "Il-manager il-ġdid ta’ Chelsea Frank Lampard mhux se jkun bl-aqwa skwadra minħabba li ż-żgħażagħ Ruben Loftus-Cheek u Callum Hudson-Odoi jinsabu mweġġgħin filwaqt li d-difensur Antonio Rudiger għadu mhux fl-aqwa kundizzjoni.", "Willian u Kante jistgħu jirkupraw b’tal-aħħar jidħol fl-aħħar parti tal-logħba kontra Manchester United.", "Jurgen Klopp għandu anqas problemi iżda se jkun mingħajr il-gowlkiper Brażiljan Alisson Becker li weġġa’ fl-ewwel taqsima tal-logħba kontra Norwich il-Ġimgħa.", "Sadio Mane kien inkluż bħala sostitut fl-aħħar logħba iżda mhux mistenni li jibda mill-bidu hekk kif għadu qed jirkupra l-aqwa kundizzjoni.", "Fl-aħħar logħba bejn dawn iż-żewġ timijiet fil-Premier League f’April li għadda, Liverpool kienu rebħu 2-0 b’daqqa ta’ ras ta’ Sadio Mane u ftit wara bi ġmiel ta’ gowl minn Mohamed Salah.", "Din kienet l-ewwel telfa ta’ Chelsea fl-aħħar sitt konfronti diretti.", "Għall-ewwel darba din il-finali se tkun kontestata minn żewġ timijiet Ingliżi.", "Liverpool rebħu din il-kompetizzjoni tliet darbiet fl-1977, fl-2001 u fl-2005.", "Fuq in-naħa l-oħra Chelsea rebħu dan l-unur fl-1998 iżda tilfu fl-aħħar żewġ finali li lagħbu fl-2012 u fl-2013.", "Din se tkun partita speċjali minħabba l-fatt li fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni se tintuża għall-ewwel darba l-VAR.", "Ukoll il-logħba se tkun ikkontrollata mill-Franċiża Stephanie Frappart li b’hekk se ssir l-ewwel mara li se tkun referee f’logħba tal-UEFA tal-irġiel.", "L-aħħar għaxar rebbieħa", "2009  Barcelona v S. Donetsk 1-0", "2010  Inter v A. Madrid 0-2", "2011  Barcelona v Porto 2-0", "2012  Chelsea v A. Madrid 1-4", "2013  B. Munich v Chelsea 2-2", "(5-4 wara l-għoti tal-penalties)", "2014  R. Madrid v Sevilla 2-0", "2015  Barcelona v Sevilla 5-4", "(wara l-ħin barrani)", "2016  R. Madrid v Sevilla 3-2", "(wara l-ħin barrani)", "2017  R. Madrid v Man United 2-1", "2018  R. Madrid v A. Madrid  2-4", "(wara l-ħin barrani)" ]
1netnews.com.mt
1,523
press, news, Pulizija
https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-pulizija-jridu-jkunu-aktar-fit-triq-milli-wara-bank-ta-ghassa-il-kummissarju-gafa/
Il-Pulizija jridu jkunu aktar fit-triq milli wara bank ta' għassa – Il-Kummissarju Gafà
Imtella' Settembru 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Settembru, 2020 8:28pm Il-prevenzjoni tal-kriminalità b'aktar Pulizija fit-toroq li jkunu qrib taċ-ċittadin ser ikun wieħed mill-pilastri ewlenin ta' strateġija li l-Korp tal-Pulizija fassal għall-operat tiegħu fis-snin li ġejjin. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, qal li l-istrateġija li se tiġi pubblikata fil-jiem li ġejjin tirrifletti fost l-oħrajn deċiżjoni dwar il-preżenza tal-Pulizija fil-lokalitajiet u l-użu tal-għases. Semma kif għall-ewwel darba l-korp għandu uffiċċju għall-prevenzjoni tal-kriminalità li jħaddem il-kunċett tal-Pulizija tal-Komunità. Li l-Korp tal-Pulizija għandu għassa tista' tgħid f'kull belt u raħal hu fatt. Sa erbgħin sena ilu, meta mhux f'kull dar kien hemm telefown, l-għases kienu jkunu miftuħa l-ħin kollu, fosthom għaliex telefonati b'messaġġi mill-isptar jinfurmaw qraba bi twelid jew mewt kienu jsiru lill-għassa u mbagħad il-Pulizija jmorru jinfurmaw lil min hu konċernat. Mill-għases kienu jitqassmu prodotti essenzjali għall-familji fil-bżonn, fuq loud speaker imwaħħal mal-faċċata kienu jxandru l-aħbarijiet u l-avviżi tal-gvern permezz tar-Rediffusion, u n-nies kienu jmorru l-għassa għal affarijiet li mbagħad bdew jirrikorru għalihom għand il-kunsilli lokali. Stħarriġ li għamel Television Malta sab li ħafna għases sekondarji – li huma għases li m'għandhomx assenjat Spettur – ilhom snin ma jkunu miftuħa fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum. Jinfetħu kultant, u meta fil-lokalità jkun hemm xi avveniment, bħall-festa. Mistoqsi dwar dan, il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, irrisponda li l-korp illum għandu pożizzjoni ċara dwar dawn l-għases. "Jien ngħid x'inhi l-ħtieġa li tinfetaħ dik l-għassa? Għax dak il-Pulizija ġol-għassa kif qed jipprevjeni r-reati? Allura dak li qegħdin nagħmlu, illum dan qegħdin niddokumentawh, qegħdin nippubblikawh, hi policy tagħna li l-Pulizija jkunu aktar fit-triq milli wara bank ta' għassa." Il-preżenza ta' aktar Pulizija fit-triq, qrib in-nies, qed issir permezz tal-Pulizija tal-Komunità. Bħalma ġara fl-aħħar sena fil-Mellieħa, issa se jkun hemm ħames timijiet oħra li bejniethom se jkopru ħdax-il lokalità. Il-Kummissarju ħabbar li l-Pulizija tal-Komunità qed jaħdmu taħt il-kappa ta' uffiċċju ġdid li twaqqaf fi ħdan il-korp, għall-prevenzjoni tal-kriminalità, immexxi minn Spettur. Il-Kummissarju spjega li l-korp qed jipprovdi servizzi oħra alternattivi għall-għases sekondarji, fosthom bl-istallazzjoni ta' sistema ta' komunikazzjoni diretta mad-depot fuq barra. "Jekk xi ħadd fettillu jmur f'għassa li hi magħluqa, qed nintroduċu wkoll intercom systems. U dik l-intercom system jekk tmur u ċċempel dik il-qanpiena tqabbdek mal-control room tal-Pulizija u min jeħodlok it-telefonata se jagħmel risk assessment u jara jekk hemmx bżonn li l-Pulizija jiġu onsite jew jirreferik għall-eqreb għassa jekk mhux daqshekk urgenti." Spjega wkoll li l-pubbliku m'għadx għandu għalfejn imur l-għassa biex jagħmel kwalunkwe rapport. Rapporti ta' reati fejn mhemmx ħtieġa li l-Pulizija jmur fuq il-post u mhemmx vjolenza qed jittieħdu online. Assigura li l-korp hu impenjat jagħti r-riżorsi meħtieġa u jsaħħaħ l-għases distrettwali li jkunu miftuħa 24 siegħa kuljum u fejn isir ħafna xogħol, anke investigattiv. "Jekk għadhom kemm laħqu numru ta' kuntistabbli ġodda, dawn kollha marru jaħdmu fid-distretti. Mela aħna nsaħħuhom qegħdin id-distretti. Illum ix-xiftijiet kollha fid-distretti huma mmennjati min-numru ta' surġenti rikjesti." Il-Kummissarju Angelo Gafà qal li dawn l-isforzi kollha jorbtu ma' wieħed mill-prinċipji ewlenin ta' Strateġija ta' Trasformazzjoni għall-Korp tal-Pulizija li se tiġi pubblikata dan ix-xahar fejn se tingħata ħafna importanza li s-servizzi tal-Pulizija jirriflettu aktar dak li jrid iċ-ċittadin.
[ "Imtella' Settembru 17, 2020 - Aġġornata 17 Ta' Settembru, 2020 8:28pm", "Il-prevenzjoni tal-kriminalità b'aktar Pulizija fit-toroq li jkunu qrib taċ-ċittadin ser ikun wieħed mill-pilastri ewlenin ta' strateġija li l-Korp tal-Pulizija fassal għall-operat tiegħu fis-snin li ġejjin.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, qal li l-istrateġija li se tiġi pubblikata fil-jiem li ġejjin tirrifletti fost l-oħrajn deċiżjoni dwar il-preżenza tal-Pulizija fil-lokalitajiet u l-użu tal-għases.", "Semma kif għall-ewwel darba l-korp għandu uffiċċju għall-prevenzjoni tal-kriminalità li jħaddem il-kunċett tal-Pulizija tal-Komunità.", "Li l-Korp tal-Pulizija għandu għassa tista' tgħid f'kull belt u raħal hu fatt. Sa erbgħin sena ilu, meta mhux f'kull dar kien hemm telefown, l-għases kienu jkunu miftuħa l-ħin kollu, fosthom għaliex telefonati b'messaġġi mill-isptar jinfurmaw qraba bi twelid jew mewt kienu jsiru lill-għassa u mbagħad il-Pulizija jmorru jinfurmaw lil min hu konċernat.", "Mill-għases kienu jitqassmu prodotti essenzjali għall-familji fil-bżonn, fuq loud speaker imwaħħal mal-faċċata kienu jxandru l-aħbarijiet u l-avviżi tal-gvern permezz tar-Rediffusion, u n-nies kienu jmorru l-għassa għal affarijiet li mbagħad bdew jirrikorru għalihom għand il-kunsilli lokali.", "Stħarriġ li għamel Television Malta sab li ħafna għases sekondarji – li huma għases li m'għandhomx assenjat Spettur – ilhom snin ma jkunu miftuħa fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.", "Jinfetħu kultant, u meta fil-lokalità jkun hemm xi avveniment, bħall-festa.", "Mistoqsi dwar dan, il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, irrisponda li l-korp illum għandu pożizzjoni ċara dwar dawn l-għases.", "\"Jien ngħid x'inhi l-ħtieġa li tinfetaħ dik l-għassa?", "Għax dak il-Pulizija ġol-għassa kif qed jipprevjeni r-reati?", "Allura dak li qegħdin nagħmlu, illum dan qegħdin niddokumentawh, qegħdin nippubblikawh, hi policy tagħna li l-Pulizija jkunu aktar fit-triq milli wara bank ta' għassa.\"", "Il-preżenza ta' aktar Pulizija fit-triq, qrib in-nies, qed issir permezz tal-Pulizija tal-Komunità.", "Bħalma ġara fl-aħħar sena fil-Mellieħa, issa se jkun hemm ħames timijiet oħra li bejniethom se jkopru ħdax-il lokalità.", "Il-Kummissarju ħabbar li l-Pulizija tal-Komunità qed jaħdmu taħt il-kappa ta' uffiċċju ġdid li twaqqaf fi ħdan il-korp, għall-prevenzjoni tal-kriminalità, immexxi minn Spettur.", "Il-Kummissarju spjega li l-korp qed jipprovdi servizzi oħra alternattivi għall-għases sekondarji, fosthom bl-istallazzjoni ta' sistema ta' komunikazzjoni diretta mad-depot fuq barra.", "\"Jekk xi ħadd fettillu jmur f'għassa li hi magħluqa, qed nintroduċu wkoll intercom systems.", "U dik l-intercom system jekk tmur u ċċempel dik il-qanpiena tqabbdek mal-control room tal-Pulizija u min jeħodlok it-telefonata se jagħmel risk assessment u jara jekk hemmx bżonn li l-Pulizija jiġu onsite jew jirreferik għall-eqreb għassa jekk mhux daqshekk urgenti.\"", "Spjega wkoll li l-pubbliku m'għadx għandu għalfejn imur l-għassa biex jagħmel kwalunkwe rapport.", "Rapporti ta' reati fejn mhemmx ħtieġa li l-Pulizija jmur fuq il-post u mhemmx vjolenza qed jittieħdu online.", "Assigura li l-korp hu impenjat jagħti r-riżorsi meħtieġa u jsaħħaħ l-għases distrettwali li jkunu miftuħa 24 siegħa kuljum u fejn isir ħafna xogħol, anke investigattiv.", "\"Jekk għadhom kemm laħqu numru ta' kuntistabbli ġodda, dawn kollha marru jaħdmu fid-distretti.", "Mela aħna nsaħħuhom qegħdin id-distretti.", "Illum ix-xiftijiet kollha fid-distretti huma mmennjati min-numru ta' surġenti rikjesti.\"", "Il-Kummissarju Angelo Gafà qal li dawn l-isforzi kollha jorbtu ma' wieħed mill-prinċipji ewlenin ta' Strateġija ta' Trasformazzjoni għall-Korp tal-Pulizija li se tiġi pubblikata dan ix-xahar fejn se tingħata ħafna importanza li s-servizzi tal-Pulizija jirriflettu aktar dak li jrid iċ-ċittadin." ]
7www.tvm.com.mt
38,856
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-haddiema-ta-san-vincenz-btahrig-fl-uzu-tal-biex-itejbu-s-servizz/
Il-ħaddiema ta’ San Vinċenz b’taħriġ fl-użu tal-IT biex itejbu s-servizz
Nofs il-ħaddiema tar-residenza San Vinċenz de Paule (SVPR) qed jingħataw taħriġ fl-użu tat-teknoloġija tal-informatika biex is-servizz isir iktar mgħaġġel u effiċjenti. F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarji Parlamentari Jose Herrera u Justyne Caruana ħabbru li fiż-żmien li ġej se jkun qed jiddaħħal software ġdid li se jiffaċilità x-xogħol f’din l-entità. Dan se jintuża’ kemm fil-qasam mediku u l-ħaddiema se jkollhom informazzjoni b’mod immedjat. Il-Kap Eżekuttiv ta’ SVDR Dr. Josanne Cutajar qalet li l-ICT ma’ tantx kien jingħata importanza fir-residenza u għaldaqstant ħafna mis-sistemi u l-informazzjoni għadha mhix diġitali, bħal pereżempju riċetti tal-mediċini li għandhom bżonn l-anzjani u l-pazjenti. Minħabba f’hekk, SVDR qabel jaqleb is-sistemi diġitali qed iħarreġ mal-500 ruħ, fosthom carers, ward clerks u staff fi gradi oħra biex jitħarrġu jużaw il-kompjuter u l-internet kemm b’mod bażiku u anke iktar avvanzat bħal programmi speċifiċi li huma bżonnjużi għaż-żamma tal-informazzjoni b’mod diġitali. Roderick Marmara mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni qal li l-proġett ta’ taħriġ qed jgħin iktar ħaddiema. Il-proġett bl-isem ta’ ENTER qed iħarreġ 4,000 ruħ wara sejħa għal pubbliku biex min irid jattendi korsijiet b’xejn. Is-Sur Marmara qal li dawn il-korsijiet huma bżonnjużi għax f’Malta hawn sitwazzjoni inkwetanti li kwart tal-popolazzjoni ħaddiema, jiġifieri persuni bejn 24-65 sena li jistgħu jaħdmu qatt ma użaw l-internet. Qal li filwaqt li x-xogħlijiet kollha kważi jirrikjedu li l-ħaddiema jkollhom għarfien teknoloġiku, huwa importanti li l-ħaddiema jitgħallmu l-internet għax jekk le qed jillimitaw il-possibilità li jsibu x-xogħol.
[ "Nofs il-ħaddiema tar-residenza San Vinċenz de Paule (SVPR) qed jingħataw taħriġ fl-użu tat-teknoloġija tal-informatika biex is-servizz isir iktar mgħaġġel u effiċjenti.", "F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarji Parlamentari Jose Herrera u Justyne Caruana ħabbru li fiż-żmien li ġej se jkun qed jiddaħħal software ġdid li se jiffaċilità x-xogħol f’din l-entità.", "Dan se jintuża’ kemm fil-qasam mediku u l-ħaddiema se jkollhom informazzjoni b’mod immedjat.", "Il-Kap Eżekuttiv ta’ SVDR Dr. Josanne Cutajar qalet li l-ICT ma’ tantx kien jingħata importanza fir-residenza u għaldaqstant ħafna mis-sistemi u l-informazzjoni għadha mhix diġitali, bħal pereżempju riċetti tal-mediċini li għandhom bżonn l-anzjani u l-pazjenti.", "Minħabba f’hekk, SVDR qabel jaqleb is-sistemi diġitali qed iħarreġ mal-500 ruħ, fosthom carers, ward clerks u staff fi gradi oħra biex jitħarrġu jużaw il-kompjuter u l-internet kemm b’mod bażiku u anke iktar avvanzat bħal programmi speċifiċi li huma bżonnjużi għaż-żamma tal-informazzjoni b’mod diġitali.", "Roderick Marmara mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni qal li l-proġett ta’ taħriġ qed jgħin iktar ħaddiema.", "Il-proġett bl-isem ta’ ENTER qed iħarreġ 4,000 ruħ wara sejħa għal pubbliku biex min irid jattendi korsijiet b’xejn.", "Is-Sur Marmara qal li dawn il-korsijiet huma bżonnjużi għax f’Malta hawn sitwazzjoni inkwetanti li kwart tal-popolazzjoni ħaddiema, jiġifieri persuni bejn 24-65 sena li jistgħu jaħdmu qatt ma użaw l-internet.", "Qal li filwaqt li x-xogħlijiet kollha kważi jirrikjedu li l-ħaddiema jkollhom għarfien teknoloġiku, huwa importanti li l-ħaddiema jitgħallmu l-internet għax jekk le qed jillimitaw il-possibilità li jsibu x-xogħol." ]
7www.tvm.com.mt
35,937
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2020/08/19/se-jerga-jitwaqqaf-is-salib-fil-mellieha/
Se jerġa' jitwaqqaf is-salib fil-Mellieħa
Is-salib fil-Mellieħa ser jerġa' jitwaqqaf wara li l-Għaqda tan-nar Marija Bambina fil-Mellieħa kienet ordnata tneħħi salib. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo wara diskussjonijiet mal-Prim Ministru Robert Abela. F'post fuq il-midja soċjali, l-għaqda spjegat kif is-salib ittella' tul il-Ġimgħa Mqaddsa u baqa' hemm. Is-Segretarju Parlamentari Bartolo saħaq li t-tradizzjonijiet huma parti integrali mill-identità Maltija.
[ "Is-salib fil-Mellieħa ser jerġa' jitwaqqaf wara li l-Għaqda tan-nar Marija Bambina fil-Mellieħa kienet ordnata tneħħi salib.", "Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo wara diskussjonijiet mal-Prim Ministru Robert Abela.", "F'post fuq il-midja soċjali, l-għaqda spjegat kif is-salib ittella' tul il-Ġimgħa Mqaddsa u baqa' hemm.", "Is-Segretarju Parlamentari Bartolo saħaq li t-tradizzjonijiet huma parti integrali mill-identità Maltija." ]
3one.com.mt
27,543
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55305/intuaw_numri_talvat_differenti_biex_inlaqu_malesienzi_talkunsill__issindku_tarrabat_
‘Intużaw numri tal-VAT differenti biex inlaħħqu mal-esiġenzi tal-Kunsill’ - is-Sindku tar-Rabat
Is-Sindku Rabti jwieġeb wara li l-ILLUM żvelat kif qed ikun investigat fuq xogħol tal-Kunsill F’reazzjoni għall-artiklu ppubblikat fuq L-ILLUM il-ġimgħa li għaddiet, li żvela kif is-Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi qed ikun investigat fuq xogħol tal-Kunsill, Azzopardi saħaq li l-Kunsill bilfors kellu jagħmel użu minn numru ta’ direct orders b’numri tal-VAT differenti. Dan ġara għaliex fi kliem Azzopardi, “wieħed seta' juża direct order sa massimu ta' €1,165. B’hekk il-Kunsill kellu juża numri tal-VAT differenti u għalhekk ġieli kellek okkażjonijiet fejn it-tip ta’ xogħol ma kienx jaqbel mal-VAT number. Dan kollu sar biex inlaħħqu mal-esiġenzi tal-Kunsill u wara li l-Kunsill kollu kien ikun infurmat b’kollox u mingħajr ma kien hemm l-ebda ksur ta’ Liġi,” spjega s-Sindku. Il-ġimgħa li għaddiet, il-gazzetta ILLUM żvelat ukoll kif fost l-oħrajn, ristorant tal-ikel Ċiniż, Wenzhou, proprjetà ta’ Paul Tanti, il-handyman tal-Kunsill, ingħata direct oder ta’ €1,080 għal tiswijiet u tindif ġewwa ċ-Chawdick Lakes. “Bid-direct orders il-Kunsill iffranka l-flus” Fuq din Azzopardi qal li allaħares dan ix-xogħol ma sarx għax kieku l-bdiewa ma setgħux jgħaddu mill-pont qabel ma sar dan ix-xogħol. “Il-kunsill kien hemm dejjem għall-ġid tar-residenti,” insista s-Sindku. Intant fuq id-direct oders li ngħataw lill-handyman tal-Kunsill Paul Tanti u ħuh Stephen Tanti, is-Sindku qal li dawn saru kif huwa stabillit fil-liġi tal-Kunsilli lokali u r-regoli stabbiliti. Qal ukoll li direct oders simili għall-aħwa Tanti ngħataw ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fuq it-talba tas-Sindku tal-lokal. “Dawn saru b’direct order sabiex jiġu ffrankati l-flus,” aċċerta s-Sindku. Azzopardi sostna wkoll li x-xogħol dejjem sar bl-iskop li tittejjeb l-infrastruttura tal-lokalità u li kull biċċa xogħol saret bi ħsieb. Spjega li kull xogħol li sar kien ġie infurmat, ikkonsultat u approvat mill-Kunsill Lokali kollu; dan jinkludi l-pagamenti dovuti li ġew approvati unanimament. Fid-dawl tal-artikluli deher il-ġimgħa li għaddiet, il-gazzetta ILLUM irrapportat kif Azzopardi ma ċaħadx l-investigazzjoni iżda qal li din qed issir fuq il-Kunsill Lokali kollu u mhux fuqu biss. Skontu minħabba li ħafna mix-xogħlijiet kienu jikkonċernaw it-tiswijiet tat-toroq, sabiex jiġu evitati ħsarat u inċidenti fit-toroq, il-Kunsill kellu  jirrikorri għad-direct orders u dan fuq insistenza biex isir. “Dan ħalli l-istess Kunsill jiffranka l-flus, iħallas għad-djun li ħalla Kunsill preċedenti mhux bija Sindku. Fil-fatt xħin dħalt Sindku jien kien hemm żbilanċ finanzjarju ta' €228,679 u llum il-ġurnata l-Kunsill fl-2019 (April) għandu surplus ta' €2,574,784,” saħaq Azzopardi. Apparti dan, huwa ddikjara li r-rapport li tqassam lill-Pulizija, Ministeri, Partit Laburista u l-Assoċċjazzjoni tal-Kunsill Lokali u li ssemma fl-artiklu ta’ nhar il-Ħadd, “kien wieħed mimli b’allegazzjonijiet foloz u li tħejja bl-għan li jtellef l-kredibbilità tal-Kunsill imexxi minnu.” Azzopardi qal li l-għan aħħari tar-rapport kien biex huwa ma jitħalliex jerġa’ jikkontesta mal-Partit Laburista. Kien l-istess partit li ma ħalliehx jikkontesta l-elezzjoni li ġejja. Fatt li ra lil Azzopardi jmur fuq NET TV u jikkritika lill-istess partit. Huwa qal ukoll li l-Kunsill qatt ma wettaq xi miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi, nepotiżmu jew favuri lejn xi ħadd. Saħaq li l-kunsill taħt it-tmexxija tiegħu, “qatt ma ħatar bordijiet li jiffurmaw klikek, investa l-flus b’mod illegali jew inkella ta xi konsulenzi bl-għan li jaqdi lil xi ħadd.” Fl-aħħar nett is-Sindku reġa’ saħaq li xogħlu fil-kunsill dejjem għamlu b’responsabbilità liema bħalha u b’impenn sħiħ għar-residenti tar-Rabat u li kwalunkwe deċiżjoni ttieħdet waqt il-laqgħat tal-kunsill wara li kienu ddiskutew u kkonsultaw il-membri l-oħra tal-Kunsill. X’qalilna Charles Azzopardi? Nibda' biex ngħid u niċċara kif anke kelli l-opportunità illi nagħmel fuq il-midja soċjali illi r-rapport li sar fuq il-Kunsill tar-Rabat li għamlet referenza għalih il-ġurnal ILLUM fl-artiklu tagħha kien rapport b’allegazzjonijiet inveritieri u foloz u li tħejja sabiex itellfu l-kredibbilità tal-Kunsill immexxi minni u jien ma nitħalliex nerġa’ nikkontesta mal-Partit Laburista. Ngħid illi r-rapport sar bl-għaġla li fih taħżiż, karti maqtugħa min-nofs, slaleb miktubin 'l hawn u 'l hinn u ċrieki bi skop li jippruvaw jaqbdu ma' affarijiet li jistgħu jitfgħu dawl ikrah fuq il-Kunsill tar-Rabat. Ngħid b’responsabbilità illi l-Kunsill immexxi minni ma wettaq l-ebda miżapproprijazzjoni tal-fondi pubbliċi kif ġie allegat. Ma kien hemm ebda nepotiżmu jew favuri lejn xi ħadd. Il-Kunsill immexxi minni ma ħatar ebda bordijiet li jiffurmaw klikek, investa flus b'mod illegali jew ta xi konsulenzi bl-għan li jaqdi lil xi ħadd. Qatt ma kien hemm persuni li ħadmu mal-Kunsill u li b'xi mod għandhom rabtiet familjari miegħu u jiena qatt ma qdejt lil xi ħadd jew xi persuni li ridt nagħmlilhom favur. Fl-artiklu hemm imsemmi li sar ''xogħol varju bla ebda raġuni''.  Dan mhuwiex minnu u hija allegazzjoni inveritiera. Ix-xogħlijiet saru kollha bi skop li ntejbu dejjem l-infrastruttura tal-lokalità jew għal skop ieħor simili. Għal kull biċċa xogħol li saret hemm l-iskop tax-xogħol li sar, fejn u għal xiex twettaq. Nista' ngħid ukoll illi x-xogħol kollu li sar, sara wara li ġie infurmat u kkonsultat il-Kunsill kollu u wara li ġie approvat mill-Kunsill kollu inkluż il-pagamenti dovuti li ġew approvati unanimament. Ħafna mix-xogħlijiet li saru kienu jikkonċernaw tiswijiet tat-toroq u dan sabiex jiġu evitati ħsarat u inċidenti fit-toroq fejn il-Kunsill kellu jirrikorri għad-direct orders u dan fuq insistenza biex isir dan ħalli l-istess Kunsill jiffranka l-flus, iħallas għad-djun li ħalla Kunsill preċedenti mhux bija Sindku. Fil-fatt, niġbed l-attenzjoni tal-qarrejja illi xħin dħalt Sindku jien kien hemm żbilanċ finanzjarju ta' €228,679 u llum il-ġurnata l-Kunsill fl-2019 (April) għandu surplus ta' €2,574,784. Minħabba l-ħafna xogħol rikjest mill-Kunsill għall-ippeċjar, il-Kunsill kellu jagħmel użu minn numru ta' direct orders u numri tal-VAT differenti. Dan għaliex wieħed seta' juża direct order sa massimu ta' €1,560 b’hekk il-Kunsill kellu juża numri tal-VAT differenti u għalhekk ġieli kellek okkażjonijiet fejn it-tip ta’ xogħol ma kienx jaqbel man-numru tal-VAT iżda dan sar kollu biex inlaħħqu mal-esiġenzi tal-Kunsill u wara li l-Kunsill kollu kien ikun infurmat b’kollox u mingħajr ma kien hemm l-ebda ksur ta’ Liġi. Ħaġa oħra li hija totalment infondata u żbaljata fl-artiklu hija illi hemm referenza għal xogħlijiet li jammontaw għal miljun u tnejn u sittin elf ewro (€1,062,000) fejn fil-verità din ic-ċifra kellha tkun ta’ elf u tnejn u sittin ewro (€1,062) liema ċifra hija sostanzjalment differenti. Issemmew ix-xogħlijiet ta’ Chadwick Lakes fejn b’responsabbilità kbira ngħid allaħares dan ix-xogħol ma sarx għax il-bdiewa ma setgħux jgħaddu minn fuq il-pont liema pont qabel ix-xogħlijiet kien ta' detriment kbir għalihom. Allaħares il-kunsill tar-Rabat m'għamilx il-parti tiegħu fic-Chadwick Lakes, b'ippeċjar għax kieku llum dan il-post kien ikompli jinqered u ebda vettura ma setgħet tkompli tgħaddi. Il-Kunsill kien hemm dejjem għall-ġid tar-residenti. Saru bosta u bosta xogħlijiet mill-kunsill b'direct order kif huwa stabbilit fil-liġi tal-Kunsilli Lokali u r-regoli stabbiliti. Saru xogħlijiet bir-romblu fir-Rabat mis-Sur Paul Tanti u minn ħuh Stephen Tanti bħalma sar f'Ħad-Dingli fuq talba tas-Sindku tal-lokal. Ċertu xogħlijiet kif spjegajt aktar qabel saru b'direct order biex il-Kunsill jiffranka l-flus fuq direttiva tad-dipartiment għall-Kunsilli Lokali u biex il-Kunsill jirriżulta f'surplus. Niċħad kategorikament ukoll li saru xogħlijiet mill-Kunsill wara li x-xogħol kien tlesta minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet dejjem saru meta rriżulta li kien l-bżonn u n-neċessità biex dan isir u wara diskussjoni u konsultazzjoni mal-membri l-oħra tal-Kunsill Lokali fejn l-ebda deċiżjoni ma ttieħdet waħdi biss iżda biss wara l-konsultazzjoni meħtieġa. Illi ngħid illi dan kollu diġà kelli l-opportunità li ngħidu f’kitbiet tiegħi fosthom fuq il-midja soċjali fejn spjegajt anke f’iktar dettall is-sitwazzjoni fejn ċħadt u nkompli niċħad kategorikament illi kien
[ "Is-Sindku Rabti jwieġeb wara li l-ILLUM żvelat kif qed ikun investigat fuq xogħol tal-Kunsill", "F’reazzjoni għall-artiklu ppubblikat fuq L-ILLUM il-ġimgħa li għaddiet, li żvela kif is-Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi qed ikun investigat fuq xogħol tal-Kunsill, Azzopardi saħaq li l-Kunsill bilfors kellu jagħmel użu minn numru ta’ direct orders b’numri tal-VAT differenti.", "Dan ġara għaliex fi kliem Azzopardi, “wieħed seta' juża direct order sa massimu ta' €1,165.", "B’hekk il-Kunsill kellu juża numri tal-VAT differenti u għalhekk ġieli kellek okkażjonijiet fejn it-tip ta’ xogħol ma kienx jaqbel mal-VAT number.", "Dan kollu sar biex inlaħħqu mal-esiġenzi tal-Kunsill u wara li l-Kunsill kollu kien ikun infurmat b’kollox u mingħajr ma kien hemm l-ebda ksur ta’ Liġi,” spjega s-Sindku.", "Il-ġimgħa li għaddiet, il-gazzetta ILLUM", "żvelat ukoll kif fost l-oħrajn, ristorant tal-ikel Ċiniż, Wenzhou, proprjetà ta’ Paul Tanti, il-handyman tal-Kunsill, ingħata direct oder ta’ €1,080 għal tiswijiet u tindif ġewwa ċ-Chawdick Lakes.", "“Bid-direct orders il-Kunsill iffranka l-flus”", "Fuq din Azzopardi qal li allaħares dan ix-xogħol ma sarx għax kieku l-bdiewa ma setgħux jgħaddu mill-pont qabel ma sar dan ix-xogħol.", "“Il-kunsill kien hemm dejjem għall-ġid tar-residenti,” insista s-Sindku.", "Intant fuq id-direct oders li ngħataw lill-handyman tal-Kunsill Paul Tanti u ħuh Stephen Tanti, is-Sindku qal li dawn saru kif huwa stabillit fil-liġi tal-Kunsilli lokali u r-regoli stabbiliti.", "Qal ukoll li direct oders simili għall-aħwa Tanti ngħataw ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fuq it-talba tas-Sindku tal-lokal.", "“Dawn saru b’direct order sabiex jiġu ffrankati l-flus,” aċċerta s-Sindku.", "Azzopardi sostna wkoll li x-xogħol dejjem sar bl-iskop li tittejjeb l-infrastruttura tal-lokalità u li kull biċċa xogħol saret bi ħsieb.", "Spjega li kull xogħol li sar kien ġie infurmat, ikkonsultat u approvat mill-Kunsill Lokali kollu; dan jinkludi l-pagamenti dovuti li ġew approvati unanimament.", "Fid-dawl tal-artikluli deher il-ġimgħa li għaddiet, il-gazzetta ILLUM irrapportat kif Azzopardi ma ċaħadx l-investigazzjoni iżda qal li din qed issir fuq il-Kunsill Lokali kollu u mhux fuqu biss.", "Skontu minħabba li ħafna mix-xogħlijiet kienu jikkonċernaw it-tiswijiet tat-toroq, sabiex jiġu evitati ħsarat u inċidenti fit-toroq, il-Kunsill kellu  jirrikorri għad-direct orders u dan fuq insistenza biex isir.", "“Dan ħalli l-istess Kunsill jiffranka l-flus, iħallas għad-djun li ħalla Kunsill preċedenti mhux bija Sindku.", "Fil-fatt xħin dħalt Sindku jien kien hemm żbilanċ finanzjarju ta' €228,679 u llum il-ġurnata l-Kunsill fl-2019 (April) għandu surplus ta' €2,574,784,” saħaq Azzopardi.", "Apparti dan, huwa ddikjara li r-rapport li tqassam lill-Pulizija, Ministeri, Partit Laburista u l-Assoċċjazzjoni tal-Kunsill Lokali u li ssemma fl-artiklu ta’ nhar il-Ħadd, “kien wieħed mimli b’allegazzjonijiet foloz u li tħejja bl-għan li jtellef l-kredibbilità tal-Kunsill imexxi minnu.”", "Azzopardi qal li l-għan aħħari tar-rapport kien biex huwa ma jitħalliex jerġa’ jikkontesta mal-Partit Laburista.", "Kien l-istess partit li ma ħalliehx jikkontesta l-elezzjoni li ġejja.", "Fatt li ra lil Azzopardi jmur fuq NET TV u jikkritika lill-istess partit.", "Huwa qal ukoll li l-Kunsill qatt ma wettaq xi miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi, nepotiżmu jew favuri lejn xi ħadd.", "Saħaq li l-kunsill taħt it-tmexxija tiegħu, “qatt ma ħatar bordijiet li jiffurmaw klikek, investa l-flus b’mod illegali jew inkella ta xi konsulenzi bl-għan li jaqdi lil xi ħadd.”", "Fl-aħħar nett is-Sindku reġa’ saħaq li xogħlu fil-kunsill dejjem għamlu b’responsabbilità liema bħalha u b’impenn sħiħ għar-residenti tar-Rabat u li kwalunkwe deċiżjoni ttieħdet waqt il-laqgħat tal-kunsill wara li kienu ddiskutew u kkonsultaw il-membri l-oħra tal-Kunsill.", "X’qalilna Charles Azzopardi?", "Nibda' biex ngħid u niċċara kif anke kelli l-opportunità illi nagħmel fuq il-midja soċjali illi r-rapport li sar fuq il-Kunsill tar-Rabat li għamlet referenza għalih il-ġurnal ILLUM fl-artiklu tagħha kien rapport b’allegazzjonijiet inveritieri u foloz u li tħejja sabiex itellfu l-kredibbilità tal-Kunsill immexxi minni u jien ma nitħalliex nerġa’ nikkontesta mal-Partit Laburista. Ngħid illi r-rapport sar bl-għaġla li fih taħżiż, karti maqtugħa min-nofs, slaleb miktubin 'l hawn u 'l hinn u ċrieki bi skop li jippruvaw jaqbdu ma' affarijiet li jistgħu jitfgħu dawl ikrah fuq il-Kunsill tar-Rabat.", "Ngħid b’responsabbilità illi l-Kunsill immexxi minni ma wettaq l-ebda miżapproprijazzjoni tal-fondi pubbliċi kif ġie allegat.", "Ma kien hemm ebda nepotiżmu jew favuri lejn xi ħadd.", "Il-Kunsill immexxi minni ma ħatar ebda bordijiet li jiffurmaw klikek, investa flus b'mod illegali jew ta xi konsulenzi bl-għan li jaqdi lil xi ħadd. Qatt ma kien hemm persuni li ħadmu mal-Kunsill u li b'xi mod għandhom rabtiet familjari miegħu u jiena qatt ma qdejt lil xi ħadd jew xi persuni li ridt nagħmlilhom favur.", "Fl-artiklu hemm imsemmi li sar ''xogħol varju bla ebda raġuni''.  Dan mhuwiex minnu u hija allegazzjoni inveritiera.", "Ix-xogħlijiet saru kollha bi skop li ntejbu dejjem l-infrastruttura tal-lokalità jew għal skop ieħor simili.", "Għal kull biċċa xogħol li saret hemm l-iskop tax-xogħol li sar, fejn u għal xiex twettaq.", "Nista' ngħid ukoll illi x-xogħol kollu li sar, sara wara li ġie infurmat u kkonsultat il-Kunsill kollu u wara li ġie approvat mill-Kunsill kollu inkluż il-pagamenti dovuti li ġew approvati unanimament. Ħafna mix-xogħlijiet li saru kienu jikkonċernaw tiswijiet tat-toroq u dan sabiex jiġu evitati ħsarat u inċidenti fit-toroq fejn il-Kunsill kellu jirrikorri għad-direct orders u dan fuq insistenza biex isir dan ħalli l-istess Kunsill jiffranka l-flus, iħallas għad-djun li ħalla Kunsill preċedenti mhux bija Sindku.", "Fil-fatt, niġbed l-attenzjoni tal-qarrejja illi xħin dħalt Sindku jien kien hemm żbilanċ finanzjarju ta' €228,679 u llum il-ġurnata l-Kunsill fl-2019 (April) għandu surplus ta' €2,574,784.", "Minħabba l-ħafna xogħol rikjest mill-Kunsill għall-ippeċjar, il-Kunsill kellu jagħmel użu minn numru ta' direct orders u numri tal-VAT differenti.", "Dan għaliex wieħed seta' juża direct order sa massimu ta' €1,560 b’hekk il-Kunsill kellu juża numri tal-VAT differenti u għalhekk ġieli kellek okkażjonijiet fejn it-tip ta’ xogħol ma kienx jaqbel man-numru tal-VAT iżda dan sar kollu biex inlaħħqu mal-esiġenzi tal-Kunsill u wara li l-Kunsill kollu kien ikun infurmat b’kollox u mingħajr ma kien hemm l-ebda ksur ta’ Liġi.", "Ħaġa oħra li hija totalment infondata u żbaljata fl-artiklu hija illi hemm referenza għal xogħlijiet li jammontaw għal miljun u tnejn u sittin elf ewro (€1,062,000) fejn fil-verità din ic-ċifra kellha tkun ta’ elf u tnejn u sittin ewro (€1,062) liema ċifra hija sostanzjalment differenti.", "Issemmew ix-xogħlijiet ta’ Chadwick Lakes fejn b’responsabbilità kbira ngħid allaħares dan ix-xogħol ma sarx għax il-bdiewa ma setgħux jgħaddu minn fuq il-pont liema pont qabel ix-xogħlijiet kien ta' detriment kbir għalihom.", "Allaħares il-kunsill tar-Rabat m'għamilx il-parti tiegħu fic-Chadwick Lakes, b'ippeċjar għax kieku llum dan il-post kien ikompli jinqered u ebda vettura ma setgħet tkompli tgħaddi. Il-Kunsill kien hemm dejjem għall-ġid tar-residenti.", "Saru bosta u bosta xogħlijiet mill-kunsill b'direct order kif huwa stabbilit fil-liġi tal-Kunsilli Lokali u r-regoli stabbiliti. Saru xogħlijiet bir-romblu fir-Rabat mis-Sur Paul Tanti u minn ħuh Stephen Tanti bħalma sar f'Ħad-Dingli fuq talba tas-Sindku tal-lokal.", "Ċertu xogħlijiet kif spjegajt aktar qabel saru b'direct order biex il-Kunsill jiffranka l-flus fuq direttiva tad-dipartiment għall-Kunsilli Lokali u biex il-Kunsill jirriżulta f'surplus.", "Niċħad kategorikament ukoll li saru xogħlijiet mill-Kunsill wara li x-xogħol kien tlesta minn Transport Malta.", "Ix-xogħlijiet dejjem saru meta rriżulta li kien l-bżonn u n-neċessità biex dan isir u wara diskussjoni u konsultazzjoni mal-membri l-oħra tal-Kunsill Lokali fejn l-ebda deċiżjoni ma ttieħdet waħdi biss iżda biss wara l-konsultazzjoni meħtieġa.", "Illi ngħid illi dan kollu diġà kelli l-opportunità li ngħidu f’kitbiet tiegħi fosthom fuq il-midja soċjali fejn spjegajt anke f’iktar dettall is-sitwazzjoni fejn ċħadt u nkompli niċħad kategorikament illi kien" ]
6www.illum.com.mt
8,549
news, press
https://netnews.com.mt/2017/07/16/jinstema-jghajjat-ghall-ghajjut-wara-li-jaqa-gholi-ta-tliet-sulari/
Jinstema’ jgħajjat għall-għajjut wara li jaqa’ għoli ta’ tliet sulari
Żagħżugħ ta’ 20 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari f’San Ġiljan. L-inċident seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu, għall-ħabta tal-5am fi triq Mikiel Anton Vassalli meta beda jinstema’ għajjat għall-għajjut. Kien f’dak il-ħin li xi persuni li kienu fil-qrib infurmaw lill-Pulizija, li minnufih marru fuq il-post. Malli waslu, il-Pulizija sabu raġel f’għalqa ma’ ġenb Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li x’aktarx, ir-raġel waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari u ġie fl-għalqa. Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena ta’ nazzjonalità Franċiża ttieħed l-isptar wara li ttella’ mill-għalqa bl-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li wkoll kellhom jissejħu fuq il-post. Minn hemmek, ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Triq Mikiel Anton Vassalli hija t-triq li mir-roundabout tal-Kappara tieħdok lejn Paceville. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
[ "Żagħżugħ ta’ 20 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari f’San Ġiljan.", "L-inċident seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu, għall-ħabta tal-5am fi triq Mikiel Anton Vassalli meta beda jinstema’ għajjat għall-għajjut.", "Kien f’dak il-ħin li xi persuni li kienu fil-qrib infurmaw lill-Pulizija, li minnufih marru fuq il-post.", "Malli waslu, il-Pulizija sabu raġel f’għalqa ma’ ġenb Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li x’aktarx, ir-raġel waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari u ġie fl-għalqa.", "Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena ta’ nazzjonalità Franċiża ttieħed l-isptar wara li ttella’ mill-għalqa bl-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li wkoll kellhom jissejħu fuq il-post.", "Minn hemmek, ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.", "Triq Mikiel Anton Vassalli hija t-triq li mir-roundabout tal-Kappara tieħdok lejn Paceville.", "L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja." ]
1netnews.com.mt
214
news, press
https://netnews.com.mt/2018/10/26/servizz-innovattiv-mill-kunsill-tan-naxxar/
Servizz innovattiv mill-Kunsill tan-Naxxar
Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar din il-ġimgħa inawgura s-servizz Point to Point – servizz ta’ trasport bla ħlas li qed ikun issussidjat mill-komunita’ kummerċjali. Is-servizz li se jingħata b’vann madwar in-Naxxar se jgħin biex jitnaqqsu l-karozzi li jintużaw għal vjaġġi qosra, partikolarment mill-periferija tal-lokalita’. Is-Sindku Ann Marie Muscat Fenech Adami qalet li dan il-proġett minn dejjem kien ħolma tagħha. Hi irringrazzjat lil Claudia Taylor East minn SOS Malta u lill-imprenditriċi Helga Ellul għall-appoġġ li sabet minn għandhom.
[ "Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar din il-ġimgħa inawgura s-servizz Point to Point – servizz ta’ trasport bla ħlas li qed ikun issussidjat mill-komunita’ kummerċjali.", "Is-servizz li se jingħata b’vann madwar in-Naxxar se jgħin biex jitnaqqsu l-karozzi li jintużaw għal vjaġġi qosra, partikolarment mill-periferija tal-lokalita’.", "Is-Sindku Ann Marie Muscat Fenech Adami qalet li dan il-proġett minn dejjem kien ħolma tagħha.", "Hi irringrazzjat lil Claudia Taylor East minn SOS Malta u lill-imprenditriċi Helga Ellul għall-appoġġ li sabet minn għandhom." ]
1netnews.com.mt
4,805
press, news, Aħbarijiet, Lokali
https://newsbook.com.mt/bejrut-acn-malta-bappell-urgenti-ta-karita-ghall-ikel/
Bejrut: ACN Malta b'appell urġenti ta' karità għall-ikel
L-Aid to the Church in Need (Malta) qed tniedi appell urġenti biex jinġabru flus għal programm ta' ikel ta' emerġenza biex jgħin u jassisti lill-Kristjani f'Bejrut, li bħalissa jinsabu għaddejjin minn tbatija kbira. Fl-4 ta' Awwissu li għadda, splodew 2,750 tunnellata ta' nitrat tal-ammonju li kienu maħżuna. F'temp ta' ftit sekondi biss twettqet ferm iktar ħsara fil-kwartier Kristjan ta' Bejrut milli kien hemm tul is-snin kollha ta' gwerra ċivili. Mill-inqas 100 persuna nqatlu u 4,000 oħra ndarbu. Meta tkellem ma' ACN (Malta) minn Beirut, in-Nunzju Appostoliku għal-Libanu, il-Monsinjur Joseph Spiteri, li hu Malti, qal: "Kont fin-Nunzjatura, li tinsab xi 20 kilometru 'l bogħod, meta seħħet l-isplużjoni. Minkejja din id-distanza, l-isplużjoni nħasset qisha splodiet karozza-bomba ħdejna. Din ikkawżat ħsarat u devastazzjoni enormi fuq raġġ ta' tliet kilometri, apparti milli farrket ukoll it-twieqi sa 10 kilometri 'l bogħod. Il-parti l-kbira taż-żona Kristjana ta' Bejrut ġarrbet ħsarat kbar b'mill-inqas 10 knejjes, erba' sptarijiet u sitt skejjel milquta b'mod qawwi ħafna. Mat-300,000 persuna spiċċaw bla dar, filwaqt li l-għajxien u x-xogħol ta' ħafna nqerdu għal kollox. L-għajnuna internazzjonali hi meħtieġa b'mod urġenti, iżda dak li hu ta' bżonn mill-aktar fis huma ikel u mediċini. Nappella lill-Maltin kollha ta' rieda tajba biex jappoġġjaw u jgħinu fl-appell ta' ACN (Malta)." Id-Direttur ta' ACN (Malta) Stepehn Axisa spjega kif l-benefatturi ta'ACN Malta joffru l-għajnuna b'mod regolari, pero fiċ-ċirkustanzi tal-isplużjoni f'Beirut qed isir appell biex il-Maltin jgħinu lill-Kattoliċi milquta mill-isplużjoni mill-aktar fis billi jikkontribwixxu għall-programm ta' emerġenza tal-ikel. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo esprima s-solidarjetà tiegħu ma' Mons. Psiteri u qal li l-Gvern se jkun qed jgħin lil dawk milquta minn dan l-inċident. Donazzjonijiet jistgħu jintbgħatu lil IBAN: MT72APSB 7705 7008 5772 2000 1771 733. Biex issir taf aktar dwar l-impenn u l-proġetti ta' ACN (Malta) u kif tkun parti mill-missjoni tagħha, tista' żżur www.acnmalta.org, iċċempel 21487818, jew tibgħat imejl fuq [email protected]
[ "L-Aid to the Church in Need (Malta) qed tniedi appell urġenti biex jinġabru flus għal programm ta' ikel ta' emerġenza biex jgħin u jassisti lill-Kristjani f'Bejrut, li bħalissa jinsabu għaddejjin minn tbatija kbira.", "Fl-4 ta' Awwissu li għadda, splodew 2,750 tunnellata ta' nitrat tal-ammonju li kienu maħżuna.", "F'temp ta' ftit sekondi biss twettqet ferm iktar ħsara fil-kwartier Kristjan ta' Bejrut milli kien hemm tul is-snin kollha ta' gwerra ċivili.", "Mill-inqas 100 persuna nqatlu u 4,000 oħra ndarbu.", "Meta tkellem ma' ACN (Malta) minn Beirut, in-Nunzju Appostoliku għal-Libanu, il-Monsinjur Joseph Spiteri, li hu Malti, qal: \"Kont fin-Nunzjatura, li tinsab xi 20 kilometru 'l bogħod, meta seħħet l-isplużjoni.", "Minkejja din id-distanza, l-isplużjoni nħasset qisha splodiet karozza-bomba ħdejna.", "Din ikkawżat ħsarat u devastazzjoni enormi fuq raġġ ta' tliet kilometri, apparti milli farrket ukoll it-twieqi sa 10 kilometri 'l bogħod.", "Il-parti l-kbira taż-żona Kristjana ta' Bejrut ġarrbet ħsarat kbar b'mill-inqas 10 knejjes, erba' sptarijiet u sitt skejjel milquta b'mod qawwi ħafna.", "Mat-300,000 persuna spiċċaw bla dar, filwaqt li l-għajxien u x-xogħol ta' ħafna nqerdu għal kollox.", "L-għajnuna internazzjonali hi meħtieġa b'mod urġenti, iżda dak li hu ta' bżonn mill-aktar fis huma ikel u mediċini.", "Nappella lill-Maltin kollha ta' rieda tajba biex jappoġġjaw u jgħinu fl-appell ta' ACN (Malta).\"", "Id-Direttur ta' ACN (Malta) Stepehn Axisa spjega kif l-benefatturi ta'ACN Malta joffru l-għajnuna b'mod regolari, pero fiċ-ċirkustanzi tal-isplużjoni f'Beirut qed isir appell biex il-Maltin jgħinu lill-Kattoliċi milquta mill-isplużjoni mill-aktar fis billi jikkontribwixxu għall-programm ta' emerġenza tal-ikel.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo esprima s-solidarjetà tiegħu ma' Mons. Psiteri u qal li l-Gvern se jkun qed jgħin lil dawk milquta minn dan l-inċident.", "Donazzjonijiet jistgħu jintbgħatu lil IBAN: MT72APSB 7705 7008 5772 2000 1771 733.", "Biex issir taf aktar dwar l-impenn u l-proġetti ta' ACN (Malta) u kif tkun parti mill-missjoni tagħha, tista' żżur www.acnmalta.org, iċċempel 21487818, jew tibgħat imejl fuq [email protected]" ]
2newsbook.com.mt
41,472
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/58051/ew_iriel_jinammu_arrestati_wara_li_pprateipaw_firrewwixta_fientru_taddetenzjoni_ta_al_safi
Żewġ irġiel jinżammu arrestati wara li pprateċipaw fir-rewwixta fiċ-ċentru tad-detenzjoni ta’ Ħal Safi
L-Irġiel huma akkużati bi ħsara fuq il-propjeta tas-Istat, li ħadu sehem f’rewwixta bi ħsieb li jiksru l-liġi, li injoraw l-ordnijiet tal-Pulizija u li kisru tal-paċi pubblika Żewg immigranti Eġizzjani inżammu taħt il-kustodja tal-pulizija wara li pprateċipaw fir-rewwixta li saret fit-12 ta’ Diċembru, fiċ-ċentru tad-detenzjoni ta’ Ħal Safi. L-immigranti, li huma t-tnejn mill-Eġittu, kienu wkoll akkużati bi ħsara fuq il-propjeta tas-Istat, li ħadu sehem f’rewwixta bi ħsieb li jiksru l-liġi, li injoraw l-ordnijiet tal-Pulizija u l-ksur tal-paċi pubblika.; L-inċident, li seħħ it-12 ta’ Diċembru bejn il-11:00 a.m u s-2:00 p.m. Wieħed mill-akkużati għandu 30 sena u l-ieħor għandu 26 sena, u dawn kienu fost il 11-il persuna li ġew arrestati wara r-rewwixta. Il-Qorti semgħet li l-akkużati qabdu tinda bin-nar apposta fiċ-centru ta’ detenzjoni mingħajr ma kienu jafu jekk kienx hemm immigranti reqdin fit-tinda. Iż-żewġ irġel wieġbu li mhux ħatja. Il-prosekuzzjoni, immexxja minn l-Ispettur Roderick Attard, inizzjalment akkużathom ukoll illi weġġgħu pulizija b’oġġett tal-metall, iżda din l-akkuża twaqqat. L-avukat Raisa Colombo qalet li staqsietx għall-pleġġ minħabba l-fatt li kienu bla impjieg u ma kellhomx fejn jgħixu ħlief  għaċ-ċentru nnifsu. Qalet ukoll li kellha tiddefendi wieħed mill-irġiel biss u dan minħabba l-fatt li l-każijiet kienu ħa jkunu separati, allura jista’ jkun hemm possibilità li l-każijiet isiru fl-istess ħin. Il-Qorti, li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, li ordnat li ż-żewġ irġiel jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija sas-smigħ li jmiss.
[ "L-Irġiel huma akkużati bi ħsara fuq il-propjeta tas-Istat, li ħadu sehem f’rewwixta bi ħsieb li jiksru l-liġi, li injoraw l-ordnijiet tal-Pulizija u li kisru tal-paċi pubblika", "Żewg immigranti Eġizzjani inżammu taħt il-kustodja tal-pulizija wara li pprateċipaw fir-rewwixta li saret fit-12 ta’ Diċembru, fiċ-ċentru tad-detenzjoni ta’ Ħal Safi.", "L-immigranti, li huma t-tnejn mill-Eġittu, kienu wkoll akkużati bi ħsara fuq il-propjeta tas-Istat, li ħadu sehem f’rewwixta bi ħsieb li jiksru l-liġi, li injoraw l-ordnijiet tal-Pulizija u l-ksur tal-paċi pubblika.;", "L-inċident, li seħħ it-12 ta’ Diċembru bejn il-11:00 a.m u s-2:00 p.m. Wieħed mill-akkużati għandu 30 sena u l-ieħor għandu 26 sena, u dawn kienu fost il 11-il persuna li ġew arrestati wara r-rewwixta.", "Il-Qorti semgħet li l-akkużati qabdu tinda bin-nar apposta fiċ-centru ta’ detenzjoni mingħajr ma kienu jafu jekk kienx hemm immigranti reqdin fit-tinda.", "Iż-żewġ irġel wieġbu li mhux ħatja.", "Il-prosekuzzjoni, immexxja minn l-Ispettur Roderick Attard, inizzjalment akkużathom ukoll illi weġġgħu pulizija b’oġġett tal-metall, iżda din l-akkuża twaqqat.", "L-avukat Raisa Colombo qalet li staqsietx għall-pleġġ minħabba l-fatt li kienu bla impjieg u ma kellhomx fejn jgħixu ħlief  għaċ-ċentru nnifsu. Qalet ukoll li kellha tiddefendi wieħed mill-irġiel biss u dan minħabba l-fatt li l-każijiet kienu ħa jkunu separati, allura jista’ jkun hemm possibilità li l-każijiet isiru fl-istess ħin.", "Il-Qorti, li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, li ordnat li ż-żewġ irġiel jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija sas-smigħ li jmiss." ]
6www.illum.com.mt
23,034
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/konferma-l-ajruplan-malesjan-iggarraf-fl-ocean/
Konferma: L-ajruplan Malasjan iġġarraf fl-Oċean
Wara tliet ġimgħat mill-għajbien tal-Ajruplan Malażjan, il-Prim Ministru Malażjan ħabbar li skont informazzjoni ġdida jista’ jingħad li l-ajruplan ġġarraf fil-baħar fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan. Il-Prim Ministru Najib Rażak qal li informa lill-familjari tal-vittmi tal-239 persuna li kienu abbord. Din l-aħbar waslet wara operazzjoni ta’ tiftix intensiva li saret f’dawn l-aħħar ħamest ijiem. Aktar kmieni l-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbot qal li ajruplan Awstraljan kien illokalizza biċċiet tal-ajruplan fil-baħar.
[ "Wara tliet ġimgħat mill-għajbien tal-Ajruplan Malażjan, il-Prim Ministru Malażjan ħabbar li skont informazzjoni ġdida jista’ jingħad li l-ajruplan ġġarraf fil-baħar fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan.", "Il-Prim Ministru Najib Rażak qal li informa lill-familjari tal-vittmi tal-239 persuna li kienu abbord.", "Din l-aħbar waslet wara operazzjoni ta’ tiftix intensiva li saret f’dawn l-aħħar ħamest ijiem.", "Aktar kmieni l-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbot qal li ajruplan Awstraljan kien illokalizza biċċiet tal-ajruplan fil-baħar." ]
7www.tvm.com.mt
35,296
press, news, Aħbarijiet, Politika
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/60153/jixhed_ilkaptan_li_kien_qed_isuq_iljott_ta_yorgen_fenech_meta_twaqqaf_millforzi_armati
Jixhed il-kaptan li kien qed isuq il-jott ta' Yorgen Fenech meta twaqqaf mill-Forzi Armati Il-Maġistrat Rachel Montebello tordna wkoll investigazzjoni mill-Pulizija dwar ir-recordings ta' Melvin Theuma u li ġew ippubblikati fuq il-midja soċjali
Il-Maġistrat Rachel Montebello ordnat investigazzjoni mill-Pulizija dwar ir-recordings ta' Melvin Theuma u li ġew ippubblikati fuq il-midja soċjali, minn xi ħadd mhux magħruf, il-ġimgħa li għaddiet. Montebello saħqet li l-investigazzjoni għandha tiddetermina min seta' ħareġ dawn ir-recordings. Hija ordnat dan hekk kif dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-Maġistrat ordnat ukoll li tinfetaħ investigazzjoni kriminali kontra l-lettur tal-Università Simon Mercieca hekk kif dan ippubblika l-istess recordings fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook. Jixhed il-kaptan tal-jott Intant, l-uniku xhur tal-lum kien il-kaptan Logan Wood, responsabbli mill-jott ta' Yorgen Fenech. Huwa żvela kif fil-lejl tad-19 ta' Novembru kien infurmat mill-uffiċjal tas-sigurtà ta' Portomaso li l-Pulizija kienu qed iduru mal-yacht. Qal li ra wkoll tliet camerpersons fiż-żona. Wood informa lil Fenech dwar din is-sitwazzjoni u Fenech qallu: "tinkwetax, għax qed jipprovaw jagħmlu xena sħiħa daqslikieku se naħarbu." 'Tinkwetax. Ma għandna xejn x'naħbu' Mistoqsi mill-Avukat tad-Difiża Marion Camilleri, Wood qal li Fenech kien qallu: "tinkwetax. Ma għandna xejn x'naħbu." Il-jott kien twaqqaf mill-Forzi Armati ta' Malta hekk kif kien ħiereġ mill-marina ta' Portomaso nhar l-20 ta' Novembru, mas-sebħ. Wood, fix-xhieda tiegħu, issuġġerixxa li Fenech kien jaf dwar l-arrest imminenti tiegħu. Il-kaptan insista li kien se jieħu l-jott Sqallija biex isir fuqu xi xogħol ta' manutenzjoni. Insista li dan kien jagħmlu ta' spiss u dejjem kien jitlob lil xi ħadd mid-diretturi ta' Tumas biex imur miegħu. Jekk ħadd ma jkun jista', kien jgħid lil xi ħabib. Huwa ċaħad suġġerimenti li kienu se jippruvaw jaħarbu u insista li l-pjan tiegħu kien li jirritorna Malta bil-Katamaran. Insista li ma kellux idea x'kienu l-pjanijiet ta' Fenech.
[ "Il-Maġistrat Rachel Montebello ordnat investigazzjoni mill-Pulizija dwar ir-recordings ta' Melvin Theuma u li ġew ippubblikati fuq il-midja soċjali, minn xi ħadd mhux magħruf, il-ġimgħa li għaddiet.", "Montebello saħqet li l-investigazzjoni għandha tiddetermina min seta' ħareġ dawn ir-recordings.", "Hija ordnat dan hekk kif dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Il-Maġistrat ordnat ukoll li tinfetaħ investigazzjoni kriminali kontra l-lettur tal-Università Simon Mercieca hekk kif dan ippubblika l-istess recordings fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook.", "Jixhed il-kaptan tal-jott", "Intant, l-uniku xhur tal-lum kien il-kaptan Logan Wood, responsabbli mill-jott ta' Yorgen Fenech.", "Huwa żvela kif fil-lejl tad-19 ta' Novembru kien infurmat mill-uffiċjal tas-sigurtà ta' Portomaso li l-Pulizija kienu qed iduru mal-yacht.", "Qal li ra wkoll tliet camerpersons fiż-żona.", "Wood informa lil Fenech dwar din is-sitwazzjoni u Fenech qallu: \"tinkwetax, għax qed jipprovaw jagħmlu xena sħiħa daqslikieku se naħarbu.\"", "'Tinkwetax.", "Ma għandna xejn x'naħbu'", "Mistoqsi mill-Avukat tad-Difiża Marion Camilleri, Wood qal li Fenech kien qallu: \"tinkwetax.", "Ma għandna xejn x'naħbu.\"", "Il-jott kien twaqqaf mill-Forzi Armati ta' Malta hekk kif kien ħiereġ mill-marina ta' Portomaso nhar l-20 ta' Novembru, mas-sebħ.", "Wood, fix-xhieda tiegħu, issuġġerixxa li Fenech kien jaf dwar l-arrest imminenti tiegħu.", "Il-kaptan insista li kien se jieħu l-jott Sqallija biex isir fuqu xi xogħol ta' manutenzjoni.", "Insista li dan kien jagħmlu ta' spiss u dejjem kien jitlob lil xi ħadd mid-diretturi ta' Tumas biex imur miegħu.", "Jekk ħadd ma jkun jista', kien jgħid lil xi ħabib.", "Huwa ċaħad suġġerimenti li kienu se jippruvaw jaħarbu u insista li l-pjan tiegħu kien li jirritorna Malta bil-Katamaran.", "Insista li ma kellux idea x'kienu l-pjanijiet ta' Fenech." ]
6www.illum.com.mt
24,259
news, press
https://netnews.com.mt/2018/04/30/il-gwu-mal-gvern-favur-l-emendi-fil-ligi-tal-ivf/
Il-GWU mal-Gvern – favur l-emendi fil-Liġi tal-IVF
Minkejja l-appell tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca għal aktar diskussjoni wiesgħa, minflok ma l-Gvern ikompli jwebbes rasu u jdaħħal l-emendi fil-Liġi tal-IVF, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja qal li l-Union hi favur l-emendi proposti mill-Gvern. Hu qal dan waqt l-attività ta’ kull sena, bi tqegħid ta’ qronfol ħomor u bojod fuq riġlejn il-Monument tal-GWU fl-Imsida, lejlet il-Festa tal-1 ta’ Mejju. Fost l-emendi ppreżentati mill-Gvern hemm dawk li mistennija jwasslu għall-iffriżar tal-embrijuni. Dan minkejja l-kritika ta’ ħafna, fosthom l-eluf li fil-jiem li għaddew attendew għall-Manifestazzjoni Nazzjonali favur il-Ħajja. Sadanittant, għall-attività fl-Imsida, attendew fost l-oħrajn l-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU – illum Konsulent tal-Prim Ministru – Toni Zarb, li flimkien ma’ diversi rappreżentanti tal-Union qiegħed il-fjuri fi tmiem għadd ta’ diskorsi. Fost dawk li qegħdu l-fjuri, kien hemm ukoll ir-rappreżentant tal-Kumitat Lokali Laburista fl-Imsida.
[ "Minkejja l-appell tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca għal aktar diskussjoni wiesgħa, minflok ma l-Gvern ikompli jwebbes rasu u jdaħħal l-emendi fil-Liġi tal-IVF, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja qal li l-Union hi favur l-emendi proposti mill-Gvern.", "Hu qal dan waqt l-attività ta’ kull sena, bi tqegħid ta’ qronfol ħomor u bojod fuq riġlejn il-Monument tal-GWU fl-Imsida, lejlet il-Festa tal-1 ta’ Mejju.", "Fost l-emendi ppreżentati mill-Gvern hemm dawk li mistennija jwasslu għall-iffriżar tal-embrijuni.", "Dan minkejja l-kritika ta’ ħafna, fosthom l-eluf li fil-jiem li għaddew attendew għall-Manifestazzjoni Nazzjonali favur il-Ħajja.", "Sadanittant, għall-attività fl-Imsida, attendew fost l-oħrajn l-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU – illum Konsulent tal-Prim Ministru – Toni Zarb, li flimkien ma’ diversi rappreżentanti tal-Union qiegħed il-fjuri fi tmiem għadd ta’ diskorsi.", "Fost dawk li qegħdu l-fjuri, kien hemm ukoll ir-rappreżentant tal-Kumitat Lokali Laburista fl-Imsida." ]
1netnews.com.mt
335
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/56738/uri_dwar_stupru_qed_jinstema_wara_lbibien_magluqa
Ġuri dwar stupru qed jinstema' wara l-bibien magħluqa
Żewġt irġiel qed ikunu akkużati li ħatfu Taljana u stuprawha f'karozza f'Pembroke f'Lulju tal-2016 Dalgħodu beda l-ġuri ta’ żewġt irġiel akkużati li stupraw Taljana fl-2016. Il-ġuri mhuwiex miftuħ għall-pubbliku u qed jinstema’ wara l-bibien magħluqa. Iż-żewġt irġiel, min-Niġerja u l-Burkina Faso, qed ikunu akkużati li ħatfu lil mara mill-Bajja ta’ San Ġorġ f’Lulju tal-2016 u ħaduha Pembroke fejn allegatament stuprawha. Huma qed ikunu akkużati bi stupru u li żammew lit-tfajla kontra r-rieda tagħha. Rapporti dwar dan il-każ kienu jgħidu kif il-Pulizija marret Pembroke fejn sabu vettura u fiha kien hemm tfajla tgħajjat għall-ajjut u raġel mingħajr qalziet. Raġel ieħor kien barra l-karozza u telaq jiġri malli lemaħ il-Pulizija.
[ "Żewġt irġiel qed ikunu akkużati li ħatfu Taljana u stuprawha f'karozza f'Pembroke f'Lulju tal-2016", "Dalgħodu beda l-ġuri ta’ żewġt irġiel akkużati li stupraw Taljana fl-2016.", "Il-ġuri mhuwiex miftuħ għall-pubbliku u qed jinstema’ wara l-bibien magħluqa.", "Iż-żewġt irġiel, min-Niġerja u l-Burkina Faso, qed ikunu akkużati li ħatfu lil mara mill-Bajja ta’ San Ġorġ f’Lulju tal-2016 u ħaduha Pembroke fejn allegatament stuprawha.", "Huma qed ikunu akkużati bi stupru u li żammew lit-tfajla kontra r-rieda tagħha.", "Rapporti dwar dan il-każ kienu jgħidu kif il-Pulizija marret Pembroke fejn sabu vettura u fiha kien hemm tfajla tgħajjat għall-ajjut u raġel mingħajr qalziet.", "Raġel ieħor kien barra l-karozza u telaq jiġri malli lemaħ il-Pulizija." ]
6www.illum.com.mt
7,954
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/qtugh-ta-dawl-fdiversi-lokalitajiet/
Il-provvista tad-dawl lura għan-normal f’40 minuta
Mijiet ta’ djar u negozji għamlu mal-40 minuta mingħajr provista tal-elettriku, wara li nqata’ d-dawl minħabba ħsara li seħħet fil-power station tal-Marsa għall-ħabta tas-7.30 p.m. Il-postijiet milquta huma dawk ta’ Tas-Sliema, Birkirkara, San Ġiljan u Ħal Lija. Il-provista tad-dawl ġiet lura għan-normal sat-8.10 p.m. wara li l-provista ta’ dawn il-lokalitajiet, ġiet trasferita għal fuq il-power station ta’ Delimara.
[ "Mijiet ta’ djar u negozji għamlu mal-40 minuta mingħajr provista tal-elettriku, wara li nqata’ d-dawl minħabba ħsara li seħħet fil-power station tal-Marsa għall-ħabta tas-7.30 p.m.", "Il-postijiet milquta huma dawk ta’ Tas-Sliema, Birkirkara, San Ġiljan u Ħal Lija.", "Il-provista tad-dawl ġiet lura għan-normal sat-8.10 p.m. wara li l-provista ta’ dawn il-lokalitajiet, ġiet trasferita għal fuq il-power station ta’ Delimara." ]
7www.tvm.com.mt
31,644
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53638/fi_ftit_sigat_ilpresident_trump_jiffaja_lewwel_udizzju_talamerikani
Fi ftit sigħat il-President Trump jiffaċċja l-ewwel ġudizzju tal-Amerikani
L-Amerikani se jkunu qed jivvutaw f'elezzjonijiet importanti li jistgħu jsaħħu jew jheddu s-saħħa tal-President Il-President Amerikan Donald Trump għamel l-aħħar appell lill-votanti Amerikani biex jivvuttaw u jagħtu s-sapport tagħhom lir-Repubblikani hekk kif fi ftit sigħat oħra se jkunu qed jivvutaw f’elezzjoni importanti li qed tkun meqjusa bħala "referendum fuq il-presidenza ta' Trump." Dawk magħrufa bħala mid-term elections huma importanti ħafna hekk kif jistgħu jagħmluha faċli jew diffiċli biex Donald Trump ikun jista’ jiggverna. F’dawn l-elezzjonijiet, l-Amerikani se jiddeċiedu min se jkun qed jimla’ l-435 siġġu fil-Kamra tar-Rappreżentanti u 35 minn 100 siġġu fis-Senat. Flimkien dawn jagħmlu dak magħruf bħala l-Kungress. Il-Kungress hija dik l-istituzzjoni li tiddeċiedi fuq il-liġijiet proposti. Għalhekk, jekk ir-Repubblikani jżommu l-maġġoranza kemm fis-Senat u anke fil-Kamra tar-Rappreżentanti, ikun ifisser aħbarijiet sbieħ għal Trump li jkun jista’, fis-sentejn li ġejjin, ikompli jimbotta l-aġenda tiegħu. Madanakollu, jekk id-Demokratiċi jkollhom kontroll ta’ mqar ta' waħda miż-żewġt ikmamar, ikun ifisser li jistgħu jimblukkaw jew saħansitra jirrevokaw deċiżjonijiet li ħa Trump fl-aħħar sentejn. ‘Dak kollu li ksibna fl-aħħar sentejn jinsab f’idejkom,” qal Trump lill-partitarji tiegħu. Il-President Emeritu Barack Obama kien ukoll il-wiċċ tal-kampanja tad-Demokratiċi fejn dar stat stat jisħaq lill-poplu biex joħroġ jivvota. “Din tista’ tkun l-aktar elezzjoni importanti li se nivvutaw għaliha,” tenna kemm-il darba Obama. It- turnout għal dawn l-elezzjonijiet mistenni jkun wieħed qawwi.
[ "L-Amerikani se jkunu qed jivvutaw f'elezzjonijiet importanti li jistgħu jsaħħu jew jheddu s-saħħa tal-President", "Il-President Amerikan Donald Trump għamel l-aħħar appell lill-votanti Amerikani biex jivvuttaw u jagħtu s-sapport tagħhom lir-Repubblikani hekk kif fi ftit sigħat oħra se jkunu qed jivvutaw f’elezzjoni importanti li qed tkun meqjusa bħala \"referendum fuq il-presidenza ta' Trump.\"", "Dawk magħrufa bħala", "mid-term elections", "huma importanti ħafna hekk kif jistgħu jagħmluha faċli jew diffiċli biex Donald Trump ikun jista’ jiggverna.", "F’dawn l-elezzjonijiet, l-Amerikani se jiddeċiedu min se jkun qed jimla’ l-435 siġġu fil-Kamra tar-Rappreżentanti u 35 minn 100 siġġu fis-Senat.", "Flimkien dawn jagħmlu dak magħruf bħala l-Kungress.", "Il-Kungress hija dik l-istituzzjoni li tiddeċiedi fuq il-liġijiet proposti.", "Għalhekk, jekk ir-Repubblikani jżommu l-maġġoranza kemm fis-Senat u anke fil-Kamra tar-Rappreżentanti, ikun ifisser aħbarijiet sbieħ għal Trump li jkun jista’, fis-sentejn li ġejjin, ikompli jimbotta l-aġenda tiegħu.", "Madanakollu, jekk id-Demokratiċi jkollhom kontroll ta’ mqar ta' waħda miż-żewġt ikmamar, ikun ifisser li jistgħu jimblukkaw jew saħansitra jirrevokaw deċiżjonijiet li ħa Trump fl-aħħar sentejn.", "‘Dak kollu li ksibna fl-aħħar sentejn jinsab f’idejkom,” qal Trump lill-partitarji tiegħu.", "Il-President Emeritu Barack Obama kien ukoll il-wiċċ tal-kampanja tad-Demokratiċi fejn dar stat stat jisħaq lill-poplu biex joħroġ jivvota.", "“Din tista’ tkun l-aktar elezzjoni importanti li se nivvutaw għaliha,” tenna kemm-il darba Obama.", "It-", "turnout", "għal dawn l-elezzjonijiet mistenni jkun wieħed qawwi." ]
6www.illum.com.mt
22,846
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/l-ewroxettici-jippruvaw-jiffurmaw-alleanza/
L-ewroxettiċi jippruvaw jiffurmaw alleanza
Geert Wilders qal li l-partit lemini estrem tiegħu, il-Lega Nord tal-Italja, il-Front Nazzjonali ta’ Franza, Vlaams Belang tal-Belġju u l-FPO tal-Awstrija qed “jiktbu l-istorja” billi jingħaqdu flimkien f’forza waħda biex joħolqu blokk politiku ġdid fil-Parlament Ewropew. Huma jeħtiġilhom ikollhom partiti minn seba’ pajjiżi biex jirnexxu. Wilders kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet fi Brussels flimkien mal-mexxej tal-Lega Nord, Matteo Salvini, Marine Le Pen tal-Front Nazzjonali ta’ Franza u mal-mexxejja tal-partit Belġjan u dak Awstrijak. Uħud minn dawn il-partiti, li ħolqu terrimot f’pajjiżi bir-riżultat li kisbu fl-elzzjoni għall-Parlament Ewropew, issa qed jippruvaw li jkollhom biżżejjed membri biex joħolqu dan il-blokk. Wilders iħoffu fiduċjuż li dan jistgħu jagħmluh. Fl-Italja, il-Lega Nord, b’sebgħa fil-mija tal-voti, marret ħafna aħjar  minn dak li kien imbassar, anke jekk dan kien ferm ’il bogħod mill-voti li kiseb il-Partit Demokratiku tal-Prim Ministru Matteo Renzi – 40 fil-mija li għall-Italja huwa riżultat fenominali. Salvini qal lill-ġurnalisti li jħossu kburi li jagħmel parti minn allejanza li lesta topponi dak kollu li hu singlu – bħall munita ewropea. “Aħna la aħna qligħ, la aħna merkanzija u anqas konsumaruti. Aħna nies tad-demm u l-laħam!” L-aktar rebħa drammatika fost l-ewroxettiċi ewropej kienet dik tal-Front Nazzjonali fi Franza, fejn Le Pen rebħet 25 fil-mija tal-voti. Hija qalet li dawn l-elezzjonijiet kienu “suċċess kbir” għaliha. “Ippruvaw jaqsmuna iżda ma rnexxielhomx. L-għaqda ta’ bejnietna u l-maturità tagħna rebħu fuq kollox.” Hija qalet li huma se jagħmlu ħilithom biex jimblukkaw kullespenzjoni li tipprova tagħmel l-Unjoni Ewropea. Uħud mill-analisti jgħidu li Wilders ma marx aħjar fl-Olanda minħabba l-allejanza tiegħu ma’ le Pen. Sadanittant, Beppe Grillo, il-mexxej tal-Movimento Cinque Stelle tal-Italja qal lil Nigel Farage tal-partit ewroxettiku UKIP tal-Ingilterra, li huma “ribelli b’għan komuni”. F’laqgħa f’restorant fi Brussels huma ftehmu li jibdew taħdidiet biex jgħaqqdu grupp politiku ieħor.
[ "Geert Wilders qal li l-partit lemini estrem tiegħu, il-Lega Nord tal-Italja, il-Front Nazzjonali ta’ Franza, Vlaams Belang tal-Belġju u l-FPO tal-Awstrija qed “jiktbu l-istorja” billi jingħaqdu flimkien f’forza waħda biex joħolqu blokk politiku ġdid fil-Parlament Ewropew.", "Huma jeħtiġilhom ikollhom partiti minn seba’ pajjiżi biex jirnexxu.", "Wilders kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet fi Brussels flimkien mal-mexxej tal-Lega Nord, Matteo Salvini, Marine Le Pen tal-Front Nazzjonali ta’ Franza u mal-mexxejja tal-partit Belġjan u dak Awstrijak.", "Uħud minn dawn il-partiti, li ħolqu terrimot f’pajjiżi bir-riżultat li kisbu fl-elzzjoni għall-Parlament Ewropew, issa qed jippruvaw li jkollhom biżżejjed membri biex joħolqu dan il-blokk.", "Wilders iħoffu fiduċjuż li dan jistgħu jagħmluh.", "Fl-Italja, il-Lega Nord, b’sebgħa fil-mija tal-voti, marret ħafna aħjar  minn dak li kien imbassar, anke jekk dan kien ferm ’il bogħod mill-voti li kiseb il-Partit Demokratiku tal-Prim Ministru Matteo Renzi – 40 fil-mija li għall-Italja huwa riżultat fenominali.", "Salvini qal lill-ġurnalisti li jħossu kburi li jagħmel parti minn allejanza li lesta topponi dak kollu li hu singlu – bħall munita ewropea.", "“Aħna la aħna qligħ, la aħna merkanzija u anqas konsumaruti.", "Aħna nies tad-demm u l-laħam!”", "L-aktar rebħa drammatika fost l-ewroxettiċi ewropej kienet dik tal-Front Nazzjonali fi Franza, fejn Le Pen rebħet 25 fil-mija tal-voti.", "Hija qalet li dawn l-elezzjonijiet kienu “suċċess kbir” għaliha.", "“Ippruvaw jaqsmuna iżda ma rnexxielhomx.", "L-għaqda ta’ bejnietna u l-maturità tagħna rebħu fuq kollox.”", "Hija qalet li huma se jagħmlu ħilithom biex jimblukkaw kullespenzjoni li tipprova tagħmel l-Unjoni Ewropea.", "Uħud mill-analisti jgħidu li Wilders ma marx aħjar fl-Olanda minħabba l-allejanza tiegħu ma’ le Pen.", "Sadanittant, Beppe Grillo, il-mexxej tal-Movimento Cinque Stelle tal-Italja qal lil Nigel Farage tal-partit ewroxettiku UKIP tal-Ingilterra, li huma “ribelli b’għan komuni”.", "F’laqgħa f’restorant fi Brussels huma ftehmu li jibdew taħdidiet biex jgħaqqdu grupp politiku ieħor." ]
7www.tvm.com.mt
34,411
news, press
https://www.tvm.com.mt/mt/news/flotta-gdida-ghall-protezzjoni-civili/
Flotta ġdida għall-Protezzjoni Ċivili
Wara 17-il sena, beda l-proċess biex tiġi modernizzata il-flotta tal-vetturi tat-tifi tan-nar tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-ewwel tliet vetturi ġodda waslu fil-jiem illi għaddew, filwaqt li għas-sena d-dieħla se jinxtraw 11-il fire engine oħra. Imdorrijin narawhom b’kulur aħmar. Iżda fi ftit tal-jiem oħra, f’każ ta’ emerġenza, se nkunu qed naraw fit-toroq għaddejjin vetturi tat-tifi tan-nar kulur oranġjo. Dawn il-vetturi – tlieta b’kollox inxtraw mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, biex f’medda ta’ tliet snin tinbidel il-flotta kollha tal-vetturi tat-tifi tan-nar li serviet il-pajjiż għal dawn l-aħħar 17-il sena. It-tlett vetturi tat-tifi tan-nar waslu Malta f’nofs Ġunju u ingħataw lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mil-Lancashire Fire and Rescue Service tar-Renju Unit. Il-vetturi bħalissa qed jiġu mgħammar biex ikunu jistgħu jintużaw. huwa infurmat li dawn il-vetturi tat-tifi tan-nar inġiebu b’intervent tal-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia wara rapport u li fih ingħad li l-flotta kollha kellha bżonn tinbidel. F’kumment lil , il-Ministru Mallia qal li dan huwa investiment meħtieġ għall-ħarsien tas-sigurta’ taċ-ċittadini u tal-propjetà.
[ "Wara 17-il sena, beda l-proċess biex tiġi modernizzata il-flotta tal-vetturi tat-tifi tan-nar tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "L-ewwel tliet vetturi ġodda waslu fil-jiem illi għaddew, filwaqt li għas-sena d-dieħla se jinxtraw 11-il fire engine oħra.", "Imdorrijin narawhom b’kulur aħmar.", "Iżda fi ftit tal-jiem oħra, f’każ ta’ emerġenza, se nkunu qed naraw fit-toroq għaddejjin vetturi tat-tifi tan-nar kulur oranġjo.", "Dawn il-vetturi – tlieta b’kollox inxtraw mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, biex f’medda ta’ tliet snin tinbidel il-flotta kollha tal-vetturi tat-tifi tan-nar li serviet il-pajjiż għal dawn l-aħħar 17-il sena.", "It-tlett vetturi tat-tifi tan-nar waslu Malta f’nofs Ġunju u ingħataw lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mil-Lancashire Fire and Rescue Service tar-Renju Unit.", "Il-vetturi bħalissa qed jiġu mgħammar biex ikunu jistgħu jintużaw.", "huwa infurmat li dawn il-vetturi tat-tifi tan-nar inġiebu b’intervent tal-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia wara rapport u li fih ingħad li l-flotta kollha kellha bżonn tinbidel.", "F’kumment lil", ", il-Ministru Mallia qal li dan huwa investiment meħtieġ għall-ħarsien tas-sigurta’ taċ-ċittadini u tal-propjetà." ]
7www.tvm.com.mt
34,759
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55492/investiment_ta_36_miljun_f10_snin_flisport__titabbar_listrateija_nazzjonali
Investiment ta' €36 miljun sal-2022 fl-isport ... titħabbar l-Istrateġija Nazzjonali
Il-PM Joseph Muscat jgħid illi pajjiżna issa se jkun qed iħares lejn l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f'pajjiżna fl-2023 L-Istrateġija nazzjonali tal-isport kienet mnedija illum bl-għanijiet tagħha jkunu li l-attività fiżika tkun integratra fil-ħajjiet tal-Maltin u li tkun inkoraġġuta ġenerazzjoni ta' atleti li jilħqu l-ogħla livelli u esperjenza f'avvenimenti internazzjonali. L-istrateġija se tinqasam fuq perjodu ta' 10 snin u sal-2022 se tkopri investiment ta' €30 miljun f'faċilitajiet sportivi u €6 miljuni f'taħriġ għall-atleti. Dan se jinkludi kowċis barranin li jiġu hawn Malta biex jitjieb il-livell fl-isports u atletika lokali. Dan huwa lil hinn mill-€11-il miljun lill-SportsMalta annwalment. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal illi t-tnedija tal-istrateġija tirrapreżenta ż-żerriegħa tal-frott li se jwassal għal titjib fil-kwalità, tibdil fil-mentalità u suċċessi barra mill-pajjiż. "Irridu riżultati pożittivi," sostna Grima. L-istrateġija qed timbutta poplu li huwa aktar attiv u san, qed tistimula kultura ġdida ta' sport, qed ittejjeb il-kompetenzi, titrasforma lil Malta f'ċentru ta' eċċellenza sportiva u twassal għal suċċess f'kompetizzjonijiet internazzjonali. Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi s-settur qed iħares lejn l-2023, is-sena illi matulha se jsiru l-logħob għall-pajjiżi ż-żgħar f'Malta.
[ "Il-PM Joseph Muscat jgħid illi pajjiżna issa se jkun qed iħares lejn l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f'pajjiżna fl-2023", "L-Istrateġija nazzjonali tal-isport kienet mnedija illum bl-għanijiet tagħha jkunu li l-attività fiżika tkun integratra fil-ħajjiet tal-Maltin u li tkun inkoraġġuta ġenerazzjoni ta' atleti li jilħqu l-ogħla livelli u esperjenza f'avvenimenti internazzjonali.", "L-istrateġija se tinqasam fuq perjodu ta' 10 snin u sal-2022 se tkopri investiment ta' €30 miljun f'faċilitajiet sportivi u €6 miljuni f'taħriġ għall-atleti.", "Dan se jinkludi kowċis barranin li jiġu hawn Malta biex jitjieb il-livell fl-isports u atletika lokali.", "Dan huwa lil hinn mill-€11-il miljun lill-SportsMalta annwalment.", "Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal illi t-tnedija tal-istrateġija tirrapreżenta ż-żerriegħa tal-frott li se jwassal għal titjib fil-kwalità, tibdil fil-mentalità u suċċessi barra mill-pajjiż.", "\"Irridu riżultati pożittivi,\" sostna Grima.", "L-istrateġija qed timbutta poplu li huwa aktar attiv u san, qed tistimula kultura ġdida ta' sport, qed ittejjeb il-kompetenzi, titrasforma lil Malta f'ċentru ta' eċċellenza sportiva u twassal għal suċċess f'kompetizzjonijiet internazzjonali.", "Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi s-settur qed iħares lejn l-2023, is-sena illi matulha se jsiru l-logħob għall-pajjiżi ż-żgħar f'Malta." ]
6www.illum.com.mt
41,744
press, news, Futbol, , •, , Sport
https://netnews.com.mt/2020/06/09/flavio-cheveresan-jinghaqad-mac-champions-floriana/
Flavio Cheveresan jingħaqad maċ-champions Floriana
Iċ-champions Floriana ħabbru l-akkwist tal-attakkant Flavio Cheveresan. Dan hu l-ewwel akkwist tal-Furjaniżi minn kemm ilhom li ġew iddikjarati champions madwar ġimagħtejn ilu mill-Kunsill tal-MFA. Għal Cheveresan li għandu 31 sena, din mhux se tkun l-ewwel esperjenza f'pajjiżna wara li l-istaġun li għadda lagħab ma' Sirens. Hu kien plejer regolari fit-tim ta' Steve D'Amato li spiċċa fir-raba' post fil-kampjonat u kkwalifika għall-ewwel darba biex jilgħab fil-UEFA Europa League. Fl-ewwel staġun tiegħu ma' Sirens, Cheveresan skorja ħames gowls fil-kampjonat. Il-Brażiljan hu plejer li kapaċi jirbaħ ballun fl-arja u jżomm il-ballun fl-attakk, karatteristiċi li se jagħtu aktar għażliet lill-kowċ Vincenzo Potenza. Floriana se jkunu fl-azzjoni fil-UEFA Champions League, kompetizzjoni li għalissa għadu mhux magħruf meta se tibda. Qabel kompla l-karriera f'pajjiżna, Cheveresan lagħab ma' diversi klabbs f'pajjiżu fosthom Velo Clube-SP, EC Agua Santa, Taubate-SP, America-RN, Cuiaba-MT, Nova Iguacu, AA Anapolina and Campinense-PB.
[ "Iċ-champions Floriana ħabbru l-akkwist tal-attakkant Flavio Cheveresan.", "Dan hu l-ewwel akkwist tal-Furjaniżi minn kemm ilhom li ġew iddikjarati champions madwar ġimagħtejn ilu mill-Kunsill tal-MFA.", "Għal Cheveresan li għandu 31 sena, din mhux se tkun l-ewwel esperjenza f'pajjiżna wara li l-istaġun li għadda lagħab ma' Sirens.", "Hu kien plejer regolari fit-tim ta' Steve D'Amato li spiċċa fir-raba' post fil-kampjonat u kkwalifika għall-ewwel darba biex jilgħab fil-UEFA Europa League.", "Fl-ewwel staġun tiegħu ma' Sirens, Cheveresan skorja ħames gowls fil-kampjonat.", "Il-Brażiljan hu plejer li kapaċi jirbaħ ballun fl-arja u jżomm il-ballun fl-attakk, karatteristiċi li se jagħtu aktar għażliet lill-kowċ Vincenzo Potenza.", "Floriana se jkunu fl-azzjoni fil-UEFA Champions League, kompetizzjoni li għalissa għadu mhux magħruf meta se tibda.", "Qabel kompla l-karriera f'pajjiżna, Cheveresan lagħab ma' diversi klabbs f'pajjiżu fosthom Velo Clube-SP, EC Agua Santa, Taubate-SP, America-RN, Cuiaba-MT, Nova Iguacu, AA Anapolina and Campinense-PB." ]
1netnews.com.mt
39,929
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54114/se_nibqa_niieled_galija_galluliedi_u_gal_pajjii__delia
'Se nibqa' niġġieled għalija, għall-uliedi u għal pajjiżi' - Delia
Il-Kap tal-PN Adrian Delia jinsisti li se jara min huma dawk li wżaw ħajtu għall-gwadann politiku u jieħu passi Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wissa illi se jkun qed jieħu passi kontra dawk li, skontu, qed jieħdu vantaġġ mill-ħajja personali tiegħu għal skopijiet politiċi. Fuq Net FM dalgħodu Delia sostna illi hu mhux se jikkummenta dwar is-separazzjoni tiegħu, hekk kif kien maħluf quddiem il-Qorti bejnu u Nikki De Fremaux. Huwa kien qed jirreaġixxi għal dokumenti u awdjo ta' argumenti privati li kellu ma'  De Fremaux u li spiċċaw iduru fuq il-midja soċjali. Huwa qal illi se jirreżisti "attentati malizzjużi" biex materji privati jinbidlu f'materji politiċi. Delia qal illi se jsib min huma dawk li qed jippruvaw  jagħmlu dan u li jekk ikun hemm bżonn jikkunsidra li jieħu azzjoni kontrihom. Huwa ma elaborax aktar dwar dan il-punt. "Il-ġlieda tiegħi se tkompli u se nkompli niġġieled b'konvinzjoni akbar għalija, għall-uliedi u għal pajjiżi." "Irrid nirringrazzja lill-ħafna Maltin u Għawdxin li wrew solidarjetà qawwija miegħi f'dawn l-aħħar ġranet," temm jgħid Adrian Delia.
[ "Il-Kap tal-PN Adrian Delia jinsisti li se jara min huma dawk li wżaw ħajtu għall-gwadann politiku u jieħu passi", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wissa illi se jkun qed jieħu passi kontra dawk li, skontu, qed jieħdu vantaġġ mill-ħajja personali tiegħu għal skopijiet politiċi.", "Fuq Net FM dalgħodu Delia sostna illi hu mhux se jikkummenta dwar is-separazzjoni tiegħu, hekk kif kien maħluf quddiem il-Qorti bejnu u Nikki De Fremaux.", "Huwa kien qed jirreaġixxi għal dokumenti u awdjo ta' argumenti privati li kellu ma'  De Fremaux u li spiċċaw iduru fuq il-midja soċjali.", "Huwa qal illi se jirreżisti \"attentati malizzjużi\" biex materji privati jinbidlu f'materji politiċi.", "Delia qal illi se jsib min huma dawk li qed jippruvaw  jagħmlu dan u li jekk ikun hemm bżonn jikkunsidra li jieħu azzjoni kontrihom.", "Huwa ma elaborax aktar dwar dan il-punt.", "\"Il-ġlieda tiegħi se tkompli u se nkompli niġġieled b'konvinzjoni akbar għalija, għall-uliedi u għal pajjiżi.\"", "\"Irrid nirringrazzja lill-ħafna Maltin u Għawdxin li wrew solidarjetà qawwija miegħi f'dawn l-aħħar ġranet,\" temm jgħid Adrian Delia." ]
6www.illum.com.mt
42,956
news, press
https://netnews.com.mt/2018/04/02/l-nca-tar-renju-unit-se-tkun-qed-tanalizza-l-informazzjoni-li-david-casa-ta-dwar-il-bank-pilatus/
L-NCA tar-Renju Unit se tkun qed tanalizza l-informazzjoni li David Casa ta dwar il-Bank Pilatus
L-Aġenzija Nazzjonali kontra l-Kriminalità fir-Renju Unit (NCA) se tkun qed tanalizza l-informazzjoni li pprovdielha l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa dwar l-allegat ħasil ta’ flus sistematiku fil-Bank Pilatus. Il-ġurnal The Times of Malta rrapporta li d-Direttur tal-NCA Donald Toon wieġeb għall-ittra li Casa bagħat lill-Aġenzija jiem qabel l-arrest ta’ sid il-Bank Pilatus, Ali Sadr, fejn qal li l-klijenti ewlenin tal-Bank huma persuni esposti politikament (PEPs) mill-Ażerbajġan u li dan jitlob investigazzjoni serja. Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-NCA qal li l-Aġenzija se tkun qed tikkunsidra serjament l-allegazzjonijiet kriminali dwar tixħim u korruzzjoni li potenzjalment setgħu ħallew impatt negattiv fuq l-integrità tas-settur finanzjarju fir-Renju Unit. Dan hekk kif il-Bank Pilatus beda jopera fergħa f’Mayfair wara li uża’ l-liċenzja miksuba mill-Gvern Malti fl-2014 biex jiftaħ fergħa fl-Ingilterra. Ali Sadr bħalissa qed ikun investigat ukoll mill-awtoritajiet Amerikani b’akkużi li jistgħu jwasslu sa aktar minn 125 sena priġunerija. Madankollu, il-Pulizija Maltija ħaslet idejha mill-każ għax qalet li l-investigazzjonijiet se jkunu qed jitmexxew mill-Istati Uniti.
[ "L-Aġenzija Nazzjonali kontra l-Kriminalità fir-Renju Unit (NCA) se tkun qed tanalizza l-informazzjoni li pprovdielha l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa dwar l-allegat ħasil ta’ flus sistematiku fil-Bank Pilatus.", "Il-ġurnal The Times of Malta rrapporta li d-Direttur tal-NCA Donald Toon wieġeb għall-ittra li Casa bagħat lill-Aġenzija jiem qabel l-arrest ta’ sid il-Bank Pilatus, Ali Sadr, fejn qal li l-klijenti ewlenin tal-Bank huma persuni esposti politikament (PEPs) mill-Ażerbajġan u li dan jitlob investigazzjoni serja.", "Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-NCA qal li l-Aġenzija se tkun qed tikkunsidra serjament l-allegazzjonijiet kriminali dwar tixħim u korruzzjoni li potenzjalment setgħu ħallew impatt negattiv fuq l-integrità tas-settur finanzjarju fir-Renju Unit.", "Dan hekk kif il-Bank Pilatus beda jopera fergħa f’Mayfair wara li uża’ l-liċenzja miksuba mill-Gvern Malti fl-2014 biex jiftaħ fergħa fl-Ingilterra.", "Ali Sadr bħalissa qed ikun investigat ukoll mill-awtoritajiet Amerikani b’akkużi li jistgħu jwasslu sa aktar minn 125 sena priġunerija.", "Madankollu, il-Pulizija Maltija ħaslet idejha mill-każ għax qalet li l-investigazzjonijiet se jkunu qed jitmexxew mill-Istati Uniti." ]
1netnews.com.mt
2,311
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2020/08/15/jghaddu-78-sena-mill-episodju-maghruf-bhala-l-konvoj-ta-santa-marija/
Jgħaddu 78 sena mill-episodju magħruf bħala l-Konvoj ta' Santa Marija
Bħal-lum 78 sena, għall-ħabta tad-9:30 ta' filgħodu fil-Port il-Kbir daħal l-SS Ohio, bħala parti mill-Operation Pedestal. F'din l-operazzjoni, li bdiet b'14 -il bastiment waslet f'pajjiżna b'5 bastiment; bi 3 minnhom daħlu fit-13 t'Awwissu, ieħor fl-14 t'Awwissu u l-SS Ohio f'jum Santa Marija. Dan daħħal 10,000 tunnellata ta' fuel, li rranġat is-sitwazzjoni prekarja tal-fuel lill-ammirljat Ingliż waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan l-episodju baqa' magħruf ma' ħafna bħala l-Konvoj ta' Santa Marija. Matul il-ġurnata tas-Sibt, pajjiżna qed jiċċelebra l-festa tat-Tlugħ fis-Sema ta' Marija. Din il-festa tiġi ċċelebrata f'seba' parroċċi madwar Malta u Għawdex.
[ "Bħal-lum 78 sena, għall-ħabta tad-9:30 ta' filgħodu fil-Port il-Kbir daħal l-SS Ohio, bħala parti mill-Operation Pedestal.", "F'din l-operazzjoni, li bdiet b'14 -il bastiment waslet f'pajjiżna b'5 bastiment; bi 3 minnhom daħlu fit-13 t'Awwissu, ieħor fl-14 t'Awwissu u l-SS Ohio f'jum Santa Marija.", "Dan daħħal 10,000 tunnellata ta' fuel, li rranġat is-sitwazzjoni prekarja tal-fuel lill-ammirljat Ingliż waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Dan l-episodju baqa' magħruf ma' ħafna bħala l-Konvoj ta' Santa Marija.", "Matul il-ġurnata tas-Sibt, pajjiżna qed jiċċelebra l-festa tat-Tlugħ fis-Sema ta' Marija.", "Din il-festa tiġi ċċelebrata f'seba' parroċċi madwar Malta u Għawdex." ]
3one.com.mt
27,507
press, news, Lifestyle, Mużika
https://newsbook.com.mt/filmat-kull-natura-hija-importanti/
Filmat: "Kull natura hija importanti" – Meadow Strings
Il-grupp Meadow Strings għadhom kif nedew kanzunetta ġdida, Tbexbex, akkumpanjata wkoll minn vidjow miżikali miġbud minn Mario Camilleri. Huwa dam madwar sena biex jiġbed filmati diversi biex ikun jista' jinkludihom f'dan il-vidjow mużikali. Il-lirika hija ta' Mario Camilleri, wieħed mill-membri tal-band filwaqt li l-melodija u l-arranġamenti mużikali, apparti tal-vjolin, li jinkludu wkoll il-vuċijiet huma ta' Magdalene Farrugia, il-membru l-ieħor f'dan il-grupp. Għal din il-kanzunetta Mario u Magdalene daħħlu magħhom lill-vjolinist Mario Ciantar, li ħa ħsieb l-arranġamenti muzikali tal-vjolin. Il-kanzunetta, li hija l-ewwel waħda bil-Malti minn dan il-grupp, titratta prinċipalment fuq in-natura li kapaċi tgħix flimkien bid-diversità tagħha u tidħol ix-xemx bħala metafora li dejjem tizreġ fuq kulħadd bl-ikbar imħabba lejn kull natura l-istess. "Kull natura hija importanti u bħal mal-ħlejjaq kapaċi jgħixu flimkien għalina l-bnedmin għandu jkun eżempju li nagħmlu l-istess," ikkummentaw il-membri tal-grupp Meadow Strings. "L-annimali huma parti integrali mill-ambjent ta' madwarna. B'hekk għandna d-dover u d-dmir li nħarsuhom. L-eżistenza tagħhom hija importanti għall-bniedem daqs kemm kieku tkun il-qerda tagħhom, ta'dannu għall-umanita'. Il-kanzunetta qed tinqeda bl-imħabba tax-xemx biex temfasizza dan," temmew jikkummentaw iż-żewġ membri tal-grupp Meadow Strings.
[ "Il-grupp Meadow Strings għadhom kif nedew kanzunetta ġdida, Tbexbex, akkumpanjata wkoll minn vidjow miżikali miġbud minn Mario Camilleri.", "Huwa dam madwar sena biex jiġbed filmati diversi biex ikun jista' jinkludihom f'dan il-vidjow mużikali.", "Il-lirika hija ta' Mario Camilleri, wieħed mill-membri tal-band filwaqt li l-melodija u l-arranġamenti mużikali, apparti tal-vjolin, li jinkludu wkoll il-vuċijiet huma ta' Magdalene Farrugia, il-membru l-ieħor f'dan il-grupp.", "Għal din il-kanzunetta Mario u Magdalene daħħlu magħhom lill-vjolinist Mario Ciantar, li ħa ħsieb l-arranġamenti muzikali tal-vjolin.", "Il-kanzunetta, li hija l-ewwel waħda bil-Malti minn dan il-grupp, titratta prinċipalment fuq in-natura li kapaċi tgħix flimkien bid-diversità tagħha u tidħol ix-xemx bħala metafora li dejjem tizreġ fuq kulħadd bl-ikbar imħabba lejn kull natura l-istess.", "\"Kull natura hija importanti u bħal mal-ħlejjaq kapaċi jgħixu flimkien għalina l-bnedmin għandu jkun eżempju li nagħmlu l-istess,\" ikkummentaw il-membri tal-grupp Meadow Strings.", "\"L-annimali huma parti integrali mill-ambjent ta' madwarna.", "B'hekk għandna d-dover u d-dmir li nħarsuhom.", "L-eżistenza tagħhom hija importanti għall-bniedem daqs kemm kieku tkun il-qerda tagħhom, ta'dannu għall-umanita'.", "Il-kanzunetta qed tinqeda bl-imħabba tax-xemx biex temfasizza dan,\" temmew jikkummentaw iż-żewġ membri tal-grupp Meadow Strings." ]
2newsbook.com.mt
40,862
news, press
https://netnews.com.mt/2019/11/12/l-isptar-monte-karmeli-invazat-bil-firien-jigru-qalb-l-infermiera-u-l-pazjenti/
L-Isptar Monte Karmeli invażat bil-firien jiġru qalb l-infermiera u l-pazjenti
L-Isptar Monte Karmeli bħalissa għaddej minn sitwazzjoni diffiċli ta’ infestazzjoni ta’ ġrieden u firien f’diversi bnadi tiegħu. Infermiera li tkellmu magħna, kif ukoll qraba ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Monte Karmeli, tkellmu magħna dwar kif firien b’daqs ta’ qtates dehru jiġru fil-btieħi tal-isptar, instemgħu jiġru minn ġos-suffett u saħansitra ħierġa bil-gzuz mill-katusi. Impjegati tal-Isptar, imwerwra wara li spiċċaw jaffaċċjaw dawn il-ġrieden, spjegawlna kif kellhom ineħħu anke ġrieden mejta mill-kċina fejn iżommu l-ikel tagħhom. Spjegawlna wkoll li wħud qed ikollhom jissaportu l-bżonnijiet tagħhom għax huma mbeżża’ li jitla’ xi ġurdien mid-dranaġġ waqt li jkunu qed jużaw il-kmamar tal-banju. Net News jinsab infurmat li dwar din is-sitwazzjoni saru diversi rapporti informali u li meta l-impjegati tkellmu mal-amministrazzjoni, kellhom konferma li l-katusi tal-isptar huma mimlija ġrieden. Għalkemm l-isptar hu mdawwar mill-għelieqi, fejn bla dubju wieħed jistenna li jsib il-ġrieden u l-firien, dawn żgur mhux posthom jiġru fl-isptar. Filfatt, is-siwtazzjoni qed tqajjem tħassib serju għas-saħħa tal-impjegati, viżitaturi u l-pazjenti, inkluż tfal rikoverati f’dan l-isptar. Dan għaliex hu fatt magħruf li l-pazjenti miżmuma f’dan l-isptar huma persuni vulnerabbli, li f’xi każi mhux kapaċi jikkomunikaw. Sitwazzjoni li tfisser li, jekk Alla ħares qatt xi ħadd minnhom jingidem minn xi ġurdien, ma jkunx possibbli li jingħata kura immedjata. Dan is-sit bagħat mistoqsijiet lill-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll lill-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Karmeli, Stephen Sultana.  Staqsejna fost oħrajn meta sar l-ewwel rapport dwar din is-sitwazzjoni u kemm saru rapporti minn dak iż-żmien, kif ukoll x’azzjoni ttieħdet biex is-saħħa tal-impjegati u l-pazjenti titħares. Kien biss wara l-pubblikazzjoni ta’ din l-istorja li dan l-istazzjoni irċieva sentenza, b’risposta mill-awtoritajiet, li jgħidu li mhux infurmati b’infestazzjoni tal-ġrieden.
[ "L-Isptar Monte Karmeli bħalissa għaddej minn sitwazzjoni diffiċli ta’ infestazzjoni ta’ ġrieden u firien f’diversi bnadi tiegħu.", "Infermiera li tkellmu magħna, kif ukoll qraba ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Monte Karmeli, tkellmu magħna dwar kif firien b’daqs ta’ qtates dehru jiġru fil-btieħi tal-isptar, instemgħu jiġru minn ġos-suffett u saħansitra ħierġa bil-gzuz mill-katusi.", "Impjegati tal-Isptar, imwerwra wara li spiċċaw jaffaċċjaw dawn il-ġrieden, spjegawlna kif kellhom ineħħu anke ġrieden mejta mill-kċina fejn iżommu l-ikel tagħhom.", "Spjegawlna wkoll li wħud qed ikollhom jissaportu l-bżonnijiet tagħhom għax huma mbeżża’ li jitla’ xi ġurdien mid-dranaġġ waqt li jkunu qed jużaw il-kmamar tal-banju.", "Net News jinsab infurmat li dwar din is-sitwazzjoni saru diversi rapporti informali u li meta l-impjegati tkellmu mal-amministrazzjoni, kellhom konferma li l-katusi tal-isptar huma mimlija ġrieden.", "Għalkemm l-isptar hu mdawwar mill-għelieqi, fejn bla dubju wieħed jistenna li jsib il-ġrieden u l-firien, dawn żgur mhux posthom jiġru fl-isptar.", "Filfatt, is-siwtazzjoni qed tqajjem tħassib serju għas-saħħa tal-impjegati, viżitaturi u l-pazjenti, inkluż tfal rikoverati f’dan l-isptar.", "Dan għaliex hu fatt magħruf li l-pazjenti miżmuma f’dan l-isptar huma persuni vulnerabbli, li f’xi każi mhux kapaċi jikkomunikaw.", "Sitwazzjoni li tfisser li, jekk Alla ħares qatt xi ħadd minnhom jingidem minn xi ġurdien, ma jkunx possibbli li jingħata kura immedjata.", "Dan is-sit bagħat mistoqsijiet lill-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll lill-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Karmeli, Stephen Sultana.  Staqsejna fost oħrajn meta sar l-ewwel rapport dwar din is-sitwazzjoni u kemm saru rapporti minn dak iż-żmien, kif ukoll x’azzjoni ttieħdet biex is-saħħa tal-impjegati u l-pazjenti titħares.", "Kien biss wara l-pubblikazzjoni ta’ din l-istorja li dan l-istazzjoni irċieva sentenza, b’risposta mill-awtoritajiet, li jgħidu li mhux infurmati b’infestazzjoni tal-ġrieden." ]
1netnews.com.mt
3,288
Lifestyle
https://www.gwida.mt/mt/sue-u-frankie-jmorru-lura-28-sena---seba-snin-ilu-hadu-r-relazzjoni-bis-serjeta
Sue U Frankie Jmorru Lura 28 Sena - Seba' Snin Ilu Ħadu R-Relazzjoni Bis-Serjetà
Fl-aħħar ġimgħat spikka fuq fomm ħafna nies it-tieġ ta' Sue Rossi u Frankie Grima, tnejn magħrufa sew fil-qasam tal-ispettaklu, għalkemm ġejjin minn oqsma differenti. Ftit jiem wara t-tieġ, Sue u Frankie tkellmu magħna. Kelmtejn ma' Sue Sue, kif iltqajt ma' Frankie? X'kienu l-ewwel karatteristiċi li laqtuk fih? Jien u Frankie mmorru lura 28 sena meta hu kien fetaħ wieħed mill-istabbilimenti u kien avviċinani biex inkun parti mill-organizzazzjoni tas-serata tal-ftuħ. Xtaqni wkoll norganizza sfilata tal-moda fl-istess serata. Dik kienet l-ewwel darba li ltqajna. Ftit wara konna bdejna noħorġu flimkien għal ftit xhur. Għalkemm imbagħad ma bqajniex, però dejjem bqajna b'kuntatt tajjeb u spiss konna qed naħdmu flimkien. Imbagħad, ovvjament, dawn l-aħħar seba' snin bdejna mill-ġdid bir-relazzjoni u din id-darba ħadnieha b'serjetà li ovvjament wasslitna biex nieħdu l-pass u nikkommetu lejn xulxin bis-sagrament taż-żwieġ. It-tnejn li intom ġejjin minn oqsma differenti. Madanakollu kif tappoġġjaw lil xulxin fix-xogħol rispettiv tagħkom? Iva, ix-xogħol tagħna huwa differenti għal kollox. Għalkemm it-tnejn li aħna naħdmu fl-entertainment, jien naħdem fil-qasam tal-moda waqt li Frankie jaħdem fil-qasam tal-istabbilimenti. Però mmorru tajjeb ħafna flimkien. Jien nista' ngħid li nieħu ħsieb li nippromovi x-xogħol tiegħu fejn jidħol marketing u nitkellmu ħafna dwar pjani ġodda. Fl-istess hu jaqsam miegħi ħsibijiet, opinjonijiet u pjani li għandhom x'jaqsmu max- xogħol tiegħi. B'hekk nikkumplimentaw lil xulxin. Kif kienet l-ewwel reazzjoni ta' wliedek Valentina u Dean ftit tas-snin ilu meta bdejt toħroġ ma' Frank? Valentina hija persuna li tħobb tarani kuntenta. Nista' ngħid li Frank jadurahom, kemm lil Valentina kif ukoll lil Dean. Ir-relazzjoni bejni u bejn Frank hi b'saħħitha ħafna, u apparti r-relazzjoni maż-żewġ uliedi, għandna relazzjoni mill-aqwa mat-tifel ta' Frankie li llum jgħix barra minn Malta. It-tieġ kellu xi tifsira partikolari biex jiġi ċċelebrat fl-28 ta' April? L-istess għall-knisja tal-Karmnu fil-Belt Valletta, kien hemm xi raġuni partikolari li żżewwiġtu fiha? Frankie huwa wieħed li hu devot ħafna lejn il-Madonna. Infatti aħna noqogħdu tista' tgħid bieb ma' bieb mal-knisja tal-Karmnu fil-Belt. Hija knisja li ġibditna ħafna lejha. Id-data li żżewwiġna fiha, dik tal-Ħadd 28 ta' April, kienet id-data li qbilna fuqha t-tnejn li aħna. Inzertat ġimgħa fuq l-Għid u kienet konvenjenti ħafna minħabba fix-xogħol rispettiv tagħna. Bħala tema xtaqt li nżommu fuq vintage minħabba li din hija tema li personalment togħġobni ħafna u kemm-il darba wżajtha wkoll għax-xogħol tiegħi. Il-preparazzjonijiet tat-tieġ ħabtu proprju fi żmien meta kont għaddejja wkoll bil-preparamenti għall-finali ta' Miss World Malta li se jsir fit-8 ta' Ġunju. Kif irnexxielek tibbilanċja l-orġanizzazzjoni ta' żewġ avvenimenti bħal dawn? Jien dejjem għaddejja, daqqa b'xi tieġ, jew xi show jew xi ħaġ'oħra. Qatt ma nafni li ma għandi xejn għaddej fil-ħajja tiegħi. Apparti li ħadt ħsieb kollox jien, kienet okkażjoni li għalija kienet attività wkoll. Imma nista' ngħid li l-preparazzjonijiet tat-tieġ kienu ferm aktar speċjali u ovvjament għal qalbi li se jibqgħu jissarrfu f'memorji sbieħ li stajt naqsam ma' wliedi, familjari u nies ħafna viċin tiegħi u dawk għal qalbi. Wara l-ewwel ġimgħat mit-tieġ tiegħek kemm tħoss li nbidlet ir-rutina tiegħek ta' kuljum? Diġà kont f'rutina peress li jien u Frankie it-tnejn konna noqogħdu l-Belt flimkien u ppruvajna nżommu kollox l-istess. Apparti li forsi nżidu ftit safar aktar fiż-żmien li ġej. Xi tgħidilna dwar il-qamar il-għasel? Il-qamar il-għasel għadu ġej! Kif diġà għidt peress li f'dan il-perjodu ninsab imħabbta bil-preparazzjoni tal-Miss World Malta, kelli nagħmel ċerti għażliet u fil-fatt biex kollox jitlaħħaq fil-ħin tiegħu, minħabba fl-iskeda ta' preparamenti li jkun hemm mar-rebbieħa tal-konkors saż-żmien meta tmur it-Tajlandja, kellna nwarrbu fil-ġenb il-pjan li mmorru għall-qamar il-għasel. Però jien u Frankie diġà qed naraw xi destinazzjonijiet biex kif jgħaddi l-finali tal-konkors Miss World Malta mmorru nqattgħu ftit jiem għalina għall-kwiet. Min hu l-aktar romantiku? Int jew Frank? Naħseb it-tnejn li aħna. Imma jien u Frank inħobbu nqattgħu ħafna ħin waħedna d-dar peress li bix-xogħol li t-tnejn li aħna għandna, inqattgħu ħafna ħin niltaqgħu kontinwament ma' ħafna nies u għaldaqstant il-fatt li nkunu fid-dar għalina għall-kwiet hija xi ħaġa li t-tnejn li aħna nfittxu u ngħożżu għax napprezzaw il-ħin tagħna flimkien u napprezzaw il-kumpanija ta' xulxin. Liema hija l-aktar ħaġa romantika li qatt għamillek Frank? Diffiċli nintrabat ma' xi ħaġa partikolari għax Frankie huwa bniedem spontanju ħafna u kultant is-sorpriżi tiegħu ma jkunux ippjanati. Iżda mhux sejra ma nsemmix xi ikliet sorpriża li ħadni għalihom minn żmien għall-ieħor. Kelmtejn ma' Frank Frank, x'kienu l-ewwel impressjonijiet tiegħek dwar Sue meta ltqajt magħha l-ewwel darba? Jien u Sue ilna nafu lil xulxin għal snin twal ħafna però nistqarr li f'dawn l-aħħar snin Sue biddlitni ħafna u bħala persuna llum il-ġurnata nħossni aktar issetiljat. Min minnkom hu l-aktar romantiku? Int jew Sue? Bla dubju ta' xejn li l-aktar waħda romantika minna t-tnejn hija Sue. Liema hija l-aktar ħaġa romantika li qatt għamlitlek Sue? Sue tħobb toħroġ għal-lunches u mhux l-ewwel darba li nsib li tkun ippjanat xi sorpriża fejn tkun ippjanat xi safra. Hija persuna sensibbli ħafna u jien u hi mhux talli napprezzaw lil xulxin, iżda nkunu fejn inkunu, nieħdu gost ħafna bil-kumpanija ta' xulxin. Issa li tinsab miżżewweġ, kif taħseb li se tinbidel ir-rutina ta' kuljum? Mhemmx wisq affarijiet differenti għax ir-rutina tagħna t-tnejn baqgħet l-istess. It-tnejn li aħna mmorru bħas-soltu għax-xogħol u ovvjament wara sigħat twal li nkunu qattajna man-nies, infittxu li nqattgħu ħafna ħin għalina. Xi jmiss aktar fl-impenji tiegħek ta' xogħol għaż-żmien li ġej? Bħalissa nkunu qed nippreparaw għas-sajf. Tista' tgħid li s-sena kollha hi waħda impenjattiva però hekk kif ikompli joqrob is-sajf, dan ifisser li ħafna aktar nies se jkunu qed ifittxu l-istabbilimenti tad-divertiment u għalhekk xi ftit jew wisq, ix-xogħol fil-qasam tiegħi, jiżdied ftit aktar mis-soltu. Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin.
[ "Fl-aħħar ġimgħat spikka fuq fomm ħafna nies it-tieġ ta' Sue Rossi u Frankie Grima, tnejn magħrufa sew fil-qasam tal-ispettaklu, għalkemm ġejjin minn oqsma differenti.", "Ftit jiem wara t-tieġ, Sue u Frankie tkellmu magħna.", "Kelmtejn ma' Sue", "Sue, kif iltqajt ma' Frankie?", "X'kienu l-ewwel karatteristiċi li laqtuk fih?", "Jien u Frankie mmorru lura 28 sena meta hu kien fetaħ wieħed mill-istabbilimenti u kien avviċinani biex inkun parti mill-organizzazzjoni tas-serata tal-ftuħ.", "Xtaqni wkoll norganizza sfilata tal-moda fl-istess serata.", "Dik kienet l-ewwel darba li ltqajna.", "Ftit wara konna bdejna noħorġu flimkien għal ftit xhur.", "Għalkemm imbagħad ma bqajniex, però dejjem bqajna b'kuntatt tajjeb u spiss konna qed naħdmu flimkien.", "Imbagħad, ovvjament, dawn l-aħħar seba' snin bdejna mill-ġdid bir-relazzjoni u din id-darba ħadnieha b'serjetà li ovvjament wasslitna biex nieħdu l-pass u nikkommetu lejn xulxin bis-sagrament taż-żwieġ.", "It-tnejn li intom ġejjin minn oqsma differenti.", "Madanakollu kif tappoġġjaw lil xulxin fix-xogħol rispettiv tagħkom?", "Iva, ix-xogħol tagħna huwa differenti għal kollox.", "Għalkemm it-tnejn li aħna naħdmu fl-entertainment, jien naħdem fil-qasam tal-moda waqt li Frankie jaħdem fil-qasam tal-istabbilimenti.", "Però mmorru tajjeb ħafna flimkien.", "Jien nista' ngħid li nieħu ħsieb li nippromovi x-xogħol tiegħu fejn jidħol marketing u nitkellmu ħafna dwar pjani ġodda.", "Fl-istess hu jaqsam miegħi ħsibijiet, opinjonijiet u pjani li għandhom x'jaqsmu max- xogħol tiegħi.", "B'hekk nikkumplimentaw lil xulxin.", "Kif kienet l-ewwel reazzjoni ta' wliedek Valentina u Dean ftit tas-snin ilu meta bdejt toħroġ ma' Frank?", "Valentina hija persuna li tħobb tarani kuntenta.", "Nista' ngħid li Frank jadurahom, kemm lil Valentina kif ukoll lil Dean.", "Ir-relazzjoni bejni u bejn Frank hi b'saħħitha ħafna, u apparti r-relazzjoni maż-żewġ uliedi, għandna relazzjoni mill-aqwa mat-tifel ta' Frankie li llum jgħix barra minn Malta.", "It-tieġ kellu xi tifsira partikolari biex jiġi ċċelebrat fl-28 ta' April?", "L-istess għall-knisja tal-Karmnu fil-Belt Valletta, kien hemm xi raġuni partikolari li żżewwiġtu fiha?", "Frankie huwa wieħed li hu devot ħafna lejn il-Madonna.", "Infatti aħna noqogħdu tista' tgħid bieb ma' bieb mal-knisja tal-Karmnu fil-Belt.", "Hija knisja li ġibditna ħafna lejha.", "Id-data li żżewwiġna fiha, dik tal-Ħadd 28 ta' April, kienet id-data li qbilna fuqha t-tnejn li aħna.", "Inzertat ġimgħa fuq l-Għid u kienet konvenjenti ħafna minħabba fix-xogħol rispettiv tagħna.", "Bħala tema xtaqt li nżommu fuq vintage minħabba li din hija tema li personalment togħġobni ħafna u kemm-il darba wżajtha wkoll għax-xogħol tiegħi.", "Il-preparazzjonijiet tat-tieġ ħabtu proprju fi żmien meta kont għaddejja wkoll bil-preparamenti għall-finali ta' Miss World Malta li se jsir fit-8 ta' Ġunju.", "Kif irnexxielek tibbilanċja l-orġanizzazzjoni ta' żewġ avvenimenti bħal dawn?", "Jien dejjem għaddejja, daqqa b'xi tieġ, jew xi show jew xi ħaġ'oħra.", "Qatt ma nafni li ma għandi xejn għaddej fil-ħajja tiegħi.", "Apparti li ħadt ħsieb kollox jien, kienet okkażjoni li għalija kienet attività wkoll.", "Imma nista' ngħid li l-preparazzjonijiet tat-tieġ kienu ferm aktar speċjali u ovvjament għal qalbi li se jibqgħu jissarrfu f'memorji sbieħ li stajt naqsam ma' wliedi, familjari u nies ħafna viċin tiegħi u dawk għal qalbi.", "Wara l-ewwel ġimgħat mit-tieġ tiegħek kemm tħoss li nbidlet ir-rutina tiegħek ta' kuljum?", "Diġà kont f'rutina peress li jien u Frankie it-tnejn konna noqogħdu l-Belt flimkien u ppruvajna nżommu kollox l-istess.", "Apparti li forsi nżidu ftit safar aktar fiż-żmien li ġej.", "Xi tgħidilna dwar il-qamar il-għasel?", "Il-qamar il-għasel għadu ġej!", "Kif diġà għidt peress li f'dan il-perjodu ninsab imħabbta bil-preparazzjoni tal-Miss World Malta, kelli nagħmel ċerti għażliet u fil-fatt biex kollox jitlaħħaq fil-ħin tiegħu, minħabba fl-iskeda ta' preparamenti li jkun hemm mar-rebbieħa tal-konkors saż-żmien meta tmur it-Tajlandja, kellna nwarrbu fil-ġenb il-pjan li mmorru għall-qamar il-għasel.", "Però jien u Frankie diġà qed naraw xi destinazzjonijiet biex kif jgħaddi l-finali tal-konkors Miss World Malta mmorru nqattgħu ftit jiem għalina għall-kwiet.", "Min hu l-aktar romantiku?", "Int jew Frank?", "Naħseb it-tnejn li aħna.", "Imma jien u Frank inħobbu nqattgħu ħafna ħin waħedna d-dar peress li bix-xogħol li t-tnejn li aħna għandna, inqattgħu ħafna ħin niltaqgħu kontinwament ma' ħafna nies u għaldaqstant il-fatt li nkunu fid-dar għalina għall-kwiet hija xi ħaġa li t-tnejn li aħna nfittxu u ngħożżu għax napprezzaw il-ħin tagħna flimkien u napprezzaw il-kumpanija ta' xulxin.", "Liema hija l-aktar ħaġa romantika li qatt għamillek Frank?", "Diffiċli nintrabat ma' xi ħaġa partikolari għax Frankie huwa bniedem spontanju ħafna u kultant is-sorpriżi tiegħu ma jkunux ippjanati.", "Iżda mhux sejra ma nsemmix xi ikliet sorpriża li ħadni għalihom minn żmien għall-ieħor.", "Kelmtejn ma' Frank", "Frank, x'kienu l-ewwel impressjonijiet tiegħek dwar Sue meta ltqajt magħha l-ewwel darba?", "Jien u Sue ilna nafu lil xulxin għal snin twal ħafna però nistqarr li f'dawn l-aħħar snin Sue biddlitni ħafna u bħala persuna llum il-ġurnata nħossni aktar issetiljat.", "Min minnkom hu l-aktar romantiku?", "Int jew Sue?", "Bla dubju ta' xejn li l-aktar waħda romantika minna t-tnejn hija Sue.", "Liema hija l-aktar ħaġa romantika li qatt għamlitlek Sue?", "Sue tħobb toħroġ għal-lunches u mhux l-ewwel darba li nsib li tkun ippjanat xi sorpriża fejn tkun ippjanat xi safra.", "Hija persuna sensibbli ħafna u jien u hi mhux talli napprezzaw lil xulxin, iżda nkunu fejn inkunu, nieħdu gost ħafna bil-kumpanija ta' xulxin.", "Issa li tinsab miżżewweġ, kif taħseb li se tinbidel ir-rutina ta' kuljum?", "Mhemmx wisq affarijiet differenti għax ir-rutina tagħna t-tnejn baqgħet l-istess.", "It-tnejn li aħna mmorru bħas-soltu għax-xogħol u ovvjament wara sigħat twal li nkunu qattajna man-nies, infittxu li nqattgħu ħafna ħin għalina.", "Xi jmiss aktar fl-impenji tiegħek ta' xogħol għaż-żmien li ġej?", "Bħalissa nkunu qed nippreparaw għas-sajf.", "Tista' tgħid li s-sena kollha hi waħda impenjattiva però hekk kif ikompli joqrob is-sajf, dan ifisser li ħafna aktar nies se jkunu qed ifittxu l-istabbilimenti tad-divertiment u għalhekk xi ftit jew wisq, ix-xogħol fil-qasam tiegħi, jiżdied ftit aktar mis-soltu.", "Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin." ]
5www.gwida.mt
44,760
news, press
https://netnews.com.mt/2017/06/14/kumpens-ta-e9000-lil-qraba-ta-haddiem-tat-tarzna-li-miet-minhabba-l-asbestos/
Kumpens ta’ €9,000 lil qraba ta’ ħaddiem tat-tarzna li miet minħabba l-asbestos
Il-Qorti ordnat li familjari ta’ ħaddiem tat-Tarzna li miet minħabba l-asbestos jingħataw kumpens t’ €9,000. Ir-raġel, John Fenech ta’ 76 sena kien miet wara kumplikazzjonijiet kaġun ta’ 36 sena espost għall-asbestos meta kien jaħdem it-tarzna. Jirriżulta li Fenech miet b’kanċer tal-pulmun minħabba l-asbestos. Hu kien jaħdem it-tarzna bejn l-1959 u l-1995. Minħabba li ma kinx stabbilit il-ħsara li l-asbestos jagħmel għall-bniedem, ma kinux jittieħdu l-prekawzjonijiet ħlief li l-ħaddiema kienu jaslu jdejhom. L-espert mediku l-Professur Joseph Cacciatolo xehed fil-qorti li hu stabbilit li l-kanċer tal-pulmun hu relatat mal-asbestos.
[ "Il-Qorti ordnat li familjari ta’ ħaddiem tat-Tarzna li miet minħabba l-asbestos jingħataw kumpens t’ €9,000.", "Ir-raġel, John Fenech ta’ 76 sena kien miet wara kumplikazzjonijiet kaġun ta’ 36 sena espost għall-asbestos meta kien jaħdem it-tarzna.", "Jirriżulta li Fenech miet b’kanċer tal-pulmun minħabba l-asbestos.", "Hu kien jaħdem it-tarzna bejn l-1959 u l-1995.", "Minħabba li ma kinx stabbilit il-ħsara li l-asbestos jagħmel għall-bniedem, ma kinux jittieħdu l-prekawzjonijiet ħlief li l-ħaddiema kienu jaslu jdejhom.", "L-espert mediku l-Professur Joseph Cacciatolo xehed fil-qorti li hu stabbilit li l-kanċer tal-pulmun hu relatat mal-asbestos." ]
1netnews.com.mt
3,326
news, press
https://inewsmalta.com/2020/06/vicin-li-jkun-implimentat-76-tal-manifest-elettorali/
Viċin li jkun implimentat 76% tal-manifest elettorali
Fl-ewwel tliet snin tat-tieni leġislatura ta’ Gvern Laburista, twettqu xejn inqas minn 312-il proposta, jew 43%, li kienu mwiegħda fil-manifest elettorali tal-2017, minn total ta’ 772 miżura. Fil-frattemp, hemm 242 proposta oħra (33.5%) li x-xogħol fuqhom jinsab fi stadju avvanzat waqt li 168 proposta (23%) bdew jitwettqu iżda l-implimentazzjoni fuqhom għadha inqas minn 50%. Ħabbar dan il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela f’konferenza tal-aħbarijiet f’għeluq it-tielet anniversarju minn meta l-poplu Malti u Għawdxi bil-vot tiegħu għażel mill-ġdid lill-Gvern Laburista biex imexxi lil dan il-pajjiż. Il-Ministru Abela spjega kif il-manifest elettorali ta’ dan il-gvern ma wassalx biex sal-elezzjoni elettorali iżda hekk kif intrebħet kull elezzjoni, nbeda x-xogħol biex iwettaq il-wegħdiet tiegħu. “Dan huwa Gvern rinomat li wettaq il-wegħdiet tiegħu. L-impenn tagħna hu li nwettqu dak kollu li wegħedna lill-elettorat qabel kull elezzjoni. Lil hinn minn hekk lill-elettorat inżommuh infurmat u aġġornat b’dak li nkunu qed inwettqu u safejn inkunu wasalna,” qal il-Ministru Abela. Huwa spjega kif “bejn Jannar u Mejju 2020, ir-rata ta’ twettiq żdiedet bi 8%. Il-persentaġġ ta’ 76% ikopri l-għadd tal-miżuri li twettqu għalkollox kif ukoll ix-xogħol li diġa’ sar fuq il-bqija tal-miżuri.” Huwa stqarr li l-benefiċċji minn dawn il-miżuri diġa’ qed jinħassu mill-pubbliku u ta elenku tad-diversi miżuri li ġew mwettqa. Fost dawn hemm il-firxa fuq it-tnaqqis tat-taxxa fuq is-sahra u l-eżenzjoni mit-taxxa lill-istudenti li jagħmlu l-Masters jew Dottorat. Il-Ministru Abela żied jgħid li: “rajna li anke dawk li jaħdmu għal rashom jirċievu l-benefiċċji soċjali. Permezz ta’ ftehim mas-sħab soċjali żidn l-paga minima u għamiliha mhux taxxabbli. Tajna rifużjoni tat-taxxa lill-ħaddiema kollha. Żidna l-pensjoni tal-irtirar għall-ewwel darba f’aktar min 20 sena.” Barra minn hekk, issaħħew l-inċentivi għal min jixtri l-ewwel dar tiegħu u anke għal min jixtri t-tieni dar, għaddiet il-liġi tal-kera li hija ekwa u tirregola l-kirjiet, qed jinbnew mal-1,700 appartament ġdid għal min għandu bżonn akkomodazzjoni soċjali u qed isir xogħol ta’ tisbiħ u installazzjoni ta’ liftijiet fl-oqsma tad-djar tal-Gvern. Huwa semma wkoll kif twaqqfet Infrastruttura Malta fejn qed jiġu nvestiti €700 miljun biex jinbnew u jiġu rranġati t-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex f’temp ta’ 7 snin.  Fil-qasam edukattiv ġie ffirmat ftehim kollettiv mal-edukaturi, l-istudenti ngħataw trasport b’xejn u l-eżamijiet tal-Matsec u s-SEC saru bla ħlas. Dan filwaqt li lill-ġenituri tnaqqasnilhom l-ispiża tal-uniformi. Fis-settur tas-saħħa, il-Ministru Abela nnota kif is-servizz tas-saħħa, li hu fost l-aqwa fid-dinja, baqa’ b’xejn. Ittejbet il-kura tal-mard tal-qalb, żdiedu l-mediċini b’xejn kif ukoll is-servizzi fil-komunità. F’Għawdex kien hemm il-ftuħ tad-depot għall-bdiewa, il-ftuħ tal-iskola tal-mediċina prestiġġjuża ta’ Barts u nbeda x-xogħol preparatorju għall-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex. Issaħħu wkoll il-korpi dixxiplinati b’reklutaġġi u investiment b’saħħtu f’tagħmir modern. Tkabbar l-użu tat-teknoloġija fil-Qrati u qed isir xogħol biex isir trasferiment tad-dipartiment tal-kondotti mill-pulizija għall-ġustizzja. Daħlet ukoll il-liġi ta’ żwieġ indaqs u ngħata d-dritt tal-vot lil żgħażagħ ta’ sittax-il sena. Sar xogħol ukoll fejn tpoġġew ħatriet għolja fil-pajjiż taħt skrutinju biex b’hekk tkun imħarsa s-saltna tad-dritt f’pajjiżna.
[ "Fl-ewwel tliet snin tat-tieni leġislatura ta’ Gvern Laburista, twettqu xejn inqas minn 312-il proposta, jew 43%, li kienu mwiegħda fil-manifest elettorali tal-2017, minn total ta’ 772 miżura.", "Fil-frattemp, hemm 242 proposta oħra (33.5%) li x-xogħol fuqhom jinsab fi stadju avvanzat waqt li 168 proposta (23%) bdew jitwettqu iżda l-implimentazzjoni fuqhom għadha inqas minn 50%.", "Ħabbar dan il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela f’konferenza tal-aħbarijiet f’għeluq it-tielet anniversarju minn meta l-poplu Malti u Għawdxi bil-vot tiegħu għażel mill-ġdid lill-Gvern Laburista biex imexxi lil dan il-pajjiż.", "Il-Ministru Abela spjega kif il-manifest elettorali ta’ dan il-gvern ma wassalx biex sal-elezzjoni elettorali iżda hekk kif intrebħet kull elezzjoni, nbeda x-xogħol biex iwettaq il-wegħdiet tiegħu.", "“Dan huwa Gvern rinomat li wettaq il-wegħdiet tiegħu.", "L-impenn tagħna hu li nwettqu dak kollu li wegħedna lill-elettorat qabel kull elezzjoni.", "Lil hinn minn hekk lill-elettorat inżommuh infurmat u aġġornat b’dak li nkunu qed inwettqu u safejn inkunu wasalna,” qal il-Ministru Abela.", "Huwa spjega kif “bejn Jannar u Mejju 2020, ir-rata ta’ twettiq żdiedet bi 8%.", "Il-persentaġġ ta’ 76% ikopri l-għadd tal-miżuri li twettqu għalkollox kif ukoll ix-xogħol li diġa’ sar fuq il-bqija tal-miżuri.”", "Huwa stqarr li l-benefiċċji minn dawn il-miżuri diġa’ qed jinħassu mill-pubbliku u ta elenku tad-diversi miżuri li ġew mwettqa.", "Fost dawn hemm il-firxa fuq it-tnaqqis tat-taxxa fuq is-sahra u l-eżenzjoni mit-taxxa lill-istudenti li jagħmlu l-Masters jew Dottorat.", "Il-Ministru Abela żied jgħid li: “rajna li anke dawk li jaħdmu għal rashom jirċievu l-benefiċċji soċjali.", "Permezz ta’ ftehim mas-sħab soċjali żidn l-paga minima u għamiliha mhux taxxabbli.", "Tajna rifużjoni tat-taxxa lill-ħaddiema kollha.", "Żidna l-pensjoni tal-irtirar għall-ewwel darba f’aktar min 20 sena.”", "Barra minn hekk, issaħħew l-inċentivi għal min jixtri l-ewwel dar tiegħu u anke għal min jixtri t-tieni dar, għaddiet il-liġi tal-kera li hija ekwa u tirregola l-kirjiet, qed jinbnew mal-1,700 appartament ġdid għal min għandu bżonn akkomodazzjoni soċjali u qed isir xogħol ta’ tisbiħ u installazzjoni ta’ liftijiet fl-oqsma tad-djar tal-Gvern.", "Huwa semma wkoll kif twaqqfet Infrastruttura Malta fejn qed jiġu nvestiti €700 miljun biex jinbnew u jiġu rranġati t-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex f’temp ta’ 7 snin.  Fil-qasam edukattiv ġie ffirmat ftehim kollettiv mal-edukaturi, l-istudenti ngħataw trasport b’xejn u l-eżamijiet tal-Matsec u s-SEC saru bla ħlas.", "Dan filwaqt li lill-ġenituri tnaqqasnilhom l-ispiża tal-uniformi.", "Fis-settur tas-saħħa, il-Ministru Abela nnota kif is-servizz tas-saħħa, li hu fost l-aqwa fid-dinja, baqa’ b’xejn.", "Ittejbet il-kura tal-mard tal-qalb, żdiedu l-mediċini b’xejn kif ukoll is-servizzi fil-komunità.", "F’Għawdex kien hemm il-ftuħ tad-depot għall-bdiewa, il-ftuħ tal-iskola tal-mediċina prestiġġjuża ta’ Barts u nbeda x-xogħol preparatorju għall-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex.", "Issaħħu wkoll il-korpi dixxiplinati b’reklutaġġi u investiment b’saħħtu f’tagħmir modern.", "Tkabbar l-użu tat-teknoloġija fil-Qrati u qed isir xogħol biex isir trasferiment tad-dipartiment tal-kondotti mill-pulizija għall-ġustizzja.", "Daħlet ukoll il-liġi ta’ żwieġ indaqs u ngħata d-dritt tal-vot lil żgħażagħ ta’ sittax-il sena.", "Sar xogħol ukoll fejn tpoġġew ħatriet għolja fil-pajjiż taħt skrutinju biex b’hekk tkun imħarsa s-saltna tad-dritt f’pajjiżna." ]
0inewsmalta.com
17,752
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/56537/hemm_persuni_li_qed_jadmun_u_xorta_wada_jinsabu_friskju_ta_faqar
'Hemm persuni li qed jaħdmu u xorta waħda jinsabu f'riskju ta' faqar'
L-Alleanza Kontra l-Faqar tinsisti li għandu jkun hemm tibdil fil-mod kif tiġi kkalkulata ż-żieda li tingħata għall-għoli tal-ħajja L-Alleanza Kontra l-Faqar innutat il-fatt li madwar 80,000 persuna qed jaqilgħu inqas minn 9,000 ewro fis-sena, jiġifieri 17% tal-popolazzjoni qegħdin fil-faqar jew inkella qed jilagħbuha miegħu. “Dan huma persuni li jridu jgħoddu sal-inqas ewro biex iwasslu sal-aħħar tax-xahar u jekk tinqala’ xi spiża ma jwasslux,” saħqet l-Alleanza fi stqarrija. “L-AKF temmen li ħajja f’riskju ta’ faqar mhijiex ħajja dinjituża.” L-Alleanza kienet qed tirreaġixxi għar-rapport (SILC), ippubblikat dan l-aħħar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Filwaqt li rrikonoxxiet il-fatt li l-Gvern qed iħares lejn il-faqar f’Malta bħala realtà u tirrikonoxxi wkoll li bis-saħħa ta’ miżuri varji tul is-snin ċertu tip ta’ faqar f’Malta qed jibqa’ dejjem jonqos, insistiet li fadal ħafna xi jsir. Fakkret li fost dawn it-80,000 hemm pensjonanti, persuni li jrabbu t-tfal waħedhom, familji kbar. Iżda nnutat ukoll li l-aktar fatt interessanti huwa li 6.4% tan-nies f’riskju ta’ faqar huma nies li qed jaħdmu u xorta waħda mhux jgħixu ħajja dinjituża. “9,000 euro fis-sena jfissru bejn wieħed u ieħor il-paga minima, mela dan id-dhul lil dawn qed iġegħelhom jgħixu fir-riskju tal-faqar,” saħqet l-Allenza. L-AFK kompliet tisħaq dwar il-bżonn li jkun hawn “riga” li biha jitkejjel il-faqar għal diversi familji differenti u d-dħul li għandhom. “Ir-rapporti importanti tal-Caritas, A minimum essential budget for a decent living (2012, 2016) urew li tipi ta’ familji differenti għandhom bżonnijiet differenti u għalhekk għandu anki jkollhom dħul minimu differenti biex jiġi assigurat li jgħixu ħajja dinjituża,” saħqet l-AFK. “Dawn ir-rapporti ma tantx nisimgħu fuqhom meta niġu biex nikkumparaw id-dħul ta dawn il-familji u kemm għandhom bżonn biex jgħixu ħajja diċenti. Jidher li dawn ir-rapporti ntefgħu fuq l-ixkaffa kemm fl-2012, kif wkoll fl-2016.” L-AKF għalhekk ipproponiet li għandu jkun hemm tibdil fil-mod kif tiġi kkalkulata ż-żieda li tingħata għall-għoli tal-ħajja (COLA). “Nipproponu li jintagħrfu gruppi soċjali differenti u jkun hemm kalkulazzjoni tal-COLA li tkun speċifika għal kull grupp,” insistiet l-istqarrija. “Kif inhi s-sistema bħalissa hi inġusta ma’ min jaqla’ dħul baxx. L-RPI mhuwiex jaqbad l-għoli tal-ħajja għal min hu fqir, u ż-żieda tal-COLA lil ċertu gruppi, bħal pensjonanti, mhux talli mhux qed tikkumpensahom għall-għoli tal-ħajja, iżda qed tkun bla effett, bir-riżultat li dawn in-nies qed ikomplu neżlin fil-faqar. Temmet tisħaq li għandu jkun hawn diskusjsoni nazzjonali serja fuq il-Living Income. Insistiet li huwa ċar li l-paga minima f’Malta flok ma hi garanzija li wieħed ikollu bizzejjed biex jgħix ħajja diċenti, hija garanzija ta’ ħajja mhux dinjituża.
[ "L-Alleanza Kontra l-Faqar tinsisti li għandu jkun hemm tibdil fil-mod kif tiġi kkalkulata ż-żieda li tingħata għall-għoli tal-ħajja", "L-Alleanza Kontra l-Faqar innutat il-fatt li madwar 80,000 persuna qed jaqilgħu inqas minn 9,000 ewro fis-sena, jiġifieri 17% tal-popolazzjoni qegħdin fil-faqar jew inkella qed jilagħbuha miegħu.", "“Dan huma persuni li jridu jgħoddu sal-inqas ewro biex iwasslu sal-aħħar tax-xahar u jekk tinqala’ xi spiża ma jwasslux,” saħqet l-Alleanza fi stqarrija.", "“L-AKF temmen li ħajja f’riskju ta’ faqar mhijiex ħajja dinjituża.”", "L-Alleanza kienet qed tirreaġixxi għar-rapport (SILC), ippubblikat dan l-aħħar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Filwaqt li rrikonoxxiet il-fatt li l-Gvern qed iħares lejn il-faqar f’Malta bħala realtà u tirrikonoxxi wkoll li bis-saħħa ta’ miżuri varji tul is-snin ċertu tip ta’ faqar f’Malta qed jibqa’ dejjem jonqos, insistiet li fadal ħafna xi jsir.", "Fakkret li fost dawn it-80,000 hemm pensjonanti, persuni li jrabbu t-tfal waħedhom, familji kbar.", "Iżda nnutat ukoll li l-aktar fatt interessanti huwa li 6.4% tan-nies f’riskju ta’ faqar huma nies li qed jaħdmu u xorta waħda mhux jgħixu ħajja dinjituża.", "“9,000 euro fis-sena jfissru bejn wieħed u ieħor il-paga minima, mela dan id-dhul lil dawn qed iġegħelhom jgħixu fir-riskju tal-faqar,” saħqet l-Allenza.", "L-AFK kompliet tisħaq dwar il-bżonn li jkun hawn “riga” li biha jitkejjel il-faqar għal diversi familji differenti u d-dħul li għandhom.", "“Ir-rapporti importanti tal-Caritas,", "A minimum essential budget for a decent living", "(2012, 2016) urew li tipi ta’ familji differenti għandhom bżonnijiet differenti u għalhekk għandu anki jkollhom dħul minimu differenti biex jiġi assigurat li jgħixu ħajja dinjituża,” saħqet l-AFK.", "“Dawn ir-rapporti ma tantx nisimgħu fuqhom meta niġu biex nikkumparaw id-dħul ta dawn il-familji u kemm għandhom bżonn biex jgħixu ħajja diċenti.", "Jidher li dawn ir-rapporti ntefgħu fuq l-ixkaffa kemm fl-2012, kif wkoll fl-2016.”", "L-AKF għalhekk ipproponiet li għandu jkun hemm tibdil fil-mod kif tiġi kkalkulata ż-żieda li tingħata għall-għoli tal-ħajja (COLA).", "“Nipproponu li jintagħrfu gruppi soċjali differenti u jkun hemm kalkulazzjoni tal-COLA li tkun speċifika għal kull grupp,” insistiet l-istqarrija.", "“Kif inhi s-sistema bħalissa hi inġusta ma’ min jaqla’ dħul baxx.", "L-RPI mhuwiex jaqbad l-għoli tal-ħajja għal min hu fqir, u ż-żieda tal-COLA lil ċertu gruppi, bħal pensjonanti, mhux talli mhux qed tikkumpensahom għall-għoli tal-ħajja, iżda qed tkun bla effett, bir-riżultat li dawn in-nies qed ikomplu neżlin fil-faqar.", "Temmet tisħaq li għandu jkun hawn diskusjsoni nazzjonali serja fuq il-Living Income.", "Insistiet li huwa ċar li l-paga minima f’Malta flok ma hi garanzija li wieħed ikollu bizzejjed biex jgħix ħajja diċenti, hija garanzija ta’ ħajja mhux dinjituża." ]
6www.illum.com.mt
7,978
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/52744/wara_lpoizzjoni_talpn_ames_deputati_jooru_gonqhom_gal_busuttil
Aġġornata | Wara l-pożizzjoni tal-PN, għaxar Deputati joħorġu għonqhom għal Busuttil
Mario de Marco, Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina, Jason Azzopardi, Claudette Buttigieg, Marthese Portelli, Therese Commodini Cachia u Karl Gouder kollha kemm huma ħarġu għonqhom għal Simon Busuttil Wara li l-Amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista talbet għar-riżenja ta' Simon Busuttil, spikkat il-qasma fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, b'għaxar Deputati Nazzjonalist, flimkien ma' għadd ta' esponenti tal-partit, joħduha kontra t-talba ta' Adrian Delia biex Busuttil iwarrab. Mario de Marco, Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina, Jason Azzopardi, Claudette Buttigieg, Marthese Portelli, Therese Commodini Cachia, Karl Gouder, Claudio Grech u Ryan Callus kollha kemm huma ħarġu għonqhom għal Simon Busuttil. L-għaxar deputati, kollha kemm huma u wara xulxin, marru fuq Twitter jew Facebook u kitbu l-istess frażijiet, jiġifieri: “#notinmyname #strongertogether.” Magħhom ingħaqdu wkoll l-Ewroparlamentari David Casa, l-eks kandidat għat-tmexxija tal-PN Alex Perici Calascione u anke Paula Mifsud Bonnici li ddikjarat li jekk l-Eżekuttiv tal-PN jintalab jivvota dwar it-tneħħija ta' Busuttil, hi se tkun qed tivvota kontra. Dan apparti li kitbu l-istess kelmiet l-eks Segretarji Ġenerali tal-PN Paul Borg Olivier u Rosanna Thanke u l-kandidat Norman Vella. Sa issa Busuttil ma wera l-ebda indikazzjoni li se jirriżenja , anzi lbieraħ qal li se jibqa' jiġġieled għall-ġustizzja anke mingħajr l-appoġġ ta' Adrian Delia.
[ "Mario de Marco, Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina, Jason Azzopardi, Claudette Buttigieg, Marthese Portelli, Therese Commodini Cachia u Karl Gouder kollha kemm huma ħarġu għonqhom għal Simon Busuttil", "Wara li l-Amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista talbet għar-riżenja ta' Simon Busuttil, spikkat il-qasma fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, b'għaxar Deputati Nazzjonalist, flimkien ma' għadd ta' esponenti tal-partit, joħduha kontra t-talba ta' Adrian Delia biex Busuttil iwarrab.", "Mario de Marco, Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina, Jason Azzopardi, Claudette Buttigieg, Marthese Portelli, Therese Commodini Cachia, Karl Gouder,", "Claudio Grech u Ryan Callus", "kollha kemm huma ħarġu għonqhom għal Simon Busuttil.", "L-għaxar deputati, kollha kemm huma u wara xulxin, marru fuq Twitter jew Facebook u kitbu l-istess frażijiet, jiġifieri: “#notinmyname #strongertogether.”", "Magħhom ingħaqdu wkoll l-Ewroparlamentari David Casa, l-eks kandidat għat-tmexxija tal-PN Alex Perici Calascione u anke Paula Mifsud Bonnici li ddikjarat li jekk l-Eżekuttiv tal-PN jintalab jivvota dwar it-tneħħija ta' Busuttil, hi se tkun qed tivvota kontra.", "Dan apparti li kitbu l-istess kelmiet l-eks Segretarji Ġenerali tal-PN Paul Borg Olivier u Rosanna Thanke u l-kandidat Norman Vella.", "Sa issa Busuttil", "ma wera l-ebda indikazzjoni li se jirriżenja", ", anzi lbieraħ qal li se jibqa' jiġġieled għall-ġustizzja anke mingħajr l-appoġġ ta' Adrian Delia." ]
6www.illum.com.mt
43,999
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/57996/ilpulizija_tgid_li_qed_tinvestiga_lkonnessjoni_ta_keith_schembri_ma_brain_tonna_u_adrian_hillman
Il-Pulizija tgħid li qed tinvestiga l-konnessjoni ta' Keith Schembri ma' Brain Tonna u Adrian Hillman
Il-Pulizija tgħid li ma tistax tagħti iktar dettalji minħabba l-fatt li dan jista jkun ta’ dettriment għall-investigazzjoni f’Egrant Fi stqarrija dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta Egrant, il-Pulizija qalet li wara li tlestiet l-inkjestahi bdiet teżamina ir-rapport “immedjatament”, iżda saħqet li ma tistax tagħti iktar dettalji minħabba l-fatt li dan jista jkun ta’ dettriment għall-investigazzjoni. Barra minn hekk qalet ukoll li hi, flimkien mal-Maġistrati Inkwirenti u awtoritajiet oħra kienet qed tinvestiga r-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport. Dan kien wara li r-rapport kien referut għaliha mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Fost l-affarijiet li l-Pulizija qed tinvestiga hemm ir-relazzjoni bejn Keith Schembri u Brain Tonna u Adrian Hillman, l-investigazzjoni ta' 17 Black, flimkien mal-konnessjoni tagħha mal-kumpaniji Hearnville u Tillgate. Il-Pulizija kkonkludiet ir-rapport tagħha billi qalet li hi kienet qed titkellem ma’ numru ta’ persuni dwar l-investigazzjoni u li qed tinvestiga rakkommandazzjonijiet oħra fir-rapport flimkien ma’ awtoritajiet oħra kkonċernati.
[ "Il-Pulizija tgħid li ma tistax tagħti iktar dettalji minħabba l-fatt li dan jista jkun ta’ dettriment għall-investigazzjoni f’Egrant", "Fi stqarrija dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta Egrant, il-Pulizija qalet li wara li tlestiet l-inkjestahi bdiet teżamina ir-rapport “immedjatament”, iżda saħqet li ma tistax tagħti iktar dettalji minħabba l-fatt li dan jista jkun ta’ dettriment għall-investigazzjoni.", "Barra minn hekk qalet ukoll li hi, flimkien mal-Maġistrati Inkwirenti u awtoritajiet oħra kienet qed tinvestiga r-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport.", "Dan kien wara li r-rapport kien referut għaliha mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Fost l-affarijiet li l-Pulizija qed tinvestiga hemm ir-relazzjoni bejn Keith Schembri u Brain Tonna u Adrian Hillman, l-investigazzjoni ta' 17 Black, flimkien mal-konnessjoni tagħha mal-kumpaniji Hearnville u Tillgate.", "Il-Pulizija kkonkludiet ir-rapport tagħha billi qalet li hi kienet qed titkellem ma’ numru ta’ persuni dwar l-investigazzjoni u li qed tinvestiga rakkommandazzjonijiet oħra fir-rapport flimkien ma’ awtoritajiet oħra kkonċernati." ]
6www.illum.com.mt
23,061
press, news, Qorti, Avjazzjoni, Kronaka, Storja, Lokali
https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-logs-tat-telefonati-ta-silvio-valletta-ngabru-meta-ismu-ssemma-l-ewwel-darba-fil-kumpilazzjoni-tal-qtil/
Il-logs tat-telefonati ta' Silvio Valletta nġabru meta ismu ssemma l-ewwel darba fil-kumpilazzjoni tal-qtil
Imtella' Ġunju 15, 2020 Kompliet l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia mmexxija minn tliet Imħallfin. L-aġent Kummissarju tal-Pulizija, Carmelo Magri qal li l-logs tat-telefonati tal-ex Deputat Kummissarju, Silvio Valletta nġabru meta ismu ssemma l-ewwel darba fil-kumpilazzjoni tal-qtil. Qal li l-laptops, hard drives u mobiles tas-Sur Valletta ma nġabrux għax huwa dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet li għamel Melvin Theuma fil-Qorti. L-Avukat Therese Comodini Cachia li qed tirrappreżenta l-familja Caruana Galizia, staqsiet dwar jekk l-FBI għadhomx involuti fl-investigazzjoni ta' qtil u talbet li fl-inkjesta jixhed il-persuna li ħejja rapport tekniku dwar il-hacking fuq il-blog ta' Daphne Caruana Galizia. Is-Sur Magri qal li l-FBI bhalissa mhumiex involuti. Żied jgħid li kemm ilu jmexxi l-korp, l-investigazzjonijiet kollha baqgħu għaddejjin waqt li ngħataw iżjed riżorsi biex jaħdmu. L-aġent Kummissarju intalab jerġa' jixhed nhar il-Ġimgħa biex jipprovdi aktar tagħrif fosthom fuq it-tip ta' protezzjoni li Daphne Caruana Galizia kienet tingħata.
[ "Imtella' Ġunju 15, 2020", "Kompliet l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia mmexxija minn tliet Imħallfin.", "L-aġent Kummissarju tal-Pulizija, Carmelo Magri qal li l-logs tat-telefonati tal-ex Deputat Kummissarju, Silvio Valletta nġabru meta ismu ssemma l-ewwel darba fil-kumpilazzjoni tal-qtil.", "Qal li l-laptops, hard drives u mobiles tas-Sur Valletta ma nġabrux għax huwa dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet li għamel Melvin Theuma fil-Qorti.", "L-Avukat Therese Comodini Cachia li qed tirrappreżenta l-familja Caruana Galizia, staqsiet dwar jekk l-FBI għadhomx involuti fl-investigazzjoni ta' qtil u talbet li fl-inkjesta jixhed il-persuna li ħejja rapport tekniku dwar il-hacking fuq il-blog ta' Daphne Caruana Galizia.", "Is-Sur Magri qal li l-FBI bhalissa mhumiex involuti.", "Żied jgħid li kemm ilu jmexxi l-korp, l-investigazzjonijiet kollha baqgħu għaddejjin waqt li ngħataw iżjed riżorsi biex jaħdmu.", "L-aġent Kummissarju intalab jerġa' jixhed nhar il-Ġimgħa biex jipprovdi aktar tagħrif fosthom fuq it-tip ta' protezzjoni li Daphne Caruana Galizia kienet tingħata." ]
7www.tvm.com.mt
41,340
press, news, Lokali
https://one.com.mt/news/2017/05/16/april-btemperaturi-oghla-mis-soltu/
April b'temperaturi aktar sħan mis-soltu
Aktar xemx u temperaturi kemxejn ogħla mis-soltu f'April 'Il fuq minn 250 siegħa ta' xemx irrekordjati 14-il ġurnata bix-xita pproduċew total ta' 12.8 mm ta' xita April ġab miegħu temp sabiħ tar-rebbiegħa, bix-xemx toħroġ għal medja ta' 8.6 sigħat kuljum. It-turisti li għażlu li jqattgħu l-vaganzi tal-Għid tagħhom Malta żgur ma kinux iddiżappuntati bit-temp, hekk kif it-temperatura laħqet massimu ta' 24.5°C fil-15 u s-16 ta' April. B'mod ġenerali, il-ġranet f'April kienu kemxejn aktar sħan u gawdew minn aktar sigħat ta' xemx milli mistenni f'dan iż-żmien tas-sena. It-temperatura medja tal-arja kienet dik ta' 16.4°C, jiġifieri 0.3°C ogħla min-norma klimatika, filwaqt li t-temperatura medja tal-baħar kienet 0.5°C ogħla min-norma ta' 16.1°C. Dawn it-temperaturi sħan kienu akkumpanjati minn xejn anqas minn 250.8 sigħat ta' xemx u kopertura tas-sħab medja ta' 3.4 oktas. Il-15 ta' April kienet ġurnata partikolarment imdawla u matulha x-xemx ħarġet għal 12.3-il siegħa. It-temp f'April kien taħlita ta' xemx u xita, u matul ix-xahar ġew irrekordjati 14-il jum bix-xita. Madankollu, it-total ta' xita rrekordjat, jiġfieri ta' 12.8 mm, kien 8 mm anqas mit-total mistenni għal April. Barra minn hekk, maltempata bis-sajjetti ġiet esperjenzata tul il-lejl tal-21 ta' April, bittemperatura taqa' għal minimu ta' 8.9°C l-għada. Filwaqt li tul ix-xahar ma ġiex irreġistrat ċpar, f'ċerti ħinijiet il-viżibbiltà kienet imnaqqsa minħabba trab sospiż fl-ajra bejn is-26 u d-29 ta' April.
[ "Aktar xemx u temperaturi kemxejn ogħla mis-soltu f'April", "'Il fuq minn 250 siegħa ta' xemx irrekordjati", "14-il ġurnata bix-xita pproduċew total ta' 12.8 mm ta' xita", "April ġab miegħu temp sabiħ tar-rebbiegħa, bix-xemx toħroġ għal medja ta' 8.6 sigħat kuljum.", "It-turisti li għażlu li jqattgħu l-vaganzi tal-Għid tagħhom Malta żgur ma kinux iddiżappuntati bit-temp, hekk kif it-temperatura laħqet massimu ta' 24.5°C fil-15 u s-16 ta' April.", "B'mod ġenerali, il-ġranet f'April kienu kemxejn aktar sħan u gawdew minn aktar sigħat ta' xemx milli mistenni f'dan iż-żmien tas-sena.", "It-temperatura medja tal-arja kienet dik ta' 16.4°C, jiġifieri 0.3°C ogħla min-norma klimatika, filwaqt li t-temperatura medja tal-baħar kienet 0.5°C ogħla min-norma ta' 16.1°C.", "Dawn it-temperaturi sħan kienu akkumpanjati minn xejn anqas minn 250.8 sigħat ta' xemx u kopertura tas-sħab medja ta' 3.4 oktas.", "Il-15 ta' April kienet ġurnata partikolarment imdawla u matulha x-xemx ħarġet għal 12.3-il siegħa.", "It-temp f'April kien taħlita ta' xemx u xita, u matul ix-xahar ġew irrekordjati 14-il jum bix-xita.", "Madankollu, it-total ta' xita rrekordjat, jiġfieri ta' 12.8 mm, kien 8 mm anqas mit-total mistenni għal April.", "Barra minn hekk, maltempata bis-sajjetti ġiet esperjenzata tul il-lejl tal-21 ta' April, bittemperatura taqa' għal minimu ta' 8.9°C l-għada.", "Filwaqt li tul ix-xahar ma ġiex irreġistrat ċpar, f'ċerti ħinijiet il-viżibbiltà kienet imnaqqsa minħabba trab sospiż fl-ajra bejn is-26 u d-29 ta' April." ]
3one.com.mt
28,847
press, news, Aħbarijiet, Politika
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/60149/edward_scicluna_jgid_li_kien_gamel_pressjoni_fuq_joseph_muscat_biex_ikei_lil_konrad_mizzi
Edward Scicluna jgħid li kien għamel pressjoni fuq Joseph Muscat biex ikeċċi lil Konrad Mizzi Jinsisti li ma kienx ivvota favur vot ta' sfiduċja f'Konrad Mizzi għax ma kienx hemm free-vote u ma xtaqx jirriżenja mill-Grupp Parlamentari
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal lill-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, li Konrad Mizzi kellu jirriżenja minnufih meta ismu ħareġ fil-Panama Papers. Meta kien qed jixhed u mistoqsi dwar dawn il-każi, il-Ministru qal li hu kien għamel pressjoni fuq il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat, biex ikeċċi lil Schembri u jitbiegħed minn Keith Schembri, iżda insista li dan kien għalxejn. Saħaq li kien iddispjaċih ħafna meta ħarġet din l-informazzjoni u dwarha baqa' ma sar xejn dwarha min-naħa tal-Gvern. Scicluna kien mistoqsi dwar il-fatt li dak iż-żmien kien ivvota kontra vot ta' sfiduċja f'Konrad Mizzi, liema vot kien issejjaħ mill-Oppożizzjoni. 'Ma kienx hemm free-vote' Huwa saħaq li kellu jivvota mal-bqija tal-Grupp Parlamentari għax ma kienx hemm free-vote. "Kont komdu Bruasell iżda ddeċidejt li nitlaq paga ta' aktar minn €100,000 … meta ġejna għall-vot ma kienx ġust għax ma kellnix free-vote. Allura, bħala Deputat tal-Gvern, kellek jew tivvota bħall-bqija tal-grupp jew inkella tirriżenja. Jiddispjaċini, imma din kienet l-ewwel deċiżjoni politika tiegħi," wieġeb Scicluna. 'Ma kontx parti mill-'kitchen cabinet' ta' Joseph Muscat' Qal li fl-2014, Joseph Muscat kien offrilu l-kariga ta' Kummissarju Ewropew iżda hu kien irrifjuta. Insista wkoll li hu ma kienx parti minn dak li sejjaħlu bħala 'kitchen cabinet' ta' Joseph Muscat u li kien jinkludi wkoll lil Keith Schembri, fost oħrajn. Il-Ministru kkritika wkoll l-aġenzija Projects Malta, li twaqqfet fi żmien Konrad Mizzi u li kienet reponsabbli għall-proġetti li jkunu se jsiru bejn il-Gvern u l-Privat. Fi kliemu, ma kienx hemm biżżejjed trasparenza f'din l-aġenzija.
[ "Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal lill-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, li Konrad Mizzi kellu jirriżenja minnufih meta ismu ħareġ fil-Panama Papers.", "Meta kien qed jixhed u mistoqsi dwar dawn il-każi, il-Ministru qal li hu kien għamel pressjoni fuq il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat, biex ikeċċi lil Schembri u jitbiegħed minn Keith Schembri, iżda insista li dan kien għalxejn.", "Saħaq li kien iddispjaċih ħafna meta ħarġet din l-informazzjoni u dwarha baqa' ma sar xejn dwarha min-naħa tal-Gvern.", "Scicluna kien mistoqsi dwar il-fatt li dak iż-żmien kien ivvota kontra vot ta' sfiduċja f'Konrad Mizzi, liema vot kien issejjaħ mill-Oppożizzjoni.", "'Ma kienx hemm free-vote'", "Huwa saħaq li kellu jivvota mal-bqija tal-Grupp Parlamentari għax ma kienx hemm free-vote.", "\"Kont komdu Bruasell iżda ddeċidejt li nitlaq paga ta' aktar minn €100,000 … meta ġejna għall-vot ma kienx ġust għax ma kellnix free-vote.", "Allura, bħala Deputat tal-Gvern, kellek jew tivvota bħall-bqija tal-grupp jew inkella tirriżenja.", "Jiddispjaċini, imma din kienet l-ewwel deċiżjoni politika tiegħi,\" wieġeb Scicluna.", "'Ma kontx parti mill-'kitchen cabinet' ta' Joseph Muscat'", "Qal li fl-2014, Joseph Muscat kien offrilu l-kariga ta' Kummissarju Ewropew iżda hu kien irrifjuta.", "Insista wkoll li hu ma kienx parti minn dak li sejjaħlu bħala 'kitchen cabinet' ta' Joseph Muscat u li kien jinkludi wkoll lil Keith Schembri, fost oħrajn.", "Il-Ministru kkritika wkoll l-aġenzija Projects Malta, li twaqqfet fi żmien Konrad Mizzi u li kienet reponsabbli għall-proġetti li jkunu se jsiru bejn il-Gvern u l-Privat.", "Fi kliemu, ma kienx hemm biżżejjed trasparenza f'din l-aġenzija." ]
6www.illum.com.mt
24,254
news, press
https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/52367/ilgvern_ma_jistax_jgin_lillkaini_a_skapitu_tassidien
‘Il-Gvern ma jistax jgħin lill-każini a skapitu tas-sidien’
L-ILLUM titkellem mal-Avukati Jason Azzopardi u Alex Sciberras dwar l-emenda tal-Gvern biex jgħin lill-każini tal-banda li jistgħu jispiċċaw bla każin Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Gvern għandu l-obbligu morali u soċjali li jirrikonoxxi l-kontribut essenzjali li l-każini tal-baned jaqdu fis-soċjetà kemm mill-aspett kulturali kif ukoll fis-settur tal-volontarjat. Madanakollu, insista li filwaqt li l-Gvern jeħtieġ jgħin konkretament lill-każini tal-baned, ma jistax jagħmel dan a skapitu ta’ terzi persuni, fosthom l-interess tas-sidien. Huwa qal dan mal-gazzetta meta kien qed jitkellem dwar l- emenda li ressaq il-Gvern għall-Kodiċi Ċivili , bil-għan li jgħin lill-każini tal-baned li qed jaffaċċjaw ordni ta’ żgumbrament, liema emenda ma niżlitx tajjeb ma’ kulħadd. Kienet din il-gazzetta li żvelat din l-emenda, li jekk tidħol fis-seħħ, se tkun tfisser xaqq ta’ tama għas-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule, li sal-aħħar ta’ Settembru kienet ordnata mill-Qorti biex tiżgumbra mill-każin wara xogħlijiet strutturali li saru mingħajr il-kunsens tas-sidien. L-Oppożizzjoni għadha qed tiddiskuti l-emenda L-emenda, li hi parti minn Avviż Legali aktar wiesgħa, biex jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, dalwaqt se tkun qed tittieħed għat-tieni qari fil-Parlament, minkejja dan għadu mhux magħruf x’inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwarha. Dwar dan, Jason Azzopardi saħaq li apparti li hu mhux il-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-kultura, il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista għadu qed jiddiskuti din il-liġi u għalhekk ma jistax jikkummenta f’isem l-Oppożizzjoni. Minkejja dan insista li l-Gvern għandu l-obbligu li jgħin lill-każini mingħajr ma jnaqqar mid-drittijiet tas-sidien li mingħandhom ikunu qed jikru. “Nemmen li l-każini tal-baned huma importanti u għalhekk jistħoqqilhom kull għajnuna, b’mod partikolari jekk ma jistgħux jaslu waħedhom biex jaqdu l-funzjoni tagħhom,” saħaq Azzopardi li iżda kompla jinsisti li “id-drittijiet ta’ terzi persuni għandhom ikunu mħarsa u rrispettati.” ‘Il-Gvern għandu joħroġ il-flus’ Kien għalhekk, li Jazon Azzopardi qal li dan huwa ċans biex il-Gvern juri bil-fatti u l-flus li lest jgħin lill-każini biex iwettqu l-funzjoni tagħhom. “The Government must put its money where its mouth is,” saħaq Azzopardi. “Jekk irridu verament ngħinu lill-każini, il-Gvern irid joħroġ il-flus.” L-emenda ma tinżilx tajjeb ma’ kulħadd Għalkemm l-Għaqda Każini tal-Banda faħħret ħafna din l-emenda, ma jfissirx li din niżlet tajjeb ma’ kulħadd. Fil-fatt, is-sidien tal-binja li qed tintuża mill-banda De Paule, qalu ma’ ġurnal lokali li l-emenda proposta mill-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qed tagħmel “farsa mill-ġudikatura u s-Saltna tad-Dritt.” Aktar tard, l-istess sidien ħarġu stqarrija li fiha insistew li din l-emenda hija politikament, moralment u legalment skorretta. Kien f’dan id-dawl li l-gazzetta tkellmet ma’ Azzopardi u avukati oħra biex tistaqsihom jekk hux sewwa li wara li tkun inqatgħet sentenza, il-Gvern jgħaddi liġi li permezz tagħha jwaqqa’ dak deċiż mill-Qorti. It-tradiment fiż-żwieġ u l-emenda... Għall-Avukat Alex Scibberas ma hemm xejn ħażin b’din l-emenda u biex juri dan għamel analoġija ma’ każ fejn raġel jaqlibha lill-mara jew viċi-versa. Sciberras spjega li snin ilu dan kien reat u persuni spiċċaw il-ħabs minħabba f’hekk. Ġara li l-Parlament kien għadda liġi u għalhekk dan ma baqax ikun ikkunsidrat bħala reat. “Allura jekk kont il-ħabs minħabba reat li issa ma għadux meqjus hekk, se tibqa’ hemm?” staqsa Sciberras. “L-istess japplika għal din l-emenda.” Alex Sciberras spjega li l-liġi kif inhi bħalissa ma tikkontemplax bilanċ bejn l-interess privat, jiġifieri dak tas-sidien tal-proprjetà li għandhom dritt igawdu l-proprjetà tagħhom u l-interess pubbliku, f’dan il-każ l-irwol li jaqdi l-każin tal-banda. Dan kien l-argument tal-Ministru għall-Kultura li saħaq li filwaqt li l-emenda se tkun qed tipprovdi ‘saqqu’ lill-każini tal-banda, filwaqt li qed tħares ukoll l-interess tas-sid. “Il-bilanċ irid jinstab permezz tal-liġi” Sciberras kompla jispjega li l-Qorti, fid-deċiżjoni tagħha, ħadet inkonsiderazzjoni l-interess, kemm tas-sidien u anke tal-każin iżda rat li ma kienx hemm dan il-bilanċ u għaldaqstant ordnat l-iżgumbrament. “Il-bilanċ irid jinstab permezz tal-liġi,” saħaq Scibberas waqt li spjega li xorta waħda xejn mhu se jżomm lis-sidien milli jerġgħu jiftħu każ ieħor. Fil-fatt, ġimgħat ilu, din il-gazzetta kienet żvelat ukoll kif is-sidien tal-proprjetà li ilha snin tintuża mill-banda King’s Own tal-Belt Valletta, ħadu l-każ tagħhom quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, anke jekk il-Qorti f’Malta kienet qatgħet is-sentenza favur il-banda. “Ma nara xejn ħażin f’din l-emenda,” saħaq Sciberras waqt li kompla jfakkar li l-istess jiġri l-ħin kollu fil-Kriminal. L-emenda fi ftit kliem Il-kuntest li wassal għall-emendi...
[ "L-ILLUM titkellem mal-Avukati Jason Azzopardi u Alex Sciberras dwar l-emenda tal-Gvern biex jgħin lill-każini tal-banda li jistgħu jispiċċaw bla każin", "Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Gvern għandu l-obbligu morali u soċjali li jirrikonoxxi l-kontribut essenzjali li l-każini tal-baned jaqdu fis-soċjetà kemm mill-aspett kulturali kif ukoll fis-settur tal-volontarjat.", "Madanakollu, insista li filwaqt li l-Gvern jeħtieġ jgħin konkretament lill-każini tal-baned, ma jistax jagħmel dan a skapitu ta’ terzi persuni, fosthom l-interess tas-sidien.", "Huwa qal dan mal-gazzetta", "meta kien qed jitkellem dwar l-", "emenda li ressaq il-Gvern għall-Kodiċi Ċivili", ", bil-għan li jgħin lill-każini tal-baned li qed jaffaċċjaw ordni ta’ żgumbrament, liema emenda ma niżlitx tajjeb ma’ kulħadd.", "Kienet din il-gazzetta li żvelat din l-emenda, li jekk tidħol fis-seħħ, se tkun tfisser xaqq ta’ tama għas-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule, li sal-aħħar ta’ Settembru kienet ordnata mill-Qorti biex tiżgumbra mill-każin wara xogħlijiet strutturali li saru mingħajr il-kunsens tas-sidien.", "L-Oppożizzjoni għadha qed tiddiskuti l-emenda", "L-emenda, li hi parti minn Avviż Legali aktar wiesgħa, biex jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, dalwaqt se tkun qed tittieħed għat-tieni qari fil-Parlament, minkejja dan għadu mhux magħruf x’inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwarha.", "Dwar dan, Jason Azzopardi saħaq li apparti li hu mhux il-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-kultura, il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista għadu qed jiddiskuti din il-liġi u għalhekk ma jistax jikkummenta f’isem l-Oppożizzjoni.", "Minkejja dan insista li l-Gvern għandu l-obbligu li jgħin lill-każini mingħajr ma jnaqqar mid-drittijiet tas-sidien li mingħandhom ikunu qed jikru.", "“Nemmen li l-każini tal-baned huma importanti u għalhekk jistħoqqilhom kull għajnuna, b’mod partikolari jekk ma jistgħux jaslu waħedhom biex jaqdu l-funzjoni tagħhom,” saħaq Azzopardi li iżda kompla jinsisti li “id-drittijiet ta’ terzi persuni għandhom ikunu mħarsa u rrispettati.”", "‘Il-Gvern għandu joħroġ il-flus’", "Kien għalhekk, li Jazon Azzopardi qal li dan huwa ċans biex il-Gvern juri bil-fatti u l-flus li lest jgħin lill-każini biex iwettqu l-funzjoni tagħhom.", "“The Government must put its money where its mouth is,” saħaq Azzopardi.", "“Jekk irridu verament ngħinu lill-każini, il-Gvern irid joħroġ il-flus.”", "L-emenda ma tinżilx tajjeb ma’ kulħadd", "Għalkemm l-Għaqda Każini tal-Banda faħħret ħafna din l-emenda, ma jfissirx li din niżlet tajjeb ma’ kulħadd.", "Fil-fatt, is-sidien tal-binja li qed tintuża mill-banda De Paule, qalu ma’ ġurnal lokali li l-emenda proposta mill-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qed tagħmel “farsa mill-ġudikatura u s-Saltna tad-Dritt.”", "Aktar tard, l-istess sidien ħarġu stqarrija li fiha insistew li din l-emenda hija politikament, moralment u legalment skorretta.", "Kien f’dan id-dawl li l-gazzetta", "tkellmet ma’ Azzopardi u avukati oħra biex tistaqsihom jekk hux sewwa li wara li tkun inqatgħet sentenza, il-Gvern jgħaddi liġi li permezz tagħha jwaqqa’ dak deċiż mill-Qorti.", "It-tradiment fiż-żwieġ u l-emenda...", "Għall-Avukat Alex Scibberas ma hemm xejn ħażin b’din l-emenda u biex juri dan għamel analoġija ma’ każ fejn raġel jaqlibha lill-mara jew viċi-versa.", "Sciberras spjega li snin ilu dan kien reat u persuni spiċċaw il-ħabs minħabba f’hekk.", "Ġara li l-Parlament kien għadda liġi u għalhekk dan ma baqax ikun ikkunsidrat bħala reat.", "“Allura jekk kont il-ħabs minħabba reat li issa ma għadux meqjus hekk, se tibqa’ hemm?” staqsa Sciberras.", "“L-istess japplika għal din l-emenda.”", "Alex Sciberras spjega li l-liġi kif inhi bħalissa ma tikkontemplax bilanċ bejn l-interess privat, jiġifieri dak tas-sidien tal-proprjetà li għandhom dritt igawdu l-proprjetà tagħhom u l-interess pubbliku, f’dan il-każ l-irwol li jaqdi l-każin tal-banda.", "Dan kien l-argument tal-Ministru għall-Kultura li saħaq li filwaqt li l-emenda se tkun qed tipprovdi ‘saqqu’ lill-każini tal-banda, filwaqt li qed tħares ukoll l-interess tas-sid.", "“Il-bilanċ irid jinstab permezz tal-liġi”", "Sciberras kompla jispjega li l-Qorti, fid-deċiżjoni tagħha, ħadet inkonsiderazzjoni l-interess, kemm tas-sidien u anke tal-każin iżda rat li ma kienx hemm dan il-bilanċ u għaldaqstant ordnat l-iżgumbrament.", "“Il-bilanċ irid jinstab permezz tal-liġi,” saħaq Scibberas waqt li spjega li xorta waħda xejn mhu se jżomm lis-sidien milli jerġgħu jiftħu każ ieħor.", "Fil-fatt, ġimgħat ilu, din il-gazzetta kienet żvelat ukoll kif is-sidien tal-proprjetà li ilha snin tintuża mill-banda King’s Own tal-Belt Valletta, ħadu l-każ tagħhom quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, anke jekk il-Qorti f’Malta kienet qatgħet is-sentenza favur il-banda.", "“Ma nara xejn ħażin f’din l-emenda,” saħaq Sciberras waqt li kompla jfakkar li l-istess jiġri l-ħin kollu fil-Kriminal.", "L-emenda fi ftit kliem", "Il-kuntest li wassal għall-emendi..." ]
6www.illum.com.mt
44,195
news, press
https://netnews.com.mt/2017/03/13/ahwa-liberati-minn-akkuzi-marbuta-ma-pussess-u-traffikar-ta-droga/
Aħwa liberati minn akkużi marbuta ma’ pussess u traffikar ta’ droga
Żewġt aħwa irġiel kienu liberati mill-Qorti wara li ma nstabux ħatja li kienu fil-pussess tad-droga kannabis. Silvio Galea ta’ 41 sena u ħuħ Antoine Galea ta’ 39 sena, it-tnejn residenti iż-Żejtun, kienu tressqu f’żewġ każi seprati, akkużati b’pussess aggravat tad-droga kannabis. Antoine Galea waħdu kien akkużat bi traffikar tal-istess droga. Il-każ imur lura għal Lulju tal-2006 meta waqt osservazzjoni min-naħa tal-pulizija fuq residenza fiż-Żejtun u eventwalment tfittxija, il-pulizija sabet 31 biċċa ta’ droga kannabis li kienet moħbija f’dgħajsa li kienet reġistrata f’isem Antoine Galea. Ftit wara li l-Pulizija kienet arrestat lil Antoine Galea f’bar fiż-Żejtun stess, il-pulizija osservat raġel u tfajla jidħlu b’ċertu għaġġla fir-residenza tal-aħwa li kienet taħt osservazzjoni u jerġgħu joħorġu. Ir-raġel allegatament ikun Silvio Galea. Il-Pulizija li kien qed josserva d-dar kien xehed li għalkemm ma setax jara eżatt x’kienu qed jagħmlu, hu kien rahom jaqsmu t-triq u jmorru f’għalqa fejn kien hemm dgħajsa. Eventwalment, it-tfittxija u s-sejba tad-droga saret minn pulizija oħrajn. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, iddikjarat li l-Prosekuzzjoni ma rnexxilhiex tipprova l-każ tagħha lil hinn minn kull dubju raġjonevoli kif mitlub mil-liġi. Il-Qorti nnutat ukoll li għalkemm id-droga instabet f’dgħajsa li hi propjeta’ ta’ wieħed mill-akkużati, fl-istess ħin, ebda mill-marki tas-swaba’ u tal-pala tal-id elevati minn fuq id-droga misjuba ma qablet mal-marki tal-akkużati. Il-Qorti qalet li filwaqt li l-aġir tal-imputati iqajjem suspetti kbar, min-naħa l-oħra m’hemm l-ebda prova fil-grad mitlub mill-liġi, li torbot id-droga magħhom. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Norbert Ciappara. L-Avukat Edward Gatt deher għall-aħwa Galea.
[ "Żewġt aħwa irġiel kienu liberati mill-Qorti wara li ma nstabux ħatja li kienu fil-pussess tad-droga kannabis.", "Silvio Galea ta’ 41 sena u ħuħ Antoine Galea ta’ 39 sena, it-tnejn residenti iż-Żejtun, kienu tressqu f’żewġ każi seprati, akkużati b’pussess aggravat tad-droga kannabis.", "Antoine Galea waħdu kien akkużat bi traffikar tal-istess droga.", "Il-każ imur lura għal Lulju tal-2006 meta waqt osservazzjoni min-naħa tal-pulizija fuq residenza fiż-Żejtun u eventwalment tfittxija, il-pulizija sabet 31 biċċa ta’ droga kannabis li kienet moħbija f’dgħajsa li kienet reġistrata f’isem Antoine Galea.", "Ftit wara li l-Pulizija kienet arrestat lil Antoine Galea f’bar fiż-Żejtun stess, il-pulizija osservat raġel u tfajla jidħlu b’ċertu għaġġla fir-residenza tal-aħwa li kienet taħt osservazzjoni u jerġgħu joħorġu.", "Ir-raġel allegatament ikun Silvio Galea.", "Il-Pulizija li kien qed josserva d-dar kien xehed li għalkemm ma setax jara eżatt x’kienu qed jagħmlu, hu kien rahom jaqsmu t-triq u jmorru f’għalqa fejn kien hemm dgħajsa.", "Eventwalment, it-tfittxija u s-sejba tad-droga saret minn pulizija oħrajn.", "Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, iddikjarat li l-Prosekuzzjoni ma rnexxilhiex tipprova l-każ tagħha lil hinn minn kull dubju raġjonevoli kif mitlub mil-liġi.", "Il-Qorti nnutat ukoll li għalkemm id-droga instabet f’dgħajsa li hi propjeta’ ta’ wieħed mill-akkużati, fl-istess ħin, ebda mill-marki tas-swaba’ u tal-pala tal-id elevati minn fuq id-droga misjuba ma qablet mal-marki tal-akkużati.", "Il-Qorti qalet li filwaqt li l-aġir tal-imputati iqajjem suspetti kbar, min-naħa l-oħra m’hemm l-ebda prova fil-grad mitlub mill-liġi, li torbot id-droga magħhom.", "Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Norbert Ciappara.", "L-Avukat Edward Gatt deher għall-aħwa Galea." ]
1netnews.com.mt
1,834
press, news, Internazzjonali
https://one.com.mt/news/2020/11/06/fadal-l-ahhar-sitt-stati-sabiex-ikun-maghruf-min-ser-jokkupa-l-oghla-kariga-fil-white-house/
Fadal l-aħħar sitt stati sabiex ikun magħruf min ser jokkupa l-ogħla kariga fil-White House
Fadal biss l-aħħar sitt stati x'jiġu ddikjarati sabiex ikun magħruf min ser jokkupa l-ogħla kariga fil-White House. B'253 vot tal-Kulleġġ tal-Eletturi, Joe Biden jinsab fuq quddiem ta' din it-tellieqa. Filwaqt li Donald Trump għandu 213-il vot tal-Kulleġġ tal-Eletturi. Huwa mifhum illi jekk Biden jirbaħ l-istat ta' Pennsylvania li jġorr miegħu 20 vot waħdu jew tnejn mill-istati; Arizona, Georgia, Nevada jew North Carolina jilħaq in-numru maġiku li jwasslu biex jikseb il-White House. S'issa fl-istat ta' Georgia hemm differenza ta' 1,267 vot bejn Trump u Biden filwaqt li l-County ta' Clayton qed jagħti prospetti tajbin għad-Demokratiċi. Sal-bieraħ, f'Pennsylvania Trump kien b'vantaġġ ta' 160,000 iżda issa għandu ftit aktar minn 18,000. F'Nevada Joe Biden qed igawdi minn vantaġġ ta' 11,438 vot filwaqt li f'Arizona qed igawdi minn vantaġġ ta' 47,052 vot. Intant f'diskors mill-White House, il-President Amerikan Donald Trump qiegħed jakkuża wkoll lid-Demokratiċi b'irregolaritajiet fil-votazzjoni dan għaliex għadu ma hemm l-ebda kandidat li kiseb il-270 vot mill-Kulleġġ Elettorali. Madanakollu ma ressaq l-ebda provi konkreti dwar dan.
[ "Fadal biss l-aħħar sitt stati x'jiġu ddikjarati sabiex ikun magħruf min ser jokkupa l-ogħla kariga fil-White House.", "B'253 vot tal-Kulleġġ tal-Eletturi, Joe Biden jinsab fuq quddiem ta' din it-tellieqa.", "Filwaqt li Donald Trump għandu 213-il vot tal-Kulleġġ tal-Eletturi.", "Huwa mifhum illi jekk Biden jirbaħ l-istat ta' Pennsylvania li jġorr miegħu 20 vot waħdu jew tnejn mill-istati; Arizona, Georgia, Nevada jew North Carolina jilħaq in-numru maġiku li jwasslu biex jikseb il-White House.", "S'issa fl-istat ta' Georgia hemm differenza ta' 1,267 vot bejn Trump u Biden filwaqt li l-County ta' Clayton qed jagħti prospetti tajbin għad-Demokratiċi.", "Sal-bieraħ, f'Pennsylvania Trump kien b'vantaġġ ta' 160,000 iżda issa għandu ftit aktar minn 18,000.", "F'Nevada Joe Biden qed igawdi minn vantaġġ ta' 11,438 vot filwaqt li f'Arizona qed igawdi minn vantaġġ ta' 47,052 vot.", "Intant f'diskors mill-White House, il-President Amerikan Donald Trump qiegħed jakkuża wkoll lid-Demokratiċi b'irregolaritajiet fil-votazzjoni dan għaliex għadu ma hemm l-ebda kandidat li kiseb il-270 vot mill-Kulleġġ Elettorali.", "Madanakollu ma ressaq l-ebda provi konkreti dwar dan." ]
3one.com.mt
26,516
news, press
https://netnews.com.mt/2020/02/08/missier-adrian-delia-jirritorna-d-dar/
Missier Adrian Delia jirritorna d-dar
Il-Kap tal-PN Adrian Delia permezz ta’ post fuq Facebook ħabbar li missieru reġa’ rritorna lura lejn id-dar. Dan wara li għamel perjodu l-isptar jirċievi l-kura medika. Adrian Delia ħa l-opportunità li jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu ħsiebu fl-isptar Mater Dei u kif ukoll lil dawk kollha li ħasbu fit-talb għall-missieru. Adrian Delia qal li missieru ħareġ mill-isptar bi spirtu pożittiv u lest li jegħleb kull sfida li hemm quddiemu. Huwa qal li issa missieru mill-ġdid jinsab fil-ġnien li hu tant iħobb.
[ "Il-Kap tal-PN Adrian Delia permezz ta’ post fuq Facebook ħabbar li missieru reġa’ rritorna lura lejn id-dar.", "Dan wara li għamel perjodu l-isptar jirċievi l-kura medika.", "Adrian Delia ħa l-opportunità li jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu ħsiebu fl-isptar Mater Dei u kif ukoll lil dawk kollha li ħasbu fit-talb għall-missieru.", "Adrian Delia qal li missieru ħareġ mill-isptar bi spirtu pożittiv u lest li jegħleb kull sfida li hemm quddiemu.", "Huwa qal li issa missieru mill-ġdid jinsab fil-ġnien li hu tant iħobb." ]
1netnews.com.mt
5