id
stringlengths
1
5
url
stringlengths
32
166
title
stringlengths
1
89
text
stringlengths
15
126k
3692
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kompjuter
Kompjuter
Kompjuter hu magna li jimplimenta l-operazzjoni u l-funzjonijiet ta' magna ta' Turing. Fi kliem iktar sempliċi, kompjuter hu magna elettronika diġitali li, taħt il-kontroll ta' programmi u struzzjonijiet, jipproċessa informazzjoni maħżuna biex jipproduċi informazzjoni oħra. Jeżistu diversi tipi ta' komputers, għal xogħlijiet speċifiċi u ta' daqsijiet varji. Minn daqsijiet ta' sala li kapaċi jagħmlu diversi tipi ta' operazzjonijiet għal dawk żgħar ħafna bħal ċirkwit integrat kbar ftit millimetri li joqgħodu ġewwa arloġġ jew xi ġugarell. Biss kollha kemm huma jobdu ċertu regoli: kollha għandhom memorja u proċessur ċentrali (CPU). Kull kompjuter għandu jobdi programm: għaldaqstant, kompjuter mingħajr programm hu magna inutili u bla skop. L-iktar programm bżonjuż għal kull kompjuter hi s-sistema operattiva li tieħu ħsieb li tikkontrolla il-magna, ir-riżorsi tagħha u l-programmi l-oħra li jkunu qegħdin joperaw. Il-programm imsejjaħ sistema operattiva jipprovdi wkoll mezz biex dak li jkun juża' u jekk hemm bżonn jinteragixxi mal-kompjuter. Il-programmi l-oħra huma ħafna drabi msejħa applikazzjonijiet jew softwer. Il-parti fiżika, il-magna, hi msejħa hardwer. Storja tal-kompjuters Oriġinalment il-kelma "kompjuter" kienet tirreferi għal persuna li kienet tagħmel kalkulazzjonijiet matematiċi, ħafna drabi bis-saħħa ta' apparat mekkaniku jew analogu. Eżempji ta' dan l-apparat, meqjusin bħala l-antenati tal-kompjuters, huma l-abacus u l-mekkaniżmu Antikythera, apparat antik grieg li kien jintuża fis-sena 87 QK biex jiġi kalkulat l-movimenti tal-pjaneti. Lejn l-aħħar tas-Snin Medjevali matematiċi u inġinira Ewropej kienu fuq il-quċċata ta' riċerka u żvilupp f'dan il-qasam u fl-1623 Wilhelm Schickard żviluppa l-ewwel kalkulatur mekkaniku minn ħafna li ġew warajh. Fl-1801, Joseph Marie Jacquard għamel innovazjoni meta ħoloq magna tal-ħjata li kienet tuża karti b'toqob biex tħejt disinju komplessi. Għalkemm din il-magna msemmijha għalih, Il-Magna Jacquard mhiex kunsidrata bħala kompjuter kienet pass fid-direzzjoni t-tajba għal kompjuters tal-llum. Charles Babbage kien l-ewwel li ddisinja l-ewwel kompjuter programmabli fis-sena 1820, iżda minħabba l-limiti tat-teknoloġija ta' dak iż-żmien u nuqqas ta' fondi, l-apparat qatt ma ġie mibni f'ħajtu. Sa l-aħħar tas-seklu dsatax kienu krejati numru ta' teknoloġiji li l-quddiem kienu ser ikunu mportanti fil-bini tal-kompjuters. Fl-1843, Ada Lovelace, bint Lord Byron, żviluppat dak li hu meqjus bħala l-ewwel programm tal-kompjuters: programm li bis-saħħa tal-magna ta' Babbage (li kieku kient mibnija) kien jikkalkula l-problema tan-numri ta' Bernoulli. Fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin, ħafna kalkulazzjonijiet xjentifiċi kienu solvuti permezz ta' kompjuters analogi, magni speċifiċi biex isolvu problema speċifika, li kienu juża mudell mekkaniku jew elettriku. Dan saru rari wara l-iżvilupp tal-kompjuter diġitali programmabbli. Fis-snin 1930 u 1940 inbnew kompjuters iktar bsaħħithom u flessibli, li mil-mod introduċew funzjonijiet ġodda li nsibuhom f'kompjuters moderni bħala l-użu tat-teknoloġija diġitali eletronika (prinċipalment ivvintata minn Claude Shannon fis-sena 1937) u programmabilita iktar flessibli. Hu diffiċli li ngħidu liema kien l-ewwel kompjuter diġitali. Fit-12 ta' Mejju, 1941 Konrad Zuse żviluppa l-ewwel kompjuter eletromekkaniku diġitali (iz-Z3). Dan kien l-ewwel kompjuter li uża l-aritmetika binarja. Oħrajn importanti ġew dak iż-żmien bħal kompjuter Atanasoff-Berry, il-kompjuter Harvard Mark I (fis-sena 1944), il-kompjuter Amerikan ENIAC (1946 u bbażat fuq is-sistema deċimali) li kien l-ewwel kompjuter eletroniku għal użu ġenerali (għalkemm mhux oriġinalment hekk). It-tim li żviluppa l-ENIAC, tgħallem mid-difetti li kellu dan il-kompjuter u żviluppa disinn iktar eleganti magħruf illum bħala l-arkitettura ta' Von Neumann. Din l-arkitettura saret il-bażi ta' kull kompjuter tal-lum. Żviluppi oħra fuq dan il-mudell saru l-Ingilterra lejn l-aħħar tas-snin erbgħin fosthom insibu lil EDSAC. Fis-snin ħamsin valvoli (tubi) kienu wżati; eventwalment imbiddla għal transistors fis-snin sittin; u fis-snin sebgħin, l-introduzzjoni tat-teknoloġija taċ-ċirkwit integrat wassal biex il-kompjuters setgħu ikunu irħas biżżejjed biex individwi setgħu ikollhom wieħed. Forsi hemm min jgħid li qisa t-tekonloġija waqfet għax sal-lum għadna nużaw dawn it-tip ta' kompjuters. Mhux hekk! Żviluppi oħra hemm iżda it-teknoloġija taċ-ċirkwit integrat kompliet tiżviluppa u infatti l-iżviluppaturi baqgħu minn dak iż-żmien l-hawn jobdu il-liġi ta' Moore (miktuba minn Gordon E. Moore fundatur ta' Intel) li tgħid li kull sentejn ser jirdipjaw it-transistors ġewwa iċ-ċirkwit integrat u l-prezz jorħos proporjonalment. Bħala eżempju, li kieku ġara l-istess fl-industija ta' l-avjazzjoni, vjaġġ minn New York sa Pariġi li fl-1978 kien jiswa $900 u kien jieħu sebgħa siegħat, ikun illum jiswa $0.01 u jieħu inqas minn sekonda! Ġenerazzjonijiet tal-kompjuters L-ewwel ġenerazzjoni (1940-1956): Tubi tal-vacuum L-ewwel kompjuters kienu jużaw tubi tal-vacuum għaċ-ċirkwijt tagħhom u bombli magnetiċi (bl-Ingliż magnetic drums) għall-memorja tagħhom. Huma kienu għaljin ħafna fil-prezz u barra li kienu jużaw ħafna enerġija elettrika kienu jiġġeneraw sħana kbira li ħafna drabi kienet tkun il-kawża prinċipali tal-malfunzjonament tagħhom. L-ewwel ġenerazzjoni tal-kompjuters kienu jibbażaw fuq lingwi makkinarji biex jaħdmu u jipproċessaw l-istruzzjonijiet tagħhom. Huma kienu kapaċi jsolvu problema waħda biss f'ħin wieħed. Informazzjoni f'dawn il-kompjuters kienet tidħol permezz ta' punch cards jew tejp tal-karti u l-informazzjoni kont tista' taraha wara li tiġi stampata fuq karta. Il-kompjuters UNIVAC u ENIAC huma eżempju ta' kompjuters ta' l-ewwel ġenerazzjoni. UNIVAC kien l-ewwel kompjuter kummerċjali li fl-1951 kien magħmul għal klijent, l-Uffiċju taċ-Ċensiment Amerikan. It-tieni ġenerazzjoni (1956-1963): Transistors Transistors ħadu post it-tubi tal-vacuum fil-kompjuters tat-tieni ġenerazzjoni. It-transistor kienu vvintati fl-1947 iżda l-użu tagħhom ftit li kien użat sa qabel l-aħħar tas-snin ħamsin. It-transistor kien superjuri għat-tubu tal-vacuum u bis-saħħa tagħhom il-kompjuters setgħu jiċkienu, iżidu fil-veloċità ta' proċessar, jorħsu fil-prezz, jaħlu inqas enerġija u jkunu iktar affidabli mill-kompjuters ta' l-ewwel ġenerazzjoni. Għalkemm it-transistor xorta kien jiġġenera ħafna sħana li kien iwassal għal ħsara fil-kompjuter, dan kien żvilup sostanzjali mit-tubu tal-vacuum. Dawn il-kompjuters xorta kienu jużaw il-punch card għad-dħul ta' informazzjoni u stampar għar-riżultat. Il-kompjuters tat-tieni ġenerazzjoni bdew jużaw lingwa simbolika magħrufa bħala assembly, lingwa li kienet tħalli l-programmatur jispeċifika struzzjonijiet fi kliem sempliċi u mhux numri u kodiċi tal-magna. Dan iż-żmien bdew jiġu żviluppati wkoll lingwi ta' livell għola biex wieħed jipprogrammhom, fosthom, l-ewwel verżjonijiet tal-COBOL u FORTRAN. Dawn kienu wkoll l-ewwel kompjuters li kienu jaħżnu struzzjonijiet fil-memorja. Il-memorja issa kienet b'teknoloġija ġdida li kienet tuża kalamiti biex taħżen bits ta' informazzjoni. L-ewwel kompjuters ta' din il-ġenerazzjoni kienu żviluppati għall-industrija ta' l-enerġija atomika. It-tielet ġenerazzjoni (1964-1971): Ċirkwiti Integrati L-iżvilupp taċ-ċirkwit integrat kien dak li tefa' 'l quddiem il-kompjuters tat-tielet ġenerazzjoni. It-transistors kienu mċekkna u mpoġġija fuq ċipep tas-silicon, imsejħa semikondutturi, li biddlu drastikalment l-veloċità ta' proċessar u effiċjenza tal-kompjuters. Minflok il-punch cards u stampar, l-utent setgħa jinteraġixxi mal-kompjuter permezz ta' kijbord u moniter biex jikkomunika ma' sistema operattiva li kienet tħalli l-apparat iħaddem applikazjonijiet diversi f'ħin wieħed bi proċessur ċentrali li kien jieħu jsieb il-memorja. Għall-ewwel darba il-kompjuter setgħu jużawh ħafna iktar nies għax il-kompjuters tat-tielet ġenerazzjoni kienu iżgħar u orħos mill-kompjuters tal-ġenerazzjonijiet ta' qabilhom. Ir-raba' ġenerazzjoni (1971-llum): Mikroproċessur Il-mikroproċessur kien dak li ġab il-kompjuters tar-raba' ġenerazzjoni hekk kif eluf ta' ċirkwiti integrati kienu jiġu mpoġġija fuq ċippa waħda tas-silikon. Dak li fl-ewwel ġenerazzjoni kien jimla kamra waħda setgħa issa joqgħod fuq l-idejn. L-Intel 4004, żviluppata fl-1971, kienet ċippa waħda li fuqha kellha proċcessur ċentrali (CPU) u memorja. Fl-1981 l-IBM introduċiet l-ewwel kompjuters għall-utent fid-dar, u fl-1984 Apple introduċiet il-Macintosh. Il-mikroproċessuri bdew ukoll jintużaw f'apparat ieħor li jintuża' fil-ħajja ta' kuljum. Hekk kif dawn il-kompjuters daqstant żgħar bdew isiru iktar b'saħħithom setgħu jiġu maqgħuda f'networks li eventwalment wasslu għall-Internet. Mal-kompjuters tar-raba' ġenerazzjoni kienu żviluppati interfaċċi grafiċi (GIU), il-maws, u apparat ta' l-idejn. Il-ħames ġenerazzjoni (1982-?): Intelliġenza Artifiċjali Il-kompjuter tal-ħames ġenerazzjoni hu proġett li beda fl-1982 mill-Ġappun. L-idea tagħhom kienet li jibnu kompjuter mhux iktar billi jiffokaw fuq ħafna elementi f'ċippa waħda iżda billi jintużaw ħafna ċipep f'kompjuter wieħed u b'hekk ikun hemm proċessuri paralleli. L-Intelliġenza artifiċjali kella tkun waħda mill-bżonnijiet għal dawn il-kompjuters bħal rikonoxximent tas-smigħ. Dawn il-kompjuters għadhom fi stadju ta' riċerka u sa issa għad m'hemm l-ebda kompjuter kummerċjali li juża din it-teknoloġija. Biex jiddaħlu eluf ta' ċipep f'kompjuter wieħed l-ixjenzati qegħdin ifitxu metodi alternattivi, eżempju kompjuter bioloġiku fejn iċ-ċippa tkun molekula bioloġika. Metodi oħra huma kompjuters kwantistiċi fejn pereżempju f'Awwisu tas-sena 2000, riċerkaturi ġewwa ċentru ta' riċerka IBM-Almaden żviluppaw kompjuter li kien juża in-nukleju ta' atomi tal-fluworin. L-iskop aħħari hu li jiġi żviluppat kompjuter li kapaċi jifhem u jinteraġixxi mal-bniedem b'mod naturali u f'xi każi billi jaqra anke l-moħħ! Il-proġett oriġinali tal-Ġappun kien magħluq fl-1993 u ħafna jiddikjarawh fallut anke minħabba l-fatt li ħafna applikazzjonijiet li kellhom ikunu żviluppati għal din il-ġenerazzjoni ta' kompjuters ġew magħmula bi programmi tal-kompjuters tar-raba' ġenerazzjoni. Komponenti ta' kompjuter Proċessur Ċentrali Il-Bord Prinċipali Memorja Meta ngħidu memorja ta' kompjuter ħafna drabi nkunu qegħdin nirreferu għal dik il-parti fil-kompjuter (f'kompjuter moderni hi ċippa) li żżomm informazzjoni. Hi tinqasam fi tnejn: ROM (Memorja Mejta jew bl-Ingliż Read Only Memory) jew RAM (Memorja ħajja jew bl-Ingliż Random Access Memory). Mhux faċli li tinkiteb informazzjoni fir-ROM u għaldaqshekk ħafna drabi l-iskop prinċipali ta' ROM hi li żżomm il-firmwer, informazzjoni jew softwer speċjali għal kompjuter relatata mal-hardwer. Il-memorja RAM hi speċjali għax il-kompjuter jista' jaċċessa informazzjoni fi kwalunkwe post fiha mingħajr ma jrid jibda mill-ewwel parti (jiġifieri mhux sekwenzjali). Ħafna drabi f'din it-tip ta' memorja tista' wkoll tikteb faċilment u allura hi dik il-memorja li tintuża waqt li kompjuter qiegħed jaħdem biex iżomm l-informazzjoni li l-programmi jkollhom bżonn dak il-mument. Periferali Periferali hu hardwer li jiżdied ma' kompjuter biex jiżdiedulu l-abbiltajiet tiegħu. Iktar minn hekk periferali huma apparati li huma opzjonali u mhux bżonjużi biex kompjuter bażiku jaħdem. It-terminu periferali hu iktar użat għal apparati li jiżdiedu mal-kompjuter fuq barra bis-saħħa ta' konnesjonijiet bħal USB jew COM. Eżempji tipiċi huma joystiks, printers, u skeners. Apparat bħal moniter jew disk drajvs mhux konsiderati periferali meta mhux opzjonali. Kards bħal vijdjo kards ukoll mhux konsiderati periferali għax huma apparati interni. Programmi/Softwer Softwer tal-Kompjuter (softwer) hu programm li jgħin kompjuter jagħmel xogħol speċifiku. Dan jinkludi applikazzjonijiet, bħal Word Processor, li jagħti faċilità lil min jużahom biex jagħmel xogħol speċifiku, jew Sistemi Operattivi li hu programm li jikkontrolla r-riżorisi tal-kompjuter. Il-kelma softwer ġiet użata f'dan is-sens għall-ewwel darba minn John W. Tukey fl-1957. Fix-xjenza tal-kompjuter u inġinerija tas-softwer, il-kelma softwer tirreferi għal kull tip ta' programm tal-kompjuter. Il-kunċett li jinqraw diversi linji ta' struzzjonijiet għal ġewwa l-memorja tal-kompjuter kienet ivvintata minn Charles Babbage bħala parti mill-magna tad-differenza tiegħu. Din it-teorija hi l-bażi tal-softwer kollu propost l-ewwel darba minn Alan Turing fl-essej tiegħu tal-1935 Computable numbers with an application to the Entscheidungsproblem. Sistema Operattiva Sistema Operattiva (bl-Ingliż Operating System) hu programm li jikkontrolla r-riżorsi tal-hardwer (il-magna fiżika) u tas-softwer. Is-sistema operattiva hi ċ-ċentru tas-sistema tal-kompjuter għax tagħmel diversi xogħlijiet bażiċi bħal tikkontrolla u talloka memorja, tagħti prijorità lil struzzjonijiet li jingħataw, tikkontrolla l-periferali ta' input (dħul ta' informazzjoni) jew output (ħruġ ta' informazzjoni), tiffaċilita networks u l-immaniġjar tal-fajls. Applikazzjonijiet Kif jaħdem kompjuter Tipi differenti ta' kompjuters Superkompjuter Superkompjuter hu kompjuter b'hardwer b'sahhtu hafna u generalment jintuzaw ghal skopijiet xjentifici. Ezempji ta' dawn it-tip ta' Kompjuters huma l-Cray computers u l-IBM Roadrunner Mejnfrejm Minikompjuter Mikrokompjuter Kompjuter tad-dar Kompjuter personali Assistent diġitali personali (PDA) Mikrokontrollur Kompjuter kwantistiku Nies Importanti fid-Dinja tal-Kompjuters Alan Turing, Matematiku Ingliż u kriptografu Charles Babbage, inventur tal-kompjuter li jista' jiġi pprogrammat Ada Lovelace, l-ewwel persuna li żviluppat programm tal-kompjuters Tim Berners-Lee, inventur tal-World Wide Web Larry Ellison, Gordon E. Moore u Bob Miner, , fundaturi tal l-Oracle Corporation Marc Ewing, żviluppatur ta' Red Hat Linux Bill Gates u Paul Allen, fundaturi tal-Microsoft James Gosling, "missier" il-Lingwa Java Steve Jobs, fundatur ta' l-Apple Bill Joy, fundatur ta' Sun Microsystems u BSD Brian W. Kernighan, Dennis M. Ritchie, żviluppaturi tal-Lingwa C Gordon E. Moore, fundatur ta' l-Intel u l-persuna li ħoloq Ir-Regola ta' Moore Niklaus Wirth, żviluppatur tal-Lingwa Pascal Kumpaniji tal-Kompjuters Internazzjonali Dawn huma uħud mill-ikbar kumpaniji tal-kompjuters fid-diinja. Ara l-artiklu prinċipali għal iktar. Apple IBM Microsoft Oracle Maltin Definizjonijiet Diġitali – jaħdem billi juża bits (0 u 1) Elettroniku – jikkonsisti f'komponenti msejħa Ċirkwit Integrat (ICs), bla ebda parti li tiċċaqlaq Programm ta' Struzzjonijiet – sekwenza ta' struzzjonijiet li meta jinħadmu isolvu problema jew jagħmlu xi biċċa xogħol Proċess – l-operazzjoni fuq l-informazzjoni biex tiproduċi riżultat. Referenzi Informatika Teknoloġija Elettronika
3694
https://mt.wikipedia.org/wiki/Petrodromus
Petrodromus
Petrodromus huwa ġeneru ta' mammiferi (is-senġijiet), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Macroscelidea, fil-familja Macroscelididae, fis-sottofamilja Macroscelidinae ma' żewġ ġeneri oħra, Elephantulus u Macroscelides b'rappreżentanti ħajjin, u bi speċi waħda biss estanti (ħajja). Lista tal-ispeċijiet tal-ġeneru Petrodromus Ġeneru Petrodromus (Peters, 1846) Petrodromus tetradactylus (Peters, 1846) Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Id-Databażi Palebijoloġika Ħoloq esterni AWF: Macroscelididae Macroscelididae
3695
https://mt.wikipedia.org/wiki/Macroscelides
Macroscelides
Macroscelides huwa ġeneru ta' mammiferi (is-senġijiet), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Macroscelidea, fil-familja Macroscelididae, fis-sottofamilja Macroscelidinae ma' żewġ ġeneri oħra (Elephantulus u Petrodromus). Dan il-ġeneru sa l-2013 kien meqjus bħala wieħed monotipiku iżda llum iħaddan fih tlett speċijiet estanti (ħajjin). Lista tal-ispeċijiet tal-ġeneru Macroscelides Ġeneru Macroscelides (A. Smith, 1829) Macroscelides flavicaudatus Macroscelides micus Macroscelides proboscideus Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Id-Databażi Palebijoloġika http://www.sengis.org/ Ħoloq esterni Elephant Shrew Macroscelididae
3696
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jannar
Jannar
Jannar huwa l-ewwel xahar tas-sena skond il-kalendarju Gregorjan. Dan ix-xahar għandu 31 jum, u hu wieħed minn seba' xhur ta' 31 jum fil-kalendarju Gregorjan. Jannar jibda (astroloġikament) bix-xemx fil-Kaprikornu u jispiċċa fl-Akwarju. L-isem Jannar hu minn alla Ruman Ġanu (Ianuarius), l-alla tal-bibien; l-isem kellu l-bidu tiegħu fil-mitoloġija Rumana, fejn il-kelma Latina għal bieb (ianua) tiġi - Jannar hu l-bieb għas-sena. L-alla Ġanu kien meqjum minn xi 400 qK sa xi 400 wK. Fit-talb kienu jibdew bih, anke qabel il-kbir Ġove, u kien imfittex fil-bidu ta’ ħafna affarijiet, gwerer inklużi. Fl-istatwi huwa skolpit b’żewġ uċuħ opposti, wieħed biex iħares lura u l-ieħor għal quddiem, b’muftieħ f’idu l-leminija u b’bastun fix-xellugija. Il-festi tiegħu kienu jsiru għall-bidu tas-sena. Il-Ħindi ukoll għandhom, fost mijiet ta’ allat, lil alla Vayu, rappreżentat b’żewġ uċuħ biex iħares lura u ’l quddiem u wkoll jitolbuh qabel jibdew l-affarijiet. Ukoll f’Jannar, fil-15, għandhom il-Makara Sakranti, festival kbir tal-ħasil fix-xmajjar speċjalment dik Ganges meqjusa l-iktar qaddisa. Tradizzjonalment, il-kalendarju Ruman kien jikkonsisti minn 10 xhur, b'total ta' 304 ġurnata, fejn ix-xitwa kienet meqjusa bħala xahar mingħajr ġranet. Madwar 713 QK, ir-Re Numa Pompilius żied ix-xhur ta' Jannar u Frar biex jagħmel in-numru ta' ġranet tas-sena daqs tas-sena solari (355 ġurnata). L-ewwel ġurnata tax-xahar hi magħrufa bħala l-Istrina. Fil-bidu tal-153 QK ħa post Marzu bħala l-ewwel xahar. Marzu qabel kien l-ewwel xahar fil-kalendarju antik Ruman. Diversi dati tal-festi Nsara kienu użati għall-Ewwel tas-Sena fl-Ewropa, fosthom il-25 ta' Marzu (festa ta' l-Annunzjata) u l-25 ta' Diċembru (il-Milied). Madanakollu, l-kalendarji medjevali kienu mfassla fuq il-mudell Ruman ta' tnax-il kolonna minn Jannar sa Diċembru. Fis-seklu 16, pajjiżi Ewropej bdew uffiċċjalment jagħmlu l-1 ta' Jannar il-bidu ta' sena ġdida. Ismijiet storiċi għal Jannar jinkludu l-isem oriġinali Ruman, Ianuarius, il-kelma tas-Sassonja Wulf-monath ("xahar tal-lupu"), u t-terminu wżat minn Karlu Manju Wintarmanoth ("xitwa/xahar kiesaħ"). Bil-Fillandiż, ix-xahar hu msejjaħ tammikuu, li tfisser ix-xahar tal-balluta, imma t-tifsira oriġinali kienet ix-xahar tal-qalb tax-xitwa, billi "tammi" kienet tfisser qalb. Dan ix-xahar hu msejjaħ bil-lingwa Ċeka leden, li tfisser ix-xahar tas-silġ. L-ewwel Tnejn ta' Jannar hu magħruf bħala Handsel Monday fl-Iskozja u fit-tramuntana ta' l-Ingilterra. Fl-Ingilterra, is-sena tal-agrikoltura bdiet b'Plough Sunday fil-Ħadd wara l-Epifanija. Fil-kalendarju Kattoliku hemm festi importanti li jibdew fil-bidunett (twelid Jannar huwa mfakkar minn kull kampnar). Skont ir-riforma tal-1969, l-ewwel ta’ Jannar sar iddedikat lil Marija Omm Alla. Qabel kienet il-festa taċ-ċirkonċiżjoni ta’ Ġesù (li tneħħiet mill-kalendarju fl-1974). L-ewwel Ħadd ta' Jannar (meta mhux l-ewwel tas-sena) imbagħad huwa l-festa tal-Epifanija u t-tieni Ħadd dik tal-Magħmudija ta’ Ġesù. L-età maġġuri fil-Ġappun hi t-tieni Tnejn ta' Jannar, għal dawk li jkunu jagħlqu l-20 sena fis-sena l-ġdida tal-kalendarju. Din hi vaganza nazzjonali. Il-ġurnata kienet iċċelebrata mill-1948, imma tmexxiet għall-15 ta' Jannar mis-sena 1999, fejn kienet tmexxiet mill-gvern Ġappuniż f'attenat biex ikabbar l-ekonomija. Fir-rota tas-sena Pagana, Jannar jispiċċa fil-perjodu ta' l-Imbolc fl-emisferu tat-tramuntana u Lughnasadh fl-emisferu ta' nofsinhar. Tradizzjonijiet Maltin marbuta ma' Jannar Jannar tista’ tgħid huwa l-eqqel tax-xitwa Maltija bil-ġranet fost l-iqsar u l-iljieli l-itwal, u spiss ikun il-maltemp (f’Jannar stenna xita, ksieħ u nar (beraq)) u ksieħ (il-bard ta’ Jannar iqaxxar ġild ta’ ħmar). U mhux biss Jannar imma anke x-xahar ta’ warajh (Jannar kiefer u Frar għandu d-dwiefer). Għalhekk aħjar li F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar. Ix-xita ta’ Jannar hija tajba: Ix-xita ta’ Jannar traxxix il-bżar (demel). Madanakollu xita żejda hija ta’ ħsara (Meta Jannar huwa lewwiemi, ma tarax bidwi hieni). Jannar huwa wkoll żmien il-mard, l-iktar dak respiratorju jew virali (Dehxa ta’ Jannar (ħosba) fawra (rash) lewn in-nar) li l-iktar li jolqot huwa lix-xjuħ (f’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew fl-isptar). Għall-qtates imma huwa żmien ta’ attività oħra (Jannar ma jħallix qattusa d-dar). Avvenimenti f'Jannar L-Istrina – 1 ta' Jannar Seijin shiki (成人の日 Seijin no hi) fil-Ġappun – fit-tieni Tnejn Jum Martin Luther King fl-Istati Uniti – fit-tielet Tnejn Jum l-Awstralja – 26 ta' Jannar Festa tar-Repubblika – 26 ta' Jannar Auckland Anniversary f'Auckland, New Zealand – it-Tnejn qrib id-29 ta' Jannar 01
3697
https://mt.wikipedia.org/wiki/Rhynchocyon
Rhynchocyon
Rhynchocyon huwa ġeneru ta' mammiferi fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Macroscelidea, fil-familja Macroscelididae ma' tliet ġeneri oħra (Elephantulus, Macroscelides u Petrodromus) u l-uniku wieħed fis-sottofamilja Rhynchocyoninae b' erba' speċijiet ħajjin u minn tal-anqas tlieta estinti. Dan il-ġeneru bħala numru ta' speċijiet huwa it-tieni l-aktar ta' suċċess fl-ordni Macroscelidea. Lista tal-ispeċijiet tal-ġeneru Rhynchocyon Ġeneru Rhynchocyon Senġi ta' taħt dahru dehebi, Rhynchocyon chrysopygus Senġi ċċangjat, Rhynchocyon cirnei Rhynchocyon clarkei (fossilu) Senġi iswed u aħmar, Rhynchocyon petersi Rhynchocyon pliocaenicus (fossilu) Rhynchocyon rusingae (fossilu) Senġi ta' wiċċu griż, Rhynochocyon udzungwensis Referenzi McKenna, M.C. & Bell, S.K. 1997. Classification of mammals: above the species level. New York: Columbia University Press, 631 pp. ISBN 978-0-231-11013-6 Rathbun, G.B. 1979. Rhynchocyon chrysopygus. Mammalian Species 117:1-4. Schlitter, D.A. 2005. Order Macroscelidea. Pp. 82-85 in Wilson, D.E. & Reeder, D.M. (eds.). Mammal Species of the World: a taxonomic and geographic reference. 3rd ed. Baltimore: The Johns Hopkins University Press, 2 vols., 2142 pp. ISBN 978-0-8018-8221-0 Macroscelididae
3698
https://mt.wikipedia.org/wiki/Elephantulus
Elephantulus
Elephantulus huwa ġeneru ta' mammiferi (is-senġijiet), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Macroscelidea, fil-familja Macroscelididae, fis-sottofamilja Macroscelidinae ma' bosta ġeneri oħra tnejn minnhom Macroscelides u Petrodromus b' rappreżentanti ħajjin. Dan il-ġeneru huwa rappreżentat bi ħdax-il speċi estanti (ħajjin)u bħala numru ta' speċijiet huwa l-aktar wieħed ta' suċċess fl-ordni Macroscelidea. Lista tal-ispeċijiet tal-ġeneru Elephantulus Ġeneru Elephantulus (Thomas & Schwann, 1906) Elephantulus antiquus (Broom, 1948) (estinta) Elephantulus brachyrhynchus (A. Smith, 1836) Elephantulus broomi (Corbet & Hanks, 1968) (estinta) Elephantulus edwardii (A. Smith, 1839) Elephantulus fuscipes (Thomas, 1894) Elephantulus fuscus (Peters, 1852) Elephantulus intufi (A. Smith, 1836) Elephantulus myurus (Thomas & Schwann, 1906) Elephantulus pilicaudus (Smith,2008) Elephantulus revoili (Huet, 1881) Elephantulus rozeti (Duvernoy, 1833) Elephantulus rufescens (Peters, 1878) Elephantulus rupestris (A. Smith, 1831) Referenzi Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 82-85. The Paleobiology Database. Tassonomija tal-Mammiferi. Ħoloq Esterni Elephant Shrew: Wildlife summary from the African Wildlife & Reptiles Foundation Afrotheria Specialist Group Sengi section Macroscelididae
3705
https://mt.wikipedia.org/wiki/Torri%20Eiffel
Torri Eiffel
It-Torri Eiffel, huwa torri tal-ħadid f'Pariġi, hu landmark tal-post u eżempju bikri ta' xogħol bil-ħadid fuq daqs ġgantesk. Ġie ddisinjat u mibni mill-inġinier ċivili Franċiż, Alexander Gustav Eiffel għall-Fiera Dinjija ta' Pariġi fl-1889. It-torri, mingħajr l-antenna tax-xandir li saret wara, hu twil 300m. Is-sezzjoni t'isfel tikkonsisti f'erba' arkati kbar bħala saqajn. It-torri, ġie mibni minn madwar 6,300 tunnellata ħadid, għandu t-turġien u l-liftijiet. Fin-naħa ta' fuq tat-torri ssib uffiċċju meteoroloġiku, stazzjon tar-radju, antenna ta' trasmissjoni tat-televiżjoni kif ukoll kmamar li kienu jintużaw minn Eiffel innifsu. Dan l-aħħar ġie miżjud dawl ferm sabiħ madwaru li jagħti dehra iżjed romantika lil din il-belt kapitali Franċiża. Arkitettura ta' Pariġi Torrijiet
3706
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bir%20id-Deheb
Bir id-Deheb
Bir id-Deheb hija parti bejn il-lokalitajiet ta' Ħal-Għaxaq u ż-Żejtun. Minkejja l-isem f'dan l-inħawi jekk tmur tfittex żgur mhux ħa sib xi bir tad-deheb. Fil-fatt din il-parti fiż-żmien il-medjuevu kienet tissejjaħ il-"Qasam Ta' Dihib", b'hekk jista' jkun li ġej minn xi kunjom jew laqam tas-seklu XV. Bir id-Deheb eżattament jinsab fin-naħa ta' fuq taż-Żejtun u fin-naħa t'isfel ta' Ħal-Għaxaq, u minn nofs ta' din il-parti tgħaddi t-triq prinċipali lejn il-kumplament ta' nofsinhar ta' Malta, it-Triq Tal-Barrani. It-Triq Tal-Barrani hi dik it-triq li tifred iż-żewġ lokalitajiet t'hawn fuq. Iżda l-ikbar parti ta' Bir id-Deheb tinsab fiż-Żejtun. Ġewwa Bir id-Deheb insibu knisja ddedikata lil Madonna tal-Ħniena li tgħamel parti mill-parroċċa ta' Santa Katarina ta' Lixandra fiż-Żejtun. Il-festa ta' din il-knisja f'ġieh il-Madonna tal-Ħniena ssir Ħadd fuq il-15 ta' Settembru,jum il-festa tad-duluri. Qrib din l-inħawi nsibu irħula oħra żgħar li jagħmlu mall-Belt Żejtunija fosthom Ħal-Ġwann, Ħal-Bajda, Ħal-Bisbut u Ta' Tnella. Insibu wkoll diversi knejjes qrib ta' dan il-post li kollha jagħmlu mal-parroċċa ta' Santa Katarina ta' Lixandra, fosthom il-Knisja ta' Sant' Anġlu, il-Knisja ta' Santa Marija u l-Knisja tal-Madonna ta' Sinjura. Toroq f'din il-parti insibu diversi fiż-żewġ lokalitajiet u anki l-popolazzjoni mhux daqsekk żgħira li sa anki taqbeż il-popolazzjoni ta' lokalitajiet oħra Maltin u Għawdxin, fost dawn it-toroq insibu: Ġewwa Ħal-Għaxaq Wesgħa ta' Bir id-Deheb Triq Birżebbuġa Triq il-Bidla Sqaq Dendu Triq Manwel Dimech Sqaq Wilġa Triq it-Terħa Triq Santa Tereża Triq Tal-Barklor Parti minn Dawret Ħal-Għaxaq Ġewwa ż-Żejtun Triq Tal-Barrani Triq Bir id-Deheb Triq Frank Ghio Triq l-Għadam Sqaq Tal-Ħniena Misraħ il-Kanonku Ġiovanni Vella Triq Lorenzo Gafà Parti minn Triq il-Madonna tal-Ħniena Triq Melchiorre Gafà Vjal Sir Paul Boffa Triq it-Tabib Cannataci Triq Xandru Farrugia Triq Ħal-Ġwann Parti minn Triq il-Labour Parti minn Triq il-President Anton Buttigieg Bliet ta' Malta
3709
https://mt.wikipedia.org/wiki/Atomium
Atomium
L-Atomium huwa bini fi Brussell li kien inbena għall-Fiera Dinjija ta' l-1958 (Expo '58). Din l-istruttura ta' l-aluminju u l-azzar hi twila 103 metri (335 pied) u tirrappreżenta l-istruttura kristallina tal-ħadid, imkabbra għall 165 biljun darba. L-istruttura tikkonsisti f'disa sferi ta' l-azzar, kull waħda b'diametru ta' 18-il metru. Dawn huma magħquda flimkien permezz ta' tubi twal 35 metru, li huma turġien. It-twieqi fl-isfera ta' fuq nett jipprovdu veduta panoramika ta' Brussel. Dan il-monument minn André Waterkeyn, huwa landmark tal-belt kapitali Belġjana. Webcam Atomium Xogħolijiet ta' l-arkitettura fil-Belġju Bini u strutturi fi Brussel Attrazzjonijiet turistiċi fi Brussel
3731
https://mt.wikipedia.org/wiki/Santu%20Wistin
Santu Wistin
Santu Wistin huwa wieħed mill-erba’ Santi Padri ewlenin tal-Punent, flimkien ma’ Sant'Ambroġju, San Ġlormu u l-Papa San Girgor il-Kbir. Huwa kien isqof ta’ Ippona, belt ewlenija tal-Afrika Rumana (illum Annaba fl-Alġerija) u wieħed mill-figuri ewlenin tal-Knisja tar-raba’ seklu. Tfulija Wistin twieled fit-13 ta’ Novembru 354 minn missier pagan, Patrizju, li kien Kunsillier ta’ muniċipju, u minn omm nisranija Kattolika, Monnika, ta’ razza bérbera f’Tagaste, fin-Numidja, Souk-Ahras, illum l-Alġerija. Minħabba l-edukazzjoni li kellu, hu kien marbut b’ruħu u b’ġismu ma’ Ruma, mal-Imperu Ruman, u mal-kultura Rumana. Studja f’Tagaste fejn twieled, wara kompla jistudja fil-belt ta’ Madawra (ġewwa l-Alġerija) u mbagħad temm l-istudji f’Kartaġni. L-ilsien Grieg ma setax jaqbdu fl-iskola, imma iżjed tard wara li kien kbir tgħallmu biżżejjed biex ikun jista’ jittraduċi għal-Latin. Min-naħa l-oħra, il-Puniku baqa’ ma tgħallmu qatt, neħħi xi ftit kliem ’l hawn u ’l hemm li laħaq tgħallem u li nqeda bih biex ifisser kliem Lhudi li kien jixxiebah etimoloġikament. Meta kellu tnax-il sena kien se jmut minħabba x-xedda li qabditu, u kien se jitgħammed. Imma billi għaddielu, hu baqa’ ma tgħammidx żgħir. Żgħożija Ta’ dsatax-il sena tbiegħed mill-fidi Kattolika. Wara li qara l-ktieb l-Ortensju ta’ Ċiċerun li kien iħajjar għat-triq tal-filosofija, Wistin sar Manikew. Issa mietlu missieru (373), u reġa’ lura lejn Tagaste, u miegħu ħa l-mara li kien jgħix magħha u lil binhom Adeodat. Ommu ma laqgħethomx għandha. Hu beda jgħallem il-grammatika Latina fl-istess Tagaste (374). Wara dan huwa qabad jgħallem ir-retorika l-ewwel f’Kartaġni (375-383), imbagħad f’Ruma (384), u fl-aħħar Milan (Ħarifa 384 – Sajf 386). F’Milan stess hu ġie f’kuntatt mal-Isqof Sant'Ambroġju u mal-istudji tan-neoplatoniċi li għenuh iħoll il-problema tal-materjaliżmu u tal-ħażen. Bil-qari ta’ San Pawl hu għeleb il-problema tan-naturaliżmu, u fehem li Kristu mhux biss hu l-Imgħallem, imma wkoll il-Feddej. Hekk wasal biex aċċetta l-medjazzjoni divina u l-grazzja. U fl-aħħar wasal ukoll għall-konverżjoni tiegħu. Konverżjoni Wistin ikkonverta fl-ewwel jiem tax-xahar ta’ Awwissu tas-sena 386, jiġifieri 44 sena qabel ma miet bħala Isqof ta’ Ippona. Bejn il-konverżjoni u l-episkopat tiegħu għaddew ftit inqas minn għaxar snin, imma dan kien perjodu mimli progress spiritwali u kisba ta’ tagħlim tat-teoloġija Kattolika. Hekk kif ikkonverta hu ħa żewġ deċiżjonijiet kbar: dik li jirrinunzja għat-tagħlim tar-retorika, u dik li jirrinunzja għaż-żwieġ. Hekk, qrib it-tmiem ta’ Ottubru tas-sena 386 Wistin irtira f’Kassiċijaku, x’aktarx Cossago fil-Brianza, biex hemm iħejji ruħu għall-magħmudija. F’dan il-post hu għamel inqas minn ħames xhur għaliex fl-ewwel ġranet ta’ Marzu tas-sena 387 hu reġa’ lura lejn Milan, inkiteb katekumenu, segwa l-kors tal-katekeżi li għamel Ambroġju u kien mgħammed flimkien ma’ Alipju, sieħbu, u Adeodat, ibnu, fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 ta’ April, il-viġilja tal-Għid tas-sena 387. Minn hemm Wistin qatagħha li jerġa’ lura lejn l-Afrika, imma ftit wara li waslu f’Ostia Tiberina, ommu mardet u mietet. Wistin reġa’ lura lejn Ruma u baqa’ sas-sena ta’ wara jikteb il-kotba u jitkixxef iżjed dwar il-ħajja monastika. Wara l-mewt tal-Imperatur Massimu li ġrat f’Lulju jew f’Awissu tas-sena 388, Wisin ħalla Ruma u mar Tagaste fejn beda l-ħajja komunitarja flimkien mal-ħbieb tiegħu u ma’ Adeodat li mbagħad miet minn sena sa tliet snin wara (389-391). Saċerdot u Isqof Fis-sena 391, Wistin mar Ippona bil-ħsieb li jsib xi post fejn ikun jista’ jwaqqaf knisja. F’dik l-okkażjoni hu aċċetta kontra qalbu li jkun ordnat saċerdot. L-Isqof Valerju tah biċċa mill-kwartier nisrani biex iwaqqaf hemm il-monasteru tal-lajċi li xtaq jibni. Hawn beda jagħti ruħu għal iżjed ħajja axxetika, għal iżjed studji tat-teoloġija, u fl-istess ħin beda l-ħidma tiegħu tal-predikazzjoni. Fis-sena 395 jew 396 hu kien ikkonsagrat Isqof. Għadda xi żmien jgħin lill-Isqof Valerju, imbagħad, għallinqas minn Awissu tas-sena 397, hu beda l-ħidma tiegħu proprja bħala Isqof ta’ Ippona. Meta sar Isqof tal-post, Wistin ħalla l-monasteru tal-lajċi fejn qabel kien superjur, u mar fid-dar ta’ l-Isqof u għamel minn din monasteru tal-Kjeriċi. Bħala Isqof, Santu Wistin ħadem bis-sħiħ kemm fid-djoċesi tiegħu, kemm fi djoċesijiet oħra fejn mar ħafna drabi l-iktar biex jipprietka, u kemm għall-Knisja universali l-iktar bil-kotba tiegħu. Fid-djoċesi tiegħu, Wistin kien jipprietka regolarment darbtejn fil-ġimgħa, jiġifieri s-Sibt u l-Ħadd. F’xi okkażjonijiet kien jipprietka għal ġranet sħaħ wara xulxin, meta mhux ukoll jagħmel żewġ prietki kuljum. Kellu wkoll laqgħat tal-Isqof mal-membri tad-djoċesi, li kienu jissejħu audientia episcopalia, u dan biex jisma’ u jaqta’ s-sentenzi fil-kawżi li kienu jippreżentawlu l-fidili. Xi kultant dawn il-laqgħat kienu jdumu l-ġurnata kollha. Kellu wkoll jieħu ħsieb il-fqar, ir-romol u l-iltiema permezz ta’ tqassim ta’ affarijiet meħtieġa għall-ikel u għall-ħajja mill-imħażen li kien hemm apposta fil-kwartier nisrani. Kien jieħu ħsieb it-tagħlim reliġjuż tal-kleru li fosthom ġab riforma kbira bil-ħsieb li s-saċerdoti jkunu iktar kapaċi teoloġikament u liturġikament. Organizza l-monasteri kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. Kien iżur il-morda fi djarhom stess. U kien jaqbeż għall-fidili quddiem l-awtorita’ ċivili. Kien ukoll jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-ġid tal-Knisja, xogħol li kien jagħmel kontra qalbu. Għall-Knisja ta’ l-Afrika u b’xi mod għall-Knisja Universali, hu ħa sehem f’diversi konċilji Afrikani. Kiteb ħafna ittri bħala tweġiba għall-problemi jew mistoqsijiet li kienu jagħmlulu. Ħa sehem f’disputi pubbliċi mal-eretiċi meta tqum l-okkażjoni, fosthom fil-konferenza tas-sena 411 bejn Isqfijiet Kattoliċi u Isqfijiet Donatisti. Hu ħadem ħafna għas-soluzzjoni tax-xiżma Donatista u tal-kontroversja Pelaġjana. Meta miet fit-28 ta’ Awissu tas-sena 430, fit-tielet xahar ta’ l-assedju taIppona mill-Vandali, ħalla warajh ħafna opri mhumiex mitmuma. L-aħħar xogħol tiegħu kienet l-Ittra 228 li x’aktarx li ddettaha fuq is-sodda ta’ mewtu u indirizzaha lis-saċerdoti tad-djoċesi dwar id-dmirijiet tagħhom għal waqt l-invażjoni barbarika. Hu kien midfun fil-Bażilika Pacis ġewwa Ippona. Iktar tard l-għadam tiegħu, f’data inċerta, ittieħed f’Sardinja, u qrib is-sena 725 kien ittrasportat f’Pavia fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ciel d’Oro, fejn għadu sal-lum. Il-Belt ta’ Alla (De Civitate Dei) Din hi l-aqwa biċċa xogħol ta’ Santu Wistin. Fiha hu jagħti fil-qosor il-ħsieb tiegħu filosofiku, teoloġiku u politiku. Kitbu bejn is-snin 413-426. Fir-Ritrattazzjonijiet Santu Wistin meta wasal sabiex jerġa’ jagħti daqqa t’għajn lejn ix-xogħol li kien għadu kemm temm, fuq il-Belt ta’ Alla, kiteb: “Waqt dan kollu, Ruma kollha kienet tinsab imfarrka taħt il-qilla ta’ l-invażjoni tal-Goti li kienu taħt it-tmexxija tar-re Alariku (370-410); kien diżastru kbir. Dawk li aħna mdorrijn insejħu l-pagani, dawk li jagħtu qima lil bosta allat foloz, għamlu l-almu tagħhom kollu sabiex iqiegħdu l-ħtija ta’ dan kollu wara bieb it-twemmin nisrani, u dan sabiex iżebilħu lil Alla l-veru bi lsien iniggeż aktar u bi ħdura mhux tas-soltu. Għalhekk jien mifni bil-ħeġġa għad-dar ta’ Alla, qtajtha illi nikteb kontra dawn id-dagħajja u l-iżbalji tagħhom, il-kotba ta’ l-Belt ta’ Alla.” Mela skond Wistin dawn kienu raġunijiet ewlenija għaliex ried jikteb il-Belt ta’ Alla. L-idea ewlinija hi dik li l-Providenza divina ddawwal u tmexxi l-istorja kollha tal-bniedem. Fiha 22 ktieb. ~ertament hija l-‘Magnum Opus’ ta’ Santu Wistin - opra twila ħafna u trid iż-żmien biex taqraha kollha. Tinqasam f’żewġ partijiet. Il-kotba 1-10 fihom il-ħsieb ta’ apoloġetika u polemika. Fil-kotba 1-5 Santu Wistin jirrifjuta l-opinjoni pagana li l-politeiżmu, jew l-adorazzjoni ta’ ħafna allat, kien bżonnjuż sabiex tinstab hena fuq din id-dinja; fil-kotba 6-10 huma miktuba kontra l-filosfi Neo-Platoniċi li kien jżommu li l-adorazzjoni ta’ l-allat hija neċessarja għall-ħajja futura. Il-kotba 11-22 huma spekulattivi. Hemm żewġ saltniet kbar li fihom isir l-iżvilupp tal-ħajja u ta’ l-umanita’: ‘Regnum Dei, Regnum mundi’,- ‘ir-renju ta’ Alla u r-renju tad-dinja.’ Il-konflitt bejn dawn it-tnejn jifforma suġġett ta’ dan ix-xogħol. Ir-renju ta’ Alla jikkonsisti: fl-anġli tiegħu u n-nies ġusti, u l-essenza tar-renju tad-dinja hi l-apostasiji minn Alla. Huwa hawn li dawn iż-żewġ renji jidħlu ġo xulxin għaliex iċ-ċittadini ta’ l-ewwel jgħixu bħala ċittadini qalb tat-tieni. Il-kotba 11-14 jiddeskrivu l-oriġini ta’ kull renju, bil-ħolqien tal-anġli u tal-waqgħa ta’ dawk apostati. Il-kotba 15-18 jittrattaw fuq l-iżvilupp u l-progress ta’ dawn iż-żewġ renji u l-kotba 19-22 l-għan ta’ kull renju u kif isib tmiemu. Ix-xogħol fih ħafna tagħrif storiku u arkeoloġiku għax Wistin ħa ħafna minn Ċiċerun, Verro u mir-reċensjoni tal-‘Chronicon’ ta’ Ewsebju. Ċertament dan ix-xogħol kellu u għad għandu influwenza kbira mill-mewt ta’ Wistin l’ hawn. Għall-grazzja ta’ Alla għandna traduzzjoni tajba ħafna tal-Belt ta’ Alla, tradotta minn Valentin V. Barbara, maħruġa mill-Provinċja Agostinjana, Malta, fil-1996, bin-noti estiżi ta’ P. Salvino Caruana OSA. Qaddisin Twieldu fit-354 Mietu fl-430
3732
https://mt.wikipedia.org/wiki/Baqra%20tal-ba%C4%A7ar
Baqra tal-baħar
Mammiferi plaċentati erbivori tal-baħar li jiffurmaw l-ordni Sirenia, mifruxa ma' ħafna ibħra, xmajjar w estwarji, ma' tul il-kosta ta' l-Afrika, l-Indja, l-Awstralja u ż-żewġ kontinenti Amerikani. Dawn il-mammiferi jiġu msejħa b'ħafna ismijiet bħal baqar tal-baħar, lamantini u dugongi fost oħrajn. Il-baqar tal-baħar kollha il jeżistu llum għandhom metaboliżmu estremament baxx u tolleranza ta' xejn lejn l-ilma kiesaħ, biss xorta waħda huma mammiferi totalment akkwatiċi u bħal baleni u d-dniefel, f'ħajjithom ma' joħorġu qatt barra mill-ilma lanqas biex iwelldu. Minħabba dawn il-fatturi il-baqar tal-baħar jistgħu jgħixu biss f'ibħra baxxi u sħan mal-kosta, fi xmajjar u f'estwarji b'ekosistemi nodfa u b'saħħithom. Il-lamantini (Trichechidae) u d-dugongi (Dugongidae) huma fil-periklu ta' estinzjoni. L-erba' speċi li huma kollha vulnerabli minħabba telf ta' abitat u mpatti negattivi oħra li huma relatati mal-bniedem, bħall-iżvilupp tal-kosta u żieda fil-popolazjoni. Deskrizzjoni Il-baqar tal-baħar għandhom ħafna adattazzjonijiet fisiċi għall-ħajja fl-ilma. L-idejn ġew modifikati b'mod biex jintużaw bħala tmun biex jgħinu fid-direzzjoni, is-saqajn tant ċkienu li baqa' biss 2 għadmiet midfuna fil-fond ġewwa l-muskoli u d-denb inbidel f'forma ta' moqdif. Ir-ras hija waħda mill-partijiet li ġiet immodifikata l-aktar, biex dawn il-mammiferi jkunu jistgħu jieħdu in-nifs faċilment f'wiċċ l-ilma. Is-snien fil-ħalq naqsu drastikament ukoll u l-ftit li baqa' ġew addattati għal veġetazjoni ratba. Is-sider fil-mara qiegħed pożizjonat taħt l-idejn u għandhom par wieħed biss. Id-differenza bejn il-familja Trichechidae u l-familja Dugongidae hija fil-forma tad-denb u tar-ras. Għalkemm jidhru ħoxnin, il-baqar tal-baħar huma fusiformi w idrodinamiċi. Dieta Għad-differenza mill-mammiferi tal-baħar kollha l-oħra (dniefel, baleni, bumerini, iljuni tal-baħar u lutri tal-baħar) il-baqar tal-baħar huma mammiferi totalment erbivori u jieklu biss veġetazjoni u ħaxix tal-baħar biss. Klassifikazzjoni Ordni Sirenia Familja Prorastomidae (estinta) Familja Protosirenidae (estinta) Familja Dugongidae Sottofamilja Dugonginae Ġeneru Dugong Dugong, Dugong dugon Sottofamilja Hydrodamalinae Ġeneru Dusisiren Dusisiren dewana (estinta) Dusisiren jordani (estinta) Dusisiren takasatensis (estinta) Ġeneru Hydrodamalis Hydrodamalis cuestae (estinta) Baqra tal-baħar ta' Steller, Hydrodamalis gigas (estinta) Familja Trichechidae Ġeneru Trichechus Lamantin tal-Karibew, Trichechus manatus Lamantin Afrikan, Trichechus senegalensis Lamantin Amazoniku, Trichechus inunguis Referenzi Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 92-93 The Paleobiology Database Ħoloq esterni Manatee & Dugong Research, Education, & Conservation The earliest known Sirenian is Pezosiren portelli. Sirenia
3735
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bolzano
Bolzano
Bolzano (Ġermaniż Bozen, Ladin Bulsan) hija l-belt kapitali u l-ikbar tat-Tirol t’Isfel (Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano/Bozen) fl-Italja u fl-Alpi. Bejn wieħed u ieħor f’Bolzano jgħixu 100,000 abitant. 73% tal-popolazzjoni titkellem bit-Taljan, 26.29% bil-Ġermaniż u 0.71% bil-Ladin, lingwa tad-Dolomiti. Il-Belt Bolzano huwa ċ-ċentru amministrattiv, ekonomiku, finanzjarju, politiku, artistiku, kulturali u reliġjuż (ma’ Bressanone/Brixen) tat-Tirol t’Isfel. Bolzano hija belt ma’ università trilingwa (Ġermaniż, Talian u Ingliż), akkademja ewropea u konservatorju prestiġġjuż. Popolazzjoni Il-popolazzjoni tal-belt mal-agglomerazzjoni hija ta' 140,000 abitant. 8% (7.929) tal-popolazzjoni tal-belt hija stranġiera u l-ikbar komunità hija Albaniża. Amministrazzjoni Luigi Spagnolli huwa is-Sindku ta’ Bolzano u Elmar Pichler Rolle huwa viċi-sindku tal-belt. Distretti Centro-Piani-Rencio / Zentrum-Bozner Boden-Rentsch Oltrisarco-Aslago / Oberau-Haslach Europa-Novacella / Europa-Neustift Don Bosco (San Ġwann Bosco) Gries-San Quirino / Gries-Quirein Storja Sa l-1918 Bolzano kienet parti mill-Imperu tal-Awstrija-Ungerija. Turiżmu Iċ-ċentru storiku huwa ta’ oriġini Awstriaka. Il-Katidral ta’ Bolzano Mużew ta’ Arkeoloġija tal-Tirol t’Isfel ma’ Ötzi (il-mummja il-kiesaħ) Messner Mountain Museum Firmian Mużew tal-Belt Museion – Mużew ta' l-arti moderna Mużew tan-Natura Kastell Runkelstein Il-Portiċi ta’ Bolzano Pjazza Walther Links esterni (ġe) (ta) Uffiċċju tat-Turisti tal-Belt Bolzano (in) (ġe) (ta) (ol) Reġjun tat-Turisti ta’ Bolzano (in) (ġe) (ta) Università Ħielsa ta’ Bolzano (in) (ġe) (ta) (la) (fr) Provinċja Autonoma ta’ Bolzano Bliet tal-Italja
3738
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dugong
Dugong
Dugong huwa ġeneru, ta' mammiferi (id-dugongu), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Sirenia, fil-familja Dugongidae, fis-sottofamilja Dugonginae, bi speċi 1 biss. (għal aktar informazzjoni ara l-artikli Baqra tal-baħar jew Dugongu) Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Dugong Ġeneru Dugong (Lacepede, 1799) Dugong dugon (P.L.S. Muller, 1776) Sottospeċi Dugong dugon australis (Retzius, 1794) Dugong dugon dugon (P.L.S. Muller, 1776) Dugong dugon hemprichii (Ehrenberg, 1828) Dugong dugon tabernacauli(Ruppell, 1834) Referenzi Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 92-93 The Paleobiology Database Links Esterni Manatee & Dugong Research, Education, & Conservation The earliest known Sirenian is Pezosiren portelli. Sirenia
3741
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bniedem
Bniedem
Il-Bnedmin (Umani) huma primati fl-ispeċi Homo sapiens (bil-Latin; 'Raġel għaref'), fil-ġeneru mammiferi, fil-klassi Mammalia, fil-familja Hominidae. L-Umani għandhom moħħ żviluppat ħafna li jippermetti raġunamenti astratti, il-lingwa u introspezzjoni (li tikkuntempla lilek innifsek, u mhux tosserva madwarek biss). Dan, flimkien ma' ġisem wieqaf li jippermetti l-użu ħieles tal-idejn ippermetta lil bnedmin sabiex jagħmlu użu kbir ta' għodod. Bħal ħafna primati oħra, l-umani huma ta' natura soċjali u jħobbu joqogħdu miġburin flimkien. Barra minn hekk, kapaċi jużaw ħafna tipi ta' kommunikazjoni. Il-bnedmin, matul is-snin u jibqgħu fil-futur, jikkreaw strutturi soċjali kumplessi magħmula minn gruppi ta' individwi li jikkooperaw flimkien u jikkompetu ma' xulxin. Id-daqs ta' dawn il-gruppi jvarja minn ftit individwi għal nazzjonijiet sħaħ b'miljuni ta' nies. It-taħlit bejn dal-gruppi ħoloq matul iż-żminijiet varjeta' kbira ta' tradizzjonijiet, ritwali, etika, valuri, użanzi, normi soċjali u liġijiet li kollha jiffurmaw l-bażi tas-soċjetà umana. 10 artikli essenzjali
3742
https://mt.wikipedia.org/wiki/Apparat%20Periferali
Apparat Periferali
Periferali hu hardwer li jiżdied ma' kompjuter biex jiżdiedulu l-abbiltajiet tiegħu. Iktar minn hekk periferali huma apparati li huma opzjonali u mhux bżonjużi biex kompjuter bażiku jaħdem. It-terminu periferali hu iktar użat għal apparati li jiżdiedu mal-kompjuter fuq barra bis-saħħa ta' konnesjonijiet bħal USB jew COM. Eżempji tipiċi huma joystiks, printers, skeners, u mikrofoni. Apparat bħal moniter jew disk drajvs mhux konsiderati periferali meta mhux opzjonali. Kards bħal vijdjo kards ukoll mhux konsiderati periferali għax huma apparati interni. Qabel ma kien jeżisti il-kompjuter personali, apparati li ma kinux motherboard, CPU jew memorja kienu meqjusa bħala periferali. Il-kompjuter personali espanda t-tifsira ta' x'inhu bażiku u x'inhu periferali u għaldaqstant keyboard, moniter u maws m'humiex iktar konsiderati bħala periferali. Lista ta' apparati periferali komuni Apparat ta' Ħżin Li jista' jitneħħa (Jaqra jew jikteb f'medja li jinġarr) CD CD-ROM CD-RW CD-R DVD DVD-ROM DVD-RW DVD-R USB flash drive Tape drive Floppy disk Punch card Ta' ġewwa Disk array controller Input Manwali kijbord Pointing devices maws Trackball Joystik Touch skrijn Joypad Brain-computer interface skener Computer terminal Computer speech recognition Webcam Digitizing tablet Barcode reader Output Stampar Plotter Stampatur Braille embosser Ħoss Computer speech synthesis Kard tal-Awdjo Spijkers Mikrofonu Viżwali Kard tal-Grafika Moniter Refreshable Braille display Network Modem Kard tan-Network Kompjuter
3747
https://mt.wikipedia.org/wiki/Alan%20Turing
Alan Turing
Alan Mathison Turing (Londra, 23 ta' Ġunju 1912 – Wilmslow, 7 ta' Ġunju 1954) kien matematiku, loġiku u kriptografu Brittaniku. Hu kien pijunier fl-iżvilupp tax-xjenza tal-informatika, fejn ta definizzjoni ċara ta' "algoritmu" u "komputazzjoni" bil-Magna ta' Turing, li tista' tiġi kkunsidrata bħala l-mudell li jibbażaw irwieħhom diversi kompjuters. Turing huwa meqjus bħala missier tal-informatika u l-intelliġenza artifiċjali. Ħoloq esterni Bijografija fuq MacTutor The Alan Turing Home Page Twieldu fl-1912 Mietu fl-1954 Matematiċi Brittaniċi Imwiet b'suwiċidju Nies LGBT
3752
https://mt.wikipedia.org/wiki/Notoryctemorphia
Notoryctemorphia
In-Notoryctemorphia huwa ordni ta' mammiferi marsupjali, eżattament it-talpi marsupjali, li qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, fis-superordni Australidelphia. Għandu familja waħda, in-Notoryctidae, u ġeneru wieħed biss, Notoryctes, b'żewġ speċi ħajjin. Dan l-ordni flimkien ma' erba' ordnijiet oħra, il-Microbiotheria, id-Dasyuromorphia, il-Peramelemorphia u d-Diprotodontia, jiffurmaw is-superordni Australidelphia. Lista tal-ispeċi tal-ordni Notoryctemorphia Ordni Notoryctemorphia Familja Notoryctidae Ġeneru Notoryctes Talpa marsupjal tat-Tramuntana jew Karkarratul, Notoryctes caurinus Talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew Itjaritjari, Notoryctes typhlops Referenzi Ħoloq esterni Klassifikazzjoni tan-Notoryctemorphia fuq The Taxonomicon Notoryctemorphia
3753
https://mt.wikipedia.org/wiki/Festival%20tal-Eurovision
Festival tal-Eurovision
Il-Festival tal-Eurovision, jew kif inhu magħruf aħjar bħala Eurovision Song Contest (bil-Franċiż: Concours Eurovision de la Chanson), hija kompetizzjoni annwali bejn il-pajjiżi membri attivi tal-European Broadcasting Union (EBU). Kull pajjiż membru jibgħat kanzunetta biex jipparteċipa fi trażmissjoni diretta fuq it-televiżjoni u wara jinġabru l-voti mill-pajjiżi għall-kanzunetti tal-pajjiżi l-oħra — b'hekk tintgħażel l-iktar kanzunetta popolari tal-kompetizzjoni. Kull pajjiż membru jipparteċipa permezz ta' stazzjon televiżiv li jkun membru tal-EBU, u li permezz ta' xi sistema ta' għażla ġewwa pajjiżhom, jintgħażel kantant u kanzunetta li jirrapreżenta l-pajjiż f'din il-kompetizzjoni internazzjonali. Il-Festival jiġi trażmess kull sena u l-ewwel edizzjoni saret fl-1956. Dan il-festival hu fost l-iktar programmi televiżivi li ilu jsir mad-dinja u hu anki fost l-aktar programmi (li mhumiex sportivi) segwiti mad-dinja, hekk kif jilħaq udjenza ta' madwar 100 miljun u 600 miljun. Il-Eurovision jixxandar wkoll barra mix-xtut Ewropej, fejn jiġi mxandar f'pajjiżi bħall-Awstralja, il-Kanada, l-Eġittu, Ħong Kong, l-Indja, il-Ġordan, New Zealand, l-Afrika t'Isfel, il-Vjetnam u l-Istati Uniti, minkejja li dawn il-pajjiżi ma jikkompetux fil-festival. Mis-sena 2000, il-festival beda jiġi mxandar ukoll fuq l-internet, b'aktar minn 74,000 persuna minn 140 nazzjon isegwu l-edizzjoni tal-2006 fuq l-internet. Oriġini Fil-ħamsinijiet, meta l-Ewropa kienet għadha kemm iġarrab l-effetti tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-European Broadcasting Union — li kienet ibbażata fl-Iżvizzera — ġietha l-idea ta' festival tal-kanzunetta internazzjonali fejn il-pajjiżi jieħdu sehem fuq programm televiżiv wieħed u jkun trażmess fil-pajjiżi kollha li huma parti minn din l-organizzazzjoni. Din l-idea ħarġet waqt laqgħa li kienet qed issir ġewwa Monako fl-1955 minn Marcel Bezençon, Franċiż li kien jaħdem għall-EBU. Il-kompetizzjoni kienet immudellata fuq il-festival Taljan ta' Sanremo, u kien jintqies bħala esperiment teknoloġiku f'televiżjoni diretta: f'dawk iż-żmenijiet, kien ikun proġett ambizzjuż li tgħaqqad ħafna pajjiżi ma' xulxin f'network fuq bażi wiesgħa ta' arja. L-isem tal-festival, "Eurovision", kienet idea tal-ġurnalist Brittaniku George Campey fl-1951. L-ewwel edizzjoni saret fil-belt ta' Lugano ġewwa l-Iżvizzera fl-24 ta' Mejju 1956. Seba' pajjiżi ħadu sehem b'kull pajjiż jibgħat żewġ kanzunetti, għal total ta' erbatax. Dan kien l-uniku festival fejn kull pajjiż kellu iktar minn kanzunetta waħda: mill-1957 kull festival li sar, kull pajjiż kien obbligat li jipparteċipa b'kanzunetta waħda. Il-festival tal-1956 kien mirbuħ mill-pajjiż ospitu tal-iŻvizzera. Il-programm kien għall-bidu magħruf bħala "Eurovision Grand Prix". L-isem "Grand Prix" kien jiġi ntużat mill-pajjiżi li għandhom influwenza Franċiża qalb il-kultura tagħhom, fejn f'dawn il-pajjiżi l-Eurovision kien magħruf bħala "Le Grand-Prix Eurovision de la Chanson Européenne". Il-kelma "Grand Prix" ma baqgħetx tintuża' aktar f'dawn il-pajjiżi u ġiet mibdula għal "Concours" (konkors). L-uniku żewġ pajjiżi li għadhom jużaw t-terminu oriġinarju huma d-Danimarka u n-Norveġja, li jsejħu l-festival "Melodi Grand Prix". Fost il-ħafna programmi tal-EBU, ċertament li l-isem "Eurovision" huwa marbut ma' din l-organizzazzjoni. Format Il-format tal-Konkors għadda minn serje ta' tibdiliet matul is-snin, minkejja li l-punti fundamentali baqgħu dejjem hemm: il-pajjiżi parteċipanti jibgħatu l-kanzunetti, li huma kantati direttament fi programm televiżiv trażmess fl-istess ħin madwar il-Eurovision Network mill-EBU madwar il-pajjiżi. "Pajjiż" bħala parteċipant hu rappreżentat minn stazzjon televiżiv wieħed mill-istess pajjiż: tipikament, imma mhux dejjem, tkun l-organizzazzjoni tax-xandir ta' servizz pubbliku. Il-programm hu ospitat minn wieħed mill-pajjiżi parteċipanti, u t-trażmissjoni tintbagħat mill-awditorju fil-belt li tkun qed tospita l-edizzjoni. Matul dan il-programm, wara li l-kanzunetti kollha jiġu kantati, il-pajjiżi jipproċedu biex jivvutaw għall-kanzunetti tal-pajjiżi l-oħra: il-pajjiżi ma jistgħux jivvutaw għall-kanzunetta tagħhom stess. Fl-aħħar tal-programm, ir-rebbieħ ikun imħabbar bl-iktar kanzunetta li tkun kisbet punti. Ir-rebbieħ jirċievi, sempliċiment, il-prestiġju li jkun rebaħ — minkejja li ħafna drabi jingħata trofew lill-awturi tal-kanzunetta, u l-pajjiż rebbieħ ikun mistieden biex jospita l-avveniment tas-sena segwenti. Il-programm jingħata l-bidu ġeneralment minn wieħed jew aktar preżentaturi, li jilqgħu lit-telespettaturi għas-serata. Ħafna pajjiżi li jospitaw din il-kompetizzjoni jieħdu l-opportunità li tingħatalhom biex jospitaw din l-avveniment biex waqt il-preżentazzjoni jkun għaddej servizz li juri xeni mill-pajjiż, bħala reklamar għat-turiżmu. Bejn il-kanzunetti u meta jitħabbru l-voti, isir att ta' intervall. Dawn il-minuti ta' intervall inkludew atti bħal The Wombles (1974) u l-ewwel preżentazzjon internazzjonali ta' Riverdance (1994). Il-mużika tema li tinstema' qabel u wara x-xandira tal-Festival tal-Eurovision (u xandiriet oħra tal-Eurovision) hi l-introduzzjoni tat-Te Deum ta' Marc-Antoine Charpentier. Is-serata finali tal-Festival tal-Eurovision issir ġeneralment fil-lejl tas-Sibt tar-rebbiegħa, fid-21:00 CEST. Ħafna drabi Sibt partikulari minn Mejju hu magħżul, anke jekk il-Konkors kien isir fil-ġurnata tal-Ħamis (fl-1965) u sa kmieni daqs Marzu. Mill-2004, minħabba n-numru kbir ta' pajjiżi eleġibbli li xtaqu jipparteċipaw, bdew isiru rawnds ta' kwalifika — magħrufin bħala Semifinali — jumejn jew tliet ijiem qabel il-finali tas-Sibt. Parteċipazzjoni Parteċipanti eleġibbli jinkludu Membri Attivi (u mhux Membri Assoċjati) tal-European Broadcasting Union. Membri attivi huma dawk li l-istati tagħhom jaqgħu fi ħdan il-European Broadcasting Area, jew inkella dawk li huma membri tal-Kunsill tal-Ewropa. Membri attivi jinkludu organizzazzjonijiet tax-xandir li t-trażmissjonijiet tagħhom jagħmluhom disponibbli (virtwalment) lill-popolazzjoni kollha tal-pajjiż fejn huma ibbażati. Jekk Membru Attiv tal-EBU ikun jixtieq jipparteċipa, huma jridu jikkwalifikaw għal ċerti kundizzjonijiet li huma imposti mir-regoli tal-Konkors. Sal-2009, din tinkludi n-neċessità li jkunu xandru l-edizzjoni preċedenti fil-pajjiż rispettiv, u li jħallsu lill-EBU miżata ta' parteċipazzjoni qabel data sottoposta mir-regoli tal-Konkors għas-sena li jkunu jridu jidħlu jipparteċipaw fih. L-eleġibbilità biex wieħed jipparteċipa mhix determinata mill-pożizzjoni ġeografika fi ħdan il-kontinent tal-Ewropa, minkejja l-frażi "Euro" fl-isem stess tal-festival, "Eurovision" — u l-anqas m'għandha x'taqsam mal-Unjoni Ewropea. Diversi pajjiżi li ġeografikament jinsabu barra l-konfini tal-Ewropa kkompetew f'dan il-festival: l-Iżrael, Ċipru, l-Armenja, fl-Asja tal-Punent, bdew jipparteċipaw mill-1973, mill-1981 u mill-2004 rispettivament; u l-Marokk, fl-Afrika ta' Fuq, daħlet darba fl-1980. Aktar minn hekk, diversi pajjiżi transkontinentali b'parti biss mit-territorju tagħhom fl-Ewropa wkoll ikkompetew: it-Turkija, mill-1975; ir-Russja, mill-1994; il-Ġeorġja, mill-2007; u l-Ażerbajġan, li deher għall-ewwel darba fl-2008. Żewġ pajjiżi li dehru li xtaqu jieħdu sehem kienu l-Libanu u t-Tuneżija, mill-Asja tal-Punent u l-Afrika ta' Fuq rispettivament, li huma t-tnejn barra mill-Ewropa. L-istat Golf tal-Qatar, fl-Asja tal-Punent, fl-2009 qajjem l-interess li jingħaqad biex jieħu sehem fil-festival tal-2011. Wieħed u ħamsin pajjiż ipparteċipaw tal-anqas darba. Dawn huma elenkati hawnhekk flimkien mas-sena li fiha għamlu d-debutt: a) Qabel ir-riunifikazzjoni Ġermaniża fl-1990, kienet xi drabi tiġi ppreżentata bħala l-Ġermanja tal-Punent, rappreżentazzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Il-Ġermanja tal-Lvant, uffiċjalment ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, ma ħaditx sehem. b) Il-parteċipazzjonijiet preżentati li kienu mill-"Jugożlavja" kienu qed jirrpareżentaw ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja, minbarra l-parteċipazzjoni fl-1992, li rrapreżentat lir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja (li kienet tikkonsisti minn porzjoni żgħir tal-Jugożlavja preċedenti). Proċedura ta' selezzjoni Kull pajjiż huwa obbligat li jibgħat kanzunetta waħda biex tirrapreżentahom fis-sena li fiha jixtiequ jipparteċipaw. L-unika eċċezzjoni kienet meta kull pajjiż bagħat żewġ kanzunetti fl-edizzjoni inawgurali tal-Konkors. Hemm regola li tipprojbixxi li tintbagħat kanzunetta li preċedentament ħarġet kummerċjalment jew imxandra fil-pubbliku qabel data speċifika. L-għan ta' din ir-regola hi biex tassigura li kanzunetti ġodda biss jidħlu fil-Festival, u mhux kanzunetti eżistenti ta' suċċess, li jista' jagħti pajjiż vantaġġ minħabba l-fatt li l-kanzunetta tkun diġà magħrufha u populari. Il-pajjiżi jistgħu jagħżlu l-kanzunetti b'liema metodu li jixtiequ: tista' tkun deċiżjoni interna magħmulha mix-xandar parteċipanti, jew konkors pubbliku li jippermetti lill-pubbliku tal-pajjiż biex jivvota fost numru ta' kanzunetti. L-EBU tinkoraġġixxi lill-istazzjonijiet biex jużaw il-format tal-kompetizzjoni pubblika, hekk kif din tiġġenera aktar promozzjoni lejn il-Konkors. Dawn is-selezzjonijiet nazzjonali huma magħrufa bħala finali nazzjonali. Xi finali nazzjonali ta' xi pajjiżi huma kbar daqs — jew ikbar — mill-Festival tal-Eurovision innifsu, li jinvolvu diversi kanzunetti li jintbagħtu lis-semifinali nazzjonali. Il-finali nazzjonali Żvediża, Melodifestivalen (litteralment, "Il-Festival Melodiku") tinkludi 32 kanzunetta li jitkantaw f'erba' semfinali, f'areni b'udjenzi kbar madwar il-pajjiż, qabel is-serata finali li ssir fi Stokkolma. Dan sar wieħed mill-akbar programmi segwiti kull sena fl-Iżvezja skont figuri televiżivi. Fi Spanja, ir-reality show Operación Triunfo ġie inawgurat fl-2002; ir-rebbieħa tal-ewwel tliet staġuni pproċedew biex jieħdu sehem f'isem pajjiżhom fil-Eurovision. Huwa indifferenti liema metodu li jrid jiġi wżat biex tintgħażel il-kanzunetta, però d-dettalji finali tal-kanzunetta magħżulha jridu jiġu ffinalizzati u sottomessi lill-EBU xi ġimgħat qabel il-Konkors internazzjonali. Ospiti Ħafna mill-ispiża tal-Festival hu kopert mill-isponsors tal-avveniment u kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra. Il-Konkors hu kkunsidrat bħala pjattaforma unika biex wieħed jippromovi l-pajjiż ospitu bħala destinazzjoni turistika. Fis-sajf tal-2005, l-Ukrajna neħħiet r-rekwiżiti komuni għall-għotja tal-visa lit-turisti biex dan jikkoinċidi mat-tħejjija tal-Konkors. Il-preparazzjonijiet għall-Konkors jibdew xi ġimgħat wara r-rebħa tal-pajjiż, u wara l-konferma li tingħata lill-EBU li huma intiżi — u għandhom il-kapaċità — biex jospitaw avveniment ta' dan il-ġeneru. Belt partikulari tiġi magħżulha (ħafna drabi tkun il-kapitali, imma mhux dejjem ikun il-każ), u impjant li jkun tajjeb biex jospita s-serati. L-ikbar impjant kien stadju tal-futbol f'Kopenħagen, Parken, li żamm udjenza ta' madwar 38,000 persuna meta d-Danimarka ospitat l-edizzjoni tal-2001. L-iżgħar villaġġ fejn il-Konkors sar kien f'Millstreet f'Country Cork, ġewwa l-Irlanda, li seħħ fl-edizzjoni tal-1993. Il-villaġġ kellu popolazzjoni ta' 1,500, anke jekk l-impjant tal-Green Glens Arena żamm konsiderabilment aktar udjenza. Meta tintgħażel belt u l-impjant fejn se jiġi ospitat dan l-avveniment, jiġi dejjem ikkunsidrat x'lukandi u faċilitajiet tal-istampa jinstabu fil-viċinanzi. Fi Kjiv 2005, il-kmamar tal-lukandi kienu skarsi hekk kif l-organizzaturi tal-Konkors staqsew lill-gvern Ukren biex jimblokka il-prenotazzjonijiet li huma ma kellhomx kontroll fuqhom permezz ta' allokazzjonijiet tad-delegazzjonijiet uffiċjali jew pakketti tal-vjaġġi: din wasslet għal diversi prenotazzjonijiet tan-nies biex jiġu mħassra. Il-ġimgħa tal-Eurovision Minħabba l-fatt li l-Festival tal-Eurovision hi serata diretta, l-esebituri jridu jipperfezjonaw l-atti tagħhom fir-riħersals biex b'hekk fil-lejla l-kbira kollox imur b'wiċċ il-ġdid. Barra mill-esebizzjonijiet li jkunu għamlu ġewwa pajjiżhom, kull parteċipant jingħata l-opportunità li jirriħersja fuq il-palk fl-awditorju tal-Eurovision. Dawn il-provi jsiru matul diversi jiem tal-ġimgħa, u minħabba dan, id-delegazzjonijiet jaslu fil-belt li tkun qed tospita l-edizzjoni diversi ġranet qabel il-bidu tal-avveniment. Dan ifisser, min-naħa l-oħra, li l-ġurnalisti u l-ammiraturi tal-festival huma wkoll preżenti matul il-ġranet preċedenti, u l-avvenimenti tal-Eurovision idumu aktar mill-ftit sigħat li jidhru fuq it-televiżjoni. Numru ta' lukandi akkreditati huma magħżula għad-delegazzjonijiet biex jospitaw fihom, waqt li diversi karozzi tal-linja jintgħażlu biex iwasslu lill-esebituri lejn l-impjant tal-Festival u lura. Kull stazzjon parteċipi jinnomina Kap tad-Delegazzjoni, li x-xogħol tiegħu hu li jikkoordina l-movimenti tal-membri delegati, u jaħdem bħala rappreżentant tal-pajjiż lejn l-EBU fil-belt li tospita l-edizzjoni. Membri tad-delegazzjoni jinkludu 'l-esebituri, awturi, kompożituri, uffiċċjali tal-istampa u — jekk orkestra hi wżata f'dik is-sena, u jekk il-kanzunetta jkollha bżonn — konduttur. Kull stazzjon jista' jagħmel użu minn kummentatur li jipprovdi l-kummentarju għas-serata għat-televiżjoni jew għar-radju, biex jixxandar fil-pajjiż rispettiv. Il-kummentaturi jingħataw kompartimenti tal-kummentarju li jinstabu wara l-arena wara l-udjenza. Riħersals u konferenzi stampa Tradizzjonalment, id-delegazzjonijiet jaslu fil-Ħadd ta' qabel il-Konkors, biex b'hekk ikunu jistgħu jkunu preżenti għar-riħersals li jibdew nhar it-Tnejn filgħodu. Madanakollu, bl-introduzzjoni tas-semifinali — b'riżultat b'hekk ta' numru ikbar ta' parteċipanti — mill-2004 l-ewwel riħersals bdew fil-ġimgħa ta' qabel il-Ġimgħa tal-Festival. Il-pajjiżi li jkunu qed jieħdu sehem fis-semifinali jagħmlu l-provi erbat ijiem qabel l-ewwel Ħamis sal-Ħadd, b'żewġ perjodi ta' provi jkunu permessi għal kull pajjiż. Il-pajjiżi li jkunu diġà kkwalifikaw direttament għall-finali jagħmlu l-provi fit-Tnejn u t-Tlieta tal-Ġimgħa tal-Eurovision. Wara kull prova ta' kull pajjiż, id-delegazzjoni tiltaqa' mad-direttur artistiku tal-esebizzjoni fil-kamra fejn tiġi analizzata s-serata. Hawnhekk, huma jaraw vidjo tar-riħersal li tkun għadha kemm saret, fejn jiġi diskuss l-angoli tal-kamera, id-dawl u l-koreografija, biex b'hekk jiksbu l-effett estetiku massimufuq it-televiżjoni. F'dan il-punt, il-Kap tad-Delegazzjoni itarffu dwar il-bżonnijiet għall-esebizzjoni, u jagħmlu r-rikjesti tagħhom lill-istazzjon ospitu. Wara din il-laqgħa, id-delegazzjoni tagħmel konferenza stampa fejn membri tal-istampa akkreditata jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet. Ir-riħersals u l-konferenzi stampi jsiru b'mod parallelu; dan jiġifieri li waqt li pajjiż ikun qed jagħmel konferenza, parteċipant ieħor ikun fl-awditorju jipprova. Taqsira stampata tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet li jsiru fil-konferenzi stampi hi prodotta mill-uffiċċju tal-istampa ospitu, u imqassma lill-ġurnalisti. Nhar il-Erbgħa tal-Ġimgħa tal-Eurovision isiru żewġ riħersals tas-semifinali bl-ilbies; nhar il-Ħamis filgħodu ssir l-aħħar riħersal bl-ilbes għas-semifinali qabel is-serata diretta ta' filgħaxija. Meta jsir magħruf kif se jitkantaw il-kanzunetti fil-finali, żewġ riħersals tal-finali bl-ilbies isiru nhar il-Ġimgħa, u oħra nhar is-Sibt filgħodu qabel it-trażmissjoni diretta tal-finali fis-Sibt filgħaxija. Festini u l-Ewroklabb Nhar it-Tnejn filgħaxija tal-Ġimgħa tal-Eurovision, isir festin imħejji mis-sindku, fejn l-amministrazzjoni tal-belt torganizza ċelebrazzjoni tal-wasla tal-Eurovision ġewwa belthom. Din ħafna drabi ssir f'muniċipalità kbira, fiċ-ċentru tal-belt. Id-delegazzjonijiet kollha jkunu invitati, u l-festin ikun ħafna drabi akkumpanjat mill-mużika diretta, ikel u xork, u f'dawn l-aħħar snin biġ-ġigġifogu. Wara s-semifinali u l-finali jkun hemm l-festini ta' wara s-serati, fejn isiru jew f'faċilità fl-impjant jew f'post ieħor fil-belt. L-Ewroklabb, jew Euroclub bl-Ingliż, jiġi mħejji f'kull lejl tal-ġimgħa, fejn diskoteka tkun allokata tema tal-Eurovision, fejn in-nies kollha jkunu invitati. Matul il-ġimgħa diversi delegazzjonijiet, tradizzjonalment, ospitaw il-festini tagħhom flimkien ma' dawk sponsorizzati uffiċjalment. Madanakollu, fil-millenju l-ġdid il-moda kienet tad-delegazzjonijiet nazzjonali biex jiċċentraw l-attività tagħhom fl-Ewroklabb. Votazzjoni Is-sistemi ta' votazzjoni wżati fil-Konkors tbiddlu matul il-kors tal-kompetizzjoni. Is-sistema moderna ġiet introdotta fl-1975. Il-pajjiżi jagħtu sett ta' punti minn 1 sa 8, imbagħad 10 u finalment it-12-il punt lill-kanzunetti tal-pajjiżi l-oħra — bil-kanunzetta l-aktar favorita tingħata t-tnax-il punt. Storikament, il-voti tal-pajjiż kienu deċiżi mill-ġurija, imma fl-1997 ħames pajjiżi (l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit) esperimentaw bit-televot, billi jagħtu l-opportunità lill-pubbliku biex jagħżlu l-kanzunetta favorita. L-esperiment kien ta' suċċess u mill-1998 'il quddiem kull pajjiż beda jiġi mħeġġeġ biex jimplementa din is-sistema. Il-ġurija għadha tintuża' fil-każ ta' nuqqas ta' televoti. Illum il-pubbliku jista' jivvota bl-SMS, flimkien mal-votazzjoni bil-linja fissa. Skont liema sistema li tintuża' ma tistax tivvota għal pajjiż li tkun qed tivvota minnu. Preżentazzjoni tal-voti Wara li jkun spiċċa l-att tal-intervall, meta l-punti kollha jkunu ġew kalkulati, il-preżentatur(i) tas-serata jistieden lil kull pajjiż votant biex iħabbar ir-riżultati tal-voti f'dak il-pajjiż. Qabel l-1994, it-tħabbira tal-voti kienet issir permezz tal-linji telefoniċi, bil-vuċi tar-rappreżentant tal-voti jinstema' fl-awditorju għall-udjenza u għat-trażmissjoni televiżiva. Bil-wasla ta' aktar sistemi satellitari sostenibbli, mill-1994 'il quddiem il-persuna li taqra l-voti bdiet tidher fuq il-kamera mill-pajjiż rispettiv biex tippreżenta l-voti. Ħafna drabi, il-pajjiż jieħu l-opportunità biex juri lill-preżentatur tal-voti taħt sfond ta' xi post prominenti f'dak il-pajjiż. Saret kważi tradizzjoni li l-kelliema jagħmlu messaġġ qasir lill-ospiti u l-organizzaturi tas-serata fejn jirringrazzawhom tas-serata, qabel ma jagħtu l-voti tagħhom. Il-voti jinqraw mill-inqas wieħed sakem jispiċċaw bil-massimu tat-tnax-il punt. Il-punti jiġu ripetuti mill-preżentaturi tal-Konkors bl-Ingliż u l-Franċiż, fejn dan ġab aktar komuni l-frażi "douze points" meta l-preżentatur jirrepeti l-punt massimu bil-Franċiż. Mill-1957 sal-2003, il-pajjiżi ġew imsejħa bl-istess ordni kif il-kanzunetti ġew preżentati. Mill-2004, l-ordni ta' kif jitħabbru l-voti tal-pajjiżi nbidel, minħabba l-preżenza tas-semifinali, u l-fatt li pajjiżi li ma kinux qed jipparteċipaw xorta setgħu jivvutaw. Fl-2004, il-pajjiżi ġew imsejħa fl-ordni alfabetiku (skont il-kodiċi ISO). Fl-2005, il-voti mis-semifinalisti li ma kinux ikkwalifikaw għall-finali ġew imxandra qabel, skont kif tkantaw fil-lejla ta' nhar il-Ħamis. Wara, il-finalisti taw il-voti tagħhom skont l-ordni kif kantaw. Mill-2006, beda jsir it-tlugħ tal-poloz separata fejn fiha jiġi determinat l-ordni kif il-pajjiżi jippreżentaw l-voti. Mill-1971 sal-1973, kull pajjiż kien jibgħat żewġ membri tal-ġurija, li eżattament kienu preżenti fl-impjant fejn kien qed isir il-Konkors u kienu jħabbru l-voti tagħhom hekk kif il-kamera kienet tkun qed tiffoka fuqhom. Din is-sistema ġiet irtirata għas-sena suċċessiva. Fl-1956, l-ebda vot pubbliku ma ġie preżentat: ġurija magħluqa sempliċiment ħabbret li l-iŻvizzera kienet rebħet. Mill-1957 sal-1987, il-punti kienu jitwerew permezz ta' bord fuq il-ġenb tal-palk fejn fiha kienu jitpoġġew il-punti. Hekk kif it-teknoloġija grafika diġitali għamlet progress, il-punti preżentati fiżikament ġew sospiżi fl-1988 b'rappreżentazzjoni elettronika li tista' tiġi muriha fuq l-iskrin tat-televiżjoni skont il-ħsieb tad-direttur tal-programm. Fl-2006, l-EBU iddeċidiet biex tikkonserva l-ħin matul ix-xandir — li l-parti l-kbira minnu kien meħud mit-tħabbira ta' kull punt — minħabba n-numru iktar jiżdied ta' pajjiżi votanti. Minn dakinhar 'il quddiem, il-punti minn 1 sas-7 bdew jidhru awtomatikament fuq l-iskrin, u l-preżentaturi tal-voti jħabbru biss it-8, l-10 u t-12-il punt individwalment. Il-fażi ta' votazzjoni hi immexxiha mis-sorveljant tal-EBU, li għandu r-responsabbilità li jassigura li l-punti kollha huma allokati eżattament. Is-sorveljant jiġi mtarraf minn quddiem tar-riżultati tal-aħħar ħames pajjiżi fl-ordni tal-votazzjoni, biex jassigura li ma jsiru l-ebda azzjonijiet taħt il-forma ta' votazzjoni tattika; fejn pereżempju pajjiż jista' jbiddel il-voti tiegħu wara li jara' kif ikunu r-riżultati. Parità fl-ewwel post Fl-1969, kien għad m'hemmx sistema li tiddetermina d-differenza bejn pajjiżi li jispiċċaw bl-istess punti, u f'dik l-edizzjoni kienu erba' pajjiżi li spiċċaw fl-ewwel post skont in-numru totali ta' punti miksuba. Dawn kienu Franza, Spanja, l-Olanda u r-Renju Unit. Minħabba li ma kienx hemm regola biex tiddeċiedi min hu r-rebbieħ, l-erba' pajjiżi li huma ġew iddikjarati bħala rebbieħa. Din l-aħbar ġabet diżappuntament fost il-pajjiżi l-oħra parteċipi f'din il-kompetizzjoni, u diversi pajjiżi heddew li mhux se jieħdu sehem. L-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja, in-Norveġja u l-Portugall ma ħadux sehem fl-edizzjoni ta' wara tal-1970 bħala protesta għar-riżultati. Din ġabet lill-EBU biex jimplementaw regola ġdida. F'każ li aktar minn pajjiż wieħed jispiċċa fl-ewwel post, isir l-għadd tan-numru ta' pajjiżi li taw l-punti lil kull pajjiż li spiċċa l-ewwel post; min jirċievi l-aktar jispiċċa rebbieħ. Jekk in-numru jkun ukoll l-istess, isir l-għadd ta' tnax-il punt li rċieva kull pajjiż. Jekk jibqgħu l-istess, jiġu kkalkulati kemm il-għaxar punti rċevew — u wara kemm-il tmien punti rċevew sal-aħħar tal-lista. Jekk fil-każ l-aktar estrem dawn jiġu l-istess huma jiġu ddikjarati rebbieħa. L-istess regola tgħodd ukoll jekk aktar minn pajjiż wieħed jispiċċa f'kwalunkwe pożizzjoni oħra flimkien ma' pajjiż ieħor. Sal-2009, l-uniku darba mill-1969 li żewġ pajjiżi spiċċaw l-ewwel post bl-istess punti kien fl-1991, meta l-Iżvezja u Franza ġabu total ta' 146 punt. Fl-1991, ir-regola li jingħaddu n-numru ta' pajjiżi li vvutaw għal dawn iż-żewġ pajjiżi ma kinitx teżisti, u allura huma bdew jgħoddu kemm ġabu tnax-il punt. Kemm Franza u l-Iżvezja ġabu total ta' erba' settijiet ta' tnax-il punt. L-Iżvezja imma ġabu l-iktar numru ta' għaxar punti u allura kienu ddikjarati bħala rebbieħa. Kieku r-regola kurrenti kienet diġà fis-seħħ, Franza kienet tkun il-pajjiż rebbieħ. Regoli Hemm numru ta' regoli li jridu jiġu osservati mill-pajjiżi parteċipanti. Ir-regoli huma numerużi, u kull sena jiġi prodott abbozz separat, li espliċitament jispeċifika d-dati fejn bejniethom ċerti avvenimenti jkunu jridu jsiru; pereżempju d-data finali fejn l-istazzjonijiet parteċipanti kollha jridu jibgħatu l-verżjoni finali rikordjata tal-kanzunetta lill-EBU. Ħafna regoli jappartjenu materji li jirrigwardaw ftehim dwar l-isponsorizzazzjoni u drittijiet tal-istazzjonijiet biex terġa' tiġi trażmessa s-serata f'ċertu ħin partikulari. L-aktar regoli distinti li eżattament jaffetwaw il-format u l-preżentazzjoni tal-Konkors tbiddlu xi ftit, u huma emfassizzati hawnhekk. Ospiti Fl-1958 kien ġie deċiż li minn dakinhar 'il quddiem, il-pajjiż rebbieħ seta' jospita l-Konkors fis-sena ta' wara. Ir-rebbieħ tal-Festival tal-1957 kienet l-Olanda, u t-televiżjoni Olandiża aċċettat ir-responsabbilità li sservi ospitu fl-1958. Fis-snin segwenti kollha wara li din ir-regola bdiet tiġi applikata, kienu biss f'ħames snin partikulari li din ir-regola ma ġietx segwita. L-eċċezzjonijiet huma: 1960—ospitat mill-BBC f'Londra meta l-Olanda irrifjutat minħabba l-ispejjeż. Ir-Renju Unit ġie magħżul biex jospita l-edizzjoni minħabba li kienu spiċċaw it-tieni fl-1959. 1963—ospitat mill-BBC f'Londra meta Franza irrifjutat minħabba l-ispejjeż. Minkejja li r-Renju Unit kienu spiċċaw ir-raba' fl-1962, Monako u l-Lussemburgu (li spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament) ilkoll ma aċċettawx. 1972—ospitat mill-BBC f'Edinburgu meta Monako ma setax jipprovdi impjant effiċjenti: it-televiżjoni Monegask stieden lill-BBC biex tieħu dan l-inkarigu minħabba l-esperjenza preċedenti. 1974—ospitat mill-BBC fi Brighton meta l-Lussemburgu irrifjuta minħabba l-ispejjeż. Il-BBC bdiet issir magħrufha bħala l-ospitu awtomatiku, jekk il-pajjiż rebbieħ jirtira ż-żamma tal-festival. 1980—ospitat mill-NOS fil-Ħag meta l-Awtorità tax-Xandir tal-Iżrael irrifjutat minħabba l-ispejjeż, u minħabba l-fatt li d-data magħżula għall-Konkors (19 ta' April) kienet Jum it-Tifkira ta' dik is-sena tal-Iżrael. L-Olandiżi offrew li jospitaw il-Konkors wara li diversi xandara (fosthom il-BBC) ma wrewx ħeġġa li jħejju l-edizzjoni. Mużika diretta Il-mużika kantanta kollha trid tiġi kantata diretta: l-ebda vuċijiet m'huma permessi li jkunu rikordjati u li jixxandru b'mod dirett waqt is-serata. Fl-1999, il-kanzunetta Kroata kellha ħsejjes fid-diska tal-isfond li dehru li kienu vuċijiet umani. Id-delegazzjoni Kroata stqarriet li ma kien hemm l-ebda vuċi umana, imma biss ħsejjes sintetizzati diġitalment b'vokali replikati. L-EBU madanakollu iddeċidiet li huma kissru l-ispirtu tar-regoli, u tnaqqsulhom 33% tal-punti totali ta' dik is-sena li kienu jiġu wżati għall-kalkoli biex tiġi deċiża xi kwalifikazzjoni futura bbażata fuq il-punti miksuba fil-ħames snin preċedenti. Mill-1956 sal-1998, kien neċessarju li l-pajjiż ospitu jipprovdi orkestra diretta għall-użu tal-parteċipanti. Qabel l-1973, kull mużika kellha bżonn li tindaqq mill-orkestra magħżulha mill-pajjiż ospitu. Mill-1973 'il quddiem, kienu permessi li jsiru diski rikordjati, minkejja li xorta waħda l-pajjiż ospitu kien obbligat li jipprovdi orkestra biex b'hekk jipprovdi lill-parteċipanti xelta minn fejn jagħżlu. Jekk diska fl-isfond kienet użata, l-istrumenti kollha li jinstemgħu fuq id-diska iridu jkunu preżenti fuq il-palk. Fl-1997, dan il-bżonn ġie imwaqqa. Fl-1999, ir-regoli ġew riveduti u ġiet abolita l-obbligu li l-istazzjon ospitu jrid bilfors jipprovdi orkestra diretta, fejn ħalla din l-għażla f'idejn l-organizzaturi infishom. L-ospitu ta' dik is-sena, l-Awtorità tax-Xandir Iżraelita, iddeċiediet biex ma tużax orkestra biex b'hekk issalva mill-ispejjeż, u l-1999 saret l-ewwel sena fejn il-kanzunetti kollha indaqqu b'mużika rikorjdata (b'vokali diretti). L-orkestra qatt ma għamlet aktar dehra fil-Festival; l-aħħar darba kienet fl-1998 meta l-BBC ospitat is-serata f'Birmingham. Lingwa Ir-regola li timponi biex pajjiż ikanta bil-lingwa nazzjonali tiegħu tbiddlet diversi drabi matul is-snin. Mill-1956 sal-1965, ma kien hemm l-ebda regola li kienet tirrestrinġi liema lingwi setgħu jitkantaw bihom il-kanzunetti. Madanakollu, fl-1966 ġiet imposta regola li kienet tgħid li l-kanzunetti riedu jiġu interpretati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż parteċipanti. Ir-restrizzjoni tal-lingwa kompliet sal-1973, meta l-kantanti ngħataw il-libertà li jkantaw il-kanzunetta b'liema lingwa li riedu. Diversi rebbieħa f'nofs is-snin sebgħin ħadu l-vantaġġ tal-libertà fil-lingwa, fejn kantanti minn pajjiżi li m'għandhomx il-lingwa Ingliża bħala lingwa nattiva kantaw bl-Ingliż, fosthom l-ABBA fl-1974. Fl-1977, l-EBU iddeċidiet li terġa' tirrestrinġi s-selezzjoni tal-lingwa nazzjonali. Madanakollu, il-Ġermanja u l-Belġju ingħataw dispensazzjoni speċjali hekk kif il-proċedura ta' selezzjoni kienet diġà fi stadji avvanzati biex isir xi tibdil. Fl-1999, ir-regola tbiddlet għal darb'oħra biex tingħata l-libertà tal-lingwa. Din il-libertà lingwistika wasslet għall-parteċipazzjoni Belġjana fl-2003, Sanomi, kanzunetta kompletament b'lingwa immaġinarja. Fl-2006, il-parteċipazzjoni Olandiża, Amambanda, kienet kantata parti bl-Ingliż u parti oħra b'lingwa artifiċjali; u fl-2008, id-daħla Belġjana, "O Julissi" tkantat b'lingwa fittizja. Xandir Kull xandar parteċipanti huwa obbligat li jxandar is-serata kollha, li jinkludu l-kanzunetti, il-votazzjoni u r-rikapitulazzjoni tal-kanzunetti, fejn jinqabeż biss, jekk hu mixtieq, l-att tal-intervall għal waqfiet kummerċjali. Mill-1999 'il quddiem, ix-xandara li xtaqu li jagħmlu dan ingħataw l-opportunità biex jieħdu aktar ħin għall-pubbliċità. Argumenti fuq ir-rikonoxximent politiku Fl-1978, matul ix-xandir tal-kanzunetta tal-Iżrael, l-istazzjon tal-Ġordan JRTV issospenda x-xandir u wera stampi ta' fjuri. Meta deher lejn l-aħħar stadji tal-votazzjoni li l-Iżrael kien se jirbaħ il-Konkors, JRTV f'daqqa waħda temm it-trażmissjoni. Wara, l-istampa tal-Ġordan irrifjutat biex tirrikonoxxi lill-Iżrael bħala r-rebbieħ u ħabbret li l-Belġju kien ir-rebbieħ (li fil-fatt spiċċa fit-tieni post). Fl-2005, il-Libanu kien mistenni li jipparteċipa fil-Konkors. Madanakollu, il-liġi Lebaniża ma tħallix ir-rikonoxximent tal-Iżrael, u konsegwentament it-televiżjoni Lebaniża ma kinitx se xxandar ir-rappreżentazzjoni Iżraelita. L-EBU infurmathom li att bħal dan jikser ir-regoli tal-Festival, u sussegwentament il-Libanu kien infurzat biex jirtira mill-kompetizzjoni. L-irtirar tard mill-kompetizzjoni swiehom multa, minħabba li kienu diġà kkonfermaw il-parteċipazzjoni u d-data tal-applikazzjonijiet kienet diġà għaddiet. Oħrajn Fl-ewwel Konkors fl-1956, kien rakkomondat limitu ta' ħin ta' 3 minuti u nofs għal kull kanzunetta. Fl-1957, minkejja ħafna protesti, il-kanzunetta Taljana kienet twila 5:09 minuti. Din wasslet biex fl-1962, il-limitu ta' ħin ġie revedut għal tliet minuti preċiżi. M'hemm l-ebda restrizzjoni imposta mill-EBU fuq in-nazzjonalità tal-kantant/i jew kittieba tal-kanzunetta. Madanakollu stazzjon, individwalment, jista' jimponi ċerti restrizzjonijiet. Mill-1957 sal-1970 (fl-1956 ma kien hemm l-ebda restrizzjoni), solisti u dwetti biss kienu permessi fuq il-palk. Mill-1963, kor magħmul minn massimu ta' tliet persuni kien permess. Mill-1971 'il quddiem, massimu ta' sitt persuni kienu permessi fuq il-palk. L-esebizzjoni u/jew il-lirika ta' kanzunetta "m'għandhomx inaqqsu r-reputazzjoni lill-Konkors". Mill-1990 'il quddiem, il-persuni kollha fuq il-palk iridu jkollhom tal-inqas sittax-il sena. Espansjoni tal-Festival In-numru ta' pajjiżi parteċipanti kull sena kiber ġmielu matul is-snin, minn seba' parteċipanti fl-1956 għal aktar minn għoxrin lejn l-aħħar tas-snin tmenin. Fl-1993 kien hemm 25 pajjiż parteċipanti fil-kompetizzjoni, li jinkludu — għall-ewwel darba f'dik is-sena — lill-Bożnija u Ħerżegovina, il-Kroazja u l-Islovenja, li daħlu indipendentament wara s-seperazzjoni tal-Jugożlavja. Minħabba l-fatt li l-Konkors hu programm televiżiv dirett, irid jiġi impost limitu ta' ħin fuq it-tul tas-serata. Fis-snin riċenti, il-limitu nominali kien ta' tliet sigħat, bix-xandira xi drabi taqbeż dan il-limitu. Fl-2005, il-programm kien twil xi ftit taħt it-tliet sigħat u nofs. Wara l-introduzzjoni tat-tħabbira imqassra tal-voti fl-2006, it-tul tas-serata kien ta' tliet sigħat u ħames minuti. Preselezzjoni u relegazzjoni Mill-1993 'il quddiem, kien hemm aktar pajjiżi li xtaqu jipparteċipaw fil-Konkors milli kien hemm ħin biżżejjed biex dawn jitkantaw f'serata waħda. Diversi sistemi ta' relegazzjoni jew kwalifikazzjoni kienu, għalhekk, ġew ippruvati biex jillimitaw in-numru ta' pajjiżi parteċipanti fil-kompetizzjoni ta' kwalunkwe sena. Il-Konkors tal-1993 introduċa żewġ aspetti ġodda: l-ewwel, kompetizzjoni ta' preselezjoni li saret f'Ljubljana fejn seba' pajjiżi ġodda ikkompetew għal tliet postijiet fil-kompetizzjoni internazzjonali. Il-Bożnija u Ħerżegovina, l-Estonja, il-Kroazja, ir-Rumanija, l-Islovenja, l-Islovakkja u l-Ungerija ħadu sehem fil-Kvalifikacija za Millstreet; u t-tielet repubbliki tal-eks-Jugożlavja — il-Bożnija u Ħerżegovina, il-Kroazja u l-Islovenja — ikkwalifikaw għal post fil-finali internazzjonali. F'dik is-sena ġiet introdotta r-relegazzjoni. Is-sitt pajjiżi li jkunu kklassifikaw fl-aħħar sitt postijiet fil-klassifika finali jkollhom jitilfu l-edizzjoni tas-sena ta' wara, biex b'hekk jagħtu ċans lil dawk il-pajjiżi li naqqsu mill-preselezzjoni tal-1993 għall-Konkors tal-1994. Il-Festival tal-1994 inkluda wkoll, għall-ewwel darba, il-parteċipazzjoni tal-Litwanja, il-Polonja u r-Russja. Ir-relegazzjoni tkompliet fl-1994 u fl-1995, imma fl-1996 sistema differenti ta' preselezzjoni ġiet użata, fejn kważi kull pajjiż ipparteċipa. Tejps akustiċi tal-kanzunetti kollha intbagħtu lill-ġurija f'kull pajjiż xi ġimgħat qabel is-serata televiżiva. Dawn il-ġuriji għażlu l-kanzunetti biex jipproċedu għas-serata finali. In-Norveġja, bħala l-pajjiż ospitu tal-1996 (wara li rebħet l-edizzjoni tal-1995), ikkwalifikaw awtomatikament u b'hekk ġiet eskluża min-neċessità li tmur fi preselezzjoni. Pajjiż wieħed li falla li jikkwalifika għall-preselezzjoni tal-1996 kienet il-Ġermanja. Bħala waħda mill-ikbar kontributuri finanzjari tal-EBU, flimkien mal-ikbar udjenza televiżiva fl-Ewropa, kemm huma u lanqas l-EBU ma kienu kuntenti bl-esklużjoni tagħhom mill-finali internazzjonali. "L-Erbgħa l-Kbar" Mis-sena 2000 'il quddiem, erba' pajjiżi partikulari ngħataw id-dritt li jikkwalifikaw direttament għall-finali tal-edizzjoni suċċessiva, bil-pożizzjoni fil-klassifika finali ma tiddeterminax jekk jikkwalifikawx jew le. Huma ngħataw dan l-istat speċjali minħabba li huma huma l-ikbar erba' kontributuri finanzjarji tal-EBU (li mingħajrhom il-produzzjoni tal-Festival ikun impossibli). Dawn il-pajjiżi huma l-Ġermanja, Franza, Spanja u r-Renju Unit. Minħabba dan l-istat tagħhom fil-Konkors, il-pajjiżi saru magħrufa bħala "L-Erbgħa l-Kbar" jew bl-Ingliż Big Four. Kwalifikazzjoni Mill-1997 sal-2001, il-pajjiżi kienu jikkwalifikaw għal kull Konkors skont il-medja ta' punti miksuba fuq il-ħames snin preċedenti. Madanakollu, kien hemm skuntentizza kbira fuq din is-sistema minħabba li pajjiż jista' jkun ikkastigat li ma jidħolx minħabba riżultati fqar miksuba, hekk kif din is-sistema ma kinitx tieħu għar-rigward kemm tajjeb attentat ġdid jista' jkun. Din wasslet lill-EBU biex toħloq dak li kien maħsub li se jwassal għal soluzzjoni permanenti ta' din il-problema, li kienet li jkun hemm żewġ serati kull sena: rawnd ta' kwalifikazzjoni, u l-finali. F'dawn iż-żewġ serati jkun hemm biżżejjed ħin ta' xandir biex jinkludu l-pajjiżi kollha li xtaqu li jipparteċipaw, kull sena. Rebbieħa Ir-rebħ tal-Eurovision jipprovdi opportunità unika għall-artist rebbieħ biex jibni karriera internazzjonali u jagħmel suċċess. Madanakollu, fl-istorja tal-festival relativament ftit ismijiet għamlu suċċess kbir. Artisti L-aktar artisti magħrufa li rebħu l-festival u li l-karriera taggħhom bdiet wara s-suċċess fil-Eurovision huma l-grupp ABBA, li rebħu l-edizzjoni tal-1974 f'isem l-Iżvezja bil-kanzunetta "Waterloo". ABBA spiċċaw biex saru l-aktar grupp ta' suċċess ta' dik l-epoka. Artista popolari oħra li sussegwentament kisbet fama u suċċess internazzjonali kienet Céline Dion, li rebħet il-Konkors għall-Iżvizzera fl-1988 bil-kanzunetta "Ne Partez Pas Sans Moi". Is-suċċess ta' Dion, però, mhuwiex direttament attribwit għar-rebħ tagħha tal-Konkors, hekk kif hi kisbet il-fama internazzjonali xi snin wara. Artisti oħra li kisbu suċċess wara li rebħu l-Festival tal-Eurovision jinkludu lil France Gall ("Poupée De Cire, Poupée De Son", Lussemburgu 1965), Dana ("All Kinds of Everything", Irlanda 1970), Vicky Leandros ("Après Toi", Lussemburgu 1972), Brotherhood of Man ("Save Your Kisses for Me", Renju Unit 1976), Marie Myriam ("L'oiseau et l'enfant", Franza 1977), Johnny Logan (li rebaħ darbtejn għall-Irlanda; "What's Another Year?" fl-1980, u "Hold Me Now" fl-1987), Bucks Fizz ("Making Your Mind Up", Renju Unit 1981), u Nicole ("Ein Bißchen Frieden", Ġermanja 1982). Ħafna rebbieħa oħra jinkludu artisti magħrufa li rebħu l-Konkors f'nofs il-karriera, wara li kienu diġà stabilixxew ruħhom bħala artisti ta' suċċess. Xi artisti, madanakollu, spiċċaw biex għebew fl-oskurità, fejn għamlu ftit jew l-ebda impatt fuq ix-xena tal-mużika internazzjonali wara r-rebħa tagħhom. Pajjiżi L-Irlanda żżomm ir-rekord għall-ikbar numru ta' rebħiet, hekk kif rebħet il-Festival total ta' seba' darbiet &mdash inklużi wkoll tliet darbiet wara xulxin bejn l-1992 u l-1994. Fit-tieni post insibu lir-Renju Unit, Franza u l-Lussemburgu b'total ta' ħames rebħiet kull wieħed. L-ewwl snin tal-Knkors raw ħafna rebħiet għall-pajjiżi "tradizzjonali" tal-Eurovision: Franza, l-Olanda u l-Lussemburgu. Madanakollu, is-suċċess ta' dawn il-pajjiżi naqas fis-snin riċenti: l-aħħar rebħa tal-Olanda tmur lura lejn l-1975, ta' Franza fl-1977 u tal-Lussemburgu fl-1983. L-aħħar darba li l-Lussemburgu daħal fil-festival kien fl-1993. L-ewwel snin tas-seklu 21 raw bħala rebbieħa pajjiżi li rebħu l-Konkors għall-ewwel darba, kemm minn pajjiżi "ġodda" u anki minn pajjiżi li kienu ilhom jieħdu sehem fil-Festival mingħajr ma kienu kisbu rebħa waħda. Kull sena mill-2001 sal-2008 irriżultat f'rebħiet għall-pajjiżi ġodda. Fl-2006, ir-rebbieħa kienet il-Finlandja li wara 45 sena ta' parteċipazzjoni rnexxielha tirbaħ l-ewwel titlu tagħha. L-Ukrajna min-naħa l-oħra ma kellhiex bżonn tistenna ħafna minħabba li fit-tieni parteċipazzjoni tagħha fl-2004, irnexxiela tirbaħ. Is-Serbja rebħet fl-ewwel sena li daħlet bħala pajjiż indipendenti (mhux mal-Montenegro), fl-2007. Sal-2009, il-pajjiż li l-aktar ipparteċipa mingħajr ma kiseb ebda rebħa hu l-Portugall. Huma daħlu l-ewwel darba fl-1964 u għadhom jistennew l-ewwel rebħa. Kritika u kontroversja Il-Konkors kien suġġett għall-kritika dwar kemm minħabba l-kontenut mużikali tiegħu u l-perċezzjoni li dan il-Festival hu aktar mibni fuq politika milli fuq il-mużika. L-istil mużikali u l-preżentazzjoni Minħabba l-fatt li l-kanzunetti jitkantaw lil udjenza internazzjonali li lkoll għandhom gosti mużikali differenti, il-pajjiżi jippruvaw jagħmlu l-kanzunetti tagħhom applikabbli kemm jistgħu jkun għall-akbar numru ta' nies possibli biex ikunu jistgħu jiksbu l-massimu tal-voti, fejn il-maġġoranza tal-kanzunetti storikament kienu fuq ġeneru middle of the road pop. Kienu ftit il-kanzunetti li għamlu suċċess taħt xi forma ta' ġeneru ieħor, fejn din wasslet għal kritika li l-mużika f'dan il-Festival hi "bubblegum pop". Madanakollu, dan il-mudell tant stabbilit ġie miksur fl-2006 bir-rebħa tal-grupp hard rock Finlandiż Lordi. Minħabba li tkun serata viżwali, ħafna esebituri jippruvaw jattiraw l-attenzjoni tal-votanti permezz ta' mezzi oħra barra l-mużika. Votazzjoni politika u nazzjonali Il-Konkors ilu mħares bħala festival li hu influwenzat politikament, fejn il-ġurija — u issa l-votanti — jallokaw il-punti bbażati fuq ir-relazzjoni politika tal-pajjiż tagħhom mal-pajjiżi l-oħra, aktar milli fuq l-merti mużikali tal-kanzunetti. Skont analisi fuq il-votazzjoni juri biċ-ċar li fil-fatt ċerti pajjiżi jiffavurixxu pajjiżi oħra li huma politikament relatati. Difensuri ta' dan il-festival jargumentaw li r-raġuni minħabba li ċerti pajjiżi jallokaw il-punti milf għoljin lil oħrajn hu minħabba li n-nies ta' dawn il-pajjiżi jaqsmu gosti mużikali u kulturi simili u jitkellmu lingwi simili, u għalhekk hemm aktar iċ-ċans li japprezzaw il-mużika ta' xulxin: pereżempju, l-ispjegazzjoni tal-iskambju tat-tnax-il punt bejn il-Greċja u Ċipru (kull darba minn mindu bdiet il-votazzjoni popolari fl-1998, minbarra fl-edizzjoni tal-2009 fejn il-Greċja tat it-tnax-il punt lir-Renju Unit) hu minħabba li huma jaqsmu l-istess industrija mużikali u l-istess lingwa, u l-artisti li huma popolari f'pajjiżi huma popolari fin-nazzjon l-ieħor. Fattur influwenti ieħor hu l-proporzjon qawwi ta' espatrijati li jgħixu f'ċerti pajjiżi, ħafna drabi minħabba problemi politiċi riċenti. Minkejja li pajjiżi ma jistax jivvota għal pajjiżu, huwa possibbli għal nies espatrijati li jieħdu vantaġġ li jkunu jistgħu jivvutaw għal pajjiżhom waqt li jkunu qed jivvutaw minn pajjiż ieħor. Il-voti ta' pajjiżi b'popolazjonijiet kbar ta' nies li mhumiex tal-post, jistgħu jiġu influwenzati ħafna. Din kienet ir-raġuni li ġiet preżentata għall-votazzjoni bejn il-pajjiżi Balkaniċi li kienu jiffurmaw il-Jugożlavja. Ara wkoll Festival tal-Eurovision tat-Tfal Festival tal-Eurovision taż-Żfin Referenzi Ħoloq esterni Sit uffiċjali tal-Festival tal-Eurovision European Broadcasting Union
3755
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kolokolo
Kolokolo
Il-kolokolo (Dromiciops gliroides) jew kif isibuħ ukoll monito del monte li jfisser "xadina żgħira tal-muntanji", huwa mammiferu marsupjali karnivoru ta' l-Amerika t'isfel. Jinstab biss fuq il-muntanji bejn iċ-Ċili u l-Arġentina u jippreferi foresti umdi, partikolarment fejn jikber il-bambu jew qasab ċilen u huwa pjuttost komuni fl-arja ristretta li jgħix fiha. Il-kolokolo huwa marsupjal notturn u għandu abblità kbira biex jitla' mas-siġar fejn jgħinu ħafna denbu, imma jsibu komdu tant ieħor fuq l-art. Huwa għandu kapaċità li jakkumula riserva kbira ta' xaħam f'denbu, u fi żmien ġimgħa kapaċi jirdoppja l-piż ta' ġismu. Din ir-riserva tintuża matul il-ġranet kesħin tax-xitwa meta il-kolokolo jkun qiegħed fi stat ta' ibernazzjoni. Deskrizzjoni Il-kolokolo huwa ftit akbar minn ġurdien, twil bejn 8 u 13-il cm, b'denb pjuttost oħxon fil-bidu, moderatament preħensili, ta' bejn wieħed u ieħor l-istess tul u jiżen bejn 17 u 31 gramma. Il-pil, qasir u folt fil-kanella b'xi ftit iswed fin-naħa ta' fuq għal mal-ġnub, ma' l-idejn u s-saqajn, b'xi tbajja fil-griż ċar 'l hemm u 'l hawn, b'wiċċu u żaqqu fil-bajdani. Il-kolokolo għandu par għajnejn kbar ftit imqabbżin 'il barra b'żewġt iċrieki suwed madwarhom u par widnejn qosra, żgħar u tondi. Dieta Il-parti l-kbira tad-dieta tal-kolokolo hija waħda karnivora, magħmulha minn insetti u annimali vertebrati żgħar, għalkemm ammont żgħir ta' frott jittiekel ukoll. Riproduzzjoni It-tgħammir isir matul ir-rebbiegħa u fil-bidu tas-sajf. Wara biss ftit ġranet jitwieldu minn 1 sa 5 frieħ taħt forma ta' embrjuni żgħar ħafna, li jiġu miżmuma ġewwa marsupju żviluppat sew li jiflaħ massimu ta' 4. Dawn ikomplu jiżviluppaw fil-marsupju ta' l-omm u joħorġu biss wara ftit ġimgħat, meta jkunu kapaċi jżommu it-temperatura ta' ġisimhom stabli. Wara jkomplu jikbru ġo bejta fis-siġar li tkun lestiet l-omm minn qabel. Ftit ġranet biss wara il-frieħ jibdew iduru ma' l-omm imqabdin ma' daharha, dan sakemm jkunu kapaċi jżommu waħedhom fis-siġar. Il-kolokolo jilħqu l-maturità sesswali tagħhom fit-tieni sena ta' ħajja. Klassifikazzjoni Il-kolokolo jew monito del monte huwa l-uniku membru tal-familja Microbiotheriidae u l-unika speċi ħajja mill-ordni antik Microbiotheria, li ilu miż-żminijiet ta' l-Oligoċen u l-Mioċen ta' l-Amerika t'isfel. Għalkemm darba kien maħsub li huwa membru ta' l-ordni Didelphimorphia, ħafna evidenzi anatomiċi u ġenetiċi fi żmienijiet reċenti wasslu għall-konklużjoni li dan il-mammiferu marsupjali ċkejken ta' l-Amerika t'isfel huwa relatat l-aktar fil-qrib mal-marsupjali tal-kontinent Awstraljan. Huwa maħsub ukoll li l-antenati fil-bogħod tal-kolokolo, jew baqgħu fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel waqt li oħrajn daħlu fil-kontinent Antartiku w eventwalment f'dak Awstraljan matul iż-żmien li t-3 kontinenti kienu magħqudin f'kontinent wieħed bl-isem ta' Gondwana jew kienu parti mil-fawna marsupjali Awstraljana li reġgħu invadew lura il-kontinent ta' l-Amerika t'isfel. Ordni Microbiotheria Familja Microbiotheriidae Ġeneru Dromiciops Kolokolo jew Monito del monte Dromiciops gliroides Sinonimi L-isem Dromiciops australis huwa sinonimu ta' Dromiciops gliroides Referenzi Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 21. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq esterni Photograph Google Image Gallery Microbiotheria
3758
https://mt.wikipedia.org/wiki/Microbiotheria
Microbiotheria
Microbiotheria huwa ordni ta' mammiferi marsupjali, eżattament il-kolokolo jew monito del monte, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria u fis-superordni Australidelphia. Għandu familja waħda, il-Microbiotheriidae, ġeneru wieħed biss estanti (Dromiciops) rappreżentat bi 3 speċijiet estanti. Din l-ordni flimkien ma' erba' ordnijiet oħra, id-Dasyuromorphia, in-Notoryctemorphia, il-Peramelemorphia u d-Diprotodontia, jiffurmaw is-superordni Australidelphia. Lista tal-ispeċi tal-ordni Microbiotheria Ordni Microbiotheria Familja Microbiotheriidae Ġeneru Dromiciops (Thomas, 1894) Kolokolo, Dromiciops gliroides (Thomas, 1894) Ġeneru †Eomicrobiotherium (Marshall, 1982) Ġeneru †Ideodelphys (Ameghino, 1902) †Ideodelphys microscopicus (Ameghino, 1902) Ġeneru †Khasia (Marshall & de Muizon, 1988) †Khasia cordillerensis (Marshall & de Muizon, 1988) Ġeneru †Microbiotherium (Ameghino, 1887) †Microbiotherium acclinum †Microbiotherium forticulum †Microbiotherium gallegosense †Microbiotherium patagonicum †Microbiotherium tehuelchum †Microbiotherium tortor Ġeneru †Mirandatherium (Paola Couto, 1952) †Mirandatherium alipioi (Paola Couto, 1952) Ġeneru †Pitheculus (Ameghino, 1894) †Pitheculus australis (Ameghino, 1894) † jindika estinzjoni Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Id-Databażi Palebijoloġika Ħoloq esterni Mikko's Phylogeny Archive Microbiotheria
3759
https://mt.wikipedia.org/wiki/Alfabett
Alfabett
L-Alfabett jiġbor fih dawk l-ittri kollha li jintużaw biex tinkiteb il-lingwa ta' diversi pajjiżi.Fil-Malti nużaw b'kollox tletin ittra, li huma: (ittri żgħar) a, b, ċ, d, e, f, ġ, g, għ, h, ħ, i, ie, j, k, l, m, n, o, p, q, r, s, t, u, v, w, x, ż, z; (ittri kapitali) A, B, Ċ, D, E, F, Ġ, G, Għ, H, Ħ, I, Ie, J, K, L, M, N, O, P, Q, R, S, T, U, V, W, X, Ż, Z. Ortografija Maltija
3802
https://mt.wikipedia.org/wiki/Notoryctidae
Notoryctidae
Notoryctemorphia Notoryctidae hija familja ta' mammiferi (it-talpi marsupjali), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Australidelphia, fl-ordni Notoryctemorphia, b' ġeneru 1 Notoryctes, u b' 2 speċijiet ħajjin. (għal aktar informazzjoni ara l-artiklu talpa marsupjal) Lista ta' l-ispeċijiet tal-familja Notoryctidae Familja Notoryctidae Ġeneru Notoryctes Talpa marsupjal tat-Tramuntana jew Karkarratul Notoryctes caurinus Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar jew Itjaritjari Notoryctes typhlops Referenzi University of Western Australia marsupial mole home page Research mission to discover conservation requirements (includes photo) Nature news story (includes photo) AusEmade: Marsupial Mole Information Archer, Hand & Godthelp, Australia's lost world: Riversleigh, World Heritage Site, Reed New Holland, 1991. ISBN 1-876334-59-2 Groves, Colin (2005-11-16). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 22. Ħoloq jew Linkijiet Esterni ARKive - images and movies of the marsupial mole (Notoryctes typhlops)
3803
https://mt.wikipedia.org/wiki/Talpa%20marsupjal
Talpa marsupjal
It-talpi marsupjali kif jgħid isimhom huma mammiferi marsupjali, pjuttost rari, ta' daqs żgħir, mifruxa mad-deżerti fil-Punent u fin-Nofs in-nhar ta' l-Awstralja. It-talpi marsupjali jqattgħu l-parti l-kbira ta' ħajjithom iħaffru taħt l-art imma għal kuntrarju tat-talpi ta' veru huma anqas subterranji u jitilgħu aktar ta' spiss fil-wiċċ. Deskrizzjoni It-talpi marsupjali huma għomja, minn għajnejhom baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja fuq il-ġilda u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn. It-talpi marsupjali għandhom ġisimhom f'forma ċilindrika (tubu), rashom forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni, b'denb qasir ta' 2.6cm li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda. It-tul ta' dawn l-annimali hu ta' bejn 9cm u 18cm u jiżnu bejn 40 u 70 gramma. Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija. Riproduzzjoni Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzjoni ta' dawn l-annimali. Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u fih jilqa' minn 1 sa massimu ta' 2 embrjuni kull darba. Evoluzzjoni It-talpi marsupjali jipprovdu eżempju ċar ta' evoluzjoni konverġenti mat-talpi plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-talpi tad-deheb ta' l-Afrika. Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti it-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzjoni. Għal ħafna snin il-klassifikazjoni tagħhom fil-grupp tal-marsupjali kienet suġġett ta' dibattitu jaħraq. In-nuqqas ta' fossili ma kien xejn ta' għajnuna għal dan il-misteru u fuq il-bażi li t-talpi marsupjali kellhom ftit karatteristiċi komuni ma' kważi kull marsupjal ieħor, eventwalment ġew kompletament separati u klassifikati għalihom fl-ordni Notoryctemorphia. Studji molekulari kmieni fis-snin 80 urew li t-talpi marsupjali ma huma relatati fil-qrib ma' l-ebda marsupjal estant (ħaj) llum u deher ukoll li huma kienu qabdu minn kmieni triq separata għalihom fl-evoluzjoni, minn dik tal-bqija tal-marsupjali l-oħra minn ta' lanqas 50 miljun sena ilu. Madankollu morfoloġikament hemm ħjiel li jista jkun li t-talpi marsupjali huma relatati fil-bogħod mal-bandikuti. Fl-1985, fis-sejba kbira ta' depositi vasti ta' fossili f'Riversleigh fit-Tramuntana ta' Queensland instab fossilu ta' bejn 15 u 20 miljun sena Yalkaparidon coheni bil-molari bħal ta' talpa marsupjal, inċisivi qishom tad-diprotodonti u l-bażi tar-ras ta' skeletru simili ħafna ta' dik tal-bandikuti. Dawn il-fattizzi ma kienu bl-ebda mod identiċi bħal ta' l-ispeċi ħajjin, imma kien ċar li huma relatati jekk mhux saħansitra l-antenat dirett. Fiha nfisha, is-sejba ta' talpa marsupjal tal-Micene ma kinitx misteru kbir, għax bħall-forom moderni kienet diġa mgħammra b'xi adattazzjonijiet għall-ħajja taħt l-art fir-ramel tad-deżert, speċjalment l-idejn b'saħħithom ta' quddiem f'forma ta' pala. Minkejja dankollu, l-ambjent ta' madwar id-depositi fossili ta' Riversleigh dak iż-żmien xejn ma kien qisu dak ta' deżert, infatti fil-Miocene hemm kien foresta tax-xita tropikali. Suġġeriment minnhom kien li t-talpa marsupjal Yalkaparidon coheni kienet tuża dawk l-idejn biex tgħum, biss il-biċċa l-kbira jaħsbu li dawn kienu speċjalizzazjoni biex tħaffer qalb strat għoli ta' moss, għeruq u weraq fuq wiċċ l-art tal-foresta tax-xita tropikali, u b'hekk, meta il-kontinent Awstraljan qabad bil-mod il-mod it-triq twila lejn id-deżertifikazjoni, it-talpi marsupjali kienu diġa mgħammra bl-għodda bażiċi li llum il-ġurnata jużaw biex iħaffru qalb ir-ramel tad-deżert fil-Punent ta' l-Awstralja. Klassifikazzjoni It-talpi marsupjali darba kienu kklassifikati fl-ordni Monotremata, illum il-ġurnata huwa magħruf li huma marsupjali u għaldaqstant ġew klassifikati f'ordni għalihom, in-Notoryctemorphia. Hemm 2 speċi ta' talpi marsupjali dik tat-Tramuntana u dik ta' Nofs in-nhar u dawn tant huma simili ta' xulxin li huwa diffiċli ħafna, jekk mhux impossibli biex wieħed jagħraf fuq il-post liema speċi tkun. Il-linja anċestrali ta' dawn it-talpi marsupjali tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazzjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sal-lum. Ordni Notoryctemorphia Familja Notoryctidae Ġeneru Notoryctes Talpa marsupjal tat-Tramuntana jew Karkarratul Notoryctes caurinus Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar jew Itjaritjari Notoryctes typhlops Referenzi University of Western Australia marsupial mole home page Research mission to discover conservation requirements (includes photo) Nature news story (includes photo) AusEmade: Marsupial Mole Information Archer, Hand & Godthelp, Australia's lost world: Riversleigh, World Heritage Site, Reed New Holland, 1991. ISBN 1-876334-59-2 Groves, Colin (2005-11-16). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 22. Ħoloq jew Linkijiet Esterni ARKive - images and movies of the marsupial mole (Notoryctes typhlops) Notoryctemorphia
3807
https://mt.wikipedia.org/wiki/Notoryctes
Notoryctes
Notoryctemorphia Notoryctes huwa ġeneru ta' mammiferi (it-talpi marsupjali), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Australidelphia, fil-familja Notoryctidae, b' 2 speċijiet ħajjin. Dan il-ġeneru jifforma l-ordni kollu Notoryctemorphia. (għal aktar informazzjoni ara l-artiklu talpa marsupjal) Lista ta' l-ispeċijiet tal-ġeneru Notoryctes Ġeneru Notoryctes Talpa marsupjal tat-Tramuntana jew Karkarratul Notoryctes caurinus Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar jew Itjaritjari Notoryctes typhlops Referenzi University of Western Australia marsupial mole home page Research mission to discover conservation requirements (includes photo) Nature news story (includes photo) AusEmade: Marsupial Mole Information Archer, Hand & Godthelp, Australia's lost world: Riversleigh, World Heritage Site, Reed New Holland, 1991. ISBN 1-876334-59-2 Groves, Colin (2005-11-16). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 22. Ħoloq jew Linkijiet Esterni ARKive - images and movies of the marsupial mole (Notoryctes typhlops)
3830
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tubulidentata
Tubulidentata
It-Tubulidentata huwa ordni ta' mammiferi plaċentati, eżattament l-orikteropi jew il-ħnieżer tal-art. Għandu familja waħda, l-Orycteropodidae, b'ħames ġeneri Archaeorycteropus (estint), Leptorycteropus (estint), Myorycteropus (estint), Palaeorycteropus (estint), u Orycteropus, bi speċi waħda biss ħajja. Din l-ordni flimkien ma' żewġ ordnijiet oħra, il-Macroscelidea u l-Afrosorcida, jiffurmaw it-takson Afroinsectiphilia u dan tal-aħħar flimkien mat-takson Paenungulata jiffurmaw is-superordni Afrotheria. Lista tal-ispeċi ħajjin tal-ordni Tubulidentata Ordni Tubulidentata Familja Orycteropodidae Ġeneru Orycteropus Orikteropu jew Ħanżir tal-art, Orycteropus afer Sottospeċi Orycteropus afer adametzi Orycteropus afer aethiopicus Orycteropus afer afer (Pallas, 1766) Orycteropus afer albicaudus Orycteropus afer angolensis Orycteropus afer capensis Orycteropus afer erikssoni Orycteropus afer faradjius Orycteropus afer haussanus Orycteropus afer kordofanicus Orycteropus afer lademanni Orycteropus afer leptodon Orycteropus afer matschiei Orycteropus afer observandus Orycteropus afer ruvanensis Orycteropus afer senegalensis Orycteropus afer somalicus Orycteropus afer wardi Orycteropus afer wertheri Tassonomija tal-ordni Tubulidentata Ordni Tubulidentata Familja Orycteropodidae Ġeneru Archaeorycteropus (Ameghino, 1905) (estint) Ġeneru Leptorycteropus (Patterson, 1975) (estint) Leptorycteropus guilielmi (Patterson, 1975) (estinta) Ġeneru Myorycteropus (MacInnes, 1956) (estint) Myorycteropus africanus (MacInnes, 1956) (estinta) Ġeneru Orycteropus (E. Geoffroy Saint-Hilaire, 1795) Orycteropus abundulafus, (estinta) Orycteropus afer (Pallas, 1766) Orycteropus browni (Colbert,) (estinta) Orycteropus chemeldoi (Pickford,) (estinta) Orycteropus crassidens (MacInnes,) (estinta) Orycteropus depereti (Helbing,) (estinta) Orycteropus gaudryi (Major,) (estinta) Orycteropus mauritanicus (Arambourg,) (estinta) Orycteropus minutus (Pickford,) (estinta) Orycteropus pilgrimi (Colbert,) (estinta) Orycteropus pottieri (Ozansoy,) (estinta) Ġeneru Palaeorycteropus (Filhol, 1893) (estint) Palaeorycteropus quercyi (estinta) Referenzi P. Lindsey et al (2006). Orycteropus afer. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Aardvarks fuq l-African Wildlife Foundation Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Tubulidentata fuq it-Tree of Life web project Tubulidentata
3832
https://mt.wikipedia.org/wiki/Proboscidea
Proboscidea
Proboscidea hija ordni ta' mammiferi planċentati, eżattament l-iljunfanti, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Afrotheria, u fil-Klad Paenungulata. Din l-ordni tikkonsisti minn 8 familji, Numidotheriidae (estinta), Moeritheriidae (estinta), Barytheriidae (estinta), Deinotheriidae (estinta), Mammutidae (estinta), Gomphotheriidae (estinta), Stegodontidae (estinta), u Elephantidae. Minn bosta ġeneri li għandha l-ordni Proboscidea, illum fadal tnejn biss rappreżentati bi speċi ħajjin u dawn huma il-ġeneru Elephas (bi speċi waħda) u l-ġeneru Loxodonta (b'żewġ speċi). Din l-ordni flimkien ma' żewġ ordnijiet oħra, il-Hyracoidea u s-Sirenia, jiffurmaw il-Klad Paenungulata u dan tal-aħħar flimkien mal-Klad Afroinsectiphilia jiffurmaw is-superordni Afrotheria. Lista tal-ispeċi tal-ordni Proboscidea Ordni Proboscidea Familja Numidotheriidae (estinta) Familja Moeritheriidae (estinta) Familja Barytheriidae (estinta) Familja Deinotheriidae (estinta) Elephantiformes Familja Mammutidae (estinta) Familja Gomphotheriidae (estinta) Familja Stegodontidae (estinta) Familja Elephantidae (mammuti u iljunfanti) Ġeneru Elephas Iljunfant Ażjatiku, Elephas maximus Iljunfant mediterranju nanu, Elephas falconeri (estint) Ġeneru Loxodonta Iljunfant Afrikan tas-savana, Loxodonta africana Iljunfant Afrikan tal-foresta, Loxodonta cyclotis Ġeneru Mammuthus Mammut, Mammuthus primigenius (estint) Mammut Amerikan, Mammuthus columbi (estint) Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Proboscidea
3833
https://mt.wikipedia.org/wiki/Novial
Novial
Novial [nov-, ġdid + IAL, Ilsien Awżiljarju Internazzjonali huwa lsien ippjanat/mibni mill-Professur Otto Jespersen, lingwist Daniż li qabel kien involut fil-muviment Ido. Ħoloq in-Novial biex tkun Lingwa Awżiljari Internazzjonali, li tippermetti kommunikazzjoni u ħbiberija internazzjonali, mingħajr ma ħadd jiġi mċaħħad minn ilsien pajjiżu. Il-vokabularju hu bbażat ħafna fuq l-ilsna Ġermaniċi u Romantiċi u l-grammatika influenzata mill-Ingliż. In-Novial issemma l-ewwel darba fil-ktieb ta' Jespersen An International Language fl-1928, b'żieda fid-dizzjunarju tiegħu, Novial Lexike, ippublikat sentejn wara. Ġew proposti aktar bidliet fis-snin 30 imma mal-mewt ta' Jespersen fl-1943, il-lingwa raqdet, għalkemm fis-snin 90 ħafna nies reġgħu skoprew in-Novial bil-qawmien fl-interess f'ilsna artifiċjali miġjub permezz tal-Internet. Novial Wikipedia Lingwi Internazzjonali Awżiljari
3835
https://mt.wikipedia.org/wiki/Hyracoidea
Hyracoidea
Hyracoidea hija ordni ta' mammiferi placentati, eżattament l-iraċi, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Afrotheria u fit-takson Paenungulata. Din l-ordni għadha rappreżentat minn familja waħda biss ħajja, Procaviidae, u minn tliet ġeneri Heterohyrax, Procavia u Dendrohyrax u bi speċi ħajjin sa llum. Flimkien maż-żewġ ordnijiet oħra ta' Proboscidea u Sirenia, Hyracoidea jiffurmaw it-takson Paenungulata u dan tal-aħħar flimkien mat-takson Afroinsectiphilia jiffurmaw is-superordni Afrotheria. Lista tal-ispeċi ħajjin tal-ordni Hyracoidea Hemm dibattitu jaħraq għaddej bejn il-mammoloġisti dwar kemm huma fin-numru l-ispeċi ta' iraċi. Bħalissa fil-biċċa l-kbira tal-klassifikazzjonijiet qegħdin jiġu imniżżla 4 speċi, iżda din hija waħda temporanja, għaliex hemm pressjoni kbira minn ħafna xjentisti biex tinġabar aktar informazzjoni u materjal biex issiru aktar testijiet ġenetiċi. Klassifikazzjoni skont "Mammal Species of the World" ta' Wilson D.E. u Reeder D.M. (it-3et edizzjoni): Ordni Hyracoidea Familja Procaviidae Ġeneru Dendrohyrax Iraċ tas-siġar ta' Nofsinhar, Dendrohyrax arboreus Iraċ tas-siġar tal-Punent, Dendrohyrax dorsalis Ġeneru Heterohyrax Iraċ tal-arbuxelli tat-tbajja sofor, Heterohyrax bruceii Ġeneru Procavia Iraċ tal-ġebel ta' Kap, Procavia capensis Klassifikazzjoni skont "Walker's Mammals of the World" ta' R. M. Novak (is-6 edizzjoni): Ordni Hyracoidea Familja Procaviidae Ġeneru Dendrohyrax Iraċ tas-siġar ta' Nofsinhar, Dendrohyrax arboreus Iraċ tas-siġar tal-Punent, Dendrohyrax dorsalis Iraċ tas-siġar tal-Lvant, Dendrohyrax validus Ġeneru Heterohyrax Iraċ tal-arbuxelli tat-tbajja sofor, Heterohyrax bruceii Iraċ tal-arbuxelli ta' Aħaġġar, Heterohyrax antineae Iraċ tal-arbuxelli ta' Matadi, Heterohyrax chapini Ġeneru Procavia Iraċ tal-ġebel ta' Kap, Procavia capensis Klassifikazzjoni alternattiva sal-1995: Ordni Hyracoidea Familja Procaviidae Ġeneru Dendrohyrax Iraċ tas-siġar ta' Nofsinhar, Dendrohyrax arboreus Iraċ tas-siġar tal-Punent, Dendrohyrax dorsalis Iraċ tas-siġar tal-Lvant, Dendrohyrax validus Ġeneru Heterohyrax Iraċ tal-arbuxelli tat-tbajja sofor, Heterohyrax bruceii Iraċ tal-arbuxelli ta' Aħaġġar, Heterohyrax antineae Iraċ tal-arbuxelli ta' Matadi, Heterohyrax chapini Ġeneru Procavia Iraċ tal-ġebel ta' Kap, Procavia capensis Iraċ tal-ġebel ta' Johnston, Procavia johnstoni Iraċ tal-ġebel tal-Punent, Procavia ruficeps Iraċ tal-ġebel tal-Lvant, Procavia syriaca Iraċ tal-ġebel ta' Kaokoveld, Procavia welwitchii Tassonomija tal-ordni Hyracoidea Ordni Hyracoidea Familja Pliohyracidae Sottofamilja Geniohyinae Ġeneru Seggeurius (Crochet, 1986)Seggeurius amourensis (Crochet, 1986) Ġeneru Geniohyus (Andrews, 1904)Geniohyus magnus (Andrews, 1904)Geniohyus mirus (Andrews, 1904)Geniohyus diphycus (Matsumoto, 1926) Sottofamilja Saghatheriinae Ġeneru Microhyrax (Sudre, 1979)Microhyrax lavocati (Sudre, 1979) Ġeneru Meroehyrax (Whitworth, 1954)Meroehyrax bateae (Whitworth, 1954) Ġeneru Selenohyrax (Rasmussen u Simons, 1988)Selenohyrax chatrathi (Rasmussen u Simons, 1988) Ġeneru Pachyhyrax (Schlosser, 1910)Pachyhyrax crassidentatus (Schlosser, 1910) Ġeneru Bunohyrax (Schlosser, 1910)Bunohyrax fajumensis (Andrews, 1904)Bunohyrax major (Andrews, 1904) Ġeneru Megalohyrax (Andrews, 1903)Megalohyrax eocaenus (Andrews, 1903)Megalohyrax gevini (Sudre, 1979)Megalohyrax championi (Arambourg, 1933) Ġeneru Saghatherium (Andrews u Breadnell, 1902)Saghatherium antiquus (Andrews u Breadnell, 1902)Saghatherium sobrina (Matsumoto, 1926)Saghatherium humarum (Rasmussen u Simons, 1988)Saghatherium browni (Rasmussen u Simons, 1988) Ġeneru Thyrohyrax (Meyer, 1973)Thyrohyrax domorictus (Meyer, 1973)Thyrohyrax pygmaeus (Matsumoto, 1922)Thyrohyrax meyeri (Rasmussen u Simons, 1991)Thyrohyrax litholagus (Rasmussen u Simons, 1991) Sottofamilja Titanohyracinae Ġeneru Antilohyrax (Rasmussen u Simons, 2000)Antilohyrax pectidens (Rasmussen u Simons, 2000) Ġeneru Titanohyrax (Matsumoto, 1922)Titanohyrax andrewsi (Matsumoto, 1922)Titanohyrax mongereaui (Sudre, 1979)Titanohyrax ultimus (Matsumoto, 1922)Titanohyrax angustidens (Rasmussen u Simons, 1988) Sottofamilja Pliohyracinae Ġeneru Sogdohyrax (Dubrovo, 1978)Sogdohyrax soriaus (Dubrovo, 1978) Ġeneru Kvabebihyrax (Gabunia u Vekua, 1966)Kvabebihyrax kachethicus (Gabunia u Vekua, 1966) Ġeneru Prohyrax (Stromer, 1926)Prohyrax tertiarius (Stromer, 1926) Ġeneru Parapliohyrax (Lavocat, 1961)Parapliohyrax mirabilis (Lavocat, 1961)Parapliohyrax ngororgensis Ġeneru Pliohyrax (Osborn, 1899)Pliohyrax graecus (Gaudry, 1862)Pliohyrax rossignoli (Viret, 1947) Ġeneru Postschizotherium (Von Koenigswlad, 1932)Postschizotherium chardini (Von Koenigswlad, 1932)Postschizotherium licenti (Von Koenigswlad, 1966)Postschizotherium intermedium (Von Koenigswlad, 1966) Familja Procaviidae Ġeneru Dendrohyrax (Gray, 1868)Dendrohyrax arboreus (A. Smith, 1827) SottospeċiDendrohyrax arboreus adolfifriedericiDendrohyrax arboreus arboreus Dendrohyrax arboreus braueri Dendrohyrax arboreus crawshayi Dendrohyrax arboreus ruwenzorii Dendrohyrax dorsalis (Fraser, 1855) SottospeċiDendrohyrax dorsalis dorsalis Dendrohyrax dorsalis emini Dendrohyrax dorsalis latrator Dendrohyrax dorsalis nigricans Dendrohyrax validus (True, 1890) SottospeċiDendrohyrax validus neumanni Dendrohyrax validus schusteri Dendrohyrax validus terricola Dendrohyrax validus validus (True, 1890) Ġeneru Gigantohyrax (Kitching, 1965)Gigantohyrax maguirei (Kitching, 1965) Ġeneru Heterohyrax (Gray, 1868)Heterohyrax antineae (Heim de Balsac u Begouen, 1932)Heterohyrax brucei (Gray, 1868) SottospeċiHeterohyrax brucei brucei Heterohyrax brucei chapini (Hatt, 1933)Heterohyrax brucei dieseneriHeterohyrax brucei kempi Heterohyrax brucei manningiHeterohyrax brucei munzneriHeterohyrax brucei victorianjansae Ġeneru Procavia (Storr, 1780)Procavia antiqua (Broom, 1934)Procavia transvaalensis (Shaw, 1937)Procavia capensis (Pallas, 1766) SottospeċiProcavia capensis abbyssinicusProcavia capensis bounhioliProcavia capensis burtonii Procavia capensis capensis Procavia capensis capillosa Procavia capensis habessinicaProcavia capensis hopsi Procavia capensis jayakari Procavia capensis johstoni Procavia capensis klaverensis Procavia capensis lopesi Procavia capensis mackinderiProcavia capensis marlothi Procavia capensis ruficeps Procavia capensis scioana (Giglioni, ?) Procavia capensis syriaca Procavia capensis welwitchiiProcavia capensis windhuki'' Referenzi Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 87-89. ISBN 0-801-88221-4. Nowak, R. M. 1999. Order Hyracoidea. Pages 1041-1047 in: Walker's Mammals of the World. Sixth Edition. Volume II. (R. M. Nowak). Johns Hopkins University Press, Baltimore. The Paleobiology Database. Ħoloq esterni Artiklu minn "BBC Science and Nature" fuq l-Iraċ "The Tree of Life Web Project" Ordni Hyracoidea Referenza għall-Iraċ fuq sit dwar l-Iljunfanti Hyracoidea
3836
https://mt.wikipedia.org/wiki/Metatheria
Metatheria
Metatheria hija infraklassi ta' mammiferi marsupjali, fil-klassi Mammalia u fis-sottoklassi Theria. Il-Metatheria tiġbor fiha żewġ superordnijiet l-Australidelphia u l-Ameridelphia u seba' ordnijiet li huma id-Didelphimorphia, il-Paucituberculata, il-Microbiotheria, id-Dasyuromorphia, il-Peramelemorphia, in-Notoryctemorphia, u d-Diprotodontia. Din l-infraklassi flimkien mal-Eutheria jiffurmaw is-sottoklassi Theria. Il-Metatheria tinkludi fiha l-ispeċij marsupjali kollha eżistenti, kemm dawk estinti kif ukoll dawk estanti. Klassifikazzjoni Infraklassi Metatheria Superordni Ameridelphia Ordni Didelphimorphia Familja Didelphidae (opossumi) Ordni Paucituberculata Familja Caenolestidae (opossumi ġriedem ta' geddumhom twil) Superordni Australidelphia Ordni Microbiotheria Familja Microbiotheriidae (kolokolo) Ordni Dasyuromorphia Familja Thylacinidae (Tilaċin) Familja Dasyuridae (Xitan Tażmanjan) Familja Myrmecobiidae (Numbat) Ordni Peramelemorphia Familja Thylacomyidae (Bandikuti fniek jew Bilbijiet) Familja Chaeropodidae (Bandikut ta' saqajh ta' ħanżir) Familja Peramelidae (Bandikuti) Ordni Notoryctemorphia Familja Notoryctidae (Talpi marsupjali) Ordni Diprotodontia Familja Phascolarctidae (Kola) Familja Vombatidae (Wombati) Familja Phalangeridae (Possum ta' denbu xkupilja u kuskus) Familja Burramyidae (Possumi nani) Familja Tarsipedidae (Possum tal-għasel) Familja Petauridae (Possum ta' Leadbeater,Planatur taz-zokkor) Familja Pseudocheiridae (Possumi ta' denbhom biċ-ċriki) Familja Potoridae (Potorù, Kangarù far, Bettong) Familja Acrobatidae (Planatur ta' denbu pinna) Familja Hypsiprymnodontidae (Kangarù far tal-misk) Familja Macropodidae (Kangarù, Wallabi, Kwokka) Ara wkoll Marsupialia Australidelphia Ameridelphia Marsupjal Referenzi McKenna MC & Bell SK, (1997), Classification of Mammals Above the Species Level. Columbia University Press. 1990. Marsupials. Pp. 210-211 in B. Grzimek, ed. Grzimek's Encyclopedia of Mammals, Vol. 1, 1st Edition. New York: Mcgraw-Hill. Aplin, K., M. Archer. 1987. Recent advances in marsupial systematics with a new syncretic classification. Pp. xv-lxxii in M. Archer, ed. Possums and Opossums: Studies in Evolution, Vol. 1. Chipping Norton: Surrey Beatty and Sons PTY Limited. Clutton-Brock, T. 1991. The Evolution of Parental Care. Princeton: Princeton University Press. Lillegraven, J. 1975. Biological considerations of the marsupial-placental dichotomy. Evolution, 29: 707. Moeller, H. 1990. Marsupials: Introduction. Pp. 212-219 in B. Grzimek, ed. Grzimek's Encyclopedia of Mammals, Vol. 1, 1st Edition. New York: Mcgraw-Hill. Nowak, R. 1991. Order Marsupialia. Pp. 10-113 in Walker's Mammals of the World, Vol. 1, 5th Edition. Baltimore: Johns Hopkins University Press. Parker, P. 1977. An ecological comparison of marsupial and placental patterns of reproduction. B. Stonehouse, D. Gilmore, eds. The Biology of Marsupials. London: T. Macmillan. Thenius, E. 1990. Marsupials: Phylogeny. Pp. 219-231 in B. Grzimek, ed. Grzimek's Encyclopedia of Mammals, Vol. 1, 1st Edition. New York: m. Vaughan, T., J. Ryan, N. Czaplewski. 2000. Mammalogy, 4th Edition. Toronto: Brooks Cole. Wilson, D., D. Reeder. 1993. Mammal Species of the World, A Taxonomic and Geographic Reference. 2nd edition. Washington, D. C.: Smithsonian Institution Press. Burkitt, J. H., 1995: Mammals: A world listing of living and extinct species.iNet: Cougar Hill Sanctuary Association: Online Library: mammals.pdf http://www.cougarhillweb.org/resource.html/ Carroll, R. L., 1988: Vertebrate paleontology and evolution.W. H. Freeman and company, New York, 1988, 698 Carroll, R. L., 1988: Appendix. 594-648 in Carroll, R. L., 1988: Vertebrate paleontology and evolution.W. H. Freeman and company, New York, 1988, 698 McKenna, M. C. & Bell, S. K., (eds.) 1997: Classification of mammals – above the species level. Columbia University Press, New York, 1997, xii-631 Nowak, R. M., 1991: Walker's Mammals of the World; Part 1.The Johns Hopkins University Press, Baltimore and London, 1991, xlviii-642-lxiii Nowak, R. M., 1991: Walker's mammals of the World; Part 2.The Johns Hopkins University Press, Baltimore and London, 1991, xii-643-1629 Ħoloq esterni Western Australian Mammal Species
3837
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0uvni
Ġuvni
Ġuvni hi kelma li ġejja mit-Taljan u tintuża biex tindika persuna maskili li għadha żgħira biex tissejjah raġel imma kbira biex tibqa' tissejjaħ tifel. L-aħjar kelma f'dan il-każ hi żagħżugħ. Ġuvni tista' tintuża wkoll biex tfisser raġel li għadu ma żżewwiġx. L-aħjar kelma f'dan il-każ hi għażeb. Bniedem
3841
https://mt.wikipedia.org/wiki/Im%C4%A7abba
Imħabba
L-Imħabba tirrapreżenta grupp ta' emozzjonijiet u esperjenzi li jħoss il-bniedem, u li huma relatati mas-sens ta' affezzjoni u l-ġibda sesswali. Hemm tipi diversi ta' mħabba, insibu l-imħabba fraterna, li wieħed ikollu lejn ħutu stess, l-imħabba lejn il-ġenituri, lejn il-ħbieb, l-imħabba paterna/materna li raġel jew mara ikollhom lejn it-tfal tagħhom u l-Eros, l-imħabba lejn ir-raġel/mara tal-persuna. Sentiment Sesswalità
3845
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mewt
Mewt
Fuq ambitu bijoloġiku, il-mewt tista' tkun definita fin-negattiv, meta l-funzjonijiet vitali jieqfu jaħdmu u l-organiżmu jieqaf jgħix; it-tmiem tal-ħajja. Sentiment Bijoloġija
3848
https://mt.wikipedia.org/wiki/Eutheria
Eutheria
Eutheria (Placentalia f'uħud mil-klassifikazzjonijiet) hija infraklassi ta' mammiferi fil-klassi Mammalia u fis-sottoklassi Theria. Din tiġbor fiha erba' superordnijiet, u bejniethom għandhom 21 ordni b'rappreżentanti ħajjin. Din l-infraklassi flimkien mal-Metatheria jiffurmaw is-sottoklassi Theria. L-Eutheria tinkludi fiha kważi l-ispeċi plaċentati kollha eżistenti (l-eċċezzjoni huma il-bandikuti). Klassifikazzjoni Infraklassi Eutheria (Placentalia u l-mammiferi fossili l-aktar fil-qrib tagħhom) Superordni Xenarthra Ordni Pilosa (bradipi u wikkiela n-nemel) Ordni Cingulata (armadilli) Superordni Afrotheria Klad Afroinsectiphilia Ordni Afrosorcida (tenreki u talpi tad-deheb) Ordni Macroscelidea (senġijiet) Ordni Tubulidentata (orikteropi) Klad Paenungulata Ordni Hyracoidea (iraċi) Ordni Proboscidea (iljunfanti) Ordni Sirenia (lamantini u dugongi) Superordni Euarchontoglires Klad Glires Ordni Rodentia (ġrieden) Ordni Lagomorpha (fniek) Klad Euarchonta Ordni Primates (primati) Ordni Scandentia (tupaji) Ordni Dermoptera (kolugi) Superordni Laurasiatheria Ordni Soricomorpha (ġriedem ta' geddumhom twil, talpi u solenodonti) Ordni Erinaceomorpha (qniefed u firien il-qamar) Ordni Chiroptera (friefet il-lejl) Ordni Perissodactyla (żwiemel, tapiri u rinoċerontijiet) Klad Cetartiodactyla Ordni Artiodactyla (ħnieżer, iġmla, ċrief) Ordni Cetacea (balieni u dniefel) Klad Ferae Ordni Carnivora (klieb, qtates, bumerini) Ordni Pholidota (pangolini) Gallerija Ara wkoll Xenarthra Afrotheria Euarchontoglires Laurasiatheria Referenzi Mikko's Phylogeny. Eutheria phylogeny Ħoloq esterni Kladogramma dettaljata tal-Placentalia estanti Eutheria
3853
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bill%20Gates
Bill Gates
William Henry Gates III (twieled fit-28 ta' Ottubru 1955 f'Seattle, Washington) hu fundatur flimkien ma' Paul Allen ta' Microsoft li tagħha Gates hu chairman. Hu wkoll il-fundatur ta' Corbis, kumpanija li tarkivja dokumenti diġitali. Fil-lista The World's Billionaires tal-magażin Forbes hu ġie mniżżel bħala l-iktar bniedem sinjur għal dawn l-aħħar tnax-il sena. Fis-sena 1999, ir-rikkezza u l-assi ta' Gates qabżu il-$100 biljun li b'hekk sar l-ewwel ċentibiljunarju (f'dollari amerikani). Skont il-magażin Forbes fis-sena 2006, Bill Gates jiswa $50 biljun. Referenzi Nies ħajjin Twieldu fl-1955 Informatiċi Amerikani Imprendituri Amerikani
3854
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ada%20Lovelace
Ada Lovelace
Augusta Ada King, kontessa ta' Lovelace (10 ta' Diċembru, 1815 – 27 ta' Novembru, 1852) hi prinċipalment magħrufa għax kitbet deskrizzjoni tal-magna proposta minn Charles Babbage. Hi wkoll kienet l-ewwel persuna li kitbet programm għal din il-magna u għaldaqstant hi meqjusa mill-istoriċi bħala l-ewwel persuna li kitbet programm tal-kompjuter. Twieldu fl-1815 Mietu fl-1852 Kompjuter Inventuri Brittaniċi
3855
https://mt.wikipedia.org/wiki/Paul%20Allen
Paul Allen
Paul Gardner Allen (twieled fil-21 ta' Jannar 1953 – miet fil-15 ta' Ottubru 2018) kien informatiku u negozjant Amerikan, fundatur tal-kumpanija Microsoft flimkien ma' Bill Gates. Sa mewtu fl-2018 kien fost l-aktar nies sinjuri fid-dinja, bi stima ta' $20.3 biljun. Referenzi Twieldu fl-1953 Mietu fl-2018 Informatiċi Amerikani Impjegati tal-Microsoft
3859
https://mt.wikipedia.org/wiki/Orikteropu
Orikteropu
L-orikteropu, oritteropu jew kif inhu magħruf ukoll ħanżir tal-art huwa mammiferu insettivoru ta' daqs medju, mifrux fil-kontinent Afrikan. Minkejja l-isem ħanżir tal-art, (terminu li ġej minn kelma olandiża Aardvarken aarde art u varken ħanżir), l-orikteropu mhux relatat mal-familja tal-ħnieżer u dan id-disgwid ta' termini u kliem ġara għax l-ewwel Ewropew li skoprieħ xebbaħ lill-orikteropu ma' ħanżir. Deskrizzjoni L-aktar fattizz distintiv li jagħmel il-membri tat-Tubulidentata uniċi (kif jindika ukoll l-isem tal-ordni) huma s-snien. Dawn minflok m' huma magħmulin minn kavità mimlija bil-polpa tas-snien, magħmulin minn tubi rqaq ta' dentina mimlijin bil-polpa tas-snien u mwaħlin flimkien biċ-ċement. Is-snien m' għandhomx kisi ta' enamel u b'hekk jittieklu u jikbru il-ħin kollu. L-orikteropu jitwieled bis-snien ta' quddiem (jew inċisivi) u bin-nejbiet (jew kanini) tal-ħalib, biss dawn, la darba jaqgħu ma jerġgħux jitilgħu. Fl-orikteropu adult l-uniċi snien preżenti huma id-dras (jew molari) fuq in-naħa ta' wara tal-ħalq. L-orikteropu ftit li xejn jixbaħ lil-ħanżir. Dan il-mammiferu għandu ġisem robust, b' dahar mgħawweġ b' forma ta' arkata mill-għonq san-naħa ta' taħt id-dahar, b' denb oħxon ħafna fil-bażi li jidjieq gradwalment sakemm jispiċċa għall-ponta fit-tarf. Għonq qasir u oħxon, b'par widnejn sproporzjonalment twal, b'ras imġebbda fit-tul u b'wiċċ ċilindriku li jispiċċa ċatt fuq quddiem, b' 2 toqbiet tal-imnifsejn kbar (li jagħtuh sens ta' xamm żviluppat ħafna) u ħalq żgħir, b'forma tubulari, mgħammar b'ilsien twil tipikament ta' annimal li jiekol in-nemel u 4 saqajn b' saħħithom, moderatament twal, b' 4 swaba fuq ta' quddiem u 5 fuq ta' wara, b' difrejn b' forma ta' skalpel, uniċi qalb il-mammiferi. Il-piż ivarja bejn 40 kilogramm u 65 kilogramm u t-tul normalment ikun bejn 1 metru u 1.3 metri. Il-kulur tal-orikteropu huwa isfar fil-griż imma ħafna drabi jkun jagħti fil-kannella ħamrani minħabba l-ħamrija. Il-pil tal-orikteropu ma tantx huwa folt u l-protezzjoni ewlenija ta' dan il-mammiferu hija l-ġilda ħarxa, tant li kapaċi jorqod ġewwa bejta tan-nemel li jkun għadu kemm ikisser mingħajr l-ebda problema ta' xejn. Riproduzzjoni Wara tqala jew gestazjoni ta' 7 xhur, jitwieled ferħ ta' bejn wieħed u ieħor 2 kilogrammi. Ġimgħatejn biss wara t-twelied dan jitlaq jimxi wara l-omm u 6 xhur wara jibda jħaffer il-bejta tiegħu taħt l-art, biss xorta jibqa' mal-omm sakemm jerġa' jasal l-istaġun tan-namra li jmiss. L-orikteropu magħruf li jgħix għal aktar minn 20 sena. Distribuzzjoni L-orikteropu huwa mifrux ma' kważi l-Afrika kollha ta' taħt id-deżert tas-sahara u għalkemm ikkaċċat mill-bniedem għal-laħam u s-snien (li jintużaw bħala dekorazjoni) ma jidhirx mhedded. Klassifikazzjoni L-orikteropu huwa l-unika speċi ħajja tal-familja Orycteropodidae u tal-ordni Tubulidentata. Oriġinarjament l-orikteropu kien klassifikat fil-ġeneru tal-Wikkelin in-nemel tal-Amerika t' isfel minħabba xebħ superfiċjali, li l-lum il-ġurnata huwa magħruf li dan huwa r-risultat ta' evoluzzjoni konverġenti u mhux ta' antenat komuni. L-eqdem fossilu tat-Tubulidentata huwa miż-żmienijiet ta' kmieni fil-Mijoċen li ġew misjuba fil-Kenja. Uħud mill-ispeċijiet ta' dan l-ordni kienu mifruxa mal-Ewropa u mal-Asja ta' taħt matul iż-żmienijiet ta' tard fil-Mijoċen sa kmieni fil-Plijoċen. Minbarra il-ġeneru Orycteropus, hemm 4 ġeneri oħra magħrufin fil-familja Orycteropodidae u dawn huma Archaeorycteropus, Leptorycteropus, Myorycteropus, u Palaeorycteropus. Fil-passat ġew ikklassifikati ħafna speċijiet ta' orikteropi, madankollu, t-tagħrif li għandna llum jindika li hemm speċi waħda biss Orycteropus afer bil-fuq minn 18-il sottospeċi, biss il-biċċa l-kbira ta' dawn huma meqjusin invalidi u m' humiex aċċettati. Ordni Tubulidentata Familja Orycteropodidae Ġeneru Archaeorycteropus minn l-Oligoċen fl-Ewropa (estint) Ġeneru Leptorycteropus, tard fil-Mijoċen fil-Lvant fl-Afrika (estint) Leptorycteropus guilielmi Ġeneru Myorycteropus, kmieni fil-Mijoċen fl-Afrika (estint) Myorycteropus africanus Ġeneru Orycteropus, minn nofs il-Mijoċen sa tard fil-Plijoċen fl-Asja, tard fil-Mijoċen u Plijoċen fl-Ewropa, minn nofs il-Mijoċen sal-lum fl-Afrika. Orikteropu jew Ħanżir tal-art, Orycteropus afer Sottospeċi Orycteropus afer adametzi Orycteropus afer aethiopicus Orycteropus afer afer (Pallas, 1766) Orycteropus afer albicaudus Orycteropus afer angolensis Orycteropus afer capensis Orycteropus afer erikssoni Orycteropus afer faradjius Orycteropus afer haussanus Orycteropus afer kordofanicus Orycteropus afer lademanni Orycteropus afer leptodon Orycteropus afer matschiei Orycteropus afer observandus Orycteropus afer ruvanensis Orycteropus afer senegalensis Orycteropus afer somalicus Orycteropus afer wardi Orycteropus afer wertheri Orycteropus abundulafus, (estint) Orycteropus browni, (estint) Orycteropus chemeldoi, (estint) Orycteropus crassidens, (estint) Orycteropus depereti, (estint) Orycteropus gaudryi, (estint) Orycteropus mauritanicus, (estint) Orycteropus minutus, (estint) Orycteropus pilgrimi, (estint) Orycteropus pottieri, (estint) Palaeorycteropus, fl-Oligoen tal-Ewropa (estint) Ħoloq Esterni The Biology of the Aardvark (Orycteropus afer) Randers Regnskov Tropical Zoo Referenzi Aardvarks: Wildlife summary from the African Wildlife Foundation Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 86. ISBN 0-8018-8221-4. Tubulidentata
3863
https://mt.wikipedia.org/wiki/Barrakka%20t%27Isfel
Barrakka t'Isfel
Il-Barrakka t'Isfel huwa ġnien ġewwa l-Belt Valletta, f'Malta, li huwa mwaħħad mal-Barrakka ta' Fuq. Dan il-ġnien għandu veduta tal-Port il-Kbir u l-Kottonera u jinkludi monument stil Neoklassiku tal-Gvernatur ta' Malta, Sir Alexander Ball. Ġonna f'Malta Belt Valletta
3865
https://mt.wikipedia.org/wiki/Batterija
Batterija
Batterija tista tirreferi għal: Batterija (kimika), hija apparat li tista' tiġġenera jew terfa' l-enerġija elettrika Batterija (mużika), hija strument muzikali ta' perkussioni Batterija (tiġieġ), hija forma ta' tkabbir intensiv tat tiġieġ Batterija (militari), hija grupp ta' biċċiet ta' artillerija
3868
https://mt.wikipedia.org/wiki/Francesco%20Laparelli
Francesco Laparelli
Francesco Laparelli kien perit Taljan li ddissinja l-pjanta tal-Belt Valletta. Meta Francesco Laparelli miet kompla jibni il-belt Ġlormu Cassar. Twieldu fl-1521 Mietu fl-1570 Arkitetti Taljani
3881
https://mt.wikipedia.org/wiki/Orycteropus
Orycteropus
Tubulidentata Orycteropus huwa ġeneru ta' mammiferi (l-orikteropi jew ħnieżer ta' l-art), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Tubulidentata, fil-familja Orycteropodidae, ma' 4 ġeneri oħra Archaeorycteropus (estint), Leptorycteropus (estint), Myorycteropus (estint), u Palaeorycteropus (estint), b' ħafna speċi estinti u bi speċi waħda biss ħajja (Orikteropu). (għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Orikteropu) Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Orycteropus Ġeneru Orycteropus, min nofs il-Miocene sa tard fil-Pliocene fl-Asja, tard fil-Miocene u Pliocene fl-Ewropa, min nofs il-Miocene sa llum fl-Afrika. Orikteropu jew Ħanżir ta' l-art, Orycteropus afer Orycteropus abundulafus, (estint) Orycteropus browni, (estint) Orycteropus chemeldoi, (estint) Orycteropus crassidens, (estint) Orycteropus depereti, (estint) Orycteropus gaudryi, (estint) Orycteropus mauritanicus, (estint) Orycteropus minutus, (estint) Orycteropus pilgrimi, (estint) Orycteropus pottieri, (estint)
3882
https://mt.wikipedia.org/wiki/Orycteropodidae
Orycteropodidae
Orycteropodidae hija familja ta' mammiferi (l-orikteropi jew ħnieżer tal-art), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Tubulidentata, b'ħames ġeneri Archaeorycteropus (estint), Leptorycteropus (estint), Myorycteropus (estint), Palaeorycteropus (estint) u Orycteropus, bi speċi waħda biss ħajja. Lista tal-ispeċi Familja Orycteropodidae Ġeneru Archaeorycteropus (Ameghino, 1905) (estint) Ġeneru Leptorycteropus (Patterson, 1975) (estint) Leptorycteropus guilielmi (Patterson, 1975) (estinta) Ġeneru Myorycteropus (MacInnes, 1956) (estint) Myorycteropus africanus (MacInnes, 1956) (estinta) Ġeneru Orycteropus (E. Geoffroy Saint-Hilaire, 1795) Orycteropus abundulafus, (estinta) Orycteropus afer (Pallas, 1766) Orycteropus browni (Colbert,) (estinta) Orycteropus chemeldoi (Pickford,) (estinta) Orycteropus crassidens (MacInnes,) (estinta) Orycteropus depereti (Helbing,) (estinta) Orycteropus gaudryi (Major,) (estinta) Orycteropus mauritanicus (Arambourg,) (estinta) Orycteropus minutus (Pickford,) (estinta) Orycteropus pilgrimi (Colbert,) (estinta) Orycteropus pottieri (Ozansoy,) (estinta) Ġeneru Palaeorycteropus (Filhol, 1893) (estint) Palaeorycteropus quercyi (estinta) Tubulidentata
3885
https://mt.wikipedia.org/wiki/Theria
Theria
Theria Theria, hija sottoklassi ta' mammiferi, (il-plaċentati u l-marsupjali), fil-klassi Mammalia, b' 2 infraklassi (Metatheria u Eutheria), b' 6 superordnijiet (Ameridelphia, Australidelphia, Xenarthra, Afrotheria, Euarchontoglires, u Laurasiatheria), u b' 28 ordni (Didelphimorphia, Paucituberculata, Microbiotheria, Dasyuromorphia, Peramelemorphia, Notoryctemorphia, Diprotodontia, Pilosa, Cingulata, Afrosorcida, Macroscelidea, Tubulidentata, Hyracoidea, Proboscidea, Sirenia, Rodentia, Lagomorpha, Primates, Scandentia, Dermoptera, Soricomorpha, Erinaceomorpha, Chiroptera, Perissodactyla, Cetacea, Artiodactyla, Carnivora, Pholidotaa). Din is-sottoklassi flimkien ma' Prototheria jiffurmaw il-klassi Mammalia. It-Theria tinkludi fiha kważi l-ispeċi mammiferi kollha eżistenti (l-eċċezjoni huma il-monotremati). (għal aktar informazzjoni ara l-artikli Metatheria u Eutheria) Klassifikazjoni Sottoklassi Theria Infraklassi Metatheria Superordni Ameridelphia Ordni Didelphimorphia Ordni Paucituberculata (opossumi ġriedem ta' geddumhom twil) Superordni Australidelphia Ordni Microbiotheria (kolokolo) Ordni Dasyuromorphia (Tilaċin, Xitan Tasmanjan, Numbat) Ordni Peramelemorphia(Bandikuti) Ordni Notoryctemorphia (Talpi marsupjali) Ordni Diprotodontia (Kowala, Wombati, Kangaruni) Infraklassi Eutheria (Placentalia) Superordni Xenarthra Ordni Pilosa (bradipi u wikkiela n-nemel) Ordni Cingulata (armadilli) Superordni Afrotheria Klad Afroinsectiphilia Ordni Afrosorcida (tenreki u talpi tad-deheb) Ordni Macroscelidea (senġijiet) Ordni Tubulidentata (orikteropu) Klad Paenungulata Ordni Hyracoidea (iraċi) Ordni Proboscidea (iljunfanti) Ordni Sirenia (lamantini u dugongi) Superordni Euarchontoglires Klad Glires Ordni Rodentia (ġrieden) Ordni Lagomorpha (fniek) Klad Euarchonta Ordni Primates (primati) Ordni Scandentia (tupaji) Ordbi Dermoptera (kolugi) Superordni Laurasiatheria Ordni Soricomrpha (ġriedem ta'geddumhom twil, talpi,u solenodonti) Ordni Erinaceomropha (qniefed u firien il-qamar) Ordni Chiroptera (friefet il-lejl) Ordni Perissodactyla (żwiemel, tapiri u rinoċeronti) Klad Cetartiodactyla Ordni Artiodactyla (ħniżer, ġmula, ċrief) Ordni Cetacea (balini u dniefel) Klad Ferae Ordni Carnivora (klieb, qtates, bumerini) Ordni Pholidota (pangolini)
3886
https://mt.wikipedia.org/wiki/Xenarthra
Xenarthra
Xenarthra huwa superordni ta' mammiferi plaċentati, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, b'żewġ ordnijiet (Cingulata u Pilosa). Dan is-superordni flimkien ma' tliet superordnijiet oħra (Afrotheria, Euarchontoglires, u Laurasiatheria), jiffurmaw l-infraklassi Eutheria. Klassifikazzjoni Superordni Xenarthra Ordni Pilosa Sottordni Folivora Sottordni Vermilingua Ordni Cingulata Eutheria
3887
https://mt.wikipedia.org/wiki/Afrotheria
Afrotheria
Afrotheria huwa superordni ta' mammiferi plaċentati fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, b'sitt ordnijiet. Dan is-superordni flimkien ma' tliet superordnijiet oħra Euarchontoglires, Laurasiatheria, u Xenarthra, jiffurmaw l-infraklassi Eutheria. Klassifikazzjoni Superordni Afrotheria Klad Afroinsectiphilia Ordni Afrosoricida Ordni Macroscelidea Ordni Tubulidentata Klad Paenungulata Ordni Hyracoidea Ordni Proboscidea Ordni Sirenia Eutheria
3888
https://mt.wikipedia.org/wiki/Euarchontoglires
Euarchontoglires
Euarchontoglires huwa superordni ta' mammiferi plaċentati bbażat fuq analiżi ta' sekwenzi ġenetiċi molekulari u fuq dati preżenti/assenti ta' retrotranspożji. Dan is-superordni qiegħed klassifikat, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria u fl-infraklassi Eutheria. Euarchontoglires jiġbor fih żewġ kladi u sitt ordnijiet. Dan is-superordni flimkien ma' tliet superordnijiet oħra Afrotheria, Laurasiatheria, u Xenarthra, jiffurmaw l-infraklassi Eutheria. L-Euarchontoglires probabbilment infired mis-superordni Laurasiatheria bejn 85 u 95 miljun sena ilu matul il-Kretaċju. Din l-ipoteżi hija sostnuta kemm minn fossili kif ukoll minn evidenza molekulari. Organizzazzjoni Klassifikazzjoni Klassi Mammalia Sottoklassi Theria Infraklassi Eutheria Superordni Euarchontoglires Klad Glires Ordni Lagomorpha Ordni Rodentia Klad Euarchonta Ordni Scandentia Ordni Dermoptera Ordni Plesiadapiformes (estint) Ordni Primates Sinonimi "Supraprimates" huwa sinonimu jew l-istess bħal, u jirreferi, għas-superordni Euarchontoglires. Referenzi William J. Murphy, Eduardo Eizirik, Mark S. Springer et al. (14 December 2001). "Resolution of the Early Placental Mammal Radiation Using Bayesian Phylogenetics". Science 294 (5550): 2348-2351. Kriegs, Jan Ole, Gennady Churakov, Martin Kiefmann, Ursula Jordan, Juergen Brosius, Juergen Schmitz (2006). "Retroposed Elements as Archives for the Evolutionary History of Placental Mammals". PLoS Biol 4 (4): e91. F. S. Szalay, M. J. Novacek, M. C. McKenna, Eds., Mammal Phylogeny: Placentals (Springer-Verlag, New York, 1993). W. W. de Jong, Trends Ecol. Evol. 13, 270 (1998). P. J. Waddell, N. Okada, M. Hasegawa, Syst. Biol. 48, 1 (1999). A. G. Kluge, Syst. Zool. 38, 7 (1989). M. J. Sanderson, A. Purvis, C. Henze, Trends Ecol. Evol. 13, 105 (1998). A. Purvis, Philos. Trans. R. Soc. London Ser. B 348, 405 (1995). O. R. P. Bininda-Emonds, J. L. Gittleman, A. Purvis, Biol. Rev. 74, 143 (1999). In cases of more than one MP solution, a strict consensus tree can serve to summarize the agreement among these alternatives (8, 32). O. R. P. Bininda-Emonds, M. J. Sanderson, Syst. Biol., in press. A. Graybeal, Syst. Biol. 47, 9 (1998). A. Mitchell, C. Mitter, J. C. Regier, Syst. Biol. 49, 202 (2000). G. G. Simpson, Bull. Am. Mus. Nat. Hist. 85, 1 (1945) [ISI]. M. C. McKenna, S. K. Bell, Classification of Mammals Above the Species Level (Columbia Univ. Press, New York, 1997). J. Shoshani and M. C. McKenna, Mol. Phylogenet. Evol. 9, 572 (1998). F.-G. R. Liu and M. M. Miyamoto, Syst. Biol. 48, 54 (1999). J. Gatesy, M. Milinkovitch, V. Waddell, M. Stanhope, Syst. Biol. 48, 6 (1999). M. Nikaido, A. P. Rooney, N. Okada, Proc. Natl. Acad. Sci. U.S.A. 96, 10261 (1999). M. J. Stanhope, et al., Mol. Phylogenet. Evol. 9, 501 (1998). M. J. Stanhope, et al., Proc. Natl. Acad. Sci. U.S.A. 95, 9967 (1998). The other representative of Afrosoricida (Tenrecidae) was excluded from the molecular analysis because of its extensive missing data (only 100 scored binary characters for this partition). E. C. Teeling, et al., Nature 403, 188 (2000). S. J. O'Brien et al., Science 286, 463 (1999). P. J. Waddell, Y. Cao, J. Hauf, M. Hasegawa, Syst. Biol. 48, 31 (1999). M. S. Springer, H. M. Amrine, A. Burk, M. J. Stanhope, Syst. Biol. 48, 65 (1999). O. R. P. Bininda-Emonds, Mol. Phylogenet. Evol. 16, 113 (2000). D. L. Swofford, PAUP*: Phylogenetic Analysis Using Parsimony (* and Other Methods), version 4 (Sinauer, Sunderland, MA, 1998). B. R. Baum, Taxon 41, 3 (1992). M. A. Ragan, Mol. Phylogenet. Evol. 1, 53 (1992). A. Purvis, Syst. Biol. 44, 251 (1995). D. E. Wilson, D. M. Reeder, Eds., Mammal Species of the World: A Taxonomic and Geographic Reference (Smithsonian Institution Press, Washington, DC, 1993). K. Bremer, Evolution 42, 795 (1988) Ħoloq esterni Placental mammal diversification and the Cretaceous-Tertiary boundary Molecular and Morphological Supertrees for Eutherian (Placental) Mammals Eutheria
3889
https://mt.wikipedia.org/wiki/Laurasiatheria
Laurasiatheria
Laurasiatheria huwa superordni ta' mammiferi plaċentati, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, bi 8 ordnijiet (Artiodactyla, Carnivora, Cetacea, Chiroptera, Erinaceomorpha, Perissodactyla, Pholidota, u Soricomorpha). Dan is-superordni flimkien ma' 3 superordnijiet oħra Afrotheria, Euarchontoglires, u Xenarthra, jiffurmaw l-infraklassi Eutheria. Klassifikazjoni Superordni Laurasiatheria Ordni Chiroptera Ordni Erinaceomorpha Ordni Perissodactyla Ordni Soricomorpha Klad Cetartiodactyla Ordni Artiodactyla Ordni Cetacea Klad Ferae Ordni Carnivora Ordni Pholidota Eutheria Mammiferi
3890
https://mt.wikipedia.org/wiki/Talpa%20marsupjal%20ta%27%20Nofsinhar
Talpa marsupjal ta' Nofsinhar
It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar Notoryctes typhlops jew kif inhi magħrufha ukoll itjaritjari, kif jgħid isimha hija mammiferu marsupjal rari, ta' daqs żgħir, mifrux mad-deżerti fin-Nofsinhar tal-Awstralja u hija 1 miż-2 speċijiet ta' talpi marsupjali. Minn studji reenti l-ispeċi Notoryctes typhlops turi li hija magħmula minn 2 sottospeċijiet, dik miċ-ċentru tal-Awstralja Notoyctes typhlops typhlops u dik minn Nofsinhar tal-istat Awstraljan ta' Nofsinhar Notoryctes typhlops ? li għad trid tingħata isem. Dieta It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar hija marsupjal karnivoru, attiv ħafna kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl. Il-biċċa i-kbira tad-dieta tikkonsisti minn larvae u pupae ta' insetti tad-deżert, għalkemm rettili u annimali vertebrati żgħar oħra jiġu ikkunsmati wkoll. Deskrizzjoni It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew itjaritjari, hija mammiferu għami, u mill-għajnejn baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn. Dan il-marsupjal għandu ġismu b'forma ċilindrika (tubu) b'tul massimu ta' 18ċm, ras forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni, b'denb qasir ta' 2.6cm jew inqas li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda. Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija. It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar hija l-akbar speċi fost it-tnejn li jeżistu u d-daqs apparti l-lokalità huwa fattur determinanti biex wieħed jagħraf l-ispeċijiet, dan minħabba li huma simili ħafna ta' xulxin. Riproduzzjoni Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzzjoni ta' dawn l-annimali. Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u huwa maqsum fi 2 u f'kull parti hemm beżżula 1 , fih jilqa' massimu ta' 2 embrjuni kull darba. Evoluzzjoni It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew itjaritjari tipprovdi eżempju ċar ta' evoluzzjoni konverġenti mat-talpi plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-talpi dehbin tal- kontinent Afrikaan. Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti it-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzzjoni. Il-linja anċestrali ta' dan il-marsupjal tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazzjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sal-lum. Klassifikazzjoni Ordni Notoryctemorphia Familja Notoryctidae Ġeneru Notoryctes Speċi Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar jew Itjaritjari Notoryctes typhlops Sottospeċi Popolazjoni miċ-Centru ta' l-Awstralja Notoryctes typhlops typhlops Popolazjoni minn Nofs in-nhar tal-istat ta' Nofs in-nhar tal-Awstralja, Notoryctes typhlops ? Referenzi University of Western Australia marsupial mole home page Research mission to discover conservation requirements (includes photo) Nature news story (includes photo) AusEmade: Marsupial Mole Information Archer, Hand & Godthelp, Australia's lost world: Riversleigh, World Heritage Site'', Reed New Holland, 1991. ISBN 1-876334-59-2 Groves, Colin (2005-11-16). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 22. Ħoloq jew Linkijiet Esterni ARKive - images and movies of the marsupial mole (Notoryctes typhlops) Notoryctemorphia
3893
https://mt.wikipedia.org/wiki/Talpa%20marsupjal%20tat-Tramuntana
Talpa marsupjal tat-Tramuntana
It-talpa marsupjal tat-Tramuntana "Notoryctes caurinus" jew kif inhi magħrufha wkoll karkarratul hija mammiferu marsupjal rari, ta' daqs żgħir, mifrux mad-deżerti fil-majistral ta' l-Awstralja u hija 1 miż-2 speċi ta' talpi marsupjali. Din l-ispeċi għal ħafna żmien twil kienet meqjusha bħala popolazjoni oħra minn ta' l-ispeċi "Notoryctes typhlops" it-talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew itjaritjari, dan għaliex huma simili ħafna ta' xulxin, ftit differenzi huma d-daqs u s-snien. Dieta It-talpa marsupjal tat-Tramuntana hija marsupjal karnivoru, attiv ħafna kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl. Il-biċċa l-kbira tad-dieta tikkonsisti minn larvi u pupae ta' insetti tad-deżert, għalkemm rettili u annimali vertebrati żgħar oħra jiġu ikkunsmati wkoll. Deskrizzjoni It-talpa marsupjal tat-Tramuntana jew karkarratul, hija mammiferu għami u mill-għajnejn baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn. Dan il-marsupjal għandu ġismu f'forma ċilindrika (tubu) b'tul massimu ta' 16-il ċm, ras f'forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni u denb qasir ta' 2.6cm jew inqas li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda. Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija. It-talpa marsupjal tat-Tramuntana morfometrikament hija l-iżgħar speċi fost it-tnejn li jeżistu u d-daqs apparti l-lokalità huwa fattur determinanti biex wieħed jagħraf l-ispeċi, dan minħabba li huma kważi identiċi. Riproduzzjoni Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzzjoni ta' dawn l-annimali. Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u huwa maqsum fi 2 u f'kull parti hemm beżżula 1, fih jilqa' massimu ta' 2 embrjuni kull darba. Evoluzzjoni It-talpa marsupjal tat-Tramuntana tipprovdi eżempju ċar ta' evoluzzjoni konverġenti mat-talpi plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-talpi dehbin tal-kontinent Afrikan. Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti t-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzzjoni. Il-linja anċestrali ta' dan il-marsupjal tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazzjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sa llum. Klassifikazzjoni Ordni Notoryctemorphia Familja Notoryctidae Ġeneru Notoryctes Talpa marsupjal tat-Tramuntana jew Karkarratul Notoryctes caurinus Referenzi University of Western Australia marsupial mole home page Research mission to discover conservation requirements (includes photo) Nature news story (includes photo) AusEmade: Marsupial Mole Information Archer, Hand & Godthelp, Australia's lost world: Riversleigh, World Heritage Site'', Reed New Holland, 1991. ISBN 1-876334-59-2 Groves, Colin (2005-11-16). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 22. Ħoloq esterni Informazzjoni dwar it-talpa marsupjal Notoryctes caurinus Notoryctemorphia
3901
https://mt.wikipedia.org/wiki/Brimba
Brimba
Il-brimb huma predaturi invertebrati bi tmien saqajn, b'ġisem maqsum fi tnejn, mingħajr apparat ta' tagħmid fil-ħalq u mingħajr ġwienaħ. Huma jinsabu ikklassifikati fl-ordni Araneae, wieħed mill-ħafna ordnijiet fi ħdan il-klassi l-kbira tal-Araknidi, grupp li jinkludi ukoll lill-iskorpjuni fost oħrajn. L-istudju tal-brimb huwa magħruf bħala l-Araknoloġija. Il-brimb kollu jipproduċi l-ħarir, li huwa proteina irqiqa u b'saħħitha, li toħroġ bħala ħajta minn apparat speċjali fin-naħa t'isfel tal-abdome (żaqq). Ħafna speċi ta' brimb jużaw dan il-ħarir sabiex jagħmlu l-għanqbuta tagħhom ħalli b'hekk ikunu jistgħu jaqbdu insetti oħra għall-ikel, iżda nsibu brimb ieħor li huwa kapaċi jikkaċċja għall-ikel b'mod ħieles, mingħajr l-użu tal-għanqbuta. Il-ħarir jintuża wkoll sabiex il-brimb ikun jista' jitla' ma' superfiċi għoljin, biex jikkrea ħitan lixxi fejn ikun jista' jqiegħed il-bejta, biex jibnu l-boroż għall-bajd, biex iżomm l-isperma, u biex jorbot il-preda, fost ħafna użi oħrajn. Huma 150 speċi ta' brimb biss (fil-familji Uloboridae u Holarchaeidae, u fis-subordni Mesothelae), li jistgħu jinġettaw il-velenu għall-protezzjoni tagħhom stess jonkella biex joqtlu u jħollu l-preda. Xi 200 speċi biss, iżda, għandhom gdim li jista' jikkawża problemi ta' saħħa fil-bniedem. Ħafna gidmiet ta' brimb jista' jikkawża l-uġigħ, imma fl-aħħar mill-aħħar dan il-gdim ma jwassalx għal sitwazzjonijiet fatali.
3902
https://mt.wikipedia.org/wiki/Serp
Serp
Is-sriep huma rettili tas-subordni Serpentes. Bħal kull rettilu ieħor, is-sriep huma miksija bil-qxur. Is-sriep kollha huma karnivori, u jintgħarfu mill-gremxul mingħajr saqajn minħabba n-nuqqas ta' kapep tal-għajnejn, saqajn u widnejn esterni. Jeżistu iktar minn 2,700 speċi differenti ta' sriep, mifruxa ma' kull kontinent minbarra l-Antartika, u jvarjaw ħafna fid-daqs: minn dawk żgħar madwar 10 cm bħas-serp spaga, sal-pituni u l-anakondi li jafu jikbru sa disa' metri (30 pied). Sabiex jakkomodaw l-iġsma rqaq tas-sriep, l-organi interni li jkunu f'pari (bħal ngħidu aħna, il-kliewi), jinsabu waħda 'l quddiem u l-oħra wara, minflok maġenb xulxin, kif jiġri pereżempju, fil-bniedem. Is-serp huwa wieħed mill-iktar annimali li jbeżża' għax ftit hawn tagħrif dwar is-sriep. Filwaqt li ħafna speċijiet jafu jkunu perikolużi għall-bniedem jekk maltrattati, fir-realtà, fis-sena ħafna iktar nies imutu għax jintlaqtu minn sajjetta milli minħabba gdim tas-sriep. Filwaqt li s-sriep velenużi huma biss minoranza tal-ispeċijiet kollha (madwar 300 għandhom gidma velenuża), hemm biss madwar 50 speċi ta' sriep li huma perikolużi għall-bniedem; madwar 40,000 persuna fis-sena imutu minħabba s-sriep. Is-sriep tal-baħar huma iktar perikolużi minn dawk tal-art. Il-velenu tas-sriep jintuża primarjament sabiex joqtol jew irażżan il-priża, u mhux għad-difiża personali. Is-sriep setgħu evolvew mill-gremxul li adattaw u tgħallmu jħaffru fl-art, fil-Perjodu Kretaċju (madwar 150 Ma), avolja ħafna xjenzati jissuġġerixxu li s-sriep oriġinaw mill-baħar. Id-diversità tas-sriep moderni tfaċċat fil-Perjodu Paljoċeniku (madwar 66 sa 56 Ma). Anatomija Is-sriep ma għandhomx widnejn, imma "jisimgħu" mis-sens tal-ħass billi jħossu l-vibrazzjonijiet tal-art. Ix-xedaq tagħhom mhux magħqud mal-bqija tar-ras u jista' jinfetaħ biex jibilgħu xi ħaġa li hi ħafna ikbar minn rashom. L-itqal serp mis-sriep kollha hu l-anakonda, li jaf jiżen 'il fuq minn 225 kg. Tassonomija Dominju Eukaryota Renju Animalia Fajlum Chordata Klassi Reptilia Ordni Squamata Sottordni Serpentes, jew aħjar Ophidia Superfamilja Boidea, jew aħjar Henophidia Familja Aniliidae Familja Anomochlidae Familja Boidae Familja Bolyeriidae Familja Cylindrophiidae Familja Loxocemidae Familja Tropidophiidae Familja Uropeltidae Familja Xenopeltidae Superfamilja Colubroidea, jew aħjar Xenophidia Familja Acrochordidae Familja Atractaspididae Familja Colubridae Familja Elapidae Familja Hydrophiidae Familja Viperidae Superfamiglia Typhlopoidea, jew aħjar Scolecophidia Familja Anomalepidae Familja Leptotyphlopidae Familja Typhlopidae Rettili Chordata
3903
https://mt.wikipedia.org/wiki/Procaviidae
Procaviidae
Procaviidae hija familja ta' mammiferi plaċentati (l-iraċi), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Hyracoidea, b'erba' ġeneri u b'erba' speċi ħajjin, għalkemm dwar dan hemm dibattitu jaħraq għaddej bejn il-mammoloġisti. Bħalissa fil-biċċa l-kbira tal-klassifikazjonijiet qegħdin jiġu imniżżla 4 speċi, iżda din hija waħda temporanja, għaliex hemm pressjoni kbira minn ħafna xjentisti biex tinġabar aktar informazjoni u materjal biex issiru aktar testijiet ġenetiċi biex tissolva din il-kwistjoni. Lista tal-ispeċi tal-familja Procaviidae Familja Procaviidae Ġeneru Dendrohyrax Iraċ tas-siġar ta' Nofsinhar, Dendrohyrax arboreus Iraċ tas-siġar tal-Punent, Dendrohyrax dorsalis ???(Iraċ tas-siġar tal-Lvant, Dendrohyrax validus) Ġeneru Gigantohyrax (estint) Gigantohyrax maguirei (estinta) Ġeneru Heterohyrax Iraċ tal-ġebel bit-tbajja sofor, Heterohyrax bruceii ???(Iraċ tal-ġebel ta' Aħaġġar, Heterohyrax antineae) ???(Iraċ tal-ġebel ta' Matadi, Heterohyrax chapini) Ġeneru Procavia Procavia antiqua (estinta) Procavia transvaalensis (estinta) Iraċ ta' Kap, Procavia capensis Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Nowak, R. M. 1999. Order Hyracoidea. Pages 1041-1047 in: Walker's Mammals of the World. Sixth Edition. Volume II. (R. M. Nowak). Johns Hopkins University Press, Baltimore. Palebijoloġika Ħoloq esterni Artiklu minn "BBC Science and Nature" fuq l-iraċ L-ordni Hyracoidea fuq The Tree of Life Web Project Referenza għall-iraċ fuq sit dwar l-Iljunfanti Hyracoidea
3904
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dendrohyrax
Dendrohyrax
hyracoidea Dendrohyrax huwa ġeneru ta' mammiferi plaċentati (l-iraċi), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Hyracoidea, fil-familja Procaviidae ma' 2 ġeneri oħra (Heterohyrax u Procavia) u b' 2 speċi ħajjin. (għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Iraċ) Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Dendrohyrax Ġeneru Dendrohyrax (Gray, 1868) Dendrohyrax arboreus (A. Smith, 1827) Dendrohyrax dorsalis (Fraser, 1855) Referenzi Shoshani, Jeheskel (Novembru 16, 2005). Wilson, D. E., u Reeder, D. M. (edituri) Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press, 87-89. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq Esterni Artiklu tal-BBC Science and Nature fuq Hyrax Referenza għal Hyrax fuq sit web fuq l-iljunfanti (tinkludi video ta' Procavia capensis)
3905
https://mt.wikipedia.org/wiki/Heterohyrax
Heterohyrax
Heterohyrax huwa ġeneru ta' mammiferi fil-klassi Mammalia, u fil-familja Procaviidae ma' żewġ ġeneri oħra u bi speċi waħda biss ħajja. Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Heterohyrax Ġeneru Heterohyrax (Gray, 1868) Heterohyrax antineae (Heim de Balsac & Begouen, 1932) Heterohyrax brucei (Gray, 1868) Heterohyrax brucei chapini (Hatt, 1933) Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Artiklu fuq BBC Science and Nature dwar l-iraċ Hyracoidea
3906
https://mt.wikipedia.org/wiki/Procavia
Procavia
Procavia huwa ġeneru ta' mammiferi plaċentati (l-iraċi), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Hyracoidea, fil-familja Procaviidae ma' żewġ ġeneri oħra (Dendrohyrax u Heterohyrax) u bi speċi waħda biss ħajja. Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Procavia Ġeneru Procavia Iraċ ta' Kap, Procavia capensis Referenzi Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 87-89. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq esterni Artiklu fuq il-BBC dwar il-Hyrax Referenza għal Hyrax fuq sit dwar l-iljunfanti Hyracoidea
3911
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dugongidae
Dugongidae
Sirenia Dugongidae hija familja ta' mammiferi placentati (il-baqar tal-baħar), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Sirenia, bi 3 sottofamilji (Dugonginae, Halitheriinae estinta u Hydrodamalinae estinta), bil- ġeneru Dugong biss rappreżentat, bi speċi 1 biss ħajja. (għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Baqra tal-baħar) Lista ta' l-ispeċi tal-familja Dugongidae Familja Dugongidae Sottofamilja Halitheriinae Ġeneru Anisotherium (Kordos, 1979) Anisotherium pannonicum (Kordos, 1979) Ġeneru Eosiren (paraphyletic) (Andrews, 1902) Eosiren abeli (Sickenberg, 1934) Eosiren imenti Eosiren libyca (Andrews, 1902) Eosiren stromeri (Sickenberg, 1934) Ġeneru Eotheroides (Trouessart, 1905) Eotheroides aegyptiacum (Owen, 1875) Eotheroides majus (Zdansky ?, 1938) Ġeneru Halitherium (paraphyletic) (Fitzinger, 1842) Halitherium alleni (Simpson, 1932) Halitherium antillense (Matthew, 1916) Halitherium bellunense (De Zigno, 1875) Halitherium christolii (Fitzinger, 1842) Halitherium schinzii (Kaup, 1838) Ġeneru Indosiren (Von Koenigswald, 1952) Indosiren javanensis (Von Koenigswald, 1952) Indosiren koenigswaldi (Mishra & Sahni, 1975) Ġeneru Miodugong (Deraniyagala, 1969) Miodugong brevicranius (Deraniyagala, 1969) ĠeneruParalitherium (Kordos, 1977) Paralitherium tarkanyense (Kordos, 1977) Ġeneru Prohalicore (Flot, 1887) Prohalicore dubaleni (Flot, 1887) Ġeneru Prototherium (paraphyletic) (De Zigno, 1887) Prototherium intermedium (Bizzotto, 1983) Prototherium veronense (De Zigno, 1875) Ġeneru Sirenavus (Kretzoi, 1941) Sirenavus hungaricus (Kretzoi, 1941) Sottofamilja Hydrodamalinae Ġeneru Dusisiren (paraphyletic) (Domning, 1978) Dusisiren jordani (Kellogg, 1925) Dusisiren dawana (Domning & Saito & Takahashi, 1986) Dusisiren takasatensis (Horikawa & Kobayashi & Miyazaki, 1995) Dusisiren reinhardi (Domning, 1978) Ġeneru Hydrodamalis (Retzius, 1794) Hydrodamalis cuestae (Domning, 1978) Hydrodamalis gigas (Zimmermann, 1780) Hydrodamalis spissa Ġeneru Metaxytherium (paraphyletic) (De Christol, 1844) Metaxytherium aquitaniae (Piller, 1987) Metaxytherium arctodites (Aranda-Manteca & Barnes & Domning, 1994) Metaxytherium beaumontii (De Christol, 1844) Metaxytherium calvertense (Kellogg, 1966) Metaxytherium crataegense (Simpson, 1932) Metaxytherium floridanum (Hay, 1922) Metaxytherium krahuletzi (Depéret, 1895) Metaxytherium lovisati (Capellini, 1986) Metaxytherium medium (Desmarest, 1822) Metaxytherium meyeri (Abel, 1904) Metaxytherium serresii (Gervais, 1847) Metaxytherium subapennium (Bruno, 1839) Sottofamilja Dugonginae Ġeneru Bharatisiren (Bajpai & Domning, 1997) Bharatisiren kachchense (Bajpai & Singh & Singh, 1987) Ġeneru Caribosiren (Reinhard, 1959) Caribosiren turneri (Reinhard, 1959) Ġeneru Corystosiren (Domning, 1990) Corystosiren varguezi (Domning, 1990) Ġeneru Crenatosiren (Domning, 1991) Crenatosiren olseni (Reinhard, 1976) Ġeneru Dioplotherium (Cope, 1883) Dioplotherium manigaulti (Cope, 1883) Ġeneru Dugong (Lacepede, 1799) Dugong dugon (P.L.S. Muller, 1776) Sottospeċi Dugong dugon australis (Retzius, 1794) Dugong dugon dugon (P.L.S. Muller, 1776) Dugong dugon hemprichii (Ehrenberg, 1828) Dugong dugon tabernacauli(Ruppell, 1834) Ġeneru Rytiodus (Lartet, 1866) Rytiodus capgrandi (Lartet, 1866) Ġeneru Thalattosiren (Sickenburg, 1928) Thalattosiren petersi (Abel, 1904) Ġeneru Xenosiren (Domning, 1989) Xenosiren allisoni (Kilmer, 1965) Xenosiren yucateca (Domning, 1989) Referenzi Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 92-93 The Paleobiology Database Ħoloq Esterni Manatee & Dugong Research, Education, & Conservation The earliest known Sirenian is Pezosiren portelli.
3913
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dugonginae
Dugonginae
Sirenia Dugonginae hija sottofamilja ta' mammiferi plaċentati (id-dugongi), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Sirenia, fil-familja Dugongidae ma' 2 sottofamilji oħra (Hydrodamalinae u Halitheriinae) li llum il-ġurnata it-2 estinti, bil-ġeneru Dugong biss rappreżentat, bi speċi 1 ħajja. (għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Baqra tal-baħar jew Dugongu) Lista ta' l-ispeċi tas-sottofamilja Dugonginae Sottofamilja Dugonginae Ġeneru Bharatisiren Estint (Bajpai & Domning, 1997) Bharatisiren kachchense (Bajpai & Singh & Singh, 1987) Ġeneru Caribosiren Estint (Reinhard, 1959) Caribosiren turneri (Reinhard, 1959) Ġeneru Corystosiren Estint (Domning, 1990) Corystosiren varguezi (Domning, 1990) Ġeneru Crenatosiren Estint (Domning, 1991) Crenatosiren olseni (Reinhard, 1976) Ġeneru Dioplotherium Estint (Cope, 1883) Dioplotherium manigaulti (Cope, 1883) Ġeneru Dugong (Lacepede, 1799) Dugong dugon (P.L.S. Muller, 1776) Sottospeċi Dugong dugon australis (Retzius, 1794) Dugong dugon dugon (P.L.S. Muller, 1776) Dugong dugon hemprichii (Ehrenberg, 1828) Dugong dugon tabernacauli(Ruppell, 1834) Ġeneru Rytiodus Estint (Lartet, 1866) Rytiodus capgrandi (Lartet, 1866) Ġeneru Thalattosiren Estint (Sickenburg, 1928) Thalattosiren petersi (Abel, 1904) Ġeneru Xenosiren Estint (Domning, 1989) Xenosiren allisoni (Kilmer, 1965) Xenosiren yucateca (Domning, 1989) Referenzi Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 92-93 The Paleobiology Database Links Esterni Manatee & Dugong Research, Education, & Conservation The earliest known Sirenian is Pezosiren portelli.
3914
https://mt.wikipedia.org/wiki/Hydrodamalinae
Hydrodamalinae
Sirenia Hydrodamalinae hija sottofamilja ta' mammiferi plaċentati (il-baqar tal-baħar) (estinti), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Sirenia, fil-familja Dugongidae ma' 2 sottofamilji oħra (Dugonginae u Halitheriinae), b' 2 ġeneri Dusisiren u Hydrodamalis, bl'ebda speċi ħajja. (għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Baqra tal-baħar jew baqra tal-baħar ta' Steller) Lista ta' l-ispeċi tas-sottofamilja Hydrodamalinae Sottofamilja Hydrodamalinae Ġeneru Dusisiren (paraphyletic) (Domning, 1978) Dusisiren jordani (Kellogg, 1925) Dusisiren dawana (Domning & Saito & Takahashi, 1986) Dusisiren takasatensis (Horikawa & Kobayashi & Miyazaki, 1995) Dusisiren reinhardi (Domning, 1978) Ġeneru Hydrodamalis (Retzius, 1794) Hydrodamalis cuestae (Domning, 1978) Hydrodamalis gigas (Zimmermann, 1780) Hydrodamalis spissa Referenzi Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 92-93 The Paleobiology Database Links Esterni Manatee & Dugong Research, Education, & Conservation The earliest known Sirenian is Pezosiren portelli.
3915
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lamantin
Lamantin
Il-lamantini huma mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, magħrufa wkoll bħala l-baqar tal-baħar jew bl-isem ta' "manati" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser "sider" ta' mara. Il-familja tal-lamantini (Trichechidae) hija differenti mill-familja tad-dugongi (Dugongidae), fil-morfoloġija tar-ras u l-forma tad-denb. Id-dugongi għandhom denbhom f'forma ta' furkun maqsum f'żewġ partijiet, simili ħafna għal dak tal-baleni u d-dniefel waqt li tal-lamantini għandu l-forma tonda ta' moqdief jew pala. Dawn huma mammiferi erbivori kbar li jiżnu bejn 350kg u 1000kg, li jqattgħu nofs il-ġurnata reqdin fl-ilma u jitilgħu fil-wiċċ biex jieħdu n-nifs kull ftit inqas minn 20 minuta u l-biċċa l-kbira tal-bqija tal-ħin jirgħu fl-ilma baxx. Distribuzzjoni Il-Lamantin tal-Karibew (Trichechus manatus) huwa mifrux mal-kosta u x-xmajjar fil-golf tal-Messiku. Il-Lamantin Amazoniku (Trichechus inunguis), kif jgħid ismu, hu mifrux fix-xmajjar tal-Amazonja u l-Lamantin Afrikan (Trichechus senegalensis) jinsab mifrux mal-kosta u x-xmajjar tal-pajjiżi fil-Punent tal-Afrika. Dieta Il-lamantini huma mammiferi li jieklu 'l fuq minn 60 speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol bejn 8% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum. It-Trichechus manatus huwa magħruf ukoll li ġieli kiel xi ħut mix-xbieki tas-sajd. Klassifikazzjoni Ordni Sirenia Familja Trichechidae Ġeneru Trichechus Lamantin tal-Karibew, Trichechus manatus Lamantin Afrikan, Trichechus senegalensis Lamantin Amazoniku, Trichechus inunguis Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Bagheera – Sit edukattiv dwar l-annimali l-iktar f'risku fid-dinja Stampi tal-manatees Sirenia
3918
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dugongu
Dugongu
Id-dugongu (Dugong dugon) huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-baħar u huwa l-iżgħar speċi fost il-baqar tal-baħar fl-ordni Sirenia (li jinkludi fih il-lamantini u l-baqra tal-baħar ta' Steller). L-adulti ġeneralment ma jikbrux aktar min 3 metri. L-isem "dugongu" ġej mil-malajan eżattament mil-kelma "duyung" li tfisser mara tal-baħar jew sirena. Dieta Id-dugongu huwa wieħed mill-ftit mammiferi tal-baħar li huma erbivori u d-dieta tikkonsisti kompletament minn veġetazzjoni u ħaxix tal-baħar. Distribuzzjoni Għalkemm darba d-dugongu kien mifrux mal-Paċifiku tropikali ta' Nofs in-nhar u ma' l-oċean Indjan kollu, l-popolazzjonijiet naqsu ħafna fin-numru. Gruppi kbar ta' 10,000 għadhom jinstabu biss madwar il-Great Barrier Reef u Shark bay fl-Awstralja u fl-istrett ta' Torres fin-Nofs in-nhar ta' New Guinea. Qabel l-1970, huwa maħsub li gruppi ta' dan id-daqs kienu jeżistu wkoll fil-Mozambik u mal-kosta tal-Kenja, fejn issa n-numru naqas drastikament u f'Palaw baqa' popolazzjoni żgħira oħra wkoll. Numru żgħir ta' dugongi jistabu fl-istretti ta' Ġoħor li jifirdu lill-Ġoħor fil-Malasja minn Singapor u fil-Filippini fil-provinċi ta' Palaw, Romblon, Gujmaras, u Davaw Orjentali u fil-Baħar l-Aħmar viċin l-Eġittu. Il-bajja ta' Moreton, hija bajja kbira fil-kosta tal-Lvant ta' l-Awstralja. Din il-bajja hija waħda mill-ħafna postijiet li jservu ta' protezzjoni għad-dugongu minn klieb il-baħar kbar fejn l-ilma mhux fond, nadif ħafna u b'veġetazzjoni addattata w abbondanti. Din l-arja ta' 'l fuq minn 200km hija mportanti ħafna għall-futur ta' dan il-mammiferu, minn hawn din l-ispeċi tista' tiġi studjata faċilment u b'hekk tkun tista' tingħatha protezzjoni aħjar. Id-dugongi li hemm fil-Golf Persiku ġew irrapurtati li kienu f'periklu akbar minħabba l-konflitti li kien hemm bejn l-Istati Uniti u l-Iraq, fejn matul il-gwerrer kwantita kbira ta' żejt infirxet mal-golf. L-istat attwali tal-popolazzjoni tad-dugongi fil-Golf Persiku mhux magħruf. Klassifikazjoni Ordni Sirenia Familja Dugongidae Sottofamilja Dugonginae Ġeneru Dugong Dugongu, Dugong dugon Referenzi Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 92. ISBN 0-8018-8221-4. Links Esterni images and movies of the dugong (Dugong dugon) Roberto Sozzani's Encounter with Dugongs UNEP Dugong Action Plan Sirenian International underwater encounter with a dugong Sirenia
3926
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lamantin%20Afrikan
Lamantin Afrikan
Il-Lamantin Afrikan huwa 1 minn 3 speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus magħruf ukoll bħala baqra tal-baħar jew bl-isem ta' "manati" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser "sider" ta' mara. Dan il-lamantin ftit li xejn ġie studjat u b'hekk ma tantx hemm tagħrif dwaru. Il-lamantin Afrikan għandu ġilda griża u bħala kobor huwa l-mezzan fost it-3 speċi li jeżistu, twil minn 3 metri sa 4.5 metri u jiżen massimu ta' ftit inqas minn 500kilogramm. Dan il-lamantin minbarra huwa simili ħafna tal-lamantin tal-Karibew ħlief mid-daqs, fejn normalment il-lamantin tal-Karibew jiżen id-doppju u jidher ħafna eħxen. Dieta Il-Lamantin Afrikan huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' pjanti u huwa l-aktar speċi ta' lamantin li jiekol veġetazzjoni li mhix tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol madwar 10% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum. Distribuzzjoni Il-Lamantin Afrikan (Trichechus senegalensis) huwa mifrux mal-kosta u max-xmajjar fil-Punent tal-Afrika fil-pajjiżi bħall-Angola, Benin, Burkina Faso, Ċad, Gabon, Gambja, Gana, Gwineja, Gwineja Ekwatorjali, Gwineja-Bissau, Kamerun, Kosta tal-Avorju, Liberja, Mali, Mawritanja, Niġer, Niġerja, Reppublika Demokratika tal-Kongo, Senegal, Sierra Leone u Togo. Riproduzjoni Għoġol 1 (rarament 2) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 13-il xagħar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla għal ewwel nifs waħdu mingħajr l'ebda għajnuna min naħa tal-omm. Dan jibqa dipendenti fuq l-omm għal tul ta' żmien twil, b'hekk iż-żmien bejn it-twelied ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snien, rata ta' riproduzjoni verament baxxa. Il-maturita sesswali fin-nisa tista tintlaħħaq kmieni fl-eta ta' 3 snien biss waqt li fl-irġiel tieħu aktar żmien.Il-lamantin Afrikan huwa maħsub li jgħix madwar it-30 sena. Klassifikazzjoni Ordni Sirenia Familja Trichechidae Ġeneru Trichechus Lamantin Afrikan, Trichechus senegalensis Referenzi Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 93. ISBN 0-8018-8221-4. Ħoloq Bagheera An educational website of Earth's endangered animals http://web.archive.org/20070326014800/www.geocities.com/philgarringer/St_Lawrence_manatee.html A website dedicated to protecting the Northern Manatee http://cars.er.usgs.gov/pics/manatee/manatee.html USGS gallery on manatees, also depicting habitats close to power plants Sirenia
3928
https://mt.wikipedia.org/wiki/Iljun
Iljun
L-Iljuni (Panthera leo) huma membri tal-familja Felidae. L-iljuni irġiel kbar jiżnu 250 kg u huma t-tieni l-ikbar qtates ħajjin wara t-tigri. Huma l-uniċi f'din il-familja li jgħixu u jikkaċċjaw fi grupp. Grupp kbir ta' ljuni jikkonsisti minn leonessi u t-tfal tagħhom, b'wieħed jew żewġt irġiel. Ġeneralment, hi l-leonessa li tikkaċċja, imma wara li dak l-annimal ikkaċċjat jiġi maqtul, l-iljuni rġiel jieklu l-ewwel, wara l-leonessi u t-tfal l-aħħar. Illum l-ġurnata ssib l-iljuni li jgħixu fil-ħajja naturali selvaġġa tagħhom fl-Afrika tal-Lvant u f'parti mill-Indja. Mammali tal-Afrika Mammali tal-Indja
3930
https://mt.wikipedia.org/wiki/Qattus
Qattus
Il-Qtates jiġu mill-istess familja tal-iljuni u t-tigri. Iżjed minn 4,000 sena ilu, fl-Eġittu tal-Qedem, il-qtates kienu jitqiesu allat. In-nies kienu jiġu kkastigati jekk jagħmlu xi att ħażin fuq xi qattus. Meta qattus kien imut, kien jiġi rrumblat fi-ħwawar u biċċa drapp speċjali, b'hekk jiġu forma ta' mumja u jagħmlulhom funeral pubbliku. Madwar 100 sena ilu f'post fl-Eġittu nstabu madwar 300,000 mumja tal-qtates. Il-qtates li nżommu illum f'darna huma dixxendenti minn dawk il-qtates allat. Insibu diversi qtates differenti fosthom, il-qtates Persjani, bis-suf twil, il-qtates Sijamiżi, b'suf veru qasir u b'vuċi b'saħħitha, u l-qtates Manx, li m'għandhomx denb. Iżda kollha għandhom vista tajba, l-iktar fid-dlam, u dwiefer twal u jaqtgħu. Id-dwiefer tal-qtates għandhom partikularità, dik li ma jkunux dejjem jidhru. Il-qtates infatti kapaċi jiġbdu difrejhom 'l ġewwa fil-laħam permezz ta' muskoli apposta u joħorġuhom biss meta jridu jużawhom. Xi ħaga interessanti fuq il-qtates hija li meta l-bniedem joqgħod imellishom jew ifissidhom, il-bniedem ikollu inqas ċans li jaqbdu attakk tal-qalb. Qtates Carnivora
3931
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lamantin%20Amazoniku
Lamantin Amazoniku
Sirenia Il-Lamantin Amazoniku huwa 1 minn 3 speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus magħruf ukoll bħala baqra tal-baħar jew bl-isem ta' "manati" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser "sider" ta' mara. Il-lamantin Amazoniku għandu ġilda skura lewn il-kannella fl-iswed u huwa l-iżgħar u l-irqaq fost it-3 speċi li jeżistu, b'tul massimu ta' 2.8 metri u jiżen minn 350 kilogramm sa 500 kilogramm. Dan il-lamantin faċilment jintgħaraf mit-2 l-oħra bin-nuqqas ta' dwiefer fuq l-idejn ta' quddiem (infatti l-isem latin ta' dan il-mammiferu T.inunguis ifisser eżattament "bla dwiefer") u mit-teba kbira bajdanija fir-roża fuq iż-żaqq li l-lamantini l-oħra ma għandhomx. Dieta Il-Lamantin Amazoniku huwa mammiferu erbivoru magħmar esklużivament bi snien uniċi fost il-mammiferi, dawn jiġu mibdula l-ħin kollu b'numru infinit tul ħajtu kollha. Id-dras ġodda jikbru fuq in-naħa ta' wara tal-ħalq u jinbuttaw dejjem 'il quddiem sakemm jieħdu post is-snien qodma fuq quddiem. Dan il-mammiferu jiekol ħafna speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma. Lamantin Amazoniku adult fl-istaġun tax-xita normalment jiekol sa 8% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum, waqt li fl-istaġun ix-xott minħabba nuqqas ta' veġetazjoni dan ikollu ma jiekolx għal ġimgħat sħaħ. Madankollu l-lamantin għandu depożiti kbar ta' xaħam u metaboliżmu baxx ħafna (terz ta' mammiferi oħra ta' l-istess daqs) li jżommuh ħaj sakemm is-sitwazzjoni tiġi għan-normal. Distribuzzjoni Il-Lamantin Amazoniku Trichechus inunguis kif jgħid l-isem komuni, mifrux f'bosta xmajjar b-ilma kalm fil-foresta Amazonika tal-Brażil, Kolombja, Ekwador, Gujana u Peru. Riproduzjoni Għoġol 1 (rarament 2) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 13-il xagħar, dan jibqa dipendenti fuq l-omm għal tul ta' żmien twil, b'hekk iż-żmien bejn it-twelied ta' għoġol u ieħor jieħu il-fuq minn 3 snien u nofs, rata ta' riproduzjoni verament baxxa. Il-maturita sesswali tintlaħħaq fl-eta ta' bejn 5 u 6 snien pero kemm hi twila il-ħajja ta' lamantin Amazoniku għadhu mhux magħruf. Klassifikazzjoni Ordni Sirenia Familja Trichechidae Ġeneru Trichechus Lamantin Amazoniku, Trichechus inunguis Referenzi Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 93. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq esterni Bagheera An educational website of Earth's endangered animals http://web.archive.org/20070326014800/www.geocities.com/philgarringer/St_Lawrence_manatee.html A website dedicated to protecting the Northern Manatee http://cars.er.usgs.gov/pics/manatee/manatee.html USGS gallery on manatees, also depicting habitats close to power plants
3933
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lingwa%20Taljana
Lingwa Taljana
It-Taljan (, jew lingua italiana) hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 60 miljun ruħ fl-Italja, u minn total ta' 120 miljun madwar id-dinja. Fl-Iżvizzera, it-Taljan huwa wieħed mill-erba' lingwi uffiċjali tal-pajjiż. Huwa hu wkoll il-lingwa uffiċjali ta' San Marino, kif ukoll il-lingwa primarja tal-Belt tal-Vatikan. Sal-1934 kien ukoll il-lingwa uffiċjali ta' Malta. It-Taljan standard, adottat mill-istat wara l-unifikazzjoni tal-Taljan, huwa bbażat fuq it-Toskan (partikularment fuq id-djaletti tal-belt ta' Firenze) u hu intermedjarju bejn il-lingwi Italo-Oċċidentali tan-Nofsinhar u l-lingwi Gallo-Romanzi tat-Tramuntana tal-Italja. L-iżvilupp tiegħu kien ukoll influwenzat minn djaletti oħra Taljani u mil-lingwa Ġermaniża tal-invażuri post-Rumani. Fuq sfond dijakroniku, it-Taljan ġej mil-Latin u hu l-eqreb lingwa għal-Latin. B'differenza minn lingwi Rumanzi oħra, it-Taljan żamm il-kuntrast bejn il-konsonanti żgħar u twal li kienu jeżistu fil-Latin. Bħal lingwi Rumanzi oħra, l-aċċent fuq il-kliem huwa distintiv. Partikularment, fost il-lingwi Rumanzi, it-Taljan huwa meqjus bħala l-eqreb lejn il-Latin f'termini ta' lessiku. Is-similarità fil-vokabularju hi ta' 89% mal-Franċiż, 87% mal-Katalan, 85% mas-Sard, 78% mar-Reto-Rumanz u 77% mar-Rumen. Konverżazzjoni Numri Ġranet tal-ġimgħa L-Element Taljan fl-Ilsien Malti Ħafna Maltin jifhmu u jitkellmu t-Taljan ħabba l-programmi televiżivi jew għax jistudjawh l-iskola u l-università. Sal-1934 kien l-ilsien uffiċjali ta' Malta, sakemm ħadulu postu l-Malti u l-Ingliż. L-Ilsien Malti għandu għeruq semitiċi imma biż-żmien ħa ħafna kliem mill-Isqalli Medjovali u mit-Taljan. Fost l-iktar kategoriji ta' kliem li ġew mit-Taljan insibu: 1. Arti: pittur, tila, kapulavur, kompożizzjoni, kjaroskur, abbozz, pinzell, skultur, mudell, perspettiva, eċċ. 2. Mużika: opra, sopran, tenur, pjanu, sonata, orkestra, vjolin, sinfonija, kompożitur, kor, eċċ. 3. Letteratura: novella, rumanz, ballata, dramm, eleġija, epika, narrativa, metafora, sunett, lirika, eċċ. 4. Knisja: saċerdot, navi, sagristija, koppla, abbati, ostja, liturġija, vespri, altar, fratellanza, eċċ. 5. Mediċina: ingwent, siringa, operazzjoni, anatomija, infermier, mistura, professur, terapija, garza, loppju, eċċ. 6. Liġi: avukat, awla, libell, rikors, kawża, maġistrat, ġurat, prokuratur, proċess, appell, eċċ. 7. Politika: elezzjoni, kandidat, distrett, parlament, propaganda, ministru, partit, tessera, manifest, oppożizzjoni, gvern, eċċ. 8. Ħajja Urbana: palazz, funtana, qorti, teatru, mużew, lukanda, università, bibljoteka, pjazza, każin, eċċ. 9. Navigazzjoni: barkun, ankra, pruwa, poppa, vapur, ammirall, flotta, skuna, frejgata, karavella, eċċ. 10. Xjenza: ċellola, atomu, simmetrija, mikroskopju, laboratorju, fiżika, termometru, matematika, kimika, mikrobu, eċċ. 11. Ilbies: ingravata, kappell, mantell, ingwanti, kalzetti, pavru, inforra, ċintorin, beritta, xalla, eċċ. 12. Skola/Uffiċċju: segretarja, reġistru, skrivanija, nota, pitazz, gomma, riga, taljakarti, klassi, surmast, eċċ. 13. Militar: kavallerija, kapural, armata, gwerra, bumbardament, kanun, ġeneral, battalja, artillerija, suldat, eċċ. 14. Snajja': barbier, induratur, arġentier, tnalja, martell, ċana, morsa, tavla, bronż, stann, skalpell, eċċ. 15. Oġġetti tad-dar: purtiera, tapit, tvalja, antiporta, armarju, banju, finestrun, tavolina, pultruna, gwardarobba, eċċ. 16. Ikel: pizza, minestra, soppa, insalata, gallettini, torta, biskuttini, vitella, ċanga, balbuljata, spagetti, eċċ. 17. Arkitettura: perit, kolonna, arkata, pedament, intrata, balavostra, kuritur, loġġa, sala, pjanta, eċċ. 18. Frott, Siġar, Fjuri, Pjanti: freżja, prinjol, ċipress, mandolin, bambinella, margeriti, gladjoli, tulipan, arbuxxell, eċċ. 19. Annimali: iljunfant, tigra, ġiraffa, lupu, iljun, ċerv, ċerna, pixxispad, ajkla, melvizz, eċċ. 20. Ambjent Naturali: vulkan, xmara, bosk, peniżola, kaskata, arċipelagu, muntanja, foresta, oażi, kontinent, eċċ. Referenzi Ħoloq esterni Tagħlim tat-Taljan," BBC
3939
https://mt.wikipedia.org/wiki/Szczecin
Szczecin
Szczecin, (Ġermaniż: Stettin) hija belt tar-reġjun storiku tal-Pomeranja ta' fuq fil-majistral tal-Polonja u tinsab fuq ix-xmara Odra. Szczecin hija l-kapitali tar-reġjun amministrativ u lokali, imsejjaħ vojvodja tal-Pomeranja tallPunent minn 1999, li qabel kienet il-kapitali tal-vojvodja ta' Szczecin. Bliet tal-Polonja
3940
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lamantin%20tal-Karibew
Lamantin tal-Karibew
Il-Lamantin tal-Karibew (Trichechus manatus) huwa wieħed minn tliet speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus. Dan il-lamantin huwa l-aktar speċi li ġiet studjata fost it-tlieta li jeżistu. Il-Lamantin tal-Karibew għandu ġilda griża fil-kannella ċar u bħala kobor huwa l-akbar fost it-tliet speċi ta' lamantini, twil minn 3.5 metri sa 4.6 metri u jiżen bejn 500kg sa aktar minn 1500kg. Dan il-lamantin minn barra huwa simili ħafna tal-Lamantin Afrikan, wieħed mill-ftit fatturi li jista' jgħin fl-identifikazzjoni, apparti ovvjament il-lokalità, huwa d-daqs, għax normalment il-Lamantin tal-Karibew jiżen 'il fuq mid-doppju u jidher ħafna eħxen minn dak Afrikan. Hemm żewġ sottospeċi ta' dan il-Lamantin: dik ta' Florida T.manatus latirostris u dik tal-Antilli T.manatus manatus u minn barra jidhru totalment identiċi. Dieta Il-Lamantin tal-Karibew huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol bejn 10% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum. Distribuzzjoni It-Trichechus manatus huwa mifrux mal-kosta, xmajjar u ibħra fil-Karibew fil-pajjiżi bħall-Baħamas, il-Beliże, il-Brażil, il-Ġamajka, il-Gujana, il-Gujana Franċiża, il-Gwatemala, il-Ħaiti, il-Ħonduras, il-Kolombja, il-Kosta Rika, il-Kuba, il-Messiku, il-Nikaragwa, il-Panama, l-Istati Uniti, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago u l-Veneżwela. Riproduzzjoni Għoġol wieħed (rarament tnejn) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 12-il xahar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla' għall-ewwel nifs waħdu mingħajr l-ebda għajnuna min-naħa tal-omm. Dan jibqa' dipendenti fuq l-omm għal madwar sentejn, b'hekk iż-żmien bejn it-twelid ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snin, rata ta' riproduzzjoni baxxa. Il-maturità sesswali fin-nisa tista' tintlaħaq fl-età żgħira ta' bejn 3 u 4 snin waqt li fl-irġiel tintlaħaq bejn 9 u 10 snin. Il-Lamantin tal-Karibew jista' jgħix bejn wieħed u ieħor sa 60 sena. Klassifikazzjoni Ordni Sirenia Familja Trichechidae Ġeneru Trichechus Speċi Lamantin tal-Karibew, Trichechus manatus Sottospeċi Lamantin ta' Florida, Trichechus manatus latirostris Lamantin tal-Antilli, Trichechus manatus manatus Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Il-Lamantin tal-Karibew fuq sirenian.org Trichechus manatus fuq is-sit tal-Animal Diversity Sirenia
3947
https://mt.wikipedia.org/wiki/Polydolopimorphia
Polydolopimorphia
Paucituberculata Polydolopimorphia huwa sottordni estint, ta' mammiferi marsupjali, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, fis-superordni Ameridelphia, fl-ordni Paucituberculata, b' 2 infrordijiet Polydolopoidea u Simpsonitheria, b' bosta superfamilji, familji u ġeneri estinti, mingħajr l-ebda speċi ħajja. Dan is-sottordni miljuni ta' snin ilu kien rappreżentat b'ħafna ġeneri u speċi. Polydolopimorphia flimkien ma' sottordni ieħor, il-Caenolestoidea, jiffurmaw l-ordni Paucituberculata. Lista tal-ġeneri u uħud mill-ispeċijiet tas-sottordni Polydolopimorphia Sottordni Polydolopimorphia (Marshall et al., 1990) Incertae sedis Familja Protodidelphidae Ġeneru Bobbschaefferia (Paula Couto, 1970) Bobbschaefferia fluminensis (Paula Couto, 1970) Ġeneru Carolocoutoia (Candela & Goin & Olivier, 1998) Carolocoutoia ferigoloi (Candela & Goin & Olivier, 1998) Ġeneru Guggenheimia (Paula Couto, 1952) Guggenheimia brasiliensis (Paula Couto, 1952) Ġeneru Protodidelphis (Paula Couto, 1952) Protodidelphis vanzolinii (Paula Couto, 1952) Ġeneru Reigia (Pascual, 1983) Reigia punae (Pascual, 1983) Ġeneru Zeusdelphys (Marshall, 1982) Zeusdelphys complicatus (Marshall, 1982) Infrordni Polydolopoidea (Ameghino, 1897) Familja Incertae sedis Ġeneru Palangania (Bond & Candela & Escribano & Goin & Pascual, 1998) Palangania brandmayri (Bond & Candela & Escribano & Goin & Pascual, 1998) Familja Sillustaniidae Ġeneru Sillustania (Crochet & Sigé, 1996) Sillustania quechuense (Crochet & Sigé, 1996) Familja Bonapartheriidae Ġeneru Bonapartherium (Pascual, 1980) Bonapartherium hinakusijum (Pascual, 1980) Bonapartherium serrensis (Goin, Candela & Lopez 1998) Familja Prepidolopidae Ġeneru Prepidolops (Pascual, 1980) Prepidolops alonsoi (Pascual, 1983) Prepidolops didelphoides (Pascual, 1986) Prepidolops molinai (Pascual, 1981) Ġeneru Rosendolops (Candela & Goin, 1996) Rosendolops primigenium (Candela & Goin, 1996) Ġeneru Seumandia (Simpson, 1935) Seumandia yapa (Simpson, 1935) Familja Polydolopidae (Ameghino, 1897) Sottofamilja Parabderitinae (Marshall, 1980) Ġeneru Parabderites (Ameghino, 1902) Parabderites bicrispatus Parabderites minusculus (Ameghino, 1902) Parabderites trisulcatus Sottofamilja Polydolopinae (Ameghino, 1897) Ġeneru Amphidolops (Ameghino, 1902) Amphidolops serrula (Ameghino, 1902) Amphidolops yapa (Simpson, 1935) Ġeneru Antarctodolops Antarctodolops dailyi Ġeneru Epidolops (Paula Couto, 1952) Epidolops ameghinoi (Paula Couto, 1952) Ġeneru Eudolops (Ameghino, 1902) Eudolops hernandezi Eudolops tetragonus Ġeneru Eurydolops (Case & Chaney & Woodburne, 1988) Eurydolops seymourensis (Case & Chaney & Woodburne, 1988) Ġeneru Polydolops (Ameghino, 1897) Polydolops abanicoi (Flynn & Wiss, 1999) Polydolops clavulus Polydolops dailyi (Woodburne & Zinsmeister, 1984) Polydolops kamektsen (Simpson, 1935) Polydolops mayoi Polydolops mckennai (Flynn & Wiss, 2004) Polydolops rothi Simpson, 1935) Polydolops serra Polydolops thomasi (Ameghino, 1897) Polydolops winecage (Simpson, 1935) Ġeneru Pseudolops (Ameghino, 1902) Pseudolops princeps (Ameghino, 1902) Ġeneru Roberthoffstetteria (Marshall & De Muizon & Sigé, 1983) Roberthoffstetteria nationalgeographica (Marshall & De Muizon & Sigé, 1983) Infrordni Simpsonitheria Superfamilja Argyrolagoidea Familja Gashterniidae Ġeneru Gashternia (Simpson, 1935) Gashternia ctalehor (Simpson, 1935) Familja Argyrolagidae Ġeneru Argyrolagus (Ameghino, 1904) Argyrolagus palmeri Argyrolagus parodii Argyrolagus scagliai Ġeneru Hondalagus (Marshall & Villaroel, 1988) Hondalagus altiplanensis (Marshall & Villaroel, 1988) Ġeneru Microtragulus (Ameghino, 1904) Microtragulus argentinus Microtragulus bolivianus Microtragulus catamarcensis Microtragulus reigi Ġeneru Proargyrolagus (Wolff, 1984) Proargyrolagus bolivianus (Wolff, 1984) Familja Groeberiidae Sottofamilja Groeberiinae Ġeneru Groeberia (Patterson, 1952) Groeberia minoprioi (Patterson, 1952) Groeberia pattersoni (Simpson, 1970) Sottofamilja Patagoniinae Ġeneru Patagonia (Charlini & Pascual, 1987) Patagonia peregrina (Charlini & Pascual, 1987) Ġeneru Klohnia (Flynn & Wyss, 1999) Klohnia charrieri (Flynn & Wyss, 1999) Superfamilja Caroloameghinioidea Familja Glasbiidae Ġeneru Glasbius (Clemens, 1966) Glasbius intricatus (Clemens, 1966) Glasbius twitchelli (Archibald, 1982) Familja Caroloameghiniidae Ġeneru Caroloameghinia (Ameghino, 1901) Caroloameghinia tenuis (Ameghino, 1901) Ġeneru Chulpasia (Crochet & Sigé, 1993) Chulpasia mattaueri (Crochet & Sigé, 1993) Ġeneru Procaroloameghinia (Marshall, 1982) Procaroloameghinia pricei (Marshall, 1982) Ġeneru Robertbutleria (Marshall, 1987) Robertbutleria mastodontoidea (Marshall, 1987) Referenzi The Paleobiology Database. Tassonomija tal-Mammiferi.
3950
https://mt.wikipedia.org/wiki/19%20ta%27%20Marzu
19 ta' Marzu
Jum il-Missier f' Spanja, il-Portugall, u l-Belġju Il-Festa ta' San Ġużepp ta' Nażarett, l-għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija u l-patrun tal-mastrudaxxi u l-Belġju. 19 Ġranet tas-sena
3955
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20ta%27%20Madras
Tupaja ta' Madras
It-Tupaja ta' Madras (Anathana ellioti) huwa mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir monotipiku (l-unika speċi fil-ġeneru Anathana). Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Anathana Speċi Tupaja ta' Madras, Anathana ellioti Sottospeċi Tupaja ta' Madras tal-Indja ta' Nofsinhar, Anathana ellioti ellioti Tupaja ta' Madras tal-Indja Ċentrali, Anathana ellioti pallida Tupaja ta' Madras ta' Bombay, Anathana ellioti wroughtoni Referenzi CBSG CAMP Workshop, India (August 1997) (2000). Anathana ellioti. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 11 May 2006. Anathana ellioti (Madras treeshrew) information at the University of Michigan Museum of Zoology Animal Diversity Web Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni http://mbgnet.mobot.org/sets/rforest/animals/shrew.htm http://www.hoglezoo.org/animals/view.php?id=183 Madras
3958
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20tat-Tramuntana
Tupaja tat-Tramuntana
It-Tupaja tat-Tramuntana (Tupaia belangeri) hija speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk tal-Asja. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja tat-Tramuntana, Tupaia belangeri Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Tupaja komuni Tramuntana
3961
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20l-kbir
Tupaja l-kbir
It-Tupaja l-kbir (Tupaia tana) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat fl-[ordni Scandentia. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja l-kbir, Tupaia tana Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Tupaia tana fil-Lista Ħamra tal-IUCN Tupaja
3963
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20%C4%A7amrani
Tupaja ħamrani
It-Tupaja ħamrani (Tupaia splendidula) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir fl-ordni Scandentia. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja l-kbir, Tupaia splendidula Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Tupaia splendidula fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN Tupaja
3968
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20ta%27%20Horsfield
Tupaja ta' Horsfield
It-Tupaja ta' Horsfield (Tupaia javanica) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat fl-ordni Scandentia. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja ta' Horsfield, Tupaia javanica Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Tupaia javanica fuq IUCN Horsfield
3971
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20ta%27%20denbu%20pinna
Tupaja ta' denbu pinna
Tupaja Ptilocercidae It-Tupaja ta' denbu pinna (Ptilocercus lowii) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir, klassifikat bħala speċi monotipika (l-unika speċi fil-ġeneru Ptilocercus) tal-familja Ptilocercidae fl-ordni Scandentia. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Ptilocercidae Ġeneru Ptilocercus Tupaja ta' denbu pinna, Ptilocercus lowii Referenzi Helgen, Kristofer M. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 104. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq Esterni http://mbgnet.mobot.org/sets/rforest/animals/shrew.htm http://www.hoglezoo.org/animals/view.php?id=183
3973
https://mt.wikipedia.org/wiki/San%20Bastjan
San Bastjan
San Bastjan, jew San Sebastjan, huwa qaddis u martri Nisrani, li jgħidu li miet fl-20 ta' Jannar, 287 taħt persekuzzjoni tal-Insara mill-Imperatur Ruman Dijoklezjanu fit-3 seklu. Hu jidher f'ħafna mill-arti bħala marbut ma' zokk u minfud bil-vleġġeġ. Huwa l-patrun tas-suldati, tal-morda bil-pesta, tal-vleġġeġ, tal-atleti u taż-żgħażagħ. Il-festa tiegħu ssir fl-20 ta' Jannar fil-Knisja Kattolika; u fit-18 ta' Diċembru fil-Knisja Ortodossa Griega. F'Malta parroċċa ddedikata lilu qiegħda f'Ħal Qormi u l-festa issir fit-tielet Ħadd ta' Lulju. Qaddisin
3974
https://mt.wikipedia.org/wiki/San%20Fran%C4%A1isk%20t%27Assisi
San Franġisk t'Assisi
San Franġisk t'Assisi, imwieled Francesco Giovanni di Pietro Bernardone (Assisi, 26 ta' Settembru 1182 – Assisi, 3 t'Ottubru, 1226) reliġjuż u qaddis Taljan, li waqqaf l-Ordni Franġiskana jew "Il-Patrijiet Minuri". Kien iddikjarat Patrun tal-Italja flimkien ma' Santa Katerina ta' Siena, fl-1939 minn Papa Piju XII. Magħruf ukoll bħala il poverello d'Assisi jew il-fqajjar t'Assisi, il-qabar tiegħu jżuruh eluf kbar ta' pellegrini fis-sena. Il-belt ta' Assisi, saret ħabba fih simbolu ta' paċi, iktar u iktar wara l-laqgħat kbar bejn esponenti ewlenin tar-reliġjonijiet kbar tad-dinja mlaqqgħin mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1986 u fl-2002. F'dinja ta' mibegħda, vjolenza, u gwerer, ħafna jitfgħu ħarsithom fuqu, hu li dejjem xtaq li Alla jagħmel minnu strument tal-paċi tiegħu. Illum San Franġisk huwa wieħed mill-qaddisin l-aktar popolari u meqjuma fid-dinja. Fost il-qaddisin kollha tal-Knisja Kattolika, huwa l-aktar wieħed li jitqies li kien jixbah lil Ġesù, fost l-oħrajn għax saħansitra jingħad li kellu fil-ġisem tiegħu l-istess pjagi ta' Kristu msallab. Imma kien jixbhu fuq kollox għax ipprova jgħix il-Vanġelu ta' Kristu fir-radikalità tiegħu. Lil Alla kien jarah mhux fil-bnedmin imma fil-ħlejjaq kollha ta' madwaru. Tfulija Franġisku twieled f'Assisi fl-Umbrija, fil-qalba tal-Italja, lejn l-aħħar tas-seklu tnax. Missieru, kummerċjant għani tad-drappijiet, malli ġie lura minn Franza, lil dak ibnu ried isejjahlu "Francesco", b'rabta ma' Franza li hu tant kien ihobb. Ommu, ta' mara twajba li kienet, għamlet ħilitha biex trawwem fih sa minn ċkunitu mħabba kbira lejn Alla. Fl-iskola tal-parroċċa tgħallem jaqra u jikteb. Kien iħobb il-poeżija, u kellu ġibda qawwija għall-muzika. Missieru kellu ħafna ambizzjonijiet għal ibnu; kien jittama li ibnu jasal għal pozizzjoni li tgħollih għal kollox 'il fuq mill-foqra u dawk li s-socjetà kienet tqis bhala z-zgħar. Sakemm kellu 23 sena, Franġisk kien il-hena ta' missieru għaliex hu wkoll kien mogħni b'tant xewqat li d-dinja ma titfgħux fil-genb. Kien cert li jekk Franġisk jaqbad l-istess triq tiegħu kellu cans kbir li jirnexxi fil-hajja. Imma missieru ma kienx kuntent għal kollox bih. Franġisk kien jaf ihaddem mohhu biex jaqla' l-flus; imma, imbagħad, hu kien ħali, u jtajjar somom kbar. Zgħazagħ tal-eta tiegħu kienu jixxalaw hafna minn fuq dahru; lilu kienu jarawh bhala l-mexxej tagħhom għaliex mhux biss kien jonfoq, imma kien kapaci wkoll jagħti hajja lill-festi li kienu jigu organizzati. Franġisk kien jigbed lejh l-attenzjoni taz-zgħazagħ ta' Assisi għaliex kien ihobb jitfa' fuqu lbies li jagħti hafna fil-għajn, u jgħaqqad ohrajn miegħu fid-daqq u fil-kant. Minkejja dan, missieru u ommu riedu jkunu generuzi miegħu. Missieru, għalkemm ma kienx japprova dak l-infiq, hassu hieni li ibnu kien tant mahbub u stmat. Ommu kienet qed tapprezza hafna l-kwalitajiet tajbin ta' binha; għalkemm ihobb il-hajja, Franġisk kien dejjem ta' mgiba tajba, nobbli fi kliemu u għemilu, u ta' qalb kbira mal-foqra. Il-Gwerra Fil-gwerra li nqalgħet bejn Assisi u Peruġja, Franġisku ta s-sehem tiegħu. Dawk ta' beltu sofrew telfa, u hu nnifsu waqa' prigunier. Dak kien zmien meta Franġisk beda jirrifletti fuq il-veru valur tal-hajja. Wara sena magħluq fil-habs, Franġisk waqa' f'marda li hadet fit-tul. Imma malli fieq mill-marda tiegħu, lilu malajr reggħu rikbuh l-ambizzjonijiet ta' qabel, u telaq lejn il-Pulja bit-tama li jinhatar Kavallier. Imma bilkemm beda dak il-vjagg, li kellu holma li qegħlitu jirrifletti hafna. X'inhu l-ahjar timxi wara l-Imgħallem jew wara l-qaddej? Franġisk ma ddubitax liema kellha tkun l-għazla tiegħu. Imma hu ma kienx fehem x'kellu jagħmel. Il-Konverżjoni Lura lejn Assisi, beda għal Franġisk zmien ġdid. Hu qisu nesa l-ħbieb tal-imgħoddi, u ntafa' f'hajja ta' gabra. F'għar fqajjar maqtugħ mill-ħsejjes tal-belt, Franġisk fit-tnehid talab mingħand Alla dawl biex jurih x'ried minnu. Franġisk, zagħzugħ imrobbi fil-fsied, kellu bhal stmerrija mill-mard tal-gdiem. Imma, f'dan iz-zmien ta' xejra gdida għal hajtu, hu għamel rebha kbira fuq in-natura dgħajfa tiegħu meta, b'imhabba sinciera, għannaq miegħu u bies bniedem milqut mill-gdiem. Ftit wara din il-grajja, Kristu Msallab qanqlu meta jingħad li kellmu għall-ewwel darba, u mlielu lil qalbu b'imhabba kbira lejn it-tbatijiet li l-Mulej kien garrab f'hajtu. Franġisk baqa' generuz bhalma kien qabel; imma dawk li sthoqqilhom il-generozità tiegħu kienu ohrajn. L-imgiddmin dehrulu l-izjed mitluqin fost il-morda; għalhekk, hu habbhom b'imhabba specjali. Barra minn dan, minflok ma tajjar flusu f'divertimenti, Franġisk beda jqassam hafna karità lill-foqra, u ma qatax milli jgħin lill-knejjes foqra tal-belt ta' Assisi u lis-sacerdoti li kienu jiehdu hsiebhom. Knisja għaziza għal qalbu kienet dik ta' San Damjan. F'dik il-knisja ckejkna u fi stat hazin, hu sama' lehen mill-Kurcifiss impingi li kien imdendel wara l-altar. Dan stiednu biex isewwi l-Knisja tiegħu li kienet qed tiggarraf. Franġisk kien għadu ma fehemx tajjeb x'ried Alla mingħandu. Imma hu beda jintebah li l-Mulej riedu jagħti hajtu għas-servizz tal-Knisja. Għal xi zmien, Franġisk halla daru, ingabar fil-knisja ta' San Damjan, u għamel dak li s-sacerdot tal-post talab mingħandu. Il-Proċess quddiem l-Isqof Missieru kien għadu jittama li dak ma kienx hlief zmien qasir ta' krizi. Imma, meta baqa' jara 'l ibnu mitfugħ fuq attivitajiet li 'l dak il-missier dehru jbaxxuh, missieru ha decizjoni li għal Franġisk fissret hajja gdida. Quddiem missier irrabjat u fil-preżenza tal-Isqof Gwido ta' Assisi li kien qed jagħmilha ta' mħallef, Franġisk iddikjara li jichad għal kull wirt li kien imissu minn missieru. "Mil-lum 'il quddiem", stqarr iż-żagħżugħ Franġisku, "ngħid: Missierna, li inti fis-smewwiet". Issa Franġisku kien cert x'kellha tkun it-triq ta' hajtu. Hu libes libsa fqajra b'salib fuqha, u dak li kien jixtieq isir "Kavallier tad-dinja", sejjah lilu nnifsu "Kavalier tar-Re l-Kbir". Franġisk beda sentejn ta' hajja iebsa maqtugħ għalih wahdu, mogħti għat-talb u għall-penitenza. Hu għex ukoll jaqdi u jitlob f'xi monasteri benedittini, u għamel fihom il-hidmiet l-izjed umli u l-izjed ibsin. Kienu għadhom f'moħħu l-kelmiet tal-Kurċifiss ta' San Damjan li qallu: "Sewwi l-Knisja tiegħi". Franġisk accetta dawk il-kelmiet kif daqqew f'widnejh; għalhekk, hu ntafa' biex isewwi l-hsara li kien fihom tliet knejjes ckejknin ta' madwar Assisi: dawk ta' San Damjan, San Pietro della Spina, u Santa Marija tal-Angli. Franġisk kien qed jistenna għal darb'ohra l-lehen ta' Alla. Hu ma ġġarrafx quddiem id-disprezz ta' dawk li fl-imgħoddi kienu hbiebu; imma hu lanqas ma ntefaħ bl-ammirazzjoni ta' dawk li raw fih bidla tal-għageb. Darba, waqt li fil-knisja ta' S. Marija tal-Angli sama' l-qari tal-Vangelu, hu ntlaqat minn kelmiet li hasshom qed jingħadu għalih. Kienu l-kelmiet li Kristu bihom habbar x'kellha tkun il-missjoni tal-appostli, u l-hajja ta' faqar li kienu sejrin jgħixu. Sacerdot fissirlu dawk il-kelmiet tal-Mulej, u hu sama' t-tifsira bil-ferh għaliex Alla rrivelalu li dawk kienu jgħoddu għalih ukoll. Minn dak il-waqt 'il quddiem, Franġisk biddel ukoll il-libsa tiegħu: beda jilbes coqqa griza, lewn l-irmied, thazzem b'habel abjad, u ried li jimxi hafi. L-Isqof ta' Assisi tah il-permess li jippriedka l-Vangelu fil-knisja ta' San Gorg; fid-dawl tal-kelmiet ta' Kristu, Franġisk ippriedka l-paci u l-penitenza. L-ewwel dixxipli u l-approvazzjoni Papali Għalkemm ma tkellimx bil-kelmiet difficli tal-għorrief, ma kenux ulied il-poplu biss dawk li ssahhru minn kliemu. L-għani Bennard u l-gurista Pietru Cattani wrewh li xtaqu li flimkien miegħu jaqsmu l-istess hajja tiegħu. Imma, mal-għonja u l-għorrief, malajr thalltu l-foqra u s-semplici. Fl-ewwel sena, kien hemm tmienja ohrajn li għazlu dik l-għamla ta' hajja. Franġisk, li ried jgħix dejjem f'ubbidjenza lejn il-Knisja, sena wara, hadhom miegħu Ruma, quddiem Papa Innocenz III. Il-Papa sabha difficli biex jagħtihom l-approvazzjoni tiegħu; imma l-Mulej nebbhu li kien sejjer jinqeda b'dak il-bniedem qaddis sabiex il-Knisja ma tiġġarrafx. Bil-barka tal-Papa, Franġisk beda jinhass bhal Kristu iehor ihabbar l-ahbar it-tajba. Hu kien predikatur li jgħaddi minn post għall-iehor. Kien jitkellem b'kelmiet li jifhimhom kulhadd u kien jolqot il-bniedem fil-laham il-haj. Franġisk kien il-ħabbar tassew tal-kelma t'Alla għaliex ix-xandir tal-kelma kien ifisser li min jisimgħu, aktar milli jitgħallem, jiehu d-decizjoni li jbiddel hajtu. Anki l-ghorrief u l-kbar tad-dinja kienu jisimghuh, u l-kelmiet imqanqla tieghu gie li giebu fihom sens ta' biza' li ma satax ma jiswilhomx ta' gid. Minkejja dan, il-bniedem li ssejjah "dawl mibghut mis-sema", "il-mibghut minn Alla", jew "Kristu iehor" emmen li ma kienx jisthoqqlu li jkun sacerdot. Ghalhekk, hu ghazel li jibqa' jservi 'l Alla bil-ministeru ta' djaknu. Ix-Xewqa Missjunarja Il-qasam ewlieni tal-hidma appostolika ta' San Frangisk kien l-Italja ghaliex f'din l-art hu hadem bla waqfien mis-sena 1208 'il quddiem. Imma dak li tant kellu jifrah ghall-fatt li x'uhud minn uliedu fl-Ordni tal-Minuri mietu f'art ta' missjoni ghal Kristu, ma satax ma jkunx hu nnifsu mheggeg bl-istess entuzjazmu. Il-hegga missjunarja u x-xewqa tal-martirju inghaqdu flimkien f'San Frangisk. Imma l-ewwel darbtejn li pprova jmur lejn is-Sirja u l-Marokk, darba minnhom tempesta, u darb'ohra l-mard reġġgħuh lura lejn art twelidu. Il-Klarissi Fis-sena 1212, San Frangisk waqqaf it-tieni Ordni tieghu li kien dak tas-Sorijiet. Fil-bidu ssejhu: "Id-Dami Fqajrin ta' San Damjan". Ghalkemm San Frangisk kien ir-ruh ta' din l-istituzzjoni, huma sabu mexxejja kbira f'Santa Klara ta' Assisi: li minnha s-Sorijiet issejhu "Klarissi". Il-Vjaġġ fl-Eġittu Ftit wara t-tluq tal-ewwel missjunarji tieghu, San Frangisk innifsu, fl-24 ta' Lulju, 1219, salpa lejn l-Eġittu. Is-Sultan Malik-el-Kamil laqghu tajjeb u sama' l-kelma tieghu. Is-Sultan ingibed lejn dak il-bniedem ghaliex kien konvint li hu riedlu l-gid; imma ma halliex it-twemmin Musulman tieghu. San Frangisk ma giex moghti l-martirju ghal Kristu ghaliex, fiz-zmien qasir ta' esperjenza missjunarja, lilu habbewh anki dawk li ma qablux ma' dak li kien qed jippridkalhom. F'dak iz-zmien, ir-raba' Konċilju tal-Lateran kien ordna li ssir Krucjata gdida. Din kienet bejn is-snin 1217 -1221. L-imgiba ta' San Frangisk wriet li, fi zmien ta' falliment shih ta' dik il-Krucjata, aktar kien kien hemm possibiltà li l-Musulmani jersqu lejn Kristu permezz ta' messaggier ta' paci, milli permezz ta' suldati li juzaw l-armi kontra dawk li ma jaqblux maghhom. Il-Presepju ħaj ta' Greccio Nhar l-24 ta' Dicembru, 1223, huwa gabar mieghu l-bdiewa u r-rghajja fqajrin li kienu jghixu qrib l-gholja ta' Greccio. San Frangisk riedhom li jhossu l-imhabba kbira ta' Gesù ghall-bniedem meta ghazel li jitwieled fil-ghar ta' Betlem. Hu pprezenta presepju haj, u tkellem b'kommozzjoni kbira fuq dan il-misteru tal-ghageb. Dik id-drawwa malajr bdiet tinfirex mad-dinja kollha kemm hi. Ghalkemm ma kienx l-ewwel darba li sar il-presepju fid-dinja nisranija, madankollu kien San Frangisk li qanqal l-imhabba ta' kulhadd ghall-presepju. L-aħħar snin Mis-sena 1221 'il quddiem, meta kien ghadu ta' madwar 40 sena, Frangisku kien marid. L-ulied spiritwali tieghu digà kienu jwasslu ghal eluf. Kien hemm bzonn ta' mexxej minfloku. Ghalhekk fis-sena 1221, San Frangisk ghazel lil Fra Elija ta' Kortona biex ikun il-Vigarju tieghu fit-tmexxija. L-ahhar shin ta' hajtu, kienu dawk li fihom issokta jinghaqad ma' Alla dejjem izjed fit-talb. L-ghaqda ma' Kristu msallab kien qed ihossha fil-gisem u r-ruh tieghu ghaliex hu kien ghaddej minn zmien ta' tbatija. Il-Pjagi Fis-sajf tas-sena 1224, San Frangisk ingabar fis-skiet tal-kunvent li kien fuq il-gholja La Verna. Il-qaddis kien jghakkes il-gisem tieghu billi, matul is-sena, isum ir-randan ghal seba' darbiet. Fuq dik il-gholja, hu kien qieghed isum ir-randan li kien jaghmel f'gieh l-Arkanglu San Mikiel. Lejn il-festa tal-ezaltazzjoni tas-Salib, li tahbat fl-14 ta' Settembru, waqt li kien fuq dik l-gholja fi granet ta' sawm u f'meditazzjoni fuq il-passjoni ta' Kristu, jingħad li l-Mulej Ġesù deherlu b'sitt igwienah, bhal serafin, maqtugh fl-ajru u b'dirghajh miftuhin, bir-riglejn ma' xulxin, u msallab ma' salib. Mill-gwienah, tnejn kienu weqfin fuq ir-ras, tnejn mifruxin ghattitjir, u tnejn jiksu l-gisem kollu. Imbaghad, waqt li kien mitluf f'estasi ta' mhabba, fl-idejn, fir-riglejn, u fil-genb ta' Frangisku bdew jidhru l-pjagi tal-istess Kristu msallab. L-idejn u r-riglejn dehru minfudin b'imsiemer li kellhom bhal ras tonda u sewda fuq iz-zewg nahat; kienu ppuntati u milwijin sabiex ma jinqalghux. L-imsiemer kienu tal-laham stess, imma mahrugin 'il barra. Il-genb lemini wkoll deher bhallikieku minfud minn lanza, u kien jaghti fl-ahmar ghall-gerha li kellu; ta' sikwit, il-gerha kienet tnixxi d-demm, u lbiesu kien jiccappaslu. Minn dak il-waqt, il-qaddis Frangisku, li sa minn tant zmien kien jarawh bhal Kristu iehor, gie trasfigurat fi xbieha hajja tal-Mulej anki fl-istess gisem tieghu. Minn mindu ngħata l-pjagi, San Frangisk ma qata' qatt milli jbati fil-gisem tieghu. Hu mar Lejn Assisi fejn ghadda l-ahhar sentejn ta' hajtu, u kien dejjem marid. Persuni gheziez kienu jiehdu hsiebu, u jikkurawh. Ma kienx possibbli li jahbihom. Imma ftit kienu dawk li raw il-pjagi tieghu. L-ahhar sentejn giebu maghhom tbatijiet ohrajn. San Frangisk kien qieghed jitlef id-dawl ta' ghajnejh. F'dan iz-zmien li matulu Kristu kien ghaqqdu mieghu tant mill-grib fil-passjoni tieghu, San Frangisk kiteb l-"Ghanja tal-Hejjaq". Biex jobdi lill-Kardinal Ugolino di Segni, il-Protettur tal-Ordni, San Frangisk qaghad ghal xi kura li riedu jaghmlulu f'ghajnejh it-tobba tal-Qorti Papali nnifisha. Dan kien f'Rieti fis-sena 1225; kienet kura li giebet maghha tbatijiet kbar fil-pazjent. Fl-ahhar sena ta' hajtu, fl-1226, San Frangisk ghadda perjodi qosra fi Siena u f'Cortona. F'dak iz-zmien, il-qaddis deher tant maghfus bl-ugigh b'mod li kulhadd haseb li kien sejjer imut. Fix-xahar ta' April, 1226, bil-mod il-mod u b'hafna waqfien, San Frangisk raga' ttiehed fil-belt ta' Assisi. Ghall-ewwel, hu nzamm fil-palazz tal-Isqof; imbaghad, ghall-ahhar ta' Settembru, hu gie trasportat fil-kunvent ghaziz tal-Porzjunkola. Mewt Frangisku ghadda l-ahhar hinijiet ta' hajtu jimmedita fuq il-passjoni ta' Kristu li r-rakkont taghha nqralu mill-Vangelu ta' San Gwann. Flimkien ma' hutu religjuzi, hu ried igedded ukoll it-tifkira tal-ahhar cena tal-Mulej ma' l-appostli. Il-mewt, li San Frangisk fil-"Ghanja tal-Hlejjaq" ried isejhilha "Ohtu", ma kenitx fil-boghod. Ir-religjuzi bdew ikantaw is-Salm 142: "B'lehen qawwi lill-Mule] insejjah; b'lehen gawwi lill-Mulej nitlob". U, lejn it-tmiem tas-Salm, meta tkantaw il-kelmiet: "Mill-habs ohrogni, biex inrodd hajr lil ismek. Madwari jduru l-gusti, ghax Int timxi tajjeb mieghi", ruhu harget minn gismu. Kien is-Sibt, 3 ta' Ottubru, 1226, filghaxija. San Frangisk kellu biss qrib il-45 sena. Billi ma nzul ix-xemx kien jitqies li bdiet il-gurnata ta' wara, it-tifkira ta' San Frangisk intrabtet dejjem mal-4 ta' Ottubru. Il-Hadd filghodu, li kien proprju l-4 ta' Ottubru, il-gisem tieghu, b'akkumpanjament tal-kleru u l-poplu, ittiehed minn Santa Marija tal-Angli ghall-knisja ckejkna ta' San Gorg. 'Il San Frangisk, ghaddewh minn magenb il-monasteru tas-Sorijiet Klarissi, f'San Damjan: fejn huma, minn bejn il-grati tal-monasteru, setghu jaraw u jqimu l-pjagi tal-gisem qaddis tieghu. Il-gisem inzamm f'San Gorg ghal erba' snin. Kien hemm li hu gie ddikjarat qaddis mill-Papa Girgor IX, habib kbir u ammiratur tieghu, fis-16 ta' Lulju, 1228. Il-Qabar Fil-25 ta' Mejju, 1230, il-fdal tiegħu ttiehed fil-Bazilika gdida li nbniet fuq l-gholja li bdiet tissejjah "Colle del Paradiso": l-Gholja tal-Genna, waqt li, sa dak iz-zmien, kienet tissejjah l-gholja tal-infern. Fil-bini ta' dik il-bazilika, il-mertu l-izjed kbir kien ta' Fra Elija ta' Cortona. Il-Papa Girgor IX, b'sinjal ta' qima lejn il-fdal ta' San Frangisk, lil dik il-Knisja riedha tissejjah "l-Omm u r-ras tal-Ordni kollu tal-Minuri", u hi baqghet dejjem is-Santwarju l-aktar ghaziz tal-Ordni Frangikan. Patrunat Hu l-qaddis patrun tal-ambjent, tal-annimali, tal-ekoloġisti, tan-negozjanti, tal-Azzjoni Kattolika, u tal-Italja. San Franġisk fl-Arti Fil-Letteratura Dante Alighieri ifakkar il-figura ta' Franġisku, fil-Canto XI tal-Paradiso u jiddeskrivi ż-"żwieġ mistiku" tiegħu mal-Faqar, Madonna Povertà, li u li qabel imut jafdaha lis-segwaċi tiegħu: Fil-Pittura San Franġisk ispira ħafna pitturi: Bonaventura Berlinghieri, San Francesco e le sue storie, 1235 Pescia, chiesa di San Francesco ) Cimabue,fil-Bażilika ta' San Franġisk t'Assisi. Giotto, fil-Bażilika ta' San Franġisk t'Assisi. Benozzo Gozzoli, fil-knisja ta' San Franġisk Montefalco. Filippo Lippi, Sette Santi; Madonna col Bambino e Santi. Antonio Colantonio, San Francesco consegna le Regole agli Ordini francescani. Giovanni Bellini, San Francesco in estasi. Paolo Veronese, La Madonna in gloria con i Santi. Tiziano, Pala Pesaro. Caravaggio, San Francesco in meditazione. Guercino, San Francesco riceve le stigmate. Gaudenzio Ferrari San Francesco riceve le stigmate Pinacoteca civica di Varallo. Tanzio da Varallo San Francesco riceve le stigmate sul Monte della Verna Pinacoteca civica di Varallo. Il-Franġiskani saħqu iktar fuq fuq is-sofferenza ta' Kristu u dan ġab raffigurazzjoni ġdida tal-Kurċifiss: mhux iżjed il-Kristu triumphans, trijunfanti (b'għajnejh miftuħin u qisu mhux qed ibati), imma Kristu patiens, sofferenti, b'rasu baxxuta u ġismu mitluq mejjet. L-hekk imsejjaħ Maestro bizantino del Crocifisso di Pisa forsi kien l-ewwel wieħed li ħa din ir-rappreżentazzjoni fl-Italja, li mbagħad ġiet żviluppata, minn Giunta Pisano, Cimabue uGiotto u l-iskola tiegħu. Fiċ-Ċinema u t-Televiżjoni San Franġisk ispira ukoll ħafna diretturi ta' films: 1950: film Francesco, giullare di Dio, dirett minn Roberto Rossellini. 1961: film Francesco d'Assisi, dirett minn Michael Curtiz. 1966: Xeneġġjat televiżiv Francesco d'Assisi, dirett minn Liliana Cavani. 1972: film Fratello sole, sorella luna, dirett minn Franco Zeffirelli. 1989: film Francesco, dirett minn Liliana Cavani. 2002: film Francesco, dirett minn Michele Soavi. 2007: miniserje tv (2 puntati) Chiara e Francesco, dirett minn Fabrizio Costa Fil-Mużika 1880: Preludio per il Cantico del Sol di San Francesco d'Assisi S.499a għall-pjanu l-orgni, Franz Liszt (Raiding 1811- Bayreuth 1886) 1880: Cantico del Sol di San Francesco d'Assisi S.4 għall-Orkestra, Orgni, Kor Maskili u Baritonu solista, Franz Liszt (Raiding 1811- Bayreuth 1886) 1881: Cantico del Sol di San Francesco d'Assisi S.499, traskrizzjoni għall-pjanu, Franz Liszt (Raiding 1811- Bayreuth 1886) 1863: Leggenda N°1 San Francesco d'Assisi: la predicazione agli uccelli S.175/1 għall-pjanu, Franz Liszt (Raiding 1811- Bayreuth 1886) 1924: Le Laudi di San Francesco d'Assisi. Der Sonnengesang des heiligen Franziskus von Assisi Cantico delle Creature per Coro, Soli, vuċijiet tat-tfal, Orgni u Orkestra, Op. 25, di Hermann Suter, Svizzera (Kaiserstuhl, 1870 - Basel, 1926). 1972 Fratello Sole, sorella Luna komposta minn Riz Ortolani, interpretata minn Claudio Baglioni u Donovan (bl-Ingliż "Brother sun, sister moon") għal film ta' Franco Zeffirelli. 1975-1983: opra Saint François d'Assise, ta' Olivier Messiaen. 1981: musical Forza Venite Gente, ta' Michele Paulicelli. 1984: San Francesco fl-album mużikali Così... ta' Paolo Spoladore. 2000 (fl-okkażjoni tal-Ġublew): album mużikali L'infinitamente piccolo, ta' Angelo Branduardi. 2001: Altissimo mill-album mużikali Unanima ta' Paolo Spoladore. 2004: Francesco, silta ta' Mango, mill-album Ti porto in Africa 2006: opra lirika Francesco d'Assisi, komposta minn Orio Odori fuq librett ta' Daniele Bacci. Twieldu fl-1182 Mietu fl-1226 Qaddisin
3975
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20komuni
Tupaja komuni
Tupaja It-Tupaja komuni (Tupaia glis) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk ta' l-Asja. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja komuni, Tupaia glis References Helgen, Kristofer M. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 104. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq Esterni http://mbgnet.mobot.org/sets/rforest/animals/shrew.htm http://www.hoglezoo.org/animals/view.php?id=183
3981
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20%C5%BC-%C5%BCg%C4%A7ir
Tupaja ż-żgħir
It-Tupaja ż-żgħir (Tupaia minor) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat fl-ordni Scandentia. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja ż-żgħir, Tupaia minor Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Tupaia minor fil-Lista Ħamra tal-IUCN Tupaja
3985
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20ta%27%20denbu%20lixx%20tat-Tramuntana
Tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana
It-tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana (Dendrogale murina) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk tal-Asja. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Dendrogale Tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana, Dendrogale murina Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Dendrogale murina fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN Tupaja
3989
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20tal-Filippini
Tupaja tal-Filippini
It-tupaja tal-Filippini (Urogale everetti) huwa mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir monotipiku (l-unika speċi fil-ġeneru Urogale). Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Urogale Tupaja tal-Filippini, Urogale everetti Referenzi Ħoloq esterni Urogale everetti fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2008 Tupaja
3994
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20ta%27%20saqaj%C4%A7%20twal
Tupaja ta' saqajħ twal
Tupaja It-Tupaja ta' saqajħ twal (Tupaia longipes) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk ta' l-Asja. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja ta' saqajħ twal, Tupaia longipes Referenzi Helgen, Kristofer M. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 104. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq/Linkijiet Esterni http://mbgnet.mobot.org/sets/rforest/animals/shrew.htm http://www.hoglezoo.org/animals/view.php?id=183
3996
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20tal-muntanji
Tupaja tal-muntanji
It-Tupaja tal-muntanji (Tupaia montana) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk tal-Asja. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja tal-muntanji, Tupaia montana Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Common Tree shrew Tupaja
3998
https://mt.wikipedia.org/wiki/Edukazzjoni
Edukazzjoni
Dan it-terminu li jista’ jiġi mifhum b’mod differenti skond il-ħsieb ta’ dak li jkun u skond kif nikkunsidraw il-bniedem; il-potenzi tiegħu, għemilu, u l-għanijiet tiegħu. Meta nitħadtu dwar Edukazzjoni ġeneralment naħsbu dwar dik li hija edukazzjoni formali. Madanakollu, il-kelma tkopri esperjenzi diversi, mit-tagħlim formali għal bini ta’ għarfien u tagħrif li wieħed jiltaqa’ fil-ħajja ta’ kuljum. Fl-aħħarnett, dak kollu li nesperjenzaw iservi bħala forma ta’ edukazzjoni. L-Individwi jirċievu edukazzjoni informali minn varjetà ta’ sorsi. Membri familjari, nies tamparhom, kotba u medja għandhom influwenza qawwija fl-edukazzjoni informali ta’ kull individwu. Madanakollu iżda, it-tagħlim jista’ jiġi definit bħala “tibdil fil-proċess mentali u fil-mod kif wieħed iġib ruħu permezz tal-esperjenza’’. Waqt li, iktar komunament u, biex ngħid hekk, iktar naturalment, l-Edukazzjoni, mill-banda l-oħra, tidher bħala dak il-proċess essenzjalment spiritwali, li bih kull individwu huwa inkuraġġat u kapaċi biex jiżvilluppa bi sħiħ il-potenzjali ġewwieni tiegħu; tista’ wkoll isservi l-għan li tibni l-individwu għal dak li huwa neċessarju biex ikun membru produttiv tas-soċjetà. Billi jitgħallem u jgħallem l-individwu jieħu u jiżvilluppa l-għarfien, twemmin u abilitajiet. Meta individwu jiġi edukat, jiżvilluppa il-qawwiet proprji, u jwassalhom għal realizazzjoni sħiħa tal-personalità proprja. Huwa largament aċċetat li l-proċess ta’ edukazzjoni jaf il-bidu tiegħu sa mit-twelid u jkompli tul il-ħajja kollha. Hemm xi wħud li jemmnu li l-edukazzjoni tibda’ saħansitra anki aktar kmieni mit-twelid, bħala evidenza minn xi ġenituri li jsemmgħu mużika jew jaqraw lit-trabi ġo ġufhom bit-tama li jinfluwenzaw l-iżvillup tat-tfal. Edukazzjoni
4000
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lyonogale
Lyonogale
Lyonogale huwa wieħed minn żewġ sottoġeneri fil-ġeneru Tupaia, diffuż ġewwa l-Indja u fix-Xlokk tal-Asja. Lista tal-ispeċi tas-sottoġeneru Lyonogale Ġeneru Tupaia Sottoġeneru Lyonogale Tupaja ż-żgħir, Tupaia minor Tupaja Kalamjan, Tupaia moellendorffi Tupaja tal-muntanji, Tupaia montana Tupaja ta' Palaw, Tupaia palawanensis Tupaja l-kbir, Tupaia tana Tupaiidae
4002
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20ta%27%20denbu%20lixx%20ta%27%20Borneo
Tupaja ta' denbu lixx ta' Borneo
It-Tupaja ta' denbu lixx ta' Borneo (Dendrogale melanura) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk tal-Asja. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Dendrogale Tupaja ta' denbu lixx ta' Borneo, Dendrogale melanura Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Dendrogale melanura fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2008 Tupaja
4004
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20rqiq
Tupaja rqiq
It-Tupaja rqiq (xjentifikament magħruf bħala Tupaia gracilis) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat fl-ordni Scandentia. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja rqiq, Tupaia gracilis Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Tupaia gracilis fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006 Tupaja
4006
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20strixxat
Tupaja strixxat
Tupaja It-Tupaja strixxat (Tupaia dorsalis) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk tal-Asja. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja strixxat, Tupaia dorsalis Referenzi Helgen, Kristofer M. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 104. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq Esterni http://mbgnet.mobot.org/sets/rforest/animals/shrew.htm http://www.hoglezoo.org/animals/view.php?id=183
4008
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20mpitter
Tupaja mpitter
It-Tupaja mpitter (Tupaia picta) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk tal-Asja. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja mpitter, Tupaia picta Referenzi Ħoloq esterni Tupaia picta fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN Impitter
4010
https://mt.wikipedia.org/wiki/Temi%20Zammit
Temi Zammit
Sir Themistocles Zammit (30 ta' Settembru 1864 - 2 ta' Novembru 1935) (magħruf bħala Temi Zammit) kien arkeologu u storiku, professur tal-kimika, tabib, riċerkatur u kittieb Malti. Karriera Wara li ggradwa fil-mediċina mill-Università ta' Malta, Zammit speċjalizza fil-batterjoloġija f'Londra u f’Pariġi. L-iskoperta tiegħu fl-1905 tal-ħalib imniġġeż bħala vettur għat-trażmissjoni tal-bruċellożi fil-bnedmin (B. melitensis) li tinsab fid-demm tal-mogħoż – ikkontribwiet ħafna għall-eliminazzjoni mill-gżejjer tad-deni biered u għaliha ġie rikonoxxut bħala Kavallier mir-Re Ġorġ V tal-Ingilterra. Kien l-awtur ta' diversi xogħlijiet letterarji fil-lingwa Maltija. Ippubblika ukoll Il-Gżejjer ta' Malta u l-Ġrajja Tagħhom, storja tal-gżejjer Maltin, u skava bosta siti arkeoloġiċi importanti, bħall-Ipoġew u t-Tempji ta' Ħal Tarxien, Ħaġar Qim u l-Imnajdra, li minn dak iż-żmien ġew dikjarati Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Skava wkoll il-Katakombi ta' San Pawl tar-Rabat. Temi Zammit ingħata d-Dottorat Honoris Causa mill-Università ta' Oxford. Temi Zammit serva bħala Rettur (1920-1926) tal-Università ta' Malta u kien l-ewwel Direttur tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta. Kien miżżewweġ lil Aloisia Barbaro di San Giorgio u kellhom żewġ ulied, Charles u Sophia. Referenzi Haas LF, Sir David Bruce (1855-1931) and Thermistocles Zammit (1864-1935), Journal of Neurology, Neurosurgery & Psychiatry, vol. 70, ħarġa 4, 2001, p. 520 Ħoloq esterni Commemoration of Sir Temi Zammit. Bank Ċentrali ta' Malta John J. Cassar: Maltese History and Folklore. Themistocles Zammit Twieldu fl-1864 Mietu fl-1935 Storiċi Maltin Xjenzati Maltin Temi
4013
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20Kalamjan
Tupaja Kalamjan
It-Tupaja Kalamjan (Tupaia moellendorffi) huwa mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fuq grupp ta' tliet gżejjer – Kuljon, Kujo u Buswanga – fl-arċipelagu Filippin. Sinonimi Tupaia palawensis moellendorffi huwa sinonimu għal Tupaia moellendorffi. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Speċi Tupaja Kalamjan, Tupaia moellendorffi Sottospeċi Tupaja Kalamjan ta' Kuljon, Tupaia moellendorffi moellendorffi Tupaja Kalamjan ta' Kujo, Tupaia moellendorffi cuyonis Tupaja Kalamjan ta' Buswanga, Tupaia moellendorffi busuangae Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Kalamjan
4015
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20ta%27%20Nikobar
Tupaja ta' Nikobar
It-Tupaja ta' Nikobar (Tupaia nicobarica) hija speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifruxa ma' żewġ gżejjer tal-Indja (Nikobar u Andaman) fl-Oċean Indjan, fix-Xlokk tal-Asja. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia 'Tupaja ta' Nikobar, Tupaia nicobarica Referenzi Helgen, Kristofer M. (2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World'', 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press, 104. . Ħoloq esterni http://mbgnet.mobot.org/sets/rforest/animals/shrew.htm http://www.hoglezoo.org/animals/view.php?id=183 Nikobar
4017
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20ta%27%20Palaw
Tupaja ta' Palaw
Tupaja It-Tupaja ta' Palaw (Tupaia palawanensis) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux mal-gżira ta' Palaw fl-arċipelagu Filippin. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja ta' Palaw, Tupaia palawanensis Referenzi Helgen, Kristofer M. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 104. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq Esterni http://mbgnet.mobot.org/sets/rforest/animals/shrew.htm http://www.hoglezoo.org/animals/view.php?id=183
4020
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tupaja%20ta%27%20%C5%BCaqqu%20dehebi
Tupaja ta' żaqqu dehebi
It-Tupaja ta' żaqqu dehebi (Tupaia chrysogaster) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux mal-erba' gżejjer ta' Mentawaj (Siberut, Sipura, Pagaj Utara u Pagaj Selatan) parti mil-Indoneżja, fix-Xlokk tal-Asja. Klassifikazzjoni Ordni Scandentia Familja Tupaiidae Ġeneru Tupaia Tupaja ta' żaqqu dehebi, Tupaia chrysogaster Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Tupaia chrysogaster fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006 Żaqqu dehebi
4024
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Albanija
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija jirrappreżenta lill-Albanija fid-dixxiplina sportiva tal-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Albanija. L-assoċjazzjoni nazzjonali ġiet fundata fis-6 ta' Ġunju 1930, però kellha tistenna sittax-il sena sakemm tiġi milgħuba l-ewwel logħba internazzjonali, fejn iddebuttaw kontra l-Jugożlavja fl-1946. Matul il-kungress tal-FIFA li sar bejn it-12 u s-16 ta' Ġunju tal-1932, l-Albanija ssieħbet mal-federazzjoni internazzjonali u fl-1954 hi kienet fost il-fundaturi tal-UEFA. L-Albanija kienet ġiet mistiedna sabiex tipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja 1934, imma minħabba problemi organizzattivi kellhom jirtiraw il-parteċipazzjoni tagħhom. Ħafna mill-partiti tat-tim nazzjonali tal-Albanija jintlagħbu ġewwa l-Qemal Stafa. Storja Is-snin tal-bidu raw kampanja b'suċċess tat-Tazza tal-Balkani tal-1946. L-Albanija rebħu t-Tazza wara li għelbu lill-Jugożlavja bl-istess punti imma b'differenza ta' gowls aħjar. Il-partita finali kienet kontra r-Rumanija u ntrebħet 1–0. Erbat ijiem qabel, l-Albanija kienet diġà rebħet lill-Bulgarija 3–1. Hu interessanti l-fatt li l-Albanija ma kinitx mistenniha li tipparteċipa, imma l-irtirar tal-Greċja mit-turnew offra lill-Albanija ċ-ċans li tingħaqad fit-Tazza li ġiet ristabbilita wara l-gwerra. Wara li ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej tal-UEFA fl-1963, għall-edizzjoni tal-1964, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1968, huma rnexxielhom jiksbu pari ta' mingħajr gowls kontra l-Ġermanja tal-Punent, li eventwalment wassal għall-eliminazzjoni ta' dan tal-aħħar. Matul dik l-era, l-Albanija kellha preżenti lil Panajot Pano, ikkunsidrat bħala l-aqwa plejer minn dan il-pajjiż. Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1986 waslet aktar riżultati pożittivi bħall-pari ta' 2–2 barra minn darha kontra l-Polonja u rebħa ta' 2–0 kontra l-Belġu, li kienu spiċċaw semifinalisti tal-kompetizzjoni. Il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1994 rat lill-Albanija jilgħabu l-logħob ġewwa darhom fi stadji newtrali minħabba problemi politiċi ġewwa l-istess pajjiż. Madankollu, huma kisbu rebħa ta' 4–1 fuq it-Turkija f'logħba ta' ħbiberija fl-1998; l-unika darba li l-Albanija skurjaw aktar minn 3 gowls f'logħba internazzjonali sħiħa (minkejja li lura fl-1946 kienu rebħu 5–0 lill-Montenegro, fejn dakinhar dan tal-aħħar kien parti mill-Jugożlavja). Matul il-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2004, ra lill-Albanija jagħmlu rebħa storika ta' 3–1 fuq ir-Russja fi Shkodër. Fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, ra progress fir-riżultati, fejn l-aktar riżultat sodisfaċenti kien dak ta' rebħa ta' 2–1 kontra l-Greċja, fejn dawn tal-aħħar kienu għadhom kemm ġew inkurunati ċampjins tal-Ewropa. Fl-14 ta' Marzu 2008, il-FIFA ħabbret li ssospendiet lill-Albanija minn kwalunkwe attività tal-futbol internazjonali, kemm fuq livell ta' klabb u anki dak nazzjonali. Ir-raġuni wara din ir-raġuni kienet minħabba n-nuqqas ta' qbil li kien hemm bejn il-Ministeru tal-Isport u l-federazzjoni Albaniża, li għadha attwalment miftuħa, fuq il-kontrolli finanzjarji li l-awtoritajiet tal-gvern riedu jagħmlu fuq il-kontijiet tal-federazzjoni. L-irifjutar min-naħa tal-federazzjoni wassal għall-ksur tar-rapporti, u b'konsegwenza t'hekk waslet l-esklużjoni mill-kompetizzjonijiet. Id-29 ta' April tal-istess sena, il-kumitat tal-emerġenza tal-istess FIFA, wara taħdidiet li kellha ma' xi diriġenti tal-UEFA, tal-Federazzjoni tal-futbol Albaniża u tal-gvern ta' Tirana, irrevokat lura l-esklużjoni. Kuluri u simboli L-Albanija tilgħab b'uniformi ħamra b'xorts u kalzetti suwed, xi drabi b'dekorazzjonijiet bojod jew suwed. Barra minn darhom, l-uniformi tkun ħafna drabi bajda b'dekorazzjonijiet suwed jew ħomor. L-ewwel uniformi hi sempliċiment rappreżentazzjoni tal-bandiera Albaniża, li hi fil-fatt ħamra b'ajkla sewda fin-nofs. L-istemma li tuża' l-iskwadra mhix l-istess bħal dik tal-Federazzjoni, li turi disinn tond bl-ajkla fiċ-ċentru, li tissimbolizza l-bandiera Albaniża, fejn madwarha hemm ċirku abjad bl-isem bil-lingwa oriġinali tal-federazzjoni miktub b'karattri tad-deheb. Staff tekniku Plejers Il-plejers segwenti ġew magħżula għal-logħbiet tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 kontra l-Polonja, l-Ungerija u San Marino. In-numru ta' logħbiet u gowls huma validi sat-8 ta' Settembru 2021 wara l-logħba kontra San Marino. Storja tal-kompetizzjonijiet Tazza tad-Dinja mill-1930 għall-1962 –'Ma ħaditx sehem 1966 – Ma kkwalifikatx 1970 – Daħla mhux aċċettata mill-FIFA 1974 – Ma kkwalifikatx 1978 – Ma ħaditx sehem mill-1982 għall-2006 – Ma kkwalifikatx Kampjonati Ewropej 1960 – Ma ħaditx sehem mill-1964 għall-1972 – Ma kkwalifikatx 1976 – Ma ħaditx sehem mill-1980 għall-2008 – Ma kkwalifikatx Referenzi Ħoloq esterni Arkivju tar-riżultati internazzjonali: 1946-2000/01 Tifozat Kuq e Zi – il-grupp uffiċjali tal-benjamini tal-Albanija Albania-Sport Albanija Futbol fl-Albanija
4025
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Andorra
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Andorra
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Andorra hu r-rappreżentazzjoni tal-futbol tal-Andorra, u hu kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Andorra. Andorra hu pajjiż kemmxejn ġdid għall-futbol internazzjonali; it-tim nazzjonali ilu jeżisti għal inqas minn 10 snin. Sa issa, huma rnexxielhom jagħmlu tliet rebħiet, kollha ġewwa darhom. Fundata fl-1994 u affiljata mal-FIFA u l-UEFA mill-996, hi fost l-aktar selezzjonijiet dgħajfin mill-panorama Ewropea. Bħal San Marino u l-Liechtenstein, il-kwalità ta' plejers li tipproduċi hu pjuttost modest, fejn il-biċċa l-kbira huma dilettanti. L-unika rebħa fuq bażi kompetittiva hi dik kontra l-Maċedonja lura fl-2004. Storja tal-kompetizzjonijiet Tazza tad-Dinja mill-1930 għall-1998 – Ma ħaditx sehem mill-2002 għall-2006 – Ma kkwalifikatx Kampjonati Ewropej mill-1960 għall-1996 – Ma ħaditx sehem mill-2000 għall-2008 – Ma kkwalifikatx Skwadra kurrenti Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lit-Turkija fit-22 ta' Marzu 2013. Ħoloq esterni Sit uffiċjali Arkivju tar-riżultati internazzjonali 1996-2002 fuq RSSSF Profil fuq UEFA.com Andorra Futbol fl-Andorra
4027
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pangolin%20Indjan
Pangolin Indjan
Il-pangolin Indjan (Manis crassicaudata) huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux mal-Indja, Sri Lanka, u Pakistan. Il-Pangolin Indjan ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Manis, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin Ċiniż. Referenzi Pangolin Specialist Group (1996). Manis crassicaudata. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Ħoloq esterni Tree of Life of Pholidota Indjan
4031
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pangolin%20%C4%8Aini%C5%BC
Pangolin Ċiniż
Il-Pangolin Ċiniż (Manis pentadactyla) huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi fix-Xlokk tal-Asja. Il-Pangolin Ċiniż ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Manis, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin Indjan. Klassifikazzjoni Ordni Pholidota Familja Manidae Sottofamilja Maninae Ġeneru Manis Sottoġeneru Manis Speċi Pangolin Ċiniż, Manis pentadactyla Sottospeċi Pangolin Ċiniż ta' Formosa, Manis pentadactyla pentadactyla Pangolin Ċiniż tax-xmara Jangze ta' taħt, Manis pentadactyla dalmanni Pangolin Ċiniż ta' Ħajnan, Manis pentadactyla pusilla Referenzi Pangolin Specialist Group (1996). Manis pentadactyla. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Ħoloq esterni Tree of Life of Pholidota Ċiniż
4033
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pangolin%20Malajan
Pangolin Malajan
Il-pangolin Malajan (Manis javanica) jew kif inhu magħruf ukoll Pangolin ta' Sunda, huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi fix-Xlokk tal-Asja. Il-Pangolin Malajan ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Paramanis, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin ta' Palaw. Klassifikazzjoni Ordni Pholidota Familja Manidae Sottofamilja Maninae Ġeneru Manis Sottoġeneru Paramanis Pangolin Malajan, Manis javanica Gallerija Referenzi Pangolin Specialist Group (1996). Manis javanica. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Ħoloq esterni Tree of Life of Pholidota Malajan
4034
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pangolin%20ta%27%20Palaw
Pangolin ta' Palaw
Il-pangolin ta' Palaw (Manis culionensis) huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux mal-gżejjer ta' Palaw u Kuljo tal-Filippini fix-Xlokk tal-Asja. Il-Pangolin ta' Palaw ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Paramanis, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin Malajan. Klassifikazzjoni Ordni Pholidota Familja Manidae Sottofamilja Maninae Ġeneru Manis Sottoġeneru Paramanis Pangolin ta' Palaw, Manis culionensis Sinonimi Manis javanica culionensis huwa sinonimu ta' Manis culionensis. Ħoloq esterni Tree of Life of Pholidota Palaw