id
stringlengths
1
5
url
stringlengths
32
166
title
stringlengths
1
89
text
stringlengths
15
126k
4037
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pangolin%20%C4%A0gant
Pangolin Ġgant
Il-pangolin ġgant (Manis gigantea) huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi tal-Afrika. Il-Pangolin Ġgant ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Smutsia, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin ta' Temminck. Klassifikazzjoni Ordni Pholidota Familja Manidae Sottofamilja Maninae Ġeneru Manis Sottoġeneru Smutsia Pangolin Ġgant, Manis gigantea Referenzi Pangolin Specialist Group (1996). Manis gigantea. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Ħoloq esterni Paġna tal-BBC fuq il-Pangolin Ġgant Tree of Life of Pholidota Ġgant
4041
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pangolin%20ta%27%20Temminck
Pangolin ta' Temminck
Il-pangolin ta' Temminck (Manis temminckii) huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi tal-Afrika. Il-Pangolin ta' Temminck ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Smutsia, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin Ġgant. Klassifikazzjoni Ordni Pholidota Familja Manidae Sottofamilja Maninae Ġeneru Manis Sottoġeneru Smutsia Pangolin ta' Temminck, Manis temminckii Gallerija Referenzi Pangolin Specialist Group (1996). Manis temminckii. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Ħoloq esterni Tree of Life of Pholidota Temminck
4044
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pangolin%20ta%27%20denbu%20twil
Pangolin ta' denbu twil
Il-pangolin ta' denbu twil (Manis tetradactyla) huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi tal-Afrika. Il-Pangolin ta' denbu twil ġie klassifikat waħdu taħt is-sottoġeneru Uromanis. Klassifikazzjoni Ordni Pholidota Familja Manidae Sottofamilja Maninae Ġeneru Manis Sottoġeneru Uromanis Pangolin ta' denbu twil, Manis tetradactyla Referenzi Pangolin Specialist Group (1996). Manis tetradactyla. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Ħoloq esterni Tree of Life of Pholidota Denbu twil
4046
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pangolin%20tas-si%C4%A1ar
Pangolin tas-siġar
Il-Pangolin tas-siġar (Manis tricuspis) huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi tal-Afrika. Il-Pangolin tas-siġar ġie klassifikat waħdu taħt is-sottoġeneru Phataginus. Klassifikazzjoni Ordni Pholidota Familja Manidae Sottofamilja Maninae Ġeneru Manis Sottoġeneru Phataginus Pangolin tas-siġar, Manis tricuspis Referenzi Pangolin Specialist Group (1996). Manis tricuspis. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Ħoloq esterni Tree of Life of Pholidota Siġar
4059
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Armenja
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Armenja
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Armenja (bl-Armen: Հայաստանի ֆուտբոլի ազգային հավաքական) hu t-tim nazzjonali tal-futbol tal-Armenja u hu kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Armenja. Wara s-separazzjoni tal-Unjoni Sovjetika, it-tim lagħab l-ewwel partita internazzjonali kontra l-Moldova fit-12 ta' Ottubru 1992. Storja tal-kompetizzjonijiet Tazza tad-Dinja mill-1930 għall-1994 – Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-US mill-1998 għall-2006 – Ma kkwalifikatx Kampjonati Ewropej mill-1960 għall-1992 – Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-US mill-1996 għall-2008 – Ma kkwalifikatx Kowċis Korretti sal-1 ta' April 2008. Skwadra kurrenti |----- ! colspan="9" bgcolor="#B0D3FB" align="left" | |----- bgcolor="#DFEDFD" |----- ! colspan="9" bgcolor="#B0D3FB" align="left" | |----- bgcolor="#DFEDFD" |----- ! colspan="9" bgcolor="#B0D3FB" align="left" | |----- bgcolor="#DFEDFD" Plejers Plejers famużi tal-passat u tal-preżent Lista tal-għaxar plejers bl-aktar apparenzi mat-tim nazzjonali u l-aqwa ħames skorers għall-Armenja, sal-10 ta' Settembru 2008 (plejers miktubin b'tipa ħoxna għadhom eleġibbli għas-selezzjoni: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 Ħoloq esterni Federazzjoni tal-futbol tal-Armenja Profil fuq National Football Teams Arkivju tar-riżultati internazzjonali mill-1992 fuq RSSSF Portal tal-futbol Armeniż Armenja Futbol fl-Armenja
4060
https://mt.wikipedia.org/wiki/Eomanis
Eomanis
Eomanis huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Pholidota, fil-familja Manidae u fis-sottofamilja Maninae, ma' tliet ġeneri oħra, li huma Necromanis estint, Patriomanis estint u Manis. Eomanis huwa pangolin fossilu mil-Eocene Nofsani tal-Ewropa li nstab fil-fossa tat-tajn ta' Messel fil-Ġermanja. Dan kien pangolin ta' madwar 50ċm simili ħafna għal pangolini eżistenti llum. Id-dieta ta' Eomanis kienet tikkonsisti kemm minn insetti kif ukoll minn ħxejjex. Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Eomanis Ġeneru Eomanis Eomanis krebsi (Storch u Martin, 1994) Eomanis waldi (Storch, 1978) Manidae Mammiferi estinti
4061
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Awstrija
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstrija
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstrija jirrappreżenta lill-Awstrija fl-assoċjazzjoni tal-futbol u huwa kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Awstrija. (Ġermaniż: Österreichischer Fußballbund). L-Awstrija kkwalifikat seba' darbiet għat-Tazza tad-Dinja, bl-aktar waħda riċenti fl-1998. Il-pajjiż lagħab fil-Kampjonati Ewropej għall-ewwel darba fl-2008 meta ko-ospitaw l-avveniment mal-Iżvizzera. Rekord fil-kompetizzjonijiet maġġuri Tazza tad-Dinja Kampjonati Ewropej Skwadra attwali Il-plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Iżvezja fis-7 ta' Ġunju 2013. Apparenzi u gowls huma korretti mis-7 ta' Ġunju 2013. Sejħiet reċenti Dawn il-plejers ġew imsejħa fl-iskwadra fl-aħħar 12-il xahar. Staff President: Dr. Leo Windtner Direttur sportiv: Willibald Ruttensteiner Kowċ prinċipali: Marcel Koller Kowċ assistent: Fritz Schmid Kowċ assistent: Thomas Janeschitz Kowċ tal-gowlers: Franz Wohlfahrt Kowċ kondizzjonat: Roger Thomas Spry Referenzi Ħoloq esterni Österreichischer Fußball-Bund Futbol fl-Awstrija Awstrija
4062
https://mt.wikipedia.org/wiki/Necromanis
Necromanis
Necromanis huwa ġeneru ta' mammiferu estint, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Pholidota, fil-familja Manidae u fis-sottofamilja Maninae, ma' tliet ġeneri oħra, li huma Eomanis estint, Patriomanis estint u Manis. Necromanis jista' jkun wieħed minn tliet speċi ta' pangolini fossili mil-Miocene tal-Ewropa li nstabu fi Franza. Minn dak li jidher mill-fossili dawn il-pangolini kienu identiċi fil-biċċa l-kbira tal-anatomija, dieta u mġiba bħall-pangolini eżistenti llum. L-ispeċi fil-ġeneru Necromanis huma dixxendenti tal-pangolini fil-ġeneru Eomanis mill-Eocene Nofsani tal-Ewropa. Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Necromanis Ġeneru Necromanis Necromanis edwardsi Necromanis franconica Necromanis quercyi Referenzi Id-Databażi Palebijoloġika Manidae
4066
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-A%C5%BCerbaj%C4%A1an
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan
It-Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan (bl-Ażerbajġan:Azərbaycan milli futbol komandası) huwa t-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan u huwa kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Ażerbajġan. Huwa jirrappreżenta l-Ażerbajġan fil-kompetizzjonijiet tal-futbol internazzjonali. It-Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan ħa sehem fil-kwalifika għal kull turnament kbir mill-Kampjonati Ewropej 1996, iżda qatt ma kkwalifikaw għall-kampjonat finali ta' kwalunkwe Tazza tad-Dinja jew Kampjonati Ewropej. Rekord fil-kompetizzjonijiet maġġuri Tazza tad-Dinja 1930 sal-1990 – Ma daħlux, kienu parti mill-USSR 1994 sal-2010 – Ma kkwalifikawx Kampjonati Ewropej 1960 – 1992 – Ma daħlux, kienu parti mill-USSR 1996 – 2012 – Ma kkwalifikawx Skwadra attwali Il-plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Lussemburgu fis-7 ta' Ġunju 2013 u logħba ta' ħbiberija kontra l-Qatar fid-29 ta' Mejju 2013. Apparenzi u gowls huma korretti mis-7 ta' Ġunju 2013. Sejħiet reċenti Dawn il-plejers ġew imsejħa fl-iskwadra fl-aħħar 12-il xahar. Referenzi Ħoloq esterni Azerbaycan Futbol Federasiyaları Assosiasiyası azerifootball.com Riżultati 1979–2004 fuq from Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation National-football-teams Azerisport Day.az Ażerbajġan Futbol fl-Ażerbajġan
4070
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Bel%C4%A1ju
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju
Il-Belġju għandu storja twila fil-futbol internazzjonali fil-fatt l-ewwel logħba teħodna lura għal l-1 ta' Mejju 1904 fejn kontra Franza spiċċa f'draw ta' 3 bi 3 (Belġju 3 - 3 Franza). L-ikbar rebħa ta' dan it-tim, li hu mlaqqam bħala ir-Rode Duivels (Xjaten Ħomor), għamilha kontra t-tim Afrikan taż-Żambja fejn rebaħ bl-iskor ta' 9 b'xejn (Belġu 9 - 0 Żambja) fl-4 ta' Ġunju 1994, kif ukoll kontra San Marino fit-28 ta' Frar ta' l-2001 fejn il-logħba spiċċat Belġju 10 - 1 San Marino. Fil-bidu ta' l-istorja tiegħu dan it-tim kien tilef logħba ferm kerha kontra t-tim Ingliż tad-dilettanti (Ingilterra tad-dilettanti 11 - 2 Belġju) dan seħħ fis-17 t'April 1909. Il-Belġju jitqies bħala wieħed mit-timijiet il-kbar fl-Ewropa għalhekk daħal kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej. L-aħjar post li kiseb fit-Tazza tad-Dinja kien fl-1986 fejn kien spiċċa r-raba' (4) post, snin oħra fejn ħa sehem f'dan il-logħob prestiġjuż fil-futbol kienu fl-1930, 1934, 1938, 1954, 1970, 1982, 1990, 1994, 1998 u fl-2002. L-ewwel darba li ħadi sehem fil-Kampjonati Ewropej kien fl-1972, u wara fl-1980, 1984 u fis-sena 2000. Anki fil-Logħob Olimpiku għamel suċċess għax fl-1900 rebaħ il-midalja tal-Bronż u għoxrin sena wara eżatt fl-1920 rebaħ l-aqwa midalja dik tad-Deheb. Informazzjoni dwar dan it-tim internazzjonali Belġjan tal-futbol li bħala stadjum jużaw il-King Baudouin Stadium: Assoċjazzjoni: Union Royale Belge des Sociètès de Football-Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Belġjana) Il-Kowċ Attwali: Marc Wilmots (2012- ) L-Awqa skorers: Paul Van Himst u Bernard Voorhoof (b' 30 gowl) Il-Kodiċi tal-FIFA: BEL Ir-Ranking tal-FIFA: 5 post L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 16-il post (Jannar ta' l-2003) L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 57 post (Lulju ta' l-2006) Ir-Ranking tal-Elo: 41 Skwadra kurrenti Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Maċedonja fit-22 ta' Marzu 2013. Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2012 Referenzi Ħoloq esterni - Federazzjoni tal-futbol Irjali tal-Belġju Footbel.be website – Aħbarijiet tat-Tim nazzjonali Belġjan Footbel.be/National team statistics page/ L-Arkivju tar-Red Devils Arkivju tar-riżultati tal-RSSSF 1904– Arkivju tal-IFFHS:1904–1910 Belġju Futbol fil-Belġju
4071
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Bo%C5%BCnija%20u%20%C4%A6er%C5%BCegovina
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bożnija u Ħerżegovina
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Bożnija u Ħerżegovina huwa r-rappreżentazzjoni tal-futbol tal-Bożnija u Ħerżegovina u huwa kkontrollat mill-Federazzjoni Bożnijaka. L-ewwel partita internazzjonali tagħhom intlagħbet kontra l-Iran fl-1993 wara li saret il-qasma mir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugożlavja. Qabel dan, il-plejers Bożnijaċi kienu jilgħabu f'isem it-tim nazzjonali Jugożlav. Din is-selezzjoni qatt ma rnexxielha tikkwalifika għal kompetizzjoni maġġuri, imma resqet viċin diversi drabi. Skwadra kurrenti Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Greċja fit-22 ta' Marzu 2013. Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2013 Referenzi Ħoloq esterni Reprezentacija.net–Aħbarijiet dwar it-tim nazzjonali Bożnijaku Arkivju tar-riżultati internazzjonali fuq RSSSF Profil fuq UEFA.com Sit uffiċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol Bożnijaka Bożnija u Ħerżegovina Futbol fil-Bożnija u Ħerżegovina
4081
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dominju%20%28bijolo%C4%A1ija%29
Dominju (bijoloġija)
Dominju (jew superrenju, jew imperu) huwa takson li qiegħed fil-quċċata tal-iskema fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ogħla minn ta' Renju. Dominju huwa l-aktar takson li jinkludi organiżmi fih mill-gruppi kollha bijoloġiċi. L-ismijiet jistgħu jvarjaw iżda l-arranġament dejjem jirrifletti d-differenzi fundamentali evoluzjonarji fil-ġenomi. Hemm bosta alternattivi moderni ta' klassifikazjoni għad-dominji tal-ħajja. Fosthom hemm: Is-sistema taż-żewġ imperi b'Eukaryota u Prokaryota (jew Monera) fil-quċċata. Is-sistema tal-ħames renji bi Protista, Monera, Fungi, Plantae, u Animalia fil-quċċata. Is-sistema ta' tliet dominji ta' Carl Woese, użata għall-ewwel darba fl-1990, b'Archaea, Eubacteria u Eukaryota bħala dominji fil-quċċata. Dawn l-iskemi jiddependu primarjament fuq analiżi ta' dati ta' sekwenzi ġenetiċi u b'hekk wieħed għandu jistenna proposti ta' skemi ġodda. Klassifikazzjoni xjentifika
4082
https://mt.wikipedia.org/wiki/Renju%20%28bijolo%C4%A1ija%29
Renju (bijoloġija)
Fil-bijoloġija, renju huwa takson li qiegħed fil-quċċata (jew kważi) tal-iskema fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi (għax fl-iskemi moderni, id-dominju qiegħed jiġi wżat bħala l-ogħla taksa). Ir-renji jinqasmu fi gruppi iżgħar, l-hekk imsejħa fajlum (fiż-żooloġija) jew diviżjoni (fil-botanika), għalkemm qabel dan, renju jista' jinqasam f'sottorenju, f'fergħa jew f'infrarenju, biss dawn m'humiex livelli obbligatorji. Carolus Linnaeus fl-ewwel pubblikazzjoni tas-Systema Naturae fl-1735, kellu skema ta' klassifikazzjoni b'żewġ Renji ta' organiżmi ħajjin, Animalia għal annimali u Vegetabilia għal pjanti (Linnaeus inkluda wkoll il-minerali, fir-renju Mineralia). Barra minn hekk, Linnaeus qasam ir-renju fi klassijiet u dawn tal-aħħar ġew miġbura f'fajla għal annimali u f'diviżjonijiet għal pjanti. Skemi ta' klassifikazzjonijiet użati matul iż-żminijiet Kun af li l-ekwivalenzi f'din it-tabella mhumiex eżatti. Pereżempju, Haeckel poġġa lill-algi ħomor (fil-klassifika ta' Haeckel Florideae u fil-klassifiki moderni Florideophyceae) u l-algi blu-ħodor (fil-klassifika ta' Haeckel Archephyta u fil-klassifiki moderni Cyanobacteria) fir-renju Plantae, filwaqt li fl-iskemi ta' klassifika moderna huma kkunsidrati bħala membri tar-renji Protista u Bacteria rispettivament. Madanakollu, għalkemm hemm xi nuqqasijiet fl-ekwivalenzi, din hija tabella semplifikata utli xorta waħda. Ħoloq esterni Klassifikazzjoni ta' Whittaker Klassifikazzjoni xjentifika
4090
https://mt.wikipedia.org/wiki/Phylum
Phylum
Phylum (pronunzjata "Filum", Phyla fil-plural, pronunzjata "Fila") huwa Takson użat fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin. Il-Phyla jirrapreżentaw l-akbar gruppi ta' annimali u organiżmi oħra ħajja b'ċertu attributi evoluzzjonarji li huma ġeneralment aċċettati, għalkemm dawn xi kultant jiġu miġbura f'gruppi akbar l-hekk imsejħa Superphyla (eż. Ecdysozoa bi 8 Phyla). Informalment, Phylum jista' jkun maħsub bħala grupp ta' annimali bbażat fuq mudell ta' ġisem inġenerali. Il-Phylum bħala Takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-Renju u livell aktar 'l fuq mil-Klassi.Il-Phylum bħala Takson fil-ġerarkija f'tassonomija kumplessa huwa Takson bejn is-Superphylum u s-Sottophylum. Il-Klassifikazjonijiet tal-organiżmi f'sistema ġerarkika bdew jintużaw fis-sekli 17 u 18. Normalment l-organiżmi kienu jiġu miġbura fi gruppi skond is-similaritajiet morfoloġiċi bl-idejat tal-esperti ta' dawk iż-żminijiet u dawn il-gruppi fi gruppi akbar dejjem skond is-similaritajiet u kienu jibqgħu sejrin hekk sakemm tifforma ġerarkija sħiħa (eż. annimali bl-għadam u annimali b'exoskeletru "skeletru minbarra"). Madankollu bid-differenzi kollha fid-dehra esterjuri ta' dawn l-organiżmi, il-klassifikazjoni tal-Phyla hija bbażata fuq l-organizzazjoni interna. Għalkemm il-Kodiċi Internazjonali tan-Nomenklatura Botanika jaċċetta l-użu tat-terminu "Phylum" b'referenza għal pjanti, fil-botanika kważi dejjem jiġi użat it-terminu "Diviżjoni". L-aktar Phyla magħrufa huma Mollusca, Porifera, Cnidaria, Platyhelminthes, Nematoda, Annelida, Arthropoda, Echinodermata u Chordata. Dan ta' l-aħħar huwa il-Phylum li huwa klassifikat fih il-bniedem. Għalkemm bejn wieħed u ieħor hemm 35 Phylum, id-9 imsemmija hawn fuq jinkludu fihom il-biċċa l-kbira ta' l-ispeċi. Ħafna minn dawn il-Phyla huma esklużivament tal-baħar (jew marini) u Phylum 1 biss huwa totalment nieqes mill-ambjent tal-baħar, il- Onychophora jew ħniex tal-bellus. L-aħħar Phylum skopert mix-xjenza kien Cycliophora fl-1993. Meta jinstab annimal ġdid ħafna drabi, jkun kemm ikun stramb, normalment dejjem ikun jikklassifika fost il-Phyla magħrufa. Għalkemm hemm miljuni ta' speċi eżistenti, dawn kollha jikklassifikaw taħt wieħed minn bejn wieħed u ieħor 35 Phylum. Madankollu S.pandora tant hija speċi mhux tas-soltu li ma kienx possibli tkun klassifikata taħt wieħed mill-Phyla eżistenti u b'hekk inħoloq Phylum ġdid il-Cycliophora għal din l-ispeċi biss u dan kien 1 mit-3 Phyla li ġew skoperti fl-aħħar seklu. Klassifikazzjoni xjentifika
4094
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Bulgarija
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bulgarija
Fil-21 ta' Mejju 1924 il-Bulgarija lagħbu l-ewwel logħba tal-futbol internazzjonali kontra l-Awstrija u sofrew ukoll l-ewwel telfa tagħhom (Awstrija 6 - 0 Bulgarija). Dan it-tim li mlaqqam The Lions (L-Iljuni), kellu wkoll suċessi kbar fejn rebaħ diversi logħbiet t'importanza kbira. L-ikbar riżultat f'logħba waħda għamlu kontra n-Norveġja fl-1957 u kontra Malta fl-1982 fejn rebaħ id-darbtejn li huma b'seba' gowls minn fuq (Bulgarija 7 - 0 Norveġja) u (Bulgarija 7 - 0 Malta). Iżda fl-agħar logħba li mar tilef bi skor ta' 13-il gowl minn taħt, kontra Spanja fil-21 ta' Mejju 1933 (Spanja 13 - 0 Bulgarija), eżatt disa' snin wara li lagħab l-ewwel logħba uffiċjali. B'kollox il-Bulgarija ħadet sehem s'issa f'7 kompetizzjonijiet tat-Tazza tad-dinja. L-ewwel darba fl-1962 imbagħad fl-1966, 1970, 1974, 1986 u fl-1994. Iżda l-aħjar riżultat kisbu fl-1994 meta wasal sas-semi finali u spiċċa r-raba' post. Anki fil-European Championship ħa sehem fl-1996 u fl-2004. Fil-Logħob Olimpiku għamel suċċes ukoll meta fl-1956 fl-Olimpjadi ta' Melbourne (l-Awstralja) rebaħ il-midalja tal-Bronż u fl-1968 tela' tarġa 'l fuq għax ġewwa Mexico City (il-Messiku) rebaħ il-Fidda. Assoċjazzjoni: Bulgarian Football Union (L-Unjoni Bulgara tal-Futbol) Il-Kowċ Attwali: Hristo Stoichkov (2004- ) It-Top Scorer: Hristo Bonev (b'47 gowl) Il-Kodiċi tal-FIFA: BUL Ir-Ranking tal-FIFA: 38 post L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 8 post (Ġunju ta' l-1995) L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 58 post (Awissu ta' l-2002) Ir-Ranking tal-Elo: 42 Skwadra Ħoloq esterni Sit Uffiċjali Bulgarija Futbol fil-Bulgarija
4095
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Kroazja
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja hu t-tim nazzjonali tal-futbol tal- Kroazja u hu mmexxi mill-Croatian Football Federation. It-tim ilu jeżisti mill-1990 u kien rikonixxut mill-FIFA u l-UEFA fis-sajf ta' l-1992, sena wara li l-Kroazja kisbet l-Indipendenza mill-Jugoslavja. It-tim lagħab l-ewwel logħob kompettiv fil-Kampjonati Ewropej 1996 u kkwalfikaw għall-finali biex b'hekk għamlu l-ewwel apparenza f'kampjonat internazzjonali. Huma kienu tim qawwi fil-futbol internazzjonali, meta spiċċaw it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 1998, b'golden goal ta' Davor Šuker. Huma rnexxielhom jgħaddu għal kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta daħlu bħala nazzjon indipendenti. Fir-rankings tal-FIFA, it-tim kien wasal sat-tielet post u anki żar pożizzjonijiet mhux daqshekk tajbin bħal 125 post. Huma għadhom ma tilfux logħob kompetittiv ġewwa darhom mill-1994. Huma kkwalfikaw għat-Tazza tad-Dinja 2002 u 2006 mingħajr ma jitilfu logħba mill-kwalifikazzjoni. Storja Il-futbol beda jintlagħab fil-Kroazja mill-bidu tas-seklu għoxrin, imma qabel id-90ijiet il-pajjiż ma kienx indipendenti. Qabel l-indipendeza, il-plejers mill-Kroazja kienu jagħmlu parti mir-Renju tal-Jugoslavja (1919-39), mill-Banovina tal-Kroazja (1939-41), mill-Istat Indipendenti tal-Kroazja (1941-45) u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja (1945-90). Minħabba ċirkustanzi ta' politika fir-Renju tal-Jugoslavja ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija, timijiet sportivi Kroati kellhom il-jedd li jirrapreżentaw lil pajjiżhom taħt il-bandiera Kroata. Għalhekk l-ewwel logħba internazzjonali tista tiġi kkunsidrata r-rebħa ta' 4-0 kontra l-Isvizzera f'Żagreb fit-2 ta' April 1940. L-Iskwadra tal-Kroazja Gowlers: Stipe Pletikosa Vedran Runje Mario Galinović Marin Skender Difensuri: Robert Kovač Dario Šimić Josip Šimunić Vedran Ćorluka Dario Knežević Dino Drpić Hrvoje Vejić Goran Sablić Marijan Buljat Midfielders: Ivan Rakitić Marko Babić Niko Kovač (c) Darijo Srna Luka Modrić Jurica Vranješ Jerko Leko Niko Kranjčar Ognjen Vukojević Danijel Pranjić Milan Rapaić Anthony Šerić Attakkanti: Mladen Petrić Eduardo Ivica Olić Igor Budan Bosko Balaban Ivan Klasnić Storja tal-Kompetizzjonijiet Tazza tad-Dinja 1930 sa l-1990 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Jugożlavja 1994 - Ma ħaditx sehem, ma kinitx parti mill-FIFA sa Lulju 1992 1998 - Tielet Post 2002 - L-Ewwel Rawnd (It-tielet post fi grupp Ġ)' 2006 - L-Ewwel Rawnd (It-tielet post fi grupp F) Kampjonati Ewropej 1960 sa l-1992 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Jugożlavja 1996 - Kwarti tal-Finali 2000 - Ma kkwalifikatx 2004 - L-Ewwel Rawnd Plejers famużi mill-passat Aljoša Asanović Slaven Bilić Zvonimir Boban Alen Bokšić Robert Jarni Dražen Ladić Robert Prosinečki Dado Pršo Zvonimir Soldo Mario Stanić Igor Štimac Goran Vlaović Davor Šuker Ħoloq Oħra Is-Sit Uffiċċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol Kroata (HNS) Il-logħob internazzjonali tal-Kroazja fuq RSSSF Informazzjoni fuq ir-Rekords tal-Plejers Kroati fuq RSSSF Lista ta' siti Kroati fuq il-Futbol NogoNet.com - Aħbarijiet fuq il-futbol Kroat Kroazja Kroazja Futbol fil-Kroazja
4096
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20ta%27%20%C4%8Aipru
Tim nazzjonali tal-futbol ta' Ċipru
It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Ċipru huwa t-tim nazzjonali tad-dixxiplina tal-futbol ta' Ċipru, meqjus fost wieħed mill-iżgħar pajjiżi tal-Ewropa. Ħoloq esterni Arkivju tal-kowċis mill-1929 Arkivju tar-riżultati internazzjonali mill-1949 fuq RSSSF Ċipru Futbol f'Ċipru
4097
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tar-Repubblika%20%C4%8Aeka
Tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka
It-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka huwa t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol tar-Repubblika Ċeka u hu mmexxi mill-Českomoravský fotbalový svaz. Storja Qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Boemja (ir-Repubblika Ċeka tal-lum), meta kienet parti mill-Imperu tal-Awstrija-Ungerija, huma lagħbu seba' partiti bejn l-1903 u l-1908, sitta minnhom kontra l-Ungerija u waħda kontra l-Ingilterra. Il-Boemja lagħbet ukoll partita kontra l-Jugożlavja, Osmark u l-Ġermanja fl-1939, waqt li kienet il-Protettorat tal-Boemja u l-Moravja. Meta r-Repubblika Ċeka kienet parti miċ-Ċekoslovakkja, it-tim nazzjonali wasal darbtejn bħala finalista tellief tat-Tazza tad-Dinja (1934, 1962) u rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej fl-1976. Wara li ċ-Ċekoslovakkja ġiet diviża bħala r-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja, it-tim nazzjonali tar-Repubblika Ċeka ġie ffurmat, u huma lagħbu l-ewwel logħba barra minn darhom kontra t-Turkija fl-1994, fejn rebħu 4–1. L-ewwel partita ġewwa darhom kienet kontra l-Litwanja f'Ostrava, fejn irreġistraw rebħa ta' 5–3. L-ewwel partita kompetittiva waslet kontra Malta fejn ġewwa Ostrava rebħu bl-iskor ta' 6–1. Fil-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 1996, ir-Repubblika Ċeka rebħet Grupp 5 quddiem il-favoriti tal-Olanda, b'total ta' sitt rebħiet, tliet pari u telfa imbarazzanti kontra l-Lussemburgu. Fil-fażi finali, li sar ġewwa l-Ingilterra, iċ-Ċeki għaddew mill-fażi tal-gruppi, minkejja telfa fl-ewwel ġurnata kontra l-Ġermanja. Il-forma pożittiva tagħhom kompliet sejra u waslu sal-finali fejn tilfu 2–1 kontra l-Ġermaniżi. Il-finali tal-1996, poġġiet liċ-Ċeki favoriti li jaqtgħu l-passaġġ għat-Tazza tad-Dinja 1998. Madanakollu, spiċċaw it-tielet fil-grupp tagħhom, taħt Spanja u l-Jugożlavja. Madanakollu, huma mal-ewwel pattew għal dan in-nuqqas billi kkwalifikaw għall-Euro 2000, fejn rebħu l-għaxar partiti tal-grupp. It-tim, madanakollu, falla li juri l-aħjar logħob tiegħu, fejn ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi wara rebħa waħda biss. Għal darb'oħra, iċ-Ċeki naqsu li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja, din id-darba jispiċċaw it-tieni fil-grupp wara d-Danimarka, u jiġu megħluba 1–0 u 0–1 mill-Belġju fil-partita ta' spareġġ għal post fil-finali. Fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2004 huma għaddew għar-rawnd finali meta spiċċaw quddiem l-Olanda, u l-uniku punti li tilfu kienu fil-pari ta' 1–1 kontra l-Oranje. Fil-fażi finali, iċ-Ċeki waslu sas-semifinali fejn ġew megħluba finalment mill-Greċja, li kellha tirbaħ dik l-edizzjoni. Is-sena 2006 fissret l-ewwel dehra tagħhom f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, fejn ikkwalifikaw grazzi għal żewġ rebħiet identiċi ta' 1–0 fuq in-Norveġja fil-partiti ta' spareġġ. Ġewwa l-Ġermanja, huma kienu mistennija li jgaddu għar-rawnd suċċessiv wara rebħa konvinċenti ta' 3–0 fuq l-Istati Uniti, però telfiet ta' 2–0 kontra l-Gana u l-Italja fissru li l-pjanijiet tagħhom għal passaġġ fir-rawnd li jmiss sfumaw. Il-kampanja deludenti tat-Tazza tad-Dinja wasslet għal kampanja ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 bl-unuri, fejn spiċċaw l-ewwel fil-grupp, quddiem il-Ġermanja. Iċ-Ċeki fl-ewwel logħba rebħu lill-ospiti tal-kompetizzjoni, l-Iżvizzera, 1–0, qabel ma tilfu 3–1 kontra l-Portugall. L-aħħar logħba kienet waħda deċiżiva kontra t-Turkija hekk kif iż-żewġ timijiet kienu qed jiġġieldu għal post fil-fażi li jmiss. Iċ-Ċeki bnew vantaġġ ta' 2–0 wara siegħa logħob u meta deher li kienu huma li se jkomplu fil-kompetizzjoni, it-Turkija għamlu rimonta impressjonati fejn fi kwarta skorjaw tliet gowls u rebħu 3–2, biex eliminaw lir-Repubblika Ċeka u temmet l-esperjenza internazzjonali tal-kowċ Karel Brückner. Wara l-falliment fil-Kampjonati Ewropej, l-attenzjoni reġgħet irritornat fuq it-Tazza tad-Dinja, fejn iċ-Ċeki ttellgħu fi Grupp 3. Huma bdew il-kampjonat b'pari ta' 0–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq, li kienet segwita minn prestazzjoni deludenti kontra l-Polonja li sarrfet f'telfa ta' 2–1. Il-prestazzjonijiet ftit li xejn tjiebu fejn kellhom jitħabtu biex jegħlbu 1–0 lis-Slovenja, u rebħa oħra sofferta kontra San Marino, u pari ta' mingħajr gowls kontra s-Slovenja. Il-partita segwenti, telfa ta' 2–1 ġewwa darhom kontra l-ġiriena tas-Slovakkja fissret l-aħħar partita ta' Petr Rada man-nazzjonal u poġġiet liċ-Ċeki f'pożizzjoni kritika. Ivan Hašek ħa l-presidenza tal-federazzjoni Ċeka u tat-tim taħt idejh, fejn l-affarijiet tjiebu xi ftit b'pari barra minn darhom kontra s-Slovakkja u reħba kbira ta' 7–0 fuq San Marino. Huma marru għall-partita ta' qabel tal-aħħar bil-ħsieb li jirbħu kontra l-Pollakki, u s-Slovakkja ma titlifx kontra s-Sloveni. Minkejja li huma rnexxielhom jagħmlu dan, is-Slovakki tilfu 2–0, li fissret li San Marino kellhom iżommu lil San Marino sabiex jagħtu ċans liċ-Ċeki għall-play-offs. Ir-Repubblika Ċeka raw il-ħolm tagħhom jisfuma meta spiċċaw 0–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq u ġew miċħuda miċ-ċans ta' post fil-finali. Skwadra attwali |----- ! colspan="9" bgcolor="#B0D3FB" align="left" | |----- bgcolor="#DEDD" |----- ! colspan="9" bgcolor="#B0D3FB" align="left" | |----- bgcolor="#0000FF" |----- ! colspan="9" bgcolor="#B0D3FB" align="left" | |----- bgcolor="#DEDD" Rekord fil-kampjonat il-kbar Tazza tad-Dinja Għar-rekord mill-1930 sal-1994, ara: Ċekoslovakkja 1998 – Ma kkwalifikatx 2002 – Ma kkwalifikatx 2006 – L-ewwel rawnd 2010 – Ma kkwalifikatx Kampjonati Ewropej Għar-rekord mill-1930 sal-1994, ara: Ċekoslovakkja 1996 – It-tieni post 2000 – L-ewwel rawnd 2004 – It-tielet post 2008 – L-ewwel rawnd Tazza tal-Konfederazzjonijiet 1992 – Ma kkwalifikatx 1995 – Ma kkwalifikatx 1997 – It-tielet post 1999 – Ma kkwalifikatx 2001 – Ma kkwalifikatx 2003 – Ma kkwalifikatx 2005 – Ma kkwalifikatx 2009 – Ma kkwalifikatx Ħoloq esterni Sit uffiċjali tal-federazzjoni Ċeka Arkivju tar-riżultati mill-1994 fuq RSSSF Arkivju tar-riżultati mill-1903, l-1906-08 u mill-1939 fuq RSSSF Repubblika Ċeka Futbol fir-Repubblika Ċeka
4098
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tad-Danimarka
Tim nazzjonali tal-futbol tad-Danimarka
It-tim tal-futbol Daniż mill-bidu nett tal-kariera tiegħu kienet ta' suċess, fil-fatt dan jidher mill-ewwel logħba fix-xena internazzjonali fejn fid-19 t'Ottubru 1908 kien skorja 9 gowls ma' tim Franċiż (Danimarka 9 - 0 Franza B) u tlett ijiem wara kiseb ukoll l-ikbar rebħa fl-istorja tiegħu meta fit-22 t'Ottubru 1908 rebaħ bi skor ta' 17-il gowl (Danimarka 17 - 1 Franza A). Ma nistgħux ngħidu li dan it-tim dejjem sab il-logħba faċli, għax fl-1937 kiseb l-agħar żewġ logħbiet li qatt lagħab. L-ewwel waħda hi kontra l-Ġermanja li saret fis-16 ta' Mejju 1937 (Ġermanja 8 - 0 Danimarka) u l-logħba l-oħra għalkemm ma tiġix ikkalkulata bħala logħba uffiċjali saret fid-29 t'Awissu kontra l-Pajjiż Bask fejn sofrew 11-il gowl (Danimarka 1 - 11 Pajjiż Bask). Dan it-tim bil-laqam Danish Dynamite (Splussiv Qawwi Daniż) jew Olsen Banden (peress li jikkowċjah il-kowċ Morten Olsen) daħal għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1986 u wara fl-1998 u fl-2002. Wieħed mis-suċċessi li kiseb kien fl-1992 meta rebaħ l-European Championship, barra f'dik is-sena li rebaħ f'dan il-kampjonat ħa sehem ukoll fl-1964, 1984, 1988, 1996, 2000 u fl-2004. Fil-Logħob Olimpiku wkoll ħareġ ta' nies, għax b'kollox rebaħ 4 midalji. Il-midalja tal-Bronż rebaħha darba fl-1948 ġewwa Londra (l-Ingliterra). Iżda l-midalja tal-Fidda raha tliet darbiet fl-1908 (Londra), fl-1912 (Stokkħolm) u fl-1960 (Ruma). Assoċjazzjoni: Dansk Boldspil-Union (L-Assoċjazzjoni Daniża tal-Futbol) Il-Kowċ: Morten Olsen (2000- ) It-Top Scorer: Paul "Tist" Nielsen (b' 52 gowl) Il-Kodiċi tal-FIFA: DEN Ir-Ranking tal-FIFA: 22 post L-Aħjar Ranking: 3 post (Mejju ta' l-1997) L-Agħar Ranking: 27 post (Mejju ta' l-1998) Ir-Ranking tal-Elo: 8 L-Istadju li jużaw: Stadju Parken Skwadra kurrenti Il-plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra Malta u l-Armenja fis-6 u fl-10 ta' Settembru 2013. Preżenzi u gowls huma korretti sal-11 ta' Ġunju 2013. Ħoloq esterni Sit Uffiċjali Danimarka Futbol fid-Danimarka
4100
https://mt.wikipedia.org/wiki/Subphylum
Subphylum
Klassifikazzjoni Xjentifika Subphylum (pronunzja: subfilum) fil-bijoloġija, huwa Takson fil-Klassifikazzjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin li jista' jiġbor fih l-Infrafajla. Is-Subphylum fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt il-phylum u livell aktar 'l fuq mill-Infraphylum. Subphylum huwa Takson li jintuża fl-iskema ta' klassifikazzjoni fiż-żooloġija waqt li fil-botanika jintuża t-Takson ekkwivalenti is-Subdiviżjoni. Ftit eżempji ta' Subphyla huma; Phylum Arthropoda: jinqasam f'Subphila Trilobitomorpha, Chelicerata, Myriapoda, Hexapoda u Crustacea. Phylum Branchiopoda: jinqasam f'Subphila Linguiliformea, Craniformea u Rhychonelliformea, Phylum Chordata: jinqasam f'Subphila Urochordata, Cephalochordata u Vertebrata. Mhux il-Phyla kollha jinqasmu f'Subphila.
4104
https://mt.wikipedia.org/wiki/Klassi%20%28bijolo%C4%A1ija%29
Klassi (bijoloġija)
Fil-bijoloġija, klassi hija takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin, li jista' jiġbor fih jew jista' jiġi maqsum f'ordnijiet fit-tassonomija obbligatorja. Għalkemm qabel dan, klassi tista' tiġi maqsuma f'sottoklassi, f'infraklassi jew f'parvklassi. Il-Klassi bħala takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-fajlum (jew diviżjoni fil-botanika) u livell aktar 'l fuq mill-ordni. Fil-ġerarkija tassonomika kumplessa, il-klassi hija bejn is-superklassi u s-sottoklassi. Klassifikazzjoni xjentifika Klassi (bijoloġija)
4108
https://mt.wikipedia.org/wiki/Takson
Takson
Takson (plural Taksa), jew unità tassonomika, huwa grupp ta' organiżmi (għandu jew ma għandux isem). Meta jingħata isem, it-Takson normalment jiġi kategorizzat u jingħata livell partikolari f'ġerarkija f'skema ta' Klassifikazjoni Xjentifika. Skema semplifikata ta' livelli f'ordni ġerarkiku: Dominju Renju Phylum (żooloġija) jew Diviżjoni (botanika) Klassi Ordni Familja Ġeneru Speċi Prefiss jista' jiġi wżat biex jindika kategorija f'livell ogħla jew livell aktar baxx fil-ġerarkija. Il-prefiss Super- jindika livell ogħla waqt li l-prefiss Sotto- jindika livell aktar baxx. Fiż-żooloġija il-prefissi jistgħu jkunu Magn-, Super-, Grand-, jew Mir- biex jindikaw livell ogħla filwaqt Sotto-, Infra- jew Parv- biex jindikaw livell aktar baxx. Eżempju: Magnordni Superordni Grandordni Mirordni Ordnii Sottordni Infrordni Parvordni Wieħed għandu jinnota li livell huwa relattiv u ristrett fi skema użata partikolari. Pereżempju, liverworts ġew kategorizzati f'gruppi, f'sistemi ta' klassifikazjoni varji, bħala Familja, Ordni, jew anke Klassi. L-użu ta' livelli huwa sfidat minn dawk li jużaw il-Kladistiċi u dan ġiegħel biex jiġi propost il-PhyloCode jew Fajlokodiċi. Klassifikazjoni Tassonomika Klassifikazzjoni xjentifika
4111
https://mt.wikipedia.org/wiki/Le%C4%A1jun%20%28bijolo%C4%A1ija%29
Leġjun (bijoloġija)
Fil-bijoloġija, leġjun huwa takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin li jista' jiġbor fih jew jista' jiġi maqsum f'sottoleġjuni. Il-leġjun bħala livell fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt is-superleġjun u livell aktar 'il fuq mis-sottoleġjun. Klassifikazzjoni xjentifika
4116
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ordni%20%28bijolo%C4%A1ija%29
Ordni (bijoloġija)
Ordni (bil-Latin: ordo) hija takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin. L-ordni bħala takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-klassi u livell aktar 'il fuq mill-familja. Fil-ġerarkija tat-tassonomija kumplessa, l-ordni tinsab il-mirordni u s-sottordni. Ġerarkija tal-livelli Għal xi kladi, jintużaw xi klassifikazzjonijiet addizzjonali, imma mhux kollha huma rikonoxxuti uffiċjalment. Fil-klassifikazzjoni tagħhom tal-mammiferi tal-1998, McKena u Beel użaw żewġ livelli addizzjonali bejn superordni u ordni: "grandordni" u "mirordni". Storja tal-kunċett L-ordni bħala livell u b'isem distint fil-klassifikazzjoni xjentifika (u mhux imsejjaħ biss bħala ġeneru ogħla (bil-Latin genus summum)) kien ġie introdott għall-ewwel darba minn botanist Ġermaniż Augustus Quirinus Rivinus, iżda kien Carolus Linnaeus li użah l-ewwel ta' spiss biex jaqsam it-tliet renji tan-natura (minerali, pjanti u annimali) fis-Systema Naturae tal-1735. Botanika Wieħed irid jiġbed l-attenzjoni li l-ordnijiet ta' Carolus Linnaeus għal pjanti fSystema Naturae u f'Species Plantarum, kienu strettament artifiċjali u li kienu introdotti biex jaqsmu l-klassijiet artifiċjali fi gruppi iżgħar biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar. Meta l-kelma ordo kienet użata ta' spiss għal unità naturali ta' pjanti f'xogħlijiet tas-seklu 19 bħal Prodromus ta' de Candolle u l-Genera Plantarum ta' Bentham u Hooker, din kienet tindika taksa li llum għandhom livell ta' familja. F'pubblikazzjonijiet botaniċi Franċiżi ta' Michel Adanson bħal Familles naturelles des plantes (1763) u sal-aħħar tas-seklu 19, il-kelma famille kienet użata bħala l-ekwivalenti tal-kelma bil-Latin ordo. Din l-ekwivalenza kienet spjegata espliċitament f'Lois de la nomenclature botanique (1868) ta' Alphonse De Candolle's, il-predeċessur ta' International Code of Botanical Nomenclature. Fl-ewwel Regoli tan-nomenklatura botanika internazzjonali tal-1906 il-kelma familja (familia) ingħatat il-livell ta' "famille" fil-pubblikazzjonijiet bil-Franċiż, waqt li l-kelma ordni (ordo) ingħatat livell ogħla, dak il-livell li fis-seklu 19 ħafna drabi kien jissejjaħ koħort (bil-Latin cohors, plural cohortes). Uħud mill-ismijiet tal-familji fl-"ordnijiet naturali" ta' Carolus Linnaeus baqgħu jintużaw u anke ftit mill-ismijiet tal-gruppi naturali li kienu ġew rikonoxxuti minn Linnaeus bħala ordnijiet fil-klassifikazzjoni naturali tiegħu baqgħu aċċettati u wżati sal-lum (eż. Palmae jew Labiatae). Żooloġija Fiż-żooloġija, l-ordnijiet ta' Linnaeus kienu wżati aktar ta' spiss. Dawn l-ordnijiet fil-parti żooloġika tas-Systema Naturae kienu jirreferu għal gruppi naturali. Uħud mill-ismijiet tal-ordnijiet għadhom jintużaw sal-lum (eż. Lepidoptera, l-ordni tal-friefet u l-ordni Diptera tad-dubbien u n-nemus). Referenzi Klassifikazzjoni Xjentifika
4126
https://mt.wikipedia.org/wiki/Familja%20%28bijolo%C4%A1ija%29
Familja (bijoloġija)
Il-Familja plural Familji (Latin familia plural familiae) fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin semplifikata, huwa Takson bejn Ordni u Ġeneru, waqt li f'Klassifikazjoni Xjentifika kumplessa hemm żewġ Taksi oħra, Superfamilja 'l fuq minn Familja u Sottofamilja taħt Familja (il-klassifikazjoni tal-Lepidoptera hi eċċezjoni billi t-Takson Familja qiegħed bejn it-Taksa Serje u Grupp), għalkemm dan jiddependi skond l-iskema. Il-livell tat-Takson Familja huwa l-aktar importanti wara it-Taksa Speċi u Ġeneru fit-Tassonomija. Dettalji eżatti tan-nomenklatura formali jiddependu fuq il-Kodiċi tan-Nomenklatura u f'liema tip ta' grupp it-Takson Familja jkun qiegħed , jekk hux: Livell botaniku Livell żooloġiku Klassifikazjoni tal-Vajrus Storja tal-Kunċett Familja, bħala livell intermedju bejn Ordni u Ġeneru, hija invenzjoni relativament reċenti. Botanika Fil-Botanika il-kelma "Familja" (familia) ġiet użata mil-botaniku franċiż Pierre Magnol f' "Prodromus historiae generalis plantarum, in quo familiae plantarum per tabulas disponuntur" (1689) fejn hu sejjaħ "Familji" (familiae) is-76 grupp ta' pjanti li hu rrikonoxxa fit-tabelli tiegħu. Dak iż-żmien il-kunċett livell kien għadu fl-istat ta' in statu nascendi u fil-Prologu ta' "Prodromus" Magnol kiteb li ried jiġbor il-Familji f' Ġenera akbar, kelma li hija ferm 'il bogħod minn kif tintuża llum. Żooloġija Fiż-Żooloġija, il-Familja bħala livell intermedju bejn Ordni u Ġeneru kien introdott minn Pierre André Latreille f' "Précis des caractères génériques des insectes, disposés dans un ordre naturel" (1796). Huwa uża l-Familji (uħud minnhom bla isem) f'uħud mill-Ordnijiet tal-"insetti" iżda mhux kollha (bl-artropodi kollha inklużi). Madankollu, mill-bidu tas-seklu 20 din il-kelma bdiet tintuża kostantement b'kunċett u f'sens modern. L-użu u l-karatteristika ta' dawn l-ismijiet huwa definit fil-'Kodiċi tal- "International Code of Botanical Nomenclature" u tal-"International Code of Zoological Nomenclature"''. Grupp fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin huwa Takson bejn il-Familja u s-Sottofamilja u dan huwa Takson ta' eċċezjoni għax jintuża biss fil-klassifikazjoni tal-Lepidoptera. Klassifikazzjoni Xjentifika
4127
https://mt.wikipedia.org/wiki/Serje%20%28botanika%29
Serje (botanika)
Klassifikazzjoni Xjentifika Is-Serje huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin. Fiż-Żooloġija is-Serje għandu livell fil-kategorija tal-familji bejn is-Superfamilja u l-Familja u dan it-Takson huwa ta' eċċezjoni għax jintuża biss fil-klassifikazjoni tal-Lepidoptera. Fil-Botanika is-Serje huwa Takson f'livell aktar baxx li qiegħed fil-kategorija tal-ġeneri bejn is-Sottosezzjoni li qiegħed f'livell ogħla u s-Sottosejre li qiegħed f'livell aktar baxx.
4128
https://mt.wikipedia.org/wiki/Grupp
Grupp
Grupp jista' jirreferi għal: Grupp (Matematika), - Sett marbut ma operazzjoni binarja li fit-teorija tal-gruppi, jissodisfa ċerti kundizzjonijiet ta' l-alġebra. Grupp (Klassifikazjoni Tassonomika), fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin huwa Takson bejn il-Familja u s-Sottofamilja u dan huwa Takson ta' eċċezjoni għax jintuża biss fil-klassifikazjoni tal-Lepidoptera.
4132
https://mt.wikipedia.org/wiki/Trib%C3%B9%20%28bijolo%C4%A1ija%29
Tribù (bijoloġija)
Fil-bijoloġija, tribù (jew f'uħud mix-xogħolijiet tal-klassifikazjoni infrafamilja) huwa takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin li jista' jiġbor fih jew jista' jiġi maqsum f'sottotribù. It-tribù bħala livell fil-ġerarkija, qiegħed eżatt taħt is-sottofamilja u livell aktar 'l fuq mis-sottotribù. Klassifikazzjoni xjentifika
4135
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0eneru%20%28tassonomija%29
Ġeneru (tassonomija)
Fin-Nomenklatura Binominali użata mad-Dinja kollha, l-isem ta' organiżmu huwa magħmul minn 2 partijiet: l-isem ġeneriku (dejjem kapitalizzat) u l-isem speċifiku (magħruf bħala "epithet"). Eżempju huwa Homo sapiens, l-isem xjentifiku tal-ispeċi Umana li tagħmel parti mill-Ġeneru Homo. Il-burduri bejn il-Ġeneri kienu storikament suġġettivi, iżda bl-avvent tal-Filoġenetika, sar ferm aktar komuni li l-livelli tassonimiċi kollha 'l fuq mil-livell speċifiku jridu jkunu ristretti għal gruppi li juru biċ-ċar li huma monofiletiċi, dan ifisser li d-dixxendenti ta' Takson anċestrali jridu jiġu miġbura flimkien fi grupp wieħed, anke jekk uħud minnhom ma jkunux jaqsmu l-karatteristiċi viżibli kollha mal-bqija. Dan kollu fil-kodiċi taż-Żooloġija jew tal-Botanika qatt ma kien rekwiżit u b'hekk din hija diskussjoni taħraq għaddejja l-ħin kollu fil-qasam tas-sistematika; jekk wieħed għandux jibbaża fuq il-Kladistika jew fuq il-Fenetika. Fil-present, il-biċċa l-kbira tal-klassifikazjonijiet ibbażati fuq il-Fenetika qegħdin jiġu bil-mod il-mod mibdula bi klassifikazjonijiet ibbażati fuq il-Kladistika (eż. Reptilia u Amphibia ma għadhomx użati). Ħafna Ġeneri jistgħu jiġi maqsuma f'Sottoġeneri (singular Sottogeneru). Ġeneru f'Renju jista' jiġi użat bħala isem ta' Ġeneru jew Takson ieħor f'Renju ieħor, għalkemm l-International Code of Zoological Nomenclature u l-International Code of Botanical Nomenclature jagħtu l-parir biex dan ma jsirx. Hemm 'il fuq minn 5000 minn dawn l-ismijiet użati f'aktar minn Renju wieħed. Eżempji huma Anura li huwa isem ta' Ordni taż-Żrinġijiet imma huwa wkoll isem ta' Ġeneru ta' pjanti u Aotus li huwa isem ta' Ġeneru tal-pjanta tal-piżelli u ta' Xadina tal-lejl. Ovvjament fl-istess Renju isem ġeneriku partikolari jista' jintuża għal Ġeneru wieħed. Dan jispjega għaliex il-Ġeneru tal-platipu huwa Ornithorhynchus — għall-ewwel George Shaw fl-1799 kien semmieħ Platypus, iżda kien diġa' użat għal insett minn Johann Friedrich Wilhelm Herbst fl-1793 u peress li l-platipu u l-insetti jagħmlu parti mill-istess Renju l-Animalia, l-isem Platypus ma setax jintuża għat-tnejn li huma u b'hekk Johann Friedrich Blumenbach fis-sena 1800, għall-platipu, ippublika l-isem xjentifiku Ornithorhynchus bħala sostitut. Il-Ġeneru bħala Takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-Familja u livell aktar 'l fuq mill-ispeċi. Il-Ġeneru bħala Takson fil-ġerarkija f'tassonomija kumplessa huwa Takson bejn l-Infratribu u s-Sottoġeneru (jew Sezzjoni fil-botanika). Klassifikazzjoni Xjentifika
4136
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Estonja
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Estonja
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tal-Estonja hu t-tim nazzjonali tal-futbol li jirrapreżenta lil-Estonja u hu mmexxi mill-Estonian Football Association. Huma lagħbu l-ewwel logħba tagħhom fl-1920. Fl-1940, l-Estonja kienet ingħaqdet ma' l-Unjoni Sovjetika u ma kisbetx l-indipendeza (u l-possibilità ta' tim nazzjonali tal-futbol) sa l-1991. Bħala nazzjon indipendenti, huma lagħbu l-ewwel logħba kontra l-Litwanja fit-Tazza Baltika fil-15 ta' Novembru 1991, u l-ewwel logħba rikonoxxuta mill-FIFA kienet kontra Slovenja fit-3 ta' Ġunju 1992, u l-partita spiċċat 1-1 f'Tallinn. Il-partiti tat-tim ta' l-Estonja jintlagħbu f'A. Le Coq Arena f'Tallinn. Storja Wara li l-Estonja kisbet l-indipendenza, it-tim nazzjonali kien fil-bidu tiegħu l-iktar wieħed dgħajjef mit-timijiet Baltiċi, fejn sofra telfa ta' 7-1 kontra l-Kroazja fil-kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej 1996. It-tim żviluppa mas-snin fejn fil-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2004, huma kisbu tmien punti fejn skurjaw erba' gowls u laqqtu sitt gowls. Fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 huma komplew jissorprendu meta spiċċaw b'5 rebħiet, 2 pari u 5 telfiet. L-Estonja għandhom numru ta' plejers li għamlu numru ta' apparenzi, fejn jinkludu lil Mart Poom, Andres Oper, Marko Kristal u Martin Reim. Skwadra kurrenti Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Olanda fit-22 ta' Marzu 2013. Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2013 |- ! colspan="9" style="background:#b0d3fb; text-align:left;"| |- ! colspan="9" style="background:#b0d3fb; text-align:left;"| |- ! colspan="9" style="background:#b0d3fb; text-align:left;"| Tazza tad-Dinja 1930 - Ma ħaditx sehem 1934 sa l-1938 - Ma kkwalifikatx 1950 sa l-1990 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Unjoni Sovjetika 1994 sa l-2006 - Ma kkwalifikatx Kampjonati Ewropej 1960 sa l-1992 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Unjoni Sovjetika 1996 sa l-2008 - Ma kkwalifikatx Plejers L-Aktar Dehriet L-Aktar Gowls Referenzi Ħoloq esterni Is-Sit Uffiċċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol Estonjana It-tim nazzjonali ta' l-Estonja mill-1920 (Estonjan) Dettalji tat-tim nazzjonali ta' l-Estonja mill-1920 sa l-1938 (Estonjan) Riżultati Internazzjonali mill-1920 fuq RSSSF Informazzjoni fuq ir-Rekords tal-Plejers Estonjani fuq RSSSF Estonja Estonja Futbol fl-Estonja
4137
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-G%C5%BCejjer%20Faroe
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Gżejjer Faroe
Il-Gżejjer Faroe għalkemm jagħmlu man-nazzjon tad-Danimarka għandhom it-tim tal-futbol nazzjonali għalihom. Jitqiesu bħala tim daqs l-istess tim nazzjonali tad-Danimarka u kwalinkwa tim nazzjonali ieħor fl-Ewropa. Dan it-tim ilu jeżisti mill-1930, iżda l-ewwel logħba uffiċjali li lagħab saret fl-24 t'Awissu 1988 kontra l-Islanda. Il-Gżejjer Faroe fl-ewwel logħba sofrew telfa b'1 b'xejn (Islanda 1 - 0 Gżejjer Faroe). L-agħar skor sofrewh ukoll ma' l-Islanda meta l-Islandiżi skurjawlhom disa' gowls (Islanda 9 - 0 Gżejjer Faroe), fl-10 ta' Lulju 1985, qabel l-ewwel logħba uffiċjali. Fil-25 ta' Mejju 1995 kontra San Marino rebħu bl-ikbar skor dak ta' tliet gowls minn fuq (Gżejjer Faroe 3 - 0 San Marino). Informazzjoni dwar it-tim tal-Gżejjer Faroe: Assoċjazzjoni: Faroe Islands Football Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Gżejjer Faroe) Il-Kowċ Attwali: Lars Olsen (2011- ) It-Top Scorer: Rógvi Jacobsen (b' 10 gowls) Il-Kodiċi tal-FIFA: FRO L-Aħjar Ranking: 104 post (Lulju ta' l-1999) L-Agħar Ranking: 185 post (Ottubru ta' l-2006) Futbol fil-Gżejjer Faroe Gżejjer Faroe
4138
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sotto%C4%A1eneru
Sottoġeneru
Klassifikazzjoni Xjentifika Sottoġeneru fil-bijoloġija, huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin. Is-Sottoġeneru bħala livell fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt il-Ġeneru. Fiż-Żooloġija, isem sottoġeneriku jista' jintuża indipendentement jew inkluż f'isem speċifiku, f'par ( ), bejn l-isem ġeneriku u l-isem speċifiku ( eż. il-Pangolin Ċiniż, Manis (manis) pentadactyla fejn (manis) huwa l-isem sottoġeneriku. Madankollu dan m'huwiex bżonn jew obbligu li wieħed jinkludi l-isem sottoġeneriku meta jsemmi speċi. Wieħed għandu jinnota wkoll li l-isem fil-( ) jista' jkun ukoll indikazjoni ta' opinjoni differenti fl-opinjoni tassonomika, fejn l-isem fil-( ) ikun irid juri li uħud mit-tassonomisti jikklassifikaw jew jifirdu dik l-ispeċi partikolari f'ġeneru ieħor (eż. il-Qattus ta' Iriomote Felis (Mayailurus) iriomotensis fejn Felis iriomotensis huwa l-isem normali iżda uħud mit-tassonomisti jikklassifikaw dan il-qattus fil-ġeneru Mayailurus).
4139
https://mt.wikipedia.org/wiki/UEFA
UEFA
L-Unjoni tal-Assoċjazzjoniet tal-Futbol Ewropew (bl-Ingliż: The Union of European Football Associations), hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol Ewropew. Ħafna drabi tiġi riferuta bl-akronimu tagħa UEFA (). Il-UEFA tirrapreżenta l-assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol tal-Ewropa, fejn tieħu ħsieb il-kompetizzjonijiet fuq bażi nazzjonali u dawk tal-klabbs madwar l-Ewropa kollha u tieħu ħsieb il-flus regalati, ir-regoli u d-drittijiet tal-istampa ta' dawn il-kompetizzjoniet. Diversi assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol li ġeografikament jagħmlu mal-Asja huma msieħba mal-UEFA minflok fiż-Żona Ażjatika. Dawn jinkludu l-Armenja, il-Ġeorġja, il-Każakistan, it-Turkija, l-Iżrael, Ċipru, ir-Russja u l-Ażerbajġan (l-Iżrael u l-Każakistan kienu qabel membri tal-AFC). Ċipru għażlu li jkunu meqjusa bħala nazzjon tal-futbol Ewropew — dan kellu l-għażla tal-Ewropa, l-Asja jew l-Afrika. Din l-assoċjazzjoni hi waħda mill-ikbar konfederazzjonijiet tal-futbol tal-FIFA. Mill-konfederazzjonijiet kollha, din l-assoċjazzjoni hi l-aktar b'saħħitha f'dak li jirrigwarda rikkezza u influwenza fuq il-logħba. Virtwalment kważi kull plejer ta' klassi jinsab jilgħab fl-aqwa kampjonati tal-Ewropa u dan minħabba tal-paga tajba li jingħataw mill-aktar klabbs tal-futbol sinjuri, partikularment fl-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja. Ħafna mit-timijiet nazzjonali l-aktar b'saħħithom fid-dinja jinsabu fil-UEFA. Mit-32 tim li daħal għat-Tazza tad-Dinja 2006, erbatax kienu allokati għat-timijiet tal-UEFA, u s'issa fl-ewwel għoxrin post tal-klassifika mondjali tal-FIFA insibu erbatax-il tim Ewropew. Il-UEFA ġiet imwaqqfa fil-15 ta' Ġunju 1954 ġewwa Bażel, l-Iżvizzera wara diskussjoni bejn l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Franċiża, Taljana u Belġjana. Il-kwartieri ġenerali kienu jinstabu f'Pariġi sal-1959 meta l-organizzazzjoni mxiet lejn Bern. L-ewwel Segretarju Ġenerali kien Henri Delaunay u Ebbe Schwarts kien l-ewwel president. Iċ-ċentru amministrattiv ilu miftuħ sa mill-1995 u jinsab f'Nyon, l-Iżvizzera. Fil-bidu kienet magħmula minn 25 assoċjazzjoni nazzjonali, iżda illum insibu fiha 53 assoċjazzjoni. Il-president kurrenti tal-UEFA hu Michel Platini. Segretarji Ġenerali tal-UEFA Henri Delaunay (1954–1955) Pierre Delaunay (1955–1960) Hans Bangerter (1960–1989) Gerhard Aigner (1989–2003) Lars–Christer Olsson (2003–2007) Gianni Infantino (2007) David Taylor (2007– ) Presidenti tal-UEFA Ebbe Schwartz (1954–1962) Gustav Wiederkehr (1962–1972) Artemio Franchi (1972–1983) Jacques Georges (1983–1990) Lennart Johansson (1990–2007) Michel Platini (2007– ) Timijiet nazzjonali Bħalissa l-UEFA għandha f'idejha 53 pajjiż, li parti minnhom inqasmu minn pajjiżi oħra jew ingħaqdu ma' din il-konfederazzjoni: 1: L-Iżrael kien jagħmel parti mill-AFC bejn l-1972 u l-1994. Fl-1994 ingħaqad mal-UEFA 2: Il-Każakistan kien jagħmel parti mill-AFC. Fl-2002 ingħaqad mal-UEFA Parteċipazzjoni fit-Tazza tad-Dinja 1: Ir-rekords tal-Ġermanja jinkludu 10 apparenzi taħt il-Ġermanja tal-Punent 2: Ir-rekords tas-Serbja jinkludu 9 apparenzi taħt il-RFS tal-Jugożlavja, 9 taħt ir-RF tal-Jugożlavja, u 1 taħt is-Serbja u Montenegro 3: Ir-rekords tar-Repubblika Ċeka jinkludu 8 apparenzi taħt iċ-Ċekoslovakkja 4: Ir-rekords tar-Russja jinkludu 7 apparenzi taħt l-Unjoni Sovjetika 5: L-Iżrael għamel apparenza taħt iż-Żona Ażjatika Nota: Il-FIFA ikkunsidrat lill-Ġermanja bħala l-eredi tar-rekords tal-Ġermanja tal-Punent. L-istess kien għas-Serbja (Serbja u Montenegro, u Jugożlavja); għar-Repubblika Ċeka (Ċekoslovakkja); u għar-Russja (Unjoni Sovjetika). Il-Montenegro applikat biex tingħaqad mal-UEFA u l-FIFA fit-30 ta' Ġunju 2006. Ingħaqdet mal-UEFA fis-26 ta' Jannar 2007, u mal-FIFA fil-31 ta' Mejju 2007. Ara wkoll G-14 Tazza UEFA UEFA Champions League Unuri għall-klabbs tal-UEFA Ħoloq esterni UEFA-COEFFICIENTS.COM - Country Ranking, Champions League and Europa League statistics Sit uffiċjali Klassifiki tal-UEFA Federazzjonijiet tal-futbol Futbol fl-Ewropa
4140
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sezzjoni%20%28botanika%29
Sezzjoni (botanika)
Fil-bijoloġija, sezzjoni hija takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin. Dan it-takson jintuża' biss fil-botanika u fiż-żooloġija s-sottoġeneru qiegħed f'livell ekkwivalenti. Is-sezzjoni jista' jiġbor fih jew jista' jiġi maqsum f'sottosezzjonijiet. Is-sezzjoni bħala livell fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt il-ġeneru u livell aktar 'il fuq mis-sottosezzjoni. Klassifikazzjoni xjentifika
4144
https://mt.wikipedia.org/wiki/Koort%20%28bijolo%C4%A1ija%29
Koort (bijoloġija)
Koħort fil-bijoloġija, huwa Takson fil-Klassifikazzjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin li jista' jiġbor fih jew jista' jiġi maqsum f-Sottokoħorti. Il-Koħort bħala livell fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt is-Superkoħort u livell aktar 'l fuq mis-Sottokoħort. Klassifikazzjoni Xjentifika
4147
https://mt.wikipedia.org/wiki/Varjet%C3%A0%20%28botanika%29
Varjetà (botanika)
Varjetà huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika li jintuża biss fil-botanika u ma hemmx livell ekwivalenti għalih fiż-żooloġija. Fin-Nomenklatura Botanika, Varjetà ( Latin "varietas") huwa Takson b'livell aktar baxx minn dak ta' Ġeneru, iżda b'livell ogħla minn dak ta' Sottovarjetà ( Latin "subvarietas") u b'hekk jissejjaħ Takson infraspeċifiku. Dan jidher fl-isem li jkun magħmul minn 3 partijiet isem ġeneriku, isem speċifiku jew l-epitet speċifku u l-isem infraspeċifiku jew l-epitet infraspeċifiku. Biex jiġi ndikat dan, l-abbrevjazjoni "var." trid tiġi miktubha qabel l-epitet infraspeċifiku. Varjetà jrid ikollha apparenza distinta minn varjetajiet oħra, iżda tkun kapaċi tipproduċi l-ibridi magħhom (dejjem jekk jiġu f'distanza ta' kuntatt). Normalment il-varjetajiet ikunu ġeografikament mifruda minn xulxin. Eżempju: Il-Kaktus, Escobaria vivipara, hija speċi varjabli mifruxa mill-Kanada sal-Messiku, b' 9 varjetajiet deskritti. Dawn il-varjetajiet fejn jiltaqgħu ġeografikament jipproduċu l-ibridi faċilment. Il-varjetà Escobaria vivipara var. arizonica hija mill-Ariżona, waqt Escobaria vivipara var. neo-mexicana hija min-New Mexico. Klassifikazzjoni Xjentifika
4148
https://mt.wikipedia.org/wiki/Forma%20%28botanika%29
Forma (botanika)
Forma (bil-Latin: forma) huwa takson fil-klassifikazzjoni xjentifika li jintuża biss fil-botanika u fiż-żooloġija il-Morf qiegħed f'livell ekkwivalenti. Fin-nomenklatura botanika, forma huwa takson b'livell aktar baxx minn dak ta' sottovarjetà (subvarietas) iżda b'livell ogħla minn dak ta' sottoforma (subforma) u b'hekk jissejjaħ takson infraspeċifiku. Dan jidher fl-isem li jkun magħmul minn tliet partijiet isem ġeneriku, isem speċifiku jew l-epitet speċifku u l-isem infraspeċifiku jew l-epitet infraspeċifiku. Biex jiġi ndikat dan, l-abbrevjazzjoni "f." trid tiġi miktuba qabel l-epitet infraspeċifiku. Eżempju, il-kaktus Acanthocalycium spiniflorum f. klimpelianum jew Acanthocalycium spiniflorum forma klimpelianum. Forma normalment huwa grupp b'differenzi żgħar imma notabbli. Per eżempju, forom bil-fjura bajda ta' speċi li normalment ikollhom fjuri kkuluriti jistgħu jingħataw l-isem "f. alba". Uħud mill-botanisti jemmnu li l-forom m'hemmx bżonn jingħataw ismijiet għax hemm numru li ma jispiċċa qatt minn dawn ibbażati fuq differenza ġenetika żgħira ħafna. Klassifikazzjoni xjentifika
4154
https://mt.wikipedia.org/wiki/Spe%C4%8Bi
Speċi
Fil-bijoloġija, speċi hija unità bażika tal-bijodiversità. Fil-Klassifikazzjoni xjentifika, speċi tingħata isem b'żewġ partijiet, bil-Latin. L-ewwel parti huwa l-Ġeneru bl-ewwel ittra kapitalizzata u t-tieni parti eżatt wara miktuba kollha b'ittri żgħar. Eżempju: il-Bniedem jagħmel parti mil-Ġeneru Homo u l-isem ta' l-ispeċi huwa Homo sapiens. L-isem ta' l-ispeċi huwa magħmul dejjem miż-2 partijiet u jissejjaħ isem binominali jew il-binominal u mhux mit-tieni parti biss (li tissejjaħ l-epitet speċifiku, għall-pjanti, jew l-isem speċifiku, għall-annimali). Il-binominal, li wara ħafna kien ġie formalizzat fil-kodiċi bijoloġiċi tan-nomenklatura, kien introdott bħala xi ħaġa standard minn Carolus Linnaeus fl-1700 u b'hekk irrisulta li xi drabi jissejjaħ in-"Nomenklatura Linnaeusjana". Dak iż-żmien, it-Teorija bijoloġika kienet tgħid li l-ispeċi jirrapreżentaw atti ta' kreazjoni indipendentement minn Alla u b'hekk kienu kkunsidrati objettivament reali u immutabli. Bl-avvent tat-teorija ta' l-evoluzjoni, il-kunċett ta' Speċi fil-bijoloġija għadda minn bidla kbira, madankollu qatt ma ntlaħaq kunsens fuq id-definizjoni tal-kelma. L-aktar definizjoni komunement użata ta' Speċi hija dik ta' Ernst Mayr. Din id-definizjoni imsemmija bħala l-kunċett ta' speċi bijoloġika jew il-kunċett ta' speċi isolata tgħid; l-ispeċi huma "gruppi ta' popolazjonijiet naturali li attwalment jew potenzjalment jirriproduċu bejniethom li huma riproduttivament isolati minn gruppi oħra ta' dan it-tip". Madankollu, ħafna aktar kunċetti ta' Speċi huma użati (ara Definizjonijiet ta' Speċi hawn taħt). L-isem xjentifiku ta' speċi propjament irid jinkiteb italizzat. Meta wieħed irid jirreferi għal speċi li mhijiex magħrufha dan għandu jsir billi juża l-abbrevjazjoni "sp." fis-singular jew "spp." fil-plural fil-post fejn jinkiteb it-tieni parti tal-isem tal-ispeċi jew kif jissejjaħ ukoll l-isem speċifiku jew l-epitet speċifiku. Definizjonijiet ta' Speċi Speċi hija popolazjoni riproduttivament iżolata li taqsam set ta' ġeni u niċċa komuni. Din id-definizjoni tiddefinixxi Speċi riproduttivament, ġenetikament, u ekoloġikament... Id-definizjoni ta' Speċi hawn fuq li parti minnha hija ta' Ernst Mayr, hija ftit idejalistika. Din tassumi riproduzjoni sesswali, u b'hekk tħalli barra mhux definiti klassi kbira ta' organiżmi li jirriproduċu asesswalment. Il-bijoloġisti ta' spiss ma jkunux jafu do not know whetherjekk 2 gruppi ta' organiżmi morfoloġikament simili humiex "potenzjalment" kapaċi jirriproduċu. Aktar minn hekk hemm ikkunsidrata il-varjazjoni ta' b'liema grad ta' suċċess għandha l-ibridazjoni kemm naturali kif ukoll taħt kundizzjoni sperimentali jew inkella b'liema grad ta' suċċess uħud mil-organiżmi jużaw ir-riproduzjoni sesswali bejniethom biex jipproduċu. B'hekk, jeżistu numru ta' definizjonijiet bi ħsieb ta' Speċi: Speċi Tipoloġika Grupp ta' organiżmi f'liema l-individwi huma membri ta' l-ispeċi jekk huma konformi biżżejjed ma' certu kriterji fissi. Il-qalba tal-varjazjonijiet jew fenotipi fl-eżemplarijiet (ie: dnieb twal u qosra) jiddiferenzjaw l-ispeċi. Dan il-metodu klassiku gie użat biex ikunu determinati l-ispeċi, bħal fil-każ ta' Linnaeus kmieni fit-teorija evoluzjonarja. Madankollu, llum il-ġurnata nafu li fenotipi differenti ma jfissrux li għandhom iwasslu dejjem għal speċi differenti (eż. Drosophila b'4 gwejnaħ imwieled għand omm b'2 gwejnaħ ma jfissirx li huma speċi differenti minn xulxin). Speċi imsemmija b'dan il-mod jissejħu morfospeċi. Speċi Morfoloġika Popolazjoni jew grupp ta' poplazjonijiet li huma mofoloġikament differenti minn popolazjonijiet oħra. Pereżempju, wieħed jista jaraf bejn tiġieġq u papra għax għandhom il-forma tal-munqar w is-saqajn visibilment differenti. L-ispeċi ġew definiti b'dan il-mod minn ħafna qabel ma' l-istorja bdiet tiġi miktuba. Dan il-kunċett ta' speċi huwa kritikat ħafna għax dati ġenetiċi reċenti urew li popolazjonijiet ġenetikament 'il bogħod jisgħtu jkunu mofoloġikament simili filwaqt li popolazjonijiet b'differenzi morfoloġiċi kbar xi kultant jisgħtu jkunu relatati fil-qrib. Wieħed ma jridx jinsa, li l-biċċa l-kbira tal-ispeċi magħrufa ġew deskritti biss morfoloġikament u b'hekk fil-futur mhux 'il bogħod wieħed jista jistenna bidliet kbar. Speċi Bijoloġika / Iżolata Set ta' popolazjonijiet li attwalment jew potenzjalment jipproduċu bejniethom. Ġeneralment fix-xogħolijiet tax-xjentisti din hija l-aktar formulazjoni utli b'eżempji ta' Taksa ogħlja bħal mammiferi, ħut, u għasafar, iżda bla sens għal organiżmi li ma jirriproduċux sesswalment. Din ma tiddistingwixx bejn il-possibilita tejoretika ta' riproduzjoni fil-popolazjoni biss w il-possibilita ta' taħlit attwali ta' ġeni bejn il-popolazjonijiet u b'hekk mhijiex pratikabli f'sitwazjonijiet ta' popolazjonijiet allopatriċi (jew f'popolazjonijiet ġeografikament iżolati). Ir-risultati ta' riproduzjoni sperimentali f'kundizjonijiet artifiċjali jistgħu bħal ma jistgħux jirriflettu x'jista jiġri li kieku l-istess organiżmi jiltaqgħu fis-selvaġġ u b'hekk huwa diffiċli biex wieħed jgħid jekk dawn ir-risultati humiex referenzi tajba għal-popolazjonijiet naturali. Speċi b'għarfien ta' sieħeb Grupp ta' organiżmi li huma magħrufa li jarfu lil xulxin bħal sieħeb jew sieħba potenzjali. Bħal kunċett tal-ispeċi iżolata hawn fuq dan japplika għal organiżmi li jipproduċu sesswalment. Biss b'differenza mill-kunċett tal-ispeċi iżolata, dan jiffoka speċifikament fuq iżolazjoni riproduttiva qabel it-tagħmir. Speċi Filoġenetika / Evoluzjonarja / Darwinjana Grupp ta' organiżmi li għandhom l'istess antenat; linjaġġ li jżomm l-integrita b'rispett għal linjaġġi oħra kemm minn żmien għal ieħor u spazju. f'ċertu punt tal-progress ta' dan il-grupp stess, uħud mil-membri jinbidlu u jinfirdu minn wieħed għal ieħor: meta din il-bidla u firda tkun ċara biżżejjed iż-2 popolazjonijiet jibdew jitqiesu speċi separati. Microspeċi Speċi li tirriproduċi mingħajr meiosis jew fertilizazjoniion b'hekk kull ġenerazjoni tkun ġenetikament identika jew l'istess għal dik ta' qabel. Fil-prattika, dawn id-definizjonijiet ħafna drabi jaqblu ħafna bejniethom, u d-differenzi bejniethom magħmula ħafn' aktar mil-emfasi milli mil-kontradizjonijiet. Mhux minn ta' linqas, s'issa 'l ebda kunċett ta' Speċi li ġie propost ma kien totalment objettiv, jew li jista jiġi applikat fil-każi kollha mingħajr ma jkun hemm bżonn għal ġudizju. Bil-ħajja kumplessa kif inhi, uħud argumentaw li definizjoni totalment objettiva għat-tipi kollha tal-ħajja hija pratikament impossibli, w il-bijoloġisti għandhom jużaw l-aktar definizjoni prattika. Għal-biċċa l-kbira tal-vertebrati, huwa il-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika, u sa ċertu punt (jew għal skopijiet differenti) il-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika. Ħafna sottospeċi tal-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika, huma ikkunsidrati Speċi bil-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika; id-differenzi bejn il-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika w il-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika tista tiġborhom f'din is-sentenza il-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika jiddefinixxi Speċi b'konsegwenza ta' manifest ta' storja evoluzjonarja, waqt li l-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika jiddefinixxi Speċi b'konsegwenza ta' manifest ta' potenzjal evoluzjonarju. B'hekk Speċi b'kunċett tal-iSpeċi filoġenetika tinħoloq meta linjaġġ evoluzjonarju jibda jinfired, waqt li Speċi b'kunċett tal-iSpeċi bijoloġika tinħoloq meta il-firda tal-linjaġġ evoluzjonarju tkun kompluta. L-Importanza tal-Klassifikazjoni fil-Bijoloġija L-ideja ta' l-iSpeċi għandha storja twijla. l-iSpeċi huwa wieħed mill-aktar Taksa jew livelli importanti fil-klassifikazjoni għal ħafna raġunijiet: Ħafna drabi jikkorispondi għal dak li n-nies jittrattaw bħala it-tipi differenti ta' organiżmi bażiċi - eż.Kelb huwa speċi, Qattus huwa speċi oħra. Nomenklatura Binominali (jew Nomenklatura Trinominali) standard, li x-xjentisti jirreferu b'hija għal organiżmi. Huwa l-uniku livell tassonomiku li għandu kontenut imperjali, fis-sens li meta wieħed jista jkun assertiv u li jista jgħid li 2 annimali huma speċi differenti hija xi ħaġa li turi aktar l'uniċiċita dwar dawn l-organiżmi minn xi ħaġa klassifikatorja. Wara użu għal-eluf ta' snien il-kunċett baqa ċentrali għal bijoloġija u għal suġġetti relatati, biss, f'uħud mid-drabi jibqa wkoll definit ħażin u kontroversjali. Ħoloq Esterni http://users.rcn.com/jkimball.ma.ultranet/BiologyPages/S/Speciation.html 2003-12-31, ScienceDaily: Working On The 'Porsche Of Its Time': New Model For Species Determination Offered Quote: "...two species of dinosaur that are members of the same genera varied from each other by just 2.2%. Translation of the percentage into an actual number results in an average of just three skeletal differences out of the total 338 bones in the body. Amazingly, 58% of these differences occurred in the skull alone. "This is a lot less variation than I'd expected", said Novak..." 2003-08-08, ScienceDaily: Cross-species Mating May Be Evolutionarily Important And Lead To Rapid Change, Say Indiana University Researchers Quote: "...the sudden mixing of closely related species may occasionally provide the energy to impel rapid evolutionary change..." 2004-01-09 ScienceDaily: Mayo Researchers Observe Genetic Fusion Of Human, Animal Cells; May Help Explain Origin Of AIDS Quote: "...The researchers have discovered conditions in which pig cells and human cells can fuse together in the body to yield hybrid cells that contain genetic material from both species... "What we found was completely unexpected", says Jeffrey Platt, M.D." 2000-09-18, ScienceDaily: Scientists Unravel Ancient Evolutionary History Of Photosynthesis Quote: "...gene-swapping was common among ancient bacteria early in evolution..." Stanford Encyclopedia of Philosophy entry Barcoding of species
4156
https://mt.wikipedia.org/wiki/Fenetika
Fenetika
Fil-bijoloġija il-Fenetika (magħrufha wkoll bħala tassonomija numerikali) hija metodu ta' kif tista' tikklassifika l-organiżmi ħajjin ibbażat fuq ix-xebħ morfoloġiku minflok fuq il-metodu ġenetiku. Hija dixxiplina antika u llum qed jintuża il-metodu tal-filoġenetika. Bijoloġija
4157
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Finlandja
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Finlandja
It-tim nazzjonali Finlandiż lagħab l-ewwel logħba uffiċjali kontra tim Svediż fit-22 t'Ottubru 1911 u b'hekk niżżel l-ewwel telfa tiegħu wkoll peress li l-logħba spiċċat Finlandja 2 - 5 Svezja. L-aħjar skor li kiseb kien fil-11 t'Awissu 1922 meta rebaħ lill-Estonja (Finlandja 10 - 2 Estonja). Iżda fl-1 ta' Settembru ta' l-1940 tilef bl-ikbar skor li qatt ħareġ tellief, b'dak ta' 13-il gowl minn taħt (Ġermanja 13 - 0 Finlandja). Informazzjoni dwar it-tim nazzjonali tal-futbol Finlandiż, li huwa magħruf bil-laqam ta' Sinivalkoiset: Assoċjazzjoni: Suomen Pollolitto (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Finlandja) Il-Kowċ Attwali: Roy Hodgson (2006- ) It-Top Scorer: Jari Litmanen (b' 28 gowl) Il-Kodiċi tal-FIFA: FIN Ir-Ranking tal-FIFA: 56 post L-Aħjar Ranking: 36 post (Marzu ta' l-2005) L-Agħar Ranking: 79 post (Diċembru ta' l-1996) Ir-Ranking tal-Elo: 47 Skwadra kurrenti Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Spanja fit-22 ta' Marzu 2013. Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2013 |----- ! colspan="9" bgcolor="#B0D3FB" align="left" | |----- ! colspan="9" bgcolor="#B0D3FB" align="left" | |----- ! colspan="9" bgcolor="#B0D3FB" align="left" | Ħoloq esterni Sit Uffiċjali Finlandja Futbol fil-Finlandja
4158
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20ta%27%20Franza
Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Franza hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza. It-tim kellu suċċess f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, fejn rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1998 li sar f'pajjiżu, u spiċċa wkoll it-tieni fl-edizzjoni ta' l-2006 fil-Ġermanja. Sa dak iż-żmien, Franza kienet rebħet l-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000. It-tim hu mmexxi mill-French Football Federation u jikkompeti bħala membru tal-UEFA. Franza spiċċat l-ewwel, it-tieni u t-tielet kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fil-Logħob Olimpiku tas-Sajf. Hu hu l-uniku tim li rnexxielu jasal sa dal-punt. Storja Is-Snin tal-Bidu L-ewwel logħba ta' Franza kienet pari ta' 3-3 kontra l-Belġju fl-1904. Huma lagħbu fit-tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Lucien Laurent skorja l-ewwel gowl fit-Tazza tad-Dinja fl-1930, f'rebħa ta' 4-1 fuq il-Messiku. Huma waslu sal-kwarti tal-finali fl-1938 meta ospitaw il-kompetizzjoni. Franza spiċċat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 1958, meta rebħet bi skor kbir ta' 6-3 lill-Ġermanja biex kisbet it-tielet post. Franza kienet tilfet mal-Brażil fis-semi-finali, wara l-injury tad-difensur ċentrali u t-tripletta ta' Pelé. L-attakkant Just Fontaine skorja tlettax-il gowl fil-kampjonat f'sitt logħbiet. Dak iż-żmien kien fost l-aqwa timijiet ta' l-Ewropa. L-Era ta' Platini Matul l-era ta' Michael Platini bħala captain, l-istil ta' logħob tal-Franċiżi fit-Tazza tad-Dinja tjieb, fejn spiċċa r-raba' fl-edizzjoni ta' l-1982 fi Spanja u t-tielet fl-edizzjoni tal-Messiku ta' l-1986. FIż-żewġ edizzjonijiet huma tilfu kontra l-Ġermanja tal-Punent. Is-semi-finali ta' l-1982 tibqa' famuża għad-daqqa ta' minkeb li l-gowler tal-Ġermanja, Harald Schumacher, ta lill-plejer ta' Franza Patrick Battiston f'wiċċu wara li dan għamel xutt. Minkejja l-uġiegħ li sofra Battiston, Schumacher ma kienx penalizzat. Flimkien mal-ħafna apparenzi fis-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja, bi Platini preżenti, huam rebħu l-Kampjonati Ewropej ta' l-1984 li sar ġewwa darhom, u kif ukoll il-medalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Los Angeles ta' l-istess sena. L-Era ta' Zidane L-akbar suċċessi ta' Franza kienu lejn tmiem l-1990, fil-ġenerazzjoni ta' Zinedine Zidane u l-bidu ta' l-esperjenza internazzjonali ta' Thierry Henry. It-tim beda tajjeb hekk kif wasal fis-semi-finali tal-Kampjonati Ewropej ta' l-1996. Wara din l-edizzjoni, l-kowċ Aimé Jacquet addotta strateġija difensiva u għamel lis-supporters anzjużi minħabba li t-tim qatt ma deher li kien qed jiżviluppa fit-tattika offensiva. Il-media bdiet tattakka l-kowċ tat-tim u bdiet tgħidlu li t-tim ma kellux ċans li jimxi fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta' l-1998 li kienet se ssir f'pajjiżhom. F'Mejju 1998, il-media reġgħet attakkat lil Jacquet hekk kif hu semma' 28 plejer minflok 22 għat-Tazza tad-Dinja, u l-gazzetta "L'Équipe" stqarriet fl-editorjal li hu ma kienx l-aħjar persuna biex jiggwida lit-tim Franċiż għar-rebħa. Tazza tad-Dinja 1998 Franza bdew tajjeb l-edizzjoni ta' l-1998 hekk kif rebħu l-grupp b'punti massimi meta rebħu kontra l-Afrika t'Isfel (3-0), kontra l-Għarabja Sawdita (4-0) u kontra d-Danimarka (2-1). B'hekk huma spiċċaw biex skurjaw disa' gowls u laqqtu gowl wieħed biss. Wara kien imiss lill-Paragwaj, u Franza rnexxiela tikkwalifika permezz ta' golden-goal ta' Laurent Blanc. Fil-kwarti tal-finali, huma rebħu lill-Italja bil-penalties wara li wara l-ħin normali u l-ħin miżjud huma spiċċaw 0-0. Fis-semi-finali huma affrontaw lill-Kroazja u wara li marru minn taħt, għall-ewwel darba fil-kampjonat, minn gowl tat-top-scorer ta' l-istess kampjonat, Davor Šuker, huma rribaltaw is-sitwazzjoni b'doppjetta ta' Thuram. Fil-finali huma rebħu lir-rebbieħa ta' l-edizzjoni ta' qabel, il-Brażil, bl-iskor ta' 3-0. Fl-ewwel taqsima, Zinedine Zidane tefa' lill-Franċiżi 2-0 fil-vantaġġ, biż-żewġ gowls jaslu minn daqqiet tar-ras minn żewġ corners. Il-Brażil ma rnexxielhomx jagħmlu pressjoni biex inaqqsu d-distakk, alavolja Desailly kien muri l-karta l-ħamra. Emmanuel Petit skorja t-tielet gowl tas-serata fl-aħħar minuta tal-logħba. Din ir-rebħa kienet l-ewwel rebħa fil-finali mill-ospitu f'għoxrin sena. Madwar miljun persuna ċċelebraw ir-rebħa tal-Franċiżi fit-toroq ta' Pariġi. Euro 2000 Roger Lemerre ħa post Jacquet wara r-rebħa fil-finali tat-Tazza tad-Dinja ta' l-1998. Hu ggwidahom għall-Euro 2000. Zidane żamm il-forma tiegħu tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA meta fil-kwarti tal-finali kontra Spanja hu skorja free kick dirett u penalty fis-semi-finali kontra l-Portugall. Fil-finali, Franza rebħet lill-Italja 2-1, wara li kienet minn taħt. David Trezeguet skorja l-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud biex ta r-rebħa lill-Franċiżi. Din kienet l-ewwel darba li tim nazzjonali żamm it-titlu tat-Tazza tad-Dinja u t-titlu tal-Kampjonat Ewropew, wara l-Ġermanja tal-Punent fl-1974, u kienet ukoll l-ewwel darba li r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja kiseb it-titlu ta' champion ta' l-Ewropa. Franza żammet l-pożizzjonijiet għoljin tar-rankings tal-FIFA bejn s-sena 2000 u 2001. Skwadra attwali Il-plejers segwenti ġew imsejħa sabiex jipparteċipaw fil-partiti kontra l-Ġeorġja (22 ta' Marzu) u Spanja (26 ta' Marzu) validi għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014. Storja tal-Kompetizzjonijiet Tazza tad-Dinja 1930 - L-Ewwel Rawnd 1934 - L-Ewwel Rawnd 1938 - Kwarti tal-Finali 1950 - Irtirat 1954 - L-Ewwel Rawnd 1958 - Semi-Finali 1962 - Ma kkwalifikatx 1966 - L-Ewwel Rawnd 1970 sa l-1974 - Ma kkwalifikatx 1978 - L-Ewwel Rawnd 1982 - Semi-Finali 1986 - Semi-Finali 1990 sa l-1994 - Ma kkwalifikatx 1998 - Rebbieħa 2002 - L-Ewwel Rawnd 2006 - Finalista Telliefa 2010 - L-Ewwel Rawnd Kampjonati Ewropej 1960 - Raba' Post 1964 sa l-1980 - Ma kkwalifikatx 1984 - Rebbieħa 1988 - Ma kkwalifikatx 1992 - L-Ewwel Rawnd 1996 - Semi-Finali 2000 - Rebbieħa 2004 - Kwarti tal-Finali 2008 - L-Ewwel Rawnd 2012 - Kwarti tal-Finali Plejers Plejers famużi tal-passat L-Aktar Apparenzi L-Aktar Gowls Ħoloq esterni Sit uffiċjali tal-federazzjoni tal-futbol Franċiża Franza Futbol fi Franza
4159
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sottospe%C4%8Bi
Sottospeċi
Fiż-Żooloġija, it-Takson Sottospeċi huwa l-livell immedijatament taħt l-ispeċi, waqt li fil-botanika bħala ekwivalenti qiegħed jintuża t-Takson Varjetà għalkemm "sensu stricto" dan m'huwiex eżattament ekwivalenti. Fiż-Żooloġija, l-isem xjentifiku ta' Sottospeċi huwa l-isem binominali b'immedjatament warajh l-isem sottospeċifiku, eż. Homo sapiens sapiens. Il-Kodiċi Internazjonali tan-Nomenklatura Żooloġika (4 edizjoni, 2000) ma kien hemm l-ebda tentativ biex jikkodifikaw "entita infrasottospeċifika" (eż. ir-Razzez tal-Bniedem). Jekk ikun hemm bżonn ta' Takson sottospeċifiku f'nomenklatura ta' annimali jista' jingħata isem trinominali jew trinominal. Ħafna "eżemplari tipiċi" jistgħu jiġu deskritti, iżda ma jistgħux jiġu meqjusa bħala assoluti jew kategoriċi. Dawn il-forom ma għandhomx status uffiċjali, għalkemm jistgħu jkunu ta' għajnuna biex jiddiskrivu popolazjonijiet ta' altitudni jew ġeografija differenti. Sottospeċi indikata bir-repetizjoni ta' l-isem speċifiku hija magħrufha bħala is-"sottospeċi nominata". Allura Panthera leo leo hija is-"sottospeċi nominata" ta' l-Iljun (Panthera leo). F'dokumenti xjentifiċi, is-Sottospeċi tkun komunement imqassra f'abbrevjazjoni subsp. jew ssp. — eż. Iljun Asjatiku ssp. persica huwa l-istess bħal Iljun. Wieħed għandu jinnota li: Fil-botanika Sottospeċi ( jew Varjetà, li huwa Takson li qiegħed jiġi użat ta' spiss bħala livell ekwivalenti) huwa livell fost oħrajn taħt il-livell Speċi li jista' jingħata isem bi 3 partijiet. Fil-batterioloġija, it-Taksa sottospeċi u varjetà jintużaw it-2 u jistgħu jintużaw flok xulxin. Kriterji Membri ta' sottospeċi jridu jkunu morfoloġikament differenti minn membri ta' sottospeċi oħra ta' l-istess speċi. Sottospeċi huma definiti f'relazjoni ma' speċi. M'huwiex possibli li wieħed jifhem il-kunċett ta' sottospeċi mingħajr ma jkun fehem x'inhi speċi. Fil-kuntest ta' organiżmi ħajjin kbar bħal fjuri, siġar, ħut, għasafar u l-bniedem, speċi tista tkun definita bħala grupp distint u magħruf li jissodisfa 2 kundizjonijiet: Membri tal-grupp jintgħarfu biċ-ċar minn membri ta' gruppi oħra. Id-distinzjoni tista' ssir b'numru ta' metodi, bħal: forom differenti ta' weraq, numru differenti ta' rixx primarju fil-ġwienaħ, ritwal partikolari fl-imġieba waqt it-tgħammir, qiesien relativi ta' ċertu għadam u sekwenzi differenti ta' DNA. Minn dawn m'hemmx bżonn ta' set minimu b'ammont partikolari ta' differenzi. Madankollu fil-prattika hemm tendenza li differenzi żgħar ħafna jiġu njorati u mwarba. It-taħlit ta' materjal ġenetiku bejn il-grupp u bejn gruppi oħra jkun żgħir u jibqa' mistenni li jibqa' żgħir "tant li anke jekk iż-2 gruppi jitpoġġew flimkien" it-taħlit jibqa' xorta limitat ħafna. Wieħed irid jinnota li l-qofol ta' dan kollu huwa, li biex il-gruppi jitqiesu different minflok "grupp wieħed varjat", id-differenza trid tkun distinta tassew u mhux sempliċiment varjazjoni gradwali kontinwa. Dan m'huwiex arbitraġġ kundizzjunarju. Bidla gradwali, imsejħa klinazjoni jew Xaqliba, hija evidenza ċara ta' taħlit sustanzjali fil-ġeni bejn iż-2 popolazjonijiet. B'firda kbira bejn iswed u abjad jew b'żona relativament żgħira u stabli ta' ibridazjoni, turi li ż-2 popolazjonijiet m'humiex jitħalltu fuq livell għoli u b'hekk huma speċi separati. Madankollu, il-klassifikazjoni bħala speċi separati jew sottospeċi tiddependi fuq l-"għaliex" dawn ma jitħalltux u ma jirriproduċux bejniethom. Meta jew jekk 2 gruppi ma jirriproduċux għax hemm xi ħaġa ġenetika li żżommhom lura (eż. żrinġijiet suwed m'humiex sesswalment attratti lejn żrinġijiet bojod jew jirriproduċu fi żminijiet differenti matul is-sena) f'dan il-każ huma speċi differenti. Biss, jekk iż-2 gruppi jirriproduċu liberament dejjem jekk il-barrieri esterni jitneħħew b'xi mod (eż. popolazjonijiet li huma 'l bogħod minn xulxin jew mifrudin minn xmara u b'xi mod ma jibqgħux) f'dak il-każ dawn huma sottospeċi. Wieħed għandu jinnota li bejn speċi u sottospeċi d-distinzjoni tiddependi "biss"''' fuq il-probabilita li iż-2 popolazjonijiet (fin-nuqqas ta' barrieri esterni) jerġgħu jingħaqdu lura f'popolazjoni 1 ġenetikament mgħaquda. Ma għandu x'jaqsam xejn "b'kemm" iż-2 popolazjonijiet jidhru "differenti" f'għajnejn il-bniedem. Waqt li t-tagħrif dwar grupp partikolari jiżdied, il-kategorizzazjoni jista' jkun li jkollha bżonn xi tibdil. Hemm ħafna każi fejn popolazjonijiet meqjusa [[Sottospeċi] ta' popolazjonijiet oħra ġew ri-klassifikati bħala Speċi sħiħa kollha kemm hi.
4162
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-%C4%A0eor%C4%A1ja
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġeorġja
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġeorġja jirrappreżenta lill-Ġeorġja fil-logħob tal-futbol internazzjonali tal-irġiel u hu kkontrollat mill-Federazzjoni tal-Futbol Ġeorġjana. L-ewwel logħba tal-Ġeorġja ntlagħbet fl-1990 fiż-żmien li l-pajjiż kien jifforma parti mill-Unjoni Sovjetika. Ħoloq esterni Sit uffiċjali Ġeorġja Futbol fil-Ġeorġja
4221
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20ta%27%20ta%C4%A7t%20dahru%20dehebi
Senġi ta' taħt dahru dehebi
Is-senġi ta' taħt dahru dehebi (Rhynchocyon chrysopygus) huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea. Dan huwa l-akbar speċi ta' senġi fost dawk kollha li jeżistu u jqatta' 80 fil-mija tal-ħin li jkun attiv jikkaċċja l-ġurati, il-brimb u annimali vertebrati żgħar oħra. Fost is-senġijiet dan hu l-aktar speċi fil-periklu ta' estinzjoni. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Rhynchocyon Senġi ta' taħt dahru dehebi, Rhynchocyon chrysopygus Referenzi Ħoloq esterni Golden-rumped Sengi (Rhynchocyon chrysopygus), Evolutionarily Distinct and Globally Endangered (EDGE) ARKive – Stampi u filmati tas-senġi ta' taħt dahru dehebi Taħt dahru dehebi
4222
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20ta%27%20wi%C4%8B%C4%8Bu%20qasir
Senġi ta' wiċċu qasir
Is-Senġi ta' wiċċu qasir, magħruf xjentifikament bħala Elephantulus brachyrhynchus, huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjutost żgħir, tal-ordni Macroscelidea. Fost is-senġijiet kollha is-senġi ta' wiċċu qasir huwa l-aktar speċi komuni u għandu l-akbar firxa fil-kontinent Afrikan. Distribuzzjoni Dan is-senġi mifrux ma' bosta pajjiżi fl-Afrika fosthom Angola, Botswana, Repubblika Demokratika tal-Kongo, Kenja, Malawi, Możambikk, Namibja, Afrika t'Isfel, Sudan, Tanżanija, Uganda, Żambja u Żimbabwe. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Elephantulus Senġi ta' wiċċu qasir, Elephantulus brachyrhynchus Referenzi IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 26 October 2006.Elephantulus brachyrhynchus. Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 84. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq Esterni Afrotheria Specialist Group - Infromazjoni fuq is-Senġi. Senġi
4227
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20%C4%A7amrani
Senġi ħamrani
Senġi Is-Senġi ħamrani Elephantulus rufescens, huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea. Dan is-senġi minbarra li huwa monogamu, huwa wieħed mill-ftit speċi li huma abbundanti u mhumiex fil-periklu ta' estinzjoni. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Elephantulus Senġi ħamrani, Elephantulus rufescens Sottospeċijiet Elephantulus rufescens dundasi Elephantulus rufescens rufescens Referenzi IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 26 October 2006.Elephantulus rufescens. Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 84. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq Esterni Afrotheria Specialist Group - Infromazzjoni fuq is-Senġi.
4237
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20tal-blat%20tal-Lvant
Senġi tal-blat tal-Lvant
Senġi Is-Senġi tal-blat tal-Lvant Elephantulus myurus, huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir ta' l-ordni Macroscelidea. Dan is-senġi għalkemm l-abbundanza tvarja skond iż-żminijiet mhux fil-periklu ta' estinzjoni u għandu firxa vasta fin-Nofs in-nhar tal-kontinent Afrikan. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Elephantulus Senġi tal-blat tal-Lvant, Elephantulus myurus Referenzi IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 26 October 2006.Elephantulus myurus. Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 84. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq Esterni Afrotheria Specialist Group - Infromazzjoni fuq is-Senġi.
4239
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20tal-blat%20tal-Punent
Senġi tal-blat tal-Punent
Senġi Is-Senġi tal-blat tal-Punent Elephantulus rupestris, huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir ta' l-ordni Macroscelidea. Dan is-senġi għandu firxa kbira li tlaħħaq il-450,000km², f'ambjenti xotti bħad-deżert u s-savana. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Elephantulus Senġi tal-blat tal-Punent, Elephantulus rupestris Sottospeċijiet Elephantulus rupestris jamesoni Elephantulus rupestris rupestris Referenzi IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 26 October 2006.Elephantulus rupestris. Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 84. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq esterni Afrotheria Specialist Group - Infromazzjoni fuq is-Senġi.
4241
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20iswed%20u%20a%C4%A7mar
Senġi iswed u aħmar
Is-senġi iswed u aħmar (Rhynchocyon petersi) huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea. Dan is-senġi huwa wieħed mis-sbatax-il speċi mifruxin mal-kontinent Afrikan. Is-senġi iswed u aħmar huwa wieħed mill-akbar speċi ta' senġi u fil-fatt it-tliet speċi f'dan il-ġeneru jissejħu senġijiet ġganti. Dan is-senġi qiegħed ukoll f'periklu kbir ta' estinzjoni u għalkemm għandu firxa akbar mis-senġi ta' taħt dahru dehebi, il-popolazzjoni ma tlaħħaqx l-istess densità. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Rhynchocyon Senġi iswed u aħmar, Rhynchocyon petersi Sottospeċi Rhynchocyon petersi adresi Rhynchocyon petersi melanurus Rhynchocyon petersi petersi (Bocage, 1880) Gallerija Referenzi Rathbun, G. B. & T. M. Butynski. 2008. Rhynchocyon petersi, Lista Ħamra tal-IUCN 2012 Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press, 84. Iswed u aħmar
4249
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20ta%27%20erbat%20iswaba
Senġi ta' erbat iswaba
Is-senġi ta' erbat iswaba (Petrodromus tetradactylus) huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea. Dan is-senġi huwa speċi monotipika, l-unika fil-ġeneru Petrodromus. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Petrodromus Senġi ta' erbat iswaba, Petrodromus tetradactylus Sottospeċijiet Petrodromus tetradactylus beirae Petrodromus tetradactylus rovumae Petrodromus tetradactylus sangi Petrodromus tetradactylus schwanni Petrodromus tetradactylus sultani Petrodromus tetradactylus swynnertoni Petrodromus tetradactylus tetradactylus Petrodromus tetradactylus tordayi Petrodromus tetradactylus warreni Petrodromus tetradactylus zanzibaricus Referenzi Schlitter, Duane A. (2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press, 84. Erbat iswaba
4252
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Gre%C4%8Bja
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Greċja
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Greċja (Grieg:Εθνική Ελλάδος, Ethniki Ellados) jirrappreżenta lil Greċja fl-assoċjazzjoni tal-futbol u huwa kkontrollat ​​mill-Hellenic Football Federation, il-korp governattiv għall-futbol fil-Greċja. Il-grawnd nazzjonali tagħhom huwa Stadju Karaiskakis ġewwa Pirew u l-kowċ prinċipali tagħhom huwa Fernando Santos. Il-Greċja ntefqu ħafna mill-istorja tagħhom fl-oskurità relattiva, huma pparteċipaw biss darbtejn fil-kompetizzjonijiet finali tat-Tazza tad-Dinja u tal-Kampjonati Ewropej, fl-1994 u l-1980 rispettivament, sal-Kampjonati Ewropej 2004, meta dawn saru ċampjins Ewropej fit-tieni parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni. Il-Griegi għelbu xi wħud mill-favoriti fil-kompetizzjoni inklużi ċ-ċampjins preċedenti Franza u l-ospiti l-Portugall, li Greċja għelbu kemm fil-logħba tal-ftuħ u għal darb'oħra fil-finali. Greċja Futbol fil-Greċja
4253
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Ungerija
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija jirrappreżenta lill-Ungerija fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Federazzjoni Ungeriża tal-Futbol. Fl-istorja tiegħu, it-tim Ungeriż rebaħ tliet titli Olimpiċi, spiċċa finalista tellief fit-Tazza tad-Dinja tal-1938 u l-1954, u t-tielet post fil-Kampjonati Ewropej tal-1964. L-Ungerija kienet strumentali għal-logħba tal-futbol fis-snin ħamsin, meta bniet il-pedamenti tal-futbol totali u permezz tat-Tim tad-Deheb tagħhom li kien jinkludi lil-leġġenda Ferenc Puskás huma ddominaw il-futbol internazzjonali ta' dak iż-żmien. Storja It-Tim tad-Deheb Il-futbol Ungeriż huwa aħjar magħruf bħala l-aktar tim formidabbli u ta' influwenza fl-istorja tal-futbol, li rrivoluzzjona din il-logħba. Bi plejers bħal Ferenc Puskás, Sándor Kocsis, József Bozsik u Nándor Hidegkuti, dan it-tim żviluppa l-logħba tal-futbol fejn irnexxielu jasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1954 b'rekord rimarkabbli ta' 43 rebħa, 7 pari, u l-ebda telfa mill-15 ta' Ġunju 1952 sat-tmiem ta' din il-mixja pożittiva, fit-18 ta' Frar 1956. L-Ungerija għandha d-distinzjoni unika li tipposta ruħha bl-ikbar numru ta' punti (2173 punt) fir-ratings ta' l-ELO f'Ġunju 1954 flimkien mat-tieni l-iktar b'2153 punt fl-1956; fejn tgħaddi lill-Brażil, l-Ingilterra, l-Arġentina u l-Ġermanja f'kull kompetizzjoni ta' kull żmien. L-Ungeriżi kienu darbtejn fil-finali tat-Tazza tad-Dinja bit-tnejn li huma jitilfuhom; kontra l-Italja fl-1938 (4-2) u kontra l-Ġermanja tal-Punent fl-1954 (3-2), minkejja li rebħu lill-istess Ġermanja tal-Punent 8-3 kmieni fil-kompetizzjoni. It-tim, mibni fuq il-leġġendarju Ferenc Puskás, mar fil-vantaġġ 2-0 fil-partita, imma spiċċaw jitilfu 3-2 f'logħba li l-Ġermaniżi baqgħu jsejħulha bħala "Il-Miraklu ta' Bern" (The Miracle of Bern). F'din il-partiti kien hemm xi żewġ kontroversji: l-ewwel x'ħin Puskas ġab l-iskor indaqs fid-89 minuta imma l-gowl kien imħassar wara offside, u t-tieni meta plejer Ġermaniż għamel foul ċar fuq Kocsis fil-kaxxa tal-gowler u l-Ungerija ma ngħatatx penalty. L-Ungerija rebħet id-deheb fl-Olimpjadi tliet darbiet: fl-1952, fl-1964 u fl-1968. It-tim ta' taħt it-23 sena, li kienet l-età limitu għat-timijiet ta' l-Olimpjadi, rebħu l-Kampjonat tal-UEFA ta' taħt it-23 sena fl-1974. Mill-1976, it-tim beda jikkompeti bħala parti mit-tim ta' taħt il-21 sena. Rekords Il-logħba bejn l-Awstrija u l-Ungerija, fi Vjenna fl-1902, kienet l-ewwel logħba internazzjonali bejn żewġ pajjiżi li ma kinux Brittaniċi. L-Ungerija kienet l-ewwel tim, minn barra l-Gżejjer Brittaniċi, li rebħet lill-Ingilterra ġewwa l-Ingilterra stess. Hi kienet rebħet bl-iskor kbir ta' 6-3 f'Wembley fil-25 ta' Novembru 1953. Din ir-rebħa kellha sinjifikat mondjali hekk kif din waqfet il-mixja pożittiva ta' l-Ingilterra li kienet ilha sejra minn meta twaqqfet l-assoċċazzjoni tal-futbol fl-1863. Huma rebħa l-Ingilterra 7-1, din id-darba f'Budapest sena wara, fl-1954. Din it-telfa tibqa' bħala l-ikbar telfa għall-Ingilterra. L-Ungerija żżomm ir-rekord ta' l-iktar partiti mingħajr telfa bi 33 logħba internazzjonali bejn l-14 ta' Mejju 1950 u l-4 ta' Lulju 1954, meta tilfu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ġermanja. Dan ir-rekord għadu mhux miksur sa Jannar ta' l-2007. L-Arġentina u Spanja jżommu t-tieni l-itwal żmien ta' bla telfa - 31 partita (l-Arġentina bejn l-1991 u l-1993, u Spanja bejn l-1994 u l-1998). Ħoloq esterni Lista tal-logħbiet internazzjonali fuq RSSSF Ungerija Futbol fl-Ungerija
4255
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20ta%27%20Kap
Senġi ta' Kap
Is-Senġi ta' Kap (Elephantulus edwardii) huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea. Elephantulus edwardii huwa speċi endemika li tinstab f'pajjiż wieħed, l-Afrika t'Isfel. Għalkemm mhux abbundant, dan is-senġi huwa mifrux ma' arja kbira ta' aktar minn 130,000 km². Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Elephantulus Senġi ta' Kap, Elephantulus edwardii Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Afrotheria Specialist Group – Infromazzjoni fuq is-Senġi Elephantulus edwardii Senġi
4257
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20ta%27%20saqaj%C4%A7%20skuri
Senġi ta' saqajħ skuri
Senġi Is-Senġi ta' saqajħ skuri Elephantulus fuscipes, huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir ta' l-ordni Macroscelidea. Dan is-senġi jippreferi s-savana u għalkemm imniżżel bħala "Data deficient" iġifieri hemm nuqqas ta' informazjoni, huwa maħsub li m'huwiex fil-periklu, għaliex parti mill-firxa tas-senġi ta' saqajħ skuri qiegħda f'żona protetta. Distribuzzjoni Elephantulus fuscipes għandu distribuzjoni żgħira mifruxa ma' 3 pajjiżi afrikani li huma, Republika Demokratika tal-Kongo, Sudan u Uganda. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Elephantulus Senġi ta' saqajħ skuri, Elephantulus fuscipes Referenzi IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 26 October 2006.Elephantulus fuscipes. Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 84. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq Esterni Afrotheria Specialist Group - Infromazzjoni fuq is-Senġi.
4259
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20skur
Senġi skur
Is-Senġi skur (magħruf xjentifikament bħala Elephantulus fuscus) huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea. Dan is-senġi jippreferi savana bi ftit siġar u għalkemm għandu firxa ristretta ħafna u mniżżel bħala "speċi b'informazzjoni insuffiċjenti", jiġifieri hemm nuqqas ta' informazjoni (speċjalment dwar l-ambjent li jgħix fih u l-abbundanza tal-ispeċi), huwa maħsub li m'huwiex fil-periklu, għaliex parti mill-firxa tas-senġi skur qiegħda f'żona protetta. Elephantulus fuscus għandu distribuzzjoni żgħira ħafna mifruxa ma' tliet pajjiżi Afrikani li huma l-Malawi, Możambikk u ż-Żambja. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Elephantulus Senġi skur, Elephantulus fuscus Referenzi Elephantulus fuscus fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN Skur
4261
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sen%C4%A1i%20tas-Somalja
Senġi tas-Somalja
Senġi Is-Senġi tas-Somalja Elephantulus revoili, huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir ta' l-ordni Macroscelidea. Elephantulus revoili huwa speċi endemika (speċi li tinstab f'pajjiż wieħed biss) tas-Somalja u hemm ftit li xejn tagħrif dwar dan is-senġi. Distribuzzjoni Dan is-senġi mifrux mal-kosta tat-Tramuntana tas-Somalja u jinstab f'dan il-pajjiż biss. Klassifikazzjoni Ordni Macroscelidea Familja Macroscelididae Ġeneru Elephantulus Senġi tas-Somalja, Elephantulus revoili Referenzi IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 26 October 2006.Elephantulus revoili. Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 84. ISBN 0-801-88221-4. Ħoloq Esterni Afrotheria Specialist Group - Infromazzjoni fuq is-Senġi.
4269
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Irlanda
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Irlanda
{| class="toccolours" style="float: right; margin: 0 0 1em 1em;" |colspan="2" style="background: #efefef; text-align: center;"| Repubblika Irlandiża |- |- style="vertical-align:top;" !colspan=2| |- style="vertical-align:top;" | Assoċċazzjoni | Football Association of Ireland |- style="vertical-align:top;" | Konfederazzjoni | UEFA, (Ewropa) |- style="vertical-align:top;" | Kowċ | Steve Staunton, flimkien ma Sir Bobby Robson |- style="vertical-align:top;" | Asst Kowċ| Kevin MacDonald |- style="vertical-align:top;" | Captain| Robbie Keane |- style="vertical-align:top;" | L-Aktar Dehriet| Steve Staunton (102) |- style="vertical-align:top;" | L-Aktar Gowls| Robbie Keane (31) |- style="vertical-align:top;" | Grawnd Nazzjonali| Croke Park (Lansdowne Road qiegħed jittranġa) |- style="vertical-align:top;" | L-Ewwel Internazzjonali| Stat Liberu ta' l-Irlanda 1 - 0 Bulgarija (Colombes, Franza; 28 ta' Mejju, 1924) |- style="vertical-align:top;" | L-Ikbar Rebħa| Repubblika Irlandiża 8 - 0 Malta (Dublin, Irlanda; 16 ta' Novembru, 1983) |- style="vertical-align:top;" | L-Ikbar Telfa| Brażil 7 - 0 Repubblika Irlandiża (Uberlândia, Brażil; 27 ta' Mejju, 1982) |}L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża hu t-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża, li hu wieħed miż-żewġ timijiet nazzjonali ta' l-Irlanda, bit-tim l-ieħor ikun ta' l-Irlanda ta' Fuq. Hu hu mmexxi mill-Football Association of Ireland u hu membru tal-UEFA u l-FIFA. Alavolja kienu nvoluti fil-kompetizzjoni internazzjonali mill-1930, it-tim qatt ma kwalifika għal xi kompetizzjoni ta' importanza, imma wara l-Euro 1988 fil-Ġermanja huma rnexxielhom jagħmlu suċċess. Huma waslu sal-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1990 u waslu wkoll sat-tieni rawnd tat-Tazza tad-Dinja 1994 u l-edizzjoni ta' l-2002. Storja L-Istat Ħieles tal-Irlanda Bejn l-1882 u l-1924 l-Irlanda kienet irrapreżentata minn tim nazzjonali wieħed organizzat minn Belfast - ibbażat bħala l-Irish Football Association. Imbagħad fl-1920 l-Irlanda nqasmet bħala l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda t'Isfel. Fl-1922, l-Irlanda t'Isfel saret l-Istat Ħieles tal-Irlanda, biex imbagħad saret ir-Repubblika ta' l-Irlanda. Minħabba din il-bidla fis-sistemà politika, il-Football Association of Ireland (FAI) bdiet minn Dublin fl-1921 u bdiet torganizza kemm l-kampjonat nazzjonali u anki t-tim nazzjonali tagħha. Fl-1923 il-FAI kienet rikonoxxuta mill-FIFA bħala l-assoċċazzjoni li tiggwida l-futbol fl-Istat Liberu ta' l-Irlanda, u fl-Olimpjadi ta' l-1924 fi Stade Olympique, huma rebħu 1-0 lill-Bulgarija, bil-plejer Paddy Duncan jiskorja l-ewwel gowl li qatt skorja t-tim. Fl-14 ta' Ġunju 1924, l-Istat Ħieles ta' l-Irlanda għamel id-debutt tiegħu ġewwa daru meta rebaħ lill-Istati Uniti 3-1 bi tripletta ta' Ed Brookes. L-Istat Ħieles Irlandiż kellhom jistennew sal-21 ta' Marzu 1926 biex jilagħbu l-partita li jmiss. Din kienet partita barra minn darhom kontra l-Italja fejn tilfu 3-0. Din kienet l-ewwel partita internazzjonali fejn hiha kien hemm plejers professjonali. Fil-25 ta' Frar 1934, huma għamlu d-debutt fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta spiċċaw pari ta' 4-4 kontra l-Belġju fil-fażi ta' kwalifikazzjoni f'Daymount Park. Paddy Moore skorja erba' gowls għat-tim u sar l-ewwel plejer li qatt skorja erba' gowls f'logħba tat-Tazza tad-Dinja Grawnd Sa l-1980, ħafna mil-logħob li lagħbu f'darhom intalgħbu ġewwa Lansdowne Road f'Dublin, il-grawnd nazzjonali tat-tim tar-rugby. Dan il-grawnd huma magħluq minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li se jkomplu sa l-2009. L-ewwel logħba internazzjonali kienet logħba ta' ħbiberija kontra l-Italja fl-1971; ir-rebħa ta' 5-0 kontra San Marino fil-15 ta' Novembru 2006, kienet l-aħħar logħba li ntlagħbet f'dan il-grawnd. Il-grawnd jesa' aktar minn 36,000 persuna. Il-kostruzzjoni li qed issir se testendi l-kapaċità ta' dan il-grawnd għal 50,000. Xi ftit mil-logħob ta' l-1980 tar-Repubblika Irlandiża ntlagħbu f'Daymount Park u l-aħħar partita li saret f'dan il-grawnd kienet fl-1990 kontra l-Marokk. It-tim lagħab ukoll xi partiti f'daru f'Tolka Park (darbtejn) u fir-Royal Dublin Society f'Dublin u kif ukoll f'Mardyke u fi Flower Lodge. Croke Park Minħabba l-proġetti fuq il-Lansdowne Road, grawnd ġdid kellu jospita l-logħob internazzjonali ta' l-Irlanda. L-uniku grawnd kapaċi li jospita futbol internazzjonali fih huwa Croke Park. Inizjalment, erba' logħbiet għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2008 sejrin jintlagħbu fi Croke Park matul l-2007. L-Iskwadra ta' l-Irlanda Din hija l-iskwadra nazzjonali Kroata li qed tikkompeti għall-Euro 2008.Gowlers: Shay Given Nick Colgan Colin DoyleDifensuri: Steve Finnan John O'Shea Richard Dunne Stephen Kelly Paul McShane Kevin FoleyMidfielders: Kevin Kilbane Lee Carsley Andy Reid Aiden McGeady Jonathan Douglas Stephen Hunt Stephen Ireland Darren Potter Darron GibsonAttakkanti:''' Robbie Keane (c) Kevin Doyle Shane Long Daryl Murphy Andy Keogh Storja tal-Kompetizzjonijiet Tazza tad-Dinja 1930 - Ma ħaditx sehem 1934 sa l-1986 - Ma kkwalifikatx 1990 - Kwarti tal-Finali 1994 - L-Aħħar Sittax 1998 - Ma kkwalifikatx 2002 - L-Aħħar Sittax 2006 - Ma kkwalifikatx Kampjonati Ewropej 1960-1984 - Ma kkwalifikatx 1988 - L-Ewwel Rawnd 1968 - Ma ħaditx sehem 1992-2004 - Ma kkwalifikatx'' Plejers Plejers famużi tal-passat L-Aktar Apparenzi L-Aktar Gowls Ħoloq Oħra Minn RSSSF: Riżultati Internazzjonali Informazzjoni fuq ir-Rekords tal-Plejers Kowċis tat-tim mill-1969 Irlanda Irlanda Futbol fl-Irlanda
4271
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-I%C5%BCrael
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżrael
Ġeografikament, l-Iżrael jagħmel parti ma' l-Asja, iżda huwa membru tal-UEFA l-għaqda li tieħu ħsieb il-futbol Ewropew. Fis-16 ta' Marzu 1934 hu l-jum li lagħab l-ewwel darba l-Iżrael, iżda dak iż-żmien it-tim kien jismu Palestina/Erets Yisrael u kien lagħab kontra l-Eġittu (Eġittu 7 - 1 Palestina/Erets Yisrael). B'hekk nistgħu ngħidu li l-ewwel logħba uffiċjali bl-isem t'Iżrael biss kienet dik tas-26 ta' Settembru 1948 kontra l-Istati Uniti (Stati Uniti 3 - 1 Iżrael). Bħala l-agħar logħob nsibu tnejn, dik li kienet l-ewwel logħba kontra l-Eġittu bl-isem ta' Palestina/Erets Yisrael; u l-oħra ntlagħbet fit-13 ta' Frar 2002 kontra t-tim Ġermaniż (Ġermanja 7 - 1 Iżrael). Imma l-ikbar rebħa li għamlu kienet bi skor ikbar minn dak ta' l-agħar żewġ telfiet, għax fit-23 ta' Marzu 1988 rebħu lit-tim ta' Tajwan bl-iskor ta' 9 b'xejn (Iżrael 9 - 0 Tajwan). Fit-Tazza tad-Dinja, Iżrael ħa sehem darba biss fl-1970 meta dak iż-żmien ma kienx membru tal-UEFA, iżda ta' l-għaqda Asjatika tal-futbol. Informazzjoni oħra dwar dan it-tim bil-laqam ta' The Holy XI (Il-Ħdax Imqaddsa): Assoċjazzjoni: Israel Football Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol t'Iżrael) Il-Kowċ Attwali: Dror Kashtan (2006- ) It-Top Scorer: Mordechal Spiegler (b'32 gowl) Il-Kodiċi tal-FIFA: ISR Ir-Ranking tal-FIFA: 22 post L-Aħjar Ranking: 20 post (Ġunju ta' l-2008) L-Agħar Ranking: 71 post (Settembru ta' l-1993) Ir-Ranking tal-Elo: 42 Iżrael
4272
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Italja
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja (bit-Taljan: Nazionale di calcio dell'Italia) jirrappreżenta lill-Italja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Federazione Italiana Giuoco Calcio. L-Italja hija fost l-aktar timijiet nazzjonali ta' suċċess fl-istorja tal-futbol u tat-Tazza tad-Dinja fejn rebħet erba' titli u dehret f'żewġ finali oħra. L-Italja rebħet ukoll żewġ Kampjonati Ewropej u dehret f'żewġ finali oħra ta' dan it-turnew kontinentali. It-tim huwa magħruf bħala gli Azzurri (il-Koħol) minħabba li l-ikħal huwa l-kulur komuni wżat għat-timijiet nazzjonali tal-Italja u tradizzjonalment huwa l-kulur tad-Dar ta' Savojja li kienet tirrenja fuq ir-Renju tal-Italja. Fl-1938, l-Italja saret l-ewwel tim nazzjonali li żammet it-titlu mirbuħ f'edizzjoni preċedenti u żammitu għal tnax-il sena minħabba l-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Minbarra l-prestazzjoni fit-Tazza tad-Dinja, l-Italja rebħet ukoll midalja tad-deheb fl-Olimpjadi. Ħoloq esterni Italja Futbol fl-Italja
4273
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Ka%C5%BCakistan
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Każakistan
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Każakistan huwa r-rappreżentazzjoni nazzjonali tal-futbol tal-Każakistan u hu mmexxi mill-Federazzjoni Każakistana. Huma nfirdu mit-tim nazzjonali tal-Unjoni Sovjetika wara l-indipendenza fl-1991 u ngħaqdu l-konfederazzjoni Ażjatika. Wara li naqsu li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 1998 u 2002 huma ngħaqdu mal-UEFA. Ħoloq esterni Lista ta' logħbiet internazzjonali sal-2008 fuq RSSSF Każakistan Futbol fil-Każakistan
4275
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ochotona%20%28sotto%C4%A1eneru%29
Ochotona (sottoġeneru)
Ochotona huwa sottoġeneru ta' mammiferu (il-piki tal-isteppa), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Ochotonidae, fil-ġeneru Ochotona, b'disa' speċi ħajjin. Lista tal-ispeċi tas-sottoġeneru Ochotona Sottoġeneru Ochotona: piki tal-isteppa Pika ta' Gansu jew Pika Griża, Ochotona cansus Pika tax-xofftejn suwed, Ochotona curzoniae Pika ta' Daurian, Ochotona dauurica Pika ta' Tsing-ling, Ochotona huangensis Pika ta' Nubra, Ochotona nubrica Pika tal-isteppa, Ochotona pusilla Pika tal-Afganistan, Ochotona rufescens Pika ta' Moupin, Ochotona thibetana Pika ta' Thomas, Ochotona thomasi Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorpha
4277
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20%28sotto%C4%A1eneru%29
Pika (sottoġeneru)
Pika huwa sottoġeneru ta' mammiferi fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Ochotonidae, fil-ġeneru Ochotona, bi tmien speċi ħajjin. Klassifikazzjoni Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana Pika Alpina, Ochotona alpina Pika tal-fidda, Ochotona argentata Pika tal-kullar, Ochotona collaris Pika ta' Hoffmann, Ochotona hoffmanni Pika tat-Tramuntana jew Pika tas-Siberja, Ochotona hyperborea Pika ta' Pallas, Ochotona pallasi Pika Amerikana, Ochotona princeps Pika ta' Turuchan, Ochotona turuchanensis Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (16 ta' Novembru 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press, 185-211. . Lagomorpha
4280
https://mt.wikipedia.org/wiki/Prolagus
Prolagus
Lagomorpha Prolagus huwa ġeneru ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament il-prolagi jew il-pika ta' Sardinja), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Prolagidae, u b' bosta speċi kollha estinti. (għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Pika ta' Sardinja) Lista ta' l-ispeċijiet tal-ġeneru Prolagus Ġeneru Prolagus (Pomel, 1853) (estint) Prolagus aeningensis Prolagus aguilari Prolagus apricenicus Prolagus bilobus Prolagus crusafonti Prolagus fortis Prolagus imperialis Prolagus italicus Prolagus major Prolagus michauxi Prolagus oeningensis Prolagus osmolskae Prolagus praevasconiensis Prolagus sardus Prolagus schnaitheimensis Prolagus sorbinii Prolagus tobieni Prolagus vasconiensis Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Prolagus sardus . 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006.
4281
https://mt.wikipedia.org/wiki/Leporidae
Leporidae
Leporidae hija familja ta' mammiferi ta' fniek u liebri (jew kif jissejħu wkoll flimkien leporidi) fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, bi 11-il ġeneru b'rappreżentanti ħajjin u b'kollox mhux anqas minn 60 speċi ħajja. Speċi ħajjin Familja Leporidae: fniek u liebri Ġeneru Pentalagus Fenek ta' Amami jew Fenek ta' Ryukyu, Pentalagus furnessi Ġeneru Bunolagus Fenek tax-xmara, Bunolagus monticularis Ġeneru Nesolagus Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra, Nesolagus netscheri Fenek tal-istrixxi ta' Annam, Nesolagus timminsi Ġeneru Romerolagus Fenek tal-vulkan jew Teporingo, Romerolagus diazi Ġeneru Brachylagus Fenek pigmew, Brachylagus idahoensis Ġeneru Sylvilagus Sottoġeneru Tapeti Fenek tal-art mistgħadra, Sylvilagus aquaticus Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti, Sylvilagus brasiliensis Fenek ta' denbu qotni ta' Dice, Sylvilagus dicei Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus Fenek tal-bassasa, Sylvilagus palustris Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Veneżwela, Sylvilagus varynaensis Sottoġeneru Sylvilagus Fenek ta' denbu qotni tad-deżert, Sylvilagus audubonii Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, Sylvilagus cognatus Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku, Sylvilagus cunicularis Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus Fenek tat-Tres Marias, Sylvilagus graysoni Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji, Sylvilagus nuttallii Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach, Sylvilagus obscurus Fenek robust, Sylvilagus robustus Fenek ta' denbu qotni tal-Ingilterra l-Ġdida, Sylvilagus transitionalis Sottoġeneru Microlagus Fenek xkupilja, Sylvilagus bachmani Fenek xkupilja ta' San Jose, Sylvilagus mansuetus Ġeneru Oryctolagus Fenek Ewropew, Oryctolagus cuniculus Ġeneru Poelagus Fenek ta' Bunyoro, Poelagus marjorita Ġeneru Caprolagus Fenek ta' Assam jew Liebru ispidu, Caprolagus hispidus Ġeneru Pronolagus Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal, Pronolagus crassicaudatus Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson, Pronolagus randensis Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith, Pronolagus rupestris Liebru l-ġebel aħmar ta' Hewitt, Pronolagus saundersiae Ġeneru Lepus Sottoġeneru Macrotolagus Liebru antilop, Lepus alleni Sottoġeneru Poecilolagus Liebru taż-żarbuna tas-silġ, Lepus americanus Sottoġeneru Lepus Liebru tal-Artiku, Lepus arcticus Liebru tal-Alaska, Lepus othus Liebru tal-muntanji, Lepus timidus Sottoġeneru Proeulagus Liebru ta' denbu iswed, Lepus californicus Liebru tal-ġnub bojod, Lepus callotis Liebru ta' Kap, Lepus capensis Liebru ta' Tehuantepec, Lepus flavigularis Liebru iswed, Lepus insularis Liebru tax-xgħari, Lepus saxatilis Liebru tad-deżert, Lepus tibetanus Liebru ta' Tolai, Lepus tolai Sottoġeneru Eulagos Liebru xkupa, Lepus castroviejoi Liebru ta' Yunnan, Lepus comus Liebru Korean, Lepus coreanus Liebru Korsikan, Lepus corsicanus Liebru Ewropew, Lepus europaeus Liebru ta' Granada, Lepus granatensis Liebru Manċurjan, Lepus mandshuricus Liebru sufi, Lepus oiostolus Liebru tal-altipjan tal-Etjopja, Lepus starcki Liebru ta' denbu abjad, Lepus townsendii Sottoġeneru Sabanalagus Liebru Etjopjan, Lepus fagani Liebru tas-savana Afrikana, Lepus microtis Sottoġeneru Indolagus Liebru ta' Hainan, Lepus hainanus Liebru Indjan, Lepus nigricollis Liebru ta' Burma, Lepus peguensis Sottoġeneru Sinolagus Liebru Ċiniż, Lepus sinensis Sottoġeneru Tarimolagus Liebru ta' Yarkand, Lepus yarkandensis Sottoġeneru incertae sedis Liebru Ġappuniż, Lepus brachyurus Liebru Abissinjan, Lepus habessinicus Speċi estinti Familja Leporidae: fniek u liebri Ġeneru Paranotolagus (Miller u Carranza-Castaneda 1982) Paranotolagus complicatus (Miller u Carranza-Castaneda 1982) Ġeneru Aluralagus (Downey, 1968) Aluralagus bensonensis (Downey, 1968) Aluralagus virginiae (Downey, 1970) Ġeneru Agispelagus Agispelagus simplex (Argyropulo, 1940) Agispelagus youngi (Gureev, 1960) Ġeneru Alilepus (Dice, 1931) Alilepus browni (White, 1991) Alilepus hibbardi (White, 1991) Alilepus vagus (Gazin, 1934) Alilepus wilsoni (White, 1991) Ġeneru Gobiolagus (Burke, 1941) Gobiolagus andrewsi (Burke, 1941) Gobiolagus tolmachovi (Burke, 1941) Gobiolagus major (Burke, 1941) Gobiolagus lii (Zhang, Dawson, & Huang, 2001) Gobiolagus burkei (Meng, Hu & Li, 2005) Ġeneru Lepoides (White, 1988) Lepoides lepoides (White, 1988) Ġeneru Litolagus (Dawson, 1958) Litolagus molidens (Dawson, 1958) Ġeneru Megalagus (Walker, 1931) Sottoġeneru Incertae sedis Megalagus abaconis (Hayes, 2000) Megalagus dawsoni (Black, 1961) Megalagus primitivus (Dawson, 1958) Sottoġeneru Megalagus Megalagus brachyodon (Burke, 1936) Megalagus turgidus (White, 1988) Sottoġeneru Tachylagus (Storer, 1992) Megalagus gawneae (Storer, 1992) Ġeneru Trischizolagus (Radulesco u Samson, 1967) Trischizolagus maritsae (de Bruijn et al., 1970) Trischizolagus dumitrescuae (Radulesco u Samson, 1967) Ġeneru Panolax (Cope, 1874) Panolax sanctaefidei (Cope, 1874) Ġeneru Notolagus (Wilson, 1938) Notolagus lepusculus (Hibbard u Riggs 1949) Notolagus velox (Wilson, 1938) Ġeneru Procaprolagus (Gureev, 1960) Procaprolagus gazini (Storer, 1984) Procaprolagus vusillus (Storer, 1984) Ġeneru Lagotherium Lagotherium beremendense Ġeneru Pliolagus (Kormos, 1934) Pliolagus beremendensis (Kormos, 1934) Pliolagus multiplicatus (Erbajeva, 1976) Pliolagus tothi (Kretzoi, 1941) Pliolagus transbaicalicus (Erbajeva, 1976) Ġeneru Pliopentalagus (Gureev & Konkova, 1964) Pliopentalagus moldaviensis (Gureev & Konkova, 1964) Ġeneru Pliosiwalagus (Patnaik, 2001) Pliosiwalagus sivalensis (Major, 1899) Pliosiwalagus whitei (Patnaik, 2001} Ġeneru Pratilepus (Hibbard, 1939) Pratilepus kansasensis (Hibbard, 1939) Ġeneru Pronotolagus (White, 1991) Pronotolagus albus (Voorheis u Timperley, 1997) Pronotolagus apachensis (White, 1991) Pronotolagus nevadensis (Kelly, 2000) Pronotolagus whitei (Korth, 1998) Ġeneru Serengetilagus (Dietrich, 1941) Serengetilagus praecapensis (Dietrich, 1941) Ġeneru Shamolagus (Burke, 1941) Shamolagus franconicusShamolagus grangeri (Burke, 1941)Shamolagus medius (Burke, 1941) Ġeneru Strenulagus Strenulagus shipigouensis (Tong & Lei, 1987) Ġeneru Valerilagus (Shevyreva, 1995) Valerilagus reshetovi (Shevyreva, 1995) Ġeneru Veterilepus (Radulesco u Samson, 1967)Veterilepus hungaricus (Kormos, 1934)Veterilepus lascarevi (Radulesco u Samson, 1967) Ġeneru Gripholagomys (Green, 1972)Gripholagomys lavocati'' (Green, 1972) Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (16 ta' Novembru, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-8018-8221-4. Id-Databażi Palebijoloġika Lagomorpha
4284
https://mt.wikipedia.org/wiki/Nesolagus
Nesolagus
Nesolagus huwa ġeneru ta' mammiferi (il-fniek), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, ma' għaxar ġeneri oħra b'rappreżentanti ħajjin (Pentalagus, Bunolagus, Romerolagus, Brachylagus, Sylvilagus, Poelagus, Oryctolagus, Lepus, Caprolagus, u Pronolagus) u b'żewġ speċi ħajjin. Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Nesolagus Ġeneru Nesolagus Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra, Nesolagus netscheri Fenek tal-istrixxi ta' Annam, Nesolagus timminsi Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, Lagomorpha
4292
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tapeti%20%28sotto%C4%A1eneru%29
Tapeti (sottoġeneru)
It-Tapeti huwa sottoġeneru ta' mammiferi (il-fniek), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, fil-ġeneru Sylvilagus ma' żewġ sottoġeneri oħra (Sylvilagus u Microlagus), b'sitt speċi ħajjin. Lista tal-ispeċi tas-sottoġeneru Tapeti Ġeneru Sylvilagus Sottoġeneru Tapeti Fenek tal-art mistgħadra, Sylvilagus aquaticus Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti, Sylvilagus brasiliensis Fenek ta' denbu qotni ta' Dice, Sylvilagus dicei Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus Fenek tal-bassasa, Sylvilagus palustris Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Veneżwela, Sylvilagus varynaensis Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorpha
4296
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pronolagus
Pronolagus
Pronolagus huwa ġeneru ta' mammiferi (il-fniek ħomor jew liebri l-ġebel), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, ma' għaxar ġeneri oħra b'rappreżentanti ħajjin (Bunolagus, Nesolagus, Romerolagus, Brachylagus, Sylvilagus, Poelagus, Oryctolagus, Lepus, Pentalagus, u Caprolagus) u b'erba' speċi estanti. Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Pronolagus Ġeneru Pronolagus Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal, Pronolagus crassicaudatus Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson, Pronolagus randensis Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith, Pronolagus rupestris Liebru l-ġebel aħmar ta' Hewitt, Pronolagus saundersiae Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Lagomorpha
4303
https://mt.wikipedia.org/wiki/Marrara
Marrara
Il-marrara hija organu forma ta' lanġasa li jesa' madwar 50 mL ta' bili (bile) sakemm dan jiġi użat għad-diġestjoni. Il-marrara hija twila 7-10 ċm fil-bniedem, u għandha kulur aħdar skur minħabba l-kontenut tagħha u mhux minħabba l-kulur tat-tessut. Hija mqabbda mal-fwied u d-duwodenu (duodenum) permezz tat-tratt biljari. Sistema diġestiva
4309
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sistema%20di%C4%A1estiva
Sistema diġestiva
It-tratt gastrointestinali jew it-tratt diġestiv, ukoll riferut bħala l-kanal alimentari jew il-GIT, huwa sistema ta' organi fl-annimali li jirċievi l-ikel, jiddiġerih sabiex joħroġ minnu l-enerġija u n-nutrienti u jespella l-fdalijiet. Dan il-proċess kollu huwa magħruf bħala diġestjoni. Il-tratt gastrointestinali, huwa differenti minn annimal għal ieħor. Per eżempju, ċerti annimali għandhom stonku li huwa mqassam fi kmajjar.
4311
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Latvja
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Latvja
Il-Latvja wieħed mill-pajjiżi fil-Lvant ta' l-Ewropa, beda jidher fix-xena tal-futbol internazzjonali mill-24 ta' Settembru 1922, meta lagħab kontra l-Estonja u spiċċaw parità (Latvja 1 - 1 Estonja). L-ikbar rebħa li għamlet il-Latvja kienet kontra l-Litwanja, meta fit-30 ta' Mejju 1935, it-tim Latvjan skurja sitt gowls (Latvja 6 - 1 Litwanja). Iżda jekk insemmu l-agħar telfa bilfors irridu nsemmu dik tad-29 ta' Mejju 1927 kontra l-Isvezja (Svezja 12 - 0 Latvja). S'issa l-Latvja għadha qatt ma ħadet sehem fit-Tazza tad-Dinja, iżda fl-2004 ħadet sehem għall-ewwel darba fil-European Championship Cup. Informazzjoni dwar it-tim Latvjan tal-futbol: Assoċjazzjoni: Latvian Football Association (L-Assoċjazzjoni Latvjana tal-Futbol) Il-Kowċ Attwali: Jurijs Andrejevs (2004- ) It-Top Scorer: Eriks Pètersons (b'24 gowl) Il-Kodiċi tal-FIFA: LVA Ir-Ranking tal-FIFA: 90 post L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 51 post (Diċembru ta' l-2003) L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 107 post (Frar ta' l-2002) Ir-Ranking tal-Elo: 83 Skwadra L-iskwadra magħżula għal-logħba kontra l-Liechtenstein. Ħoloq esterni Sit Uffiċjali Latvja Futbol fil-Latvja
4312
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Liechtenstein
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Liechtenstein
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Liechtenstein huwa r-rappreżentazzjoni internazzjonali fid-dixxiplina tal-futbol għal-Liechtenstein. L-ewwel logħba tat-tim kienet waħda mhux uffiċjali kontra Malta ġewwa Seoul, dro ta' 1–1 fl-1981. L-ewwel logħba uffiċjali kienet kontra l-Iżvizzera nhar id-9 ta' Marzu 1982 fit-telfa ta' 1–0. L-ikbar rebħa wettaqha meta lagħab kontra l-Lussemburgu fit-13 ta' Ottubru 2004, fejn rebaħ 4–0. Iżda fid-9 ta' Novembru 1996 sofra l-agħar telfa kontra t-tim tal-Maċedonja meta tilef 11–1, riżultat li hu wkoll l-ikbar rebħa tal-Maċedonja sal-lum il-ġurnata. Ħoloq esterni Arkivju tar-riżultati internazzjonali mill-1981 fuq RSSSF Liechtensteiner Fussballverbund Liechtenstein Futbol fil-Liechtenstein
4315
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lepus%20%28sotto%C4%A1eneru%29
Lepus (sottoġeneru)
Lagomorpha Lepus huwa sottoġeneru (jew ġeneru ara Lepus) ta' mammiferi (il-liebri), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, fil-ġeneru Lepus stess ma' 8 sottoġeneri oħra (Macrotolagus, Poecilolagus, Proeulagus, Eulagos, Sabanalagus, Indolagus, Sinolagus, Tarimolagus) bi 3 speċijiet ħajjin. (għal aktar informazzjoni ara l-artikli Liebru, jew Lagomorfu) Lista ta' l-ispeċijiet tas-sottoġeneru Lepus Ġeneru Lepus Sottoġeneru Lepus Liebru tal-Artiku, Lepus arcticus Liebru tal-Alaska, Lepus othus Liebru tal-muntanji, Lepus timidus Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-801-88221-4.
4318
https://mt.wikipedia.org/wiki/Proeulagus
Proeulagus
Proeulagus huwa sottoġeneru ta' mammiferi (il-liebri), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, fil-ġeneru Lepus ma' tmien sottoġeneri oħra (Lepus, Macrotolagus, Poecilolagus, Eulagos, Sabanalagus, Indolagus, Sinolagus, Tarimolagus) bi tmien speċi ħajjin. Klassifikazzjoni Ġeneru Lepus Sottoġeneru Proeulagus Liebru ta' denbu iswed, Lepus californicus Liebru tal-ġnub bojod, Lepus callotis Liebru ta' Kap, Lepus capensis Liebru ta' Tehuantepec, Lepus flavigularis Liebru iswed, Lepus insularis Liebru tax-xgħari, Lepus saxatilis Liebru tad-deżert, Lepus tibetanus Liebru ta' Tolai, Lepus tolai Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (16 ta' Novembru, 2005). Wilson, D. E., u Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press, 185-211. . Lagomorpha
4319
https://mt.wikipedia.org/wiki/Eulagos
Eulagos
Eulagos huwa sottoġeneru ta' mammiferi fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, fil-ġeneru Lepus ma' tmien sottoġeneri oħra b'għaxar speċi ħajjin. Lista tal-ispeċi Ġeneru Lepus Sottoġeneru Eulagos Liebru xkupa, Lepus castroviejoi Liebru ta' Yunnan, Lepus comus Liebru Korean, Lepus coreanus Liebru Taljan, Lepus corsicanus Liebru Ewropew, Lepus europaeus Liebru ta' Granada, Lepus granatensis Liebru Manċurjan, Lepus mandshuricus Liebru sufi, Lepus oiostolus Liebru tal-altipjan tal-Etjopja, Lepus starcki Liebru ta' denbu abjad, Lepus townsendii Referenzi Lagomorpha
4320
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sabanalagus
Sabanalagus
Lagomorpha Sabanalagus huwa sottoġeneru ta' mammiferi (il-liebri), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, fil-ġeneru Lepus ma' 8 sottoġeneri oħra (Lepus, Macrotolagus, Poecilolagus, Proeulagus, Eulagos, Indolagus, Sinolagus, Tarimolagus) b' 2 speċijiet ħajjin. (għal aktar informazzjoni ara l-artikli Liebru, jew Lagomorfu) Lista ta' l-ispeċijiet tas-sottoġeneru Sabanalagus Ġeneru Lepus Sottoġeneru Sabanalagus Liebru Etjopjan, Lepus fagani Liebru tas-savana Afrikana, Lepus microtis Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-801-88221-4.
4321
https://mt.wikipedia.org/wiki/Indolagus
Indolagus
Lagomorpha Indolagus huwa sottoġeneru ta' mammiferi (il-liebri), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, fil-ġeneru Lepus ma' 8 sottoġeneri oħra (Lepus, Macrotolagus, Poecilolagus, Proeulagus, Eulagos, Sabanalagus, Sinolagus, Tarimolagus) bi 3 speċi ħajjin. (għal aktar informazzjoni ara l-artikli Liebru, jew Lagomorfu) Lista ta' l-ispeċi tas-sottoġeneru Indolagus Ġeneru Lepus Sottoġeneru Indolagus Liebru ta' Hainan, Lepus hainanus Liebru Indjan, Lepus nigricollis Liebru ta' Burma, Lepus peguensis Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-801-88221-4.
4327
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika
Pika
Il-Piki (singular "Pika") huma it-30 speċi ta' mammiferi tal-familja Ochotonidae (b' hekk jissejħu okotoni ukoll) li hija waħda miż-2 familji li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha li jinkludi fiħ il-fniek u l-liebri (jew kif jissejħu wkoll il-leporidi). L-ispeċijiet kollha ta' piki estanti qegħdin miġburin f'ġeneru 1 biss, il-ġeneru Ochotona. Il-Piki jirreferu għalijhom bl-isem ta' fniek il-ġebel u magħrufa bħala liebri tas-suffara ukoll minħabba l-għajta għolja li jagħmlu biex iwissu lil xulxin b'xi periklu. L-isem Pika jidher li ġej mill-kelma "piika" tal-lingwa Tungus jew saħansitra mill-kelma Russa "pikat'", li tfisser "twerżieqa". Il-Piki huma nattivi ta' klimi kesħin, l-aktar ta' l-Asja, ta' l-Amerika ta' fuq u ta' l-Ewropa tal-Lvant. Il-Piki ta' l-Ewropa u l-Asja normalment jgħixu fi gruppi familjari u jaqsmu x-xogħolijiet tal-ġurnata bejniethom (eż. ġbir ta' ikel u l-għassa għall-periklu). Dawk ta' l-Amerika ta' fuq (eż.Ochotona princeps u Ochotona collaris) huma asoċjali jew solitarji. Il-Piki jilħqu l-quċċata ta' l-attivita tagħhom qabel l-istaġun tax-xitwa. Dawn il-mammiferi ma jorqdux fix-xitwa bħal annimali oħra, għalhekk iridu jaħżnu t-tiben għall-ikel u s-sħana. Il-Piki jagħmlu dan billi jiġbru ħxejjex friski f'munzell barra fix-xemx u kif jinxef dan jinġarr fil-bejtiet taħt l-art għall-ħażna, biex imbagħad jintuża matul ix-xitwa. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana Pika Alpina, Ochotona alpina Pika tal-fidda, Ochotona argentata Pika tal-kullar, Ochotona collaris Pika ta' Hoffmann, Ochotona hoffmanni Pika tat-Tramuntana jew Pika tas-Siberja, Ochotona hyperborea Pika ta' Pallas, Ochotona pallasi Pika Amerikana, Ochotona princeps Pika ta' Turuchan, Ochotona turuchanensis Sottoġeneru Ochotona: piki ta' l-isteppa Pika ta' Gansu jew Pika Griża, Ochotona cansus Pika tax-xofftejn suwed, Ochotona curzoniae Pika ta' Daurian, Ochotona dauurica Pika ta' Tsing-ling, Ochotona huangensis Pika ta' Nubra, Ochotona nubrica Pika ta' l-isteppa, Ochotona pusilla Pika tal-Afganistan, Ochotona rufescens Pika ta' Moupin, Ochotona thibetana Pika ta' Thomas, Ochotona thomasi Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji Pika ħamra taċ-Ċina, Ochotona erythrotis Pika ta' Forrest, Ochotona forresti Pika ta' Gaoligong, Ochotona gaoligongensis Pika ta' Glover, Ochotona gloveri Pika tal-Ħimalaja, Ochotona himalayana Pika ta' Ili, Ochotona iliensis Pika ta' Kozlov, Ochotona koslowi Pika ta' Ladak, Ochotona ladacensis Pika tal-widnejn kbar, Ochotona macrotis Pika ta' Muli, Ochotona muliensis Pika sewda, Ochotona nigritia Pika ta' Royle, Ochotona roylei Pika ħamra tat-Turkestan, Ochotona rutila Ġeneri estinti Ġeneru Piezodus (Viret, 1929) Ġeneru Oklahomalagus (Dalquest et al., 1996) Ġeneru Oreolagus (Dice, 1917) Ġeneru Sinolagomys (Li & Qiu, 1980) Ġeneru Amphilagus (Pomel, 1853) Amphilagus antiquus (Pomel, 1853) Amphilagus fontannesi (Deperet, 1887) Amphilagus ulmensis (Tobien, 1974) Ġeneru Austrolagomys (Stromer, 1926) Austrolagomys hendeyi (Mein u Pickford, 2003) Austrolagomys inexpectatus (Mein u Pickford, 2003) Ġeneru Albertona Albertona balkanica Ġeneru Desmatolagus (Matthew & Granger, 1923) Desmatolagus gobiensis (Matthew & Granger, 1927) Desmatolagus ardynense Desmatolagus robustus Desmatolagus pusillus (Teilhard de Chardin, 1926) Desmatolagus schizopetrus (Dawson, 1965) Desmatolagus vetustus Ġeneru Eurolagus (López-Martínez, 1977) Eurolagus fontannesi (Depéret, 1887) Ġeneru Lagopsis (Schlosser, 1884) Lagopsis verus (Hensel, 1856) Ġeneru Paludotona (Dawson, 1959) Paludotona etruria Ġeneru Marcuinomys (Lavocat, 1951) Marcuinomys spiracensis Ġeneru Titanomys (von Meyer, 1843) Titanomys visenoviensis (von Meyer, 1843) Ġeneru Ochotonoma (Sen, 1998) Ochotonoma anatolia (Sen, 1998) Ġeneru Ochotonoides (Teilhard de Chardin et Young, 1931) Ochotonoides complicidens (Boule et Teilhard de Chardin, 1928) Ochotonoides danubicus (Topachevsky et Scorik, 1977) Ochotonoides kujalnikensis (Topachevsky et Scorik, 1977) Ġeneru Gymnesicolagus (Mein & Adrover, 1982) Gymnesicolagus gelaberti (Mein & Adrover, 1982) Ġeneru Hesperolagomys (Clark et al., 1964) Hesperolagomys fluvlatilis (Storer, 1970) Hesperolagomys galbreathi (Clark et al., 1964) Ġeneru Heterolagus (Crusafont Pairó et al., 1955) (estint) Ġeneru Russellagus (Storer, 1970) Russellagus vonhofi (Storer, 1970) Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-8018-8221-4. Ħoloq Esterni Reuters story on CNN.com: "American pika seen headed toward extinction" The Trek of the Pika "A story complete with sounds of pika calls" Lagomorpha
4333
https://mt.wikipedia.org/wiki/Fenek
Fenek
Il-Fniek huma mammiferi żgħar tal-familja Leporidae ta' l-ordni Lagomorpha, mifruxa mal-biċċa l-kbira tad-dinja. Hemm 10 ġeneri differenti li jiklassifikaw bħala fniek, għalkemm uħud minn dawn magħrufa bħala liebri bl-ismijiet komuni. L-aktar ġeneru ta' suċċess bl-akbar numru ta' speċi huwa Sylvilagus il-fniek ta' denbhom qotni jew kif jissejjħu ukoll denb qotni u denb il-qoton li jiġbor fiħ madwar 16-il speċi. L-aktar speċi komuni hija l-Fenek Ewropew (Oryctolagus cuniculus) u fost l-aktar rari, ristretti ġeografikament u fil-periklu ta' estinzzjoni hemm il-Fenek tax-xmara (Bunolagus monticularis) ta' l-Afrika, l-Fenek tal-vulkan (Romerolagus diazi) tal-Messiku u l-Fenek ta' Amami (Pentalagus furnessi) tal-Ġappun. L-iżgħar speċi hija l-Fenek pigmew (Brachylagus idahoensis) ta' l-Amerika ta' fuq u fost l-isbaħ hemm iż-2 speċi ta' fniek bl-istrixxi tal-ġeneru Nesolagus. Fost il-partikolaritajiet insibu l-Fenek ta' Bunyoro (Poelagus marjorita) fejn il-ġenitali ta' l-irġiel u n-nisa minn barra għandhom l-istess forma u l-5 speċi tal-ġeneri Pronolagus u Caprolagus li għalkemm ħafna drabi jissejħu liebri dawn huma fniek. Dawn l-ispeċi ta' fniek, flimkien mal-liebri tal-ġeneru Lepus u l-piki, jiffurmaw l-ordni kollu Lagomorpha. Id-differenza prinċipali bejn il-fniek u l-liebri hija l-mod kif jitwieldu ż-żrameġ. Waqt li ż-żrameġ tal-liebri jitwieldu b'għajnejhom miftuħa, miksijin bil-pil u ferm attivi minn ftit żmien wara li jaraw id-dawl, dawk tal-fniek jitwieldu għomja, mingħajr pil u totalment dippendenti fuq l-omm. Differenzi oħra b' eċċezzjonijiet żgħar minn uħud mill-ispeċi huma li l-fniek normalment huma iċken, għandhom widnejn iqsar, ma għandhomx marki suwed fil-pil (eż. it-truf tal-widnejn u d-denb) u jgħixu f'bejtiet taħt l-art, fejn fil-każ tal-liebri meta jagħmlu l-bejta din tkun vera sempliċi u ssir f'wiċċ l-art, qalb il-ħaxix għoli. Klassifikazzjoni Il-fniek (flimkien mal-liebri) darba kienu jagħmlu parti mill-ordni Rodentia (ir-rodituri jew gerriema) fis-sottordni Duplicidentata dan sal-1912, meta ġew mifruda u wara miġbura flimkien mal-piki fl-ordni Lagomorpha għalihom biss.L-akbar fenka li qatt instabet ija f'malta gewwa il-lokalita tal-maarsa semewa tiziana vassallo Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Pika: Piki tat-Tramuntana Pika Alpina, Ochotona alpina Pika tal-fidda, Ochotona argentata Pika tal-kullar, Ochotona collaris Pika ta' Hoffmann, Ochotona hoffmanni Pika tat-Tramuntana jew Pika tas-Siberja, Ochotona hyperborea Pika ta' Pallas, Ochotona pallasi Pika Amerikana, Ochotona princeps Pika ta' Turuchan, Ochotona turuchanensis Sottoġeneru Ochotona: Piki tal-isteppe Pika ta' Gansu jew Pika Griża, Ochotona cansus Pika tax-xofftejn suwed, Ochotona curzoniae Pika ta' Daurian, Ochotona dauurica Pika ta' Tsing-ling, Ochotona huangensis Pika ta' Nubra, Ochotona nubrica Pika ta' l-isteppa, Ochotona pusilla Pika tal-Afganistan, Ochotona rufescens Pika ta' Moupin, Ochotona thibetana Pika ta' Thomas, Ochotona thomasi Sottoġeneru Conothoa: Piki tal-muntanji Pika ħamra taċ-Ċina, Ochotona erythrotis Pika ta' Forrest, Ochotona forresti Pika ta' Gaoligong, Ochotona gaoligongensis Pika ta' Glover, Ochotona gloveri Pika tal-Ħimalaja, Ochotona himalayana Pika ta' Ili, Ochotona iliensis Pika ta' Kozlov, Ochotona koslowi Pika ta' Ladak, Ochotona ladacensis Pika tal-widnejn kbar, Ochotona macrotis Pika ta' Muli, Ochotona muliensis Pika sewda, Ochotona nigritia Pika ta' Royle, Ochotona roylei Pika ħamra tat-Turkestan, Ochotona rutila Familja Prolagidae (maħsuba estinta) Ġeneru Prolagus (maħsub estint) Prolagus sardus (maħsuba estinta) Familja Leporidae Sottofamilja Caprolaginae Ġeneru Bunolagus Fenek tax-xmara, Bunolagus monticularis Ġeneru Caprolagus Fenek ta' Assam jew Liebru ispidu, Caprolagus hispidus Ġeneru Pentalagus Fenek ta' Amami jew Fenek ta' Ryukyu, Pentalagus furnessi Ġeneru Pronolagus Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal, Pronolagus crassicaudatus Liebru l-ġebel aħmar ta' Jameson, Pronolagus randensis Liebru l-ġebel aħmar ta' Smith, Pronolagus rupestris Liebru l-ġebel aħmar ta' Hewitt, Pronolagus saundersiae Sottofamilja Leporinae Tribù Romerolagini Ġeneru Brachylagus Fenek pigmew, Brachylagus idahoensis Ġeneru Romerolagus Fenek tal-vulkan jew Teporingo, Romerolagus diazi Tribù Leporini Ġeneru Lepus Sottoġeneru incertae sedis Liebru Ġappuniż, Lepus brachyurus Liebru Abissinjan, Lepus habessinicus Sottoġeneru Macrotolagus Liebru antilop jew Fenek ħmar antilop, Lepus alleni Sottoġeneru Poecilolagus Liebru taż-żarbuna tas-silġ, Lepus americanus Sottoġeneru Lepus Liebru tal-Artiku, Lepus arcticus Liebru tal-Alaska, Lepus othus Liebru tal-muntanji, Lepus timidus Sottoġeneru Proeulagus Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed, Lepus californicus Liebru tal-ġnub bojod jew Fenek ħmar tal-ġnub bojod, Lepus callotis Liebru ta' Kap, Lepus capensis Liebru ta' Tehuantepec jew Fenek ħmar ta' Tehuantepec, Lepus flavigularis Liebru iswed jew Fenek ħmar iswed, Lepus insularis Liebru tax-xgħari, Lepus saxatilis Liebru tad-deżert jew Liebru tar-ramel, Lepus tibetanus Liebru ta' Tolai, Lepus tolai Sottoġeneru Eulagos Liebru xkupa, Lepus castroviejoi Liebru ta' Yunnan, Lepus comus Liebru Korean, Lepus coreanus Liebru Taljan jew Liebru Korsikan, Lepus corsicanus Liebru Ewropew, Lepus europaeus Liebru ta' Granada, Lepus granatensis Liebru Manċurjan, Lepus mandshuricus Liebru sufi, Lepus oiostolus Liebru tal-altipjan ta' l-Etjopja, Lepus starcki Liebru ta' denbu abjad jew Fenek ħmar ta' denbu abjad, Lepus townsendii Sottoġeneru Sabanalagus Liebru Etjopjan, Lepus fagani Liebru tas-savana Afrikana, Lepus microtis Sottoġeneru Indolagus Liebru ta' Hainan, Lepus hainanus Liebru Indjan, Lepus nigricollis Liebru ta' Burma, Lepus peguensis Sottoġeneru Sinolagus Liebru Ċiniż, Lepus sinensis Sottoġeneru Tarimolagus Liebru ta' Yarkand, Lepus yarkandensis Ġeneru Nesolagus Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra, Nesolagus netscheri Fenek tal-istrixxi ta' Annam, Nesolagus timminsi Ġeneru Oryctolagus Fenek Ewropew, Oryctolagus cuniculus Ġeneru Poelagus Fenek ta' Bunyoro, Poelagus marjorita Ġeneru Sylvilagus Sottoġeneru Tapeti Fenek tal-art mistgħadra, Sylvilagus aquaticus Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti, Sylvilagus brasiliensis Fenek ta' denbu qotni ta' Dice, Sylvilagus dicei Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus Fenek tal-bassasa, Sylvilagus palustris Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Veneżwela, Sylvilagus varynaensis Sottoġeneru Sylvilagus Fenek ta' denbu qotni tad-deżert, Sylvilagus audubonii Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, Sylvilagus cognatus Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku, Sylvilagus cunicularis Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus Fenek tat-Tres Marias, Sylvilagus graysoni Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji, Sylvilagus nuttallii Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach, Sylvilagus obscurus Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida, Sylvilagus transitionalis Fenek robust, Sylvilagus robustus Sottoġeneru Microlagus Fenek xkupilja, Sylvilagus bachmani Fenek xkupilja ta' San Jose, Sylvilagus mansuetus Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-8018-8221-4. Ħoloq esterni http://www.rabbit.org/ House Rabbit Society: An international nonprofit organization that rescues rabbits and educates the public on rabbit care and behavior. http://www.muridae.com/rabbits/rabbittalk.html The Language of Lagomorphs http://www.bunniwerks.org/symbols.htm Rabbits as Cultural Symbols in Narrative http://www.bunniwerks.org/lore.htm Rabbits as Archetypal Symbols in Literature Lagomorpha
4338
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20Amerikana
Pika Amerikana
Pika Il-Pika Amerikana (Ochotona princeps) hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurni tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-muntanji fil-Punent ta' l-Amerika ta' fuq, normalment f'għelieqi bil-ġebel 'il fuq jew mal-linja tas-siġar. Din hija speċi komuni u hemm 'il fuq minn 36 sottospeċi, li ħafna minnhom huma popolazzjonijiet iżolati. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Pika. Għalkemm skond l-IUCN Red List of Threatened Species u l-Lagomorph Specialist Group hija mniżżla bħala speċi komuni u għandha stat ta' l-inqas ħsieb (Least Concern), artiklu reċenti fl-aħbarijietta' ħjiel li l-popolazzjoni ta' din l-ispeċi qiegħda tonqos minħabba fatturi varji. Il-Piki bħal din l-ispeċi, li huma sensittivi għal temperaturi sħan huma kkunsidrati bħala l-aħjar sistema ta' twissijja kontra s-sħana globali li qeghda dejjem togħla. Distribuzzjoni Din l-ispeċi mifruxa mal-muntanji fil-Punent ta' l-Amerika ta' fuq, tal-Kanada u l-Istati Uniti. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana Speċi Pika Amerikana, Ochotona princeps Sottospeċi "uħud mis-36+" Ochotona princeps figginsi (Allen, 1912) Ochotona princeps goldmani Ochotona princeps lasalensis Ochotona princeps nevadensis Ochotona princeps nigrescens Ochotona princeps obscura Ochotona princeps princeps (Richardson, 1828) Ochotona princeps saxatilis (Bangs, 1899) Ochotona princeps schisticeps (Merriam, 1889) Ochotona princeps sheltoni Ochotona princeps taylori (Grinnell, 1912) Ochotona princeps tutelata Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona princeps. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006. Database entry includes a brief justification of why this species is of least concern.
4340
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20tal-kullar
Pika tal-kullar
Il-pika tal-kullar (Ochotona collaris) hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurn (attiv matul il-ġurnata) u asoċjali (mhux soċjali jew solitarju), tal-familja Ochotonidae u fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, speċifikament fil-Kanada u l-Istati Uniti, normalment f'ambjent muntanjuż jew bl-irdumijiet. Din hija speċi komuni pjuttost żgħira ta' mhux aktar minn 160 gramma. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn tmien speċi u miġburin fis-sottoġeneru Pika u relatata fil-qrib mal-Pika Amerikana (Ochotona priniceps). Il-Pika tal-kullar timmatura sesswalment fl-età ta' sena u jkollhom botton ta' 2 jew 3 żrameġ fis-sena. Dawn jibqgħu fil-bejta għal bejn wieħed u ieħor 30 jum, ftit ġranet wara jsiru indipendenti u f'qasir żmien dawn jitilqu mill-arja fejn jitwieldu u jinfirdu minn mal-omm biex ifittxu territorju għalihom. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana Speċi Pika tal-kullar, Ochotona collaris Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ochotona collaris fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006 Kullar
4342
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20tat-Tramuntana
Pika tat-Tramuntana
Pika Il-Pika tat-Tramuntana (Ochotona hyperborea) hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurni tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent ta' l-Asja, normalment f' ambjent muntanjuż. Din hija speċi komuni mifruxa fuq territorju vast u tagħmel parti mil-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċijiet li huma miġburin fis-sottoġeneru Pika. Pika tat-Tramuntana adult għandu tul ta' bejn 12.7ċm u 18.6ċm u denb mhux aktar minn 1.2ċm. Din l-ispeċi tbiddel il-pil darbtejn fis-sena u dan ikun ta' lewn kannella fl-aħmar fis-sajf u griż fil-kannella fix-xitwa. Distribuzzjoni Din l-ispeċi mifruxa mit-Tramuntana ta' l-Asja, mil-muntanji Ural sa fit-Tramuntana tal-Ġappun u minn Nofs in-nhar tal-Mongolja għal fil-Manċurja u fit-Tramuntana tal-Koreja ta' fuq. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana Speċi Pika tat-Tramuntana, Ochotona hyperborea Sottospeċi Ochotona hyperborea cinereoflava (Schrenk, 1858) Ochotona hyperborea coreana (Allen & Andrews, 1913) Ochotona hyperborea ferruginea (Schrenk, 1858) Ochotona hyperborea hyperborea (Pallas, 1811) Ochotona hyperborea mantchurica (Thomas, 1909) Ochotona hyperborea normalis (Schrenk, 1858) Ochotona hyperborea uralensis (Flerov, 1927) Ochotona hyperborea yesoensis (Kishida, 1930) Ochotona hyperborea yoshikurai (Kishida, 1932) Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona hyperborea. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006.
4345
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20ta%27%20Pallas
Pika ta' Pallas
Pika Il-Pika ta' Pallas (Ochotona pallasi) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent ta' l-Asja, normalment f'ambjent muntanjuż. Din hija speċi ta' pika komuni mifruxa fuq territorju vast u tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Pika. Il-Pika ta' Pallas għandha rata ta' riproduzzjoni għolja ħafna , minbarra li kapaċi tirriproduċi kemm il boton f'kull stagun, dawn jistgħu jkollhom minn 1 sa saħansitra 13-il żarmuġ. Is-sistema ta' riproduzzjoni tista' tvarja minn sena għal oħra skond il-popolazzjoni u t-territorji disponibbli fil-madwar. Is-sottospeċi Ochotona pallasi pricei minħabba ċerti differenzi fl-imġieba (eż. waqt li s-sottospeċi l-oħra jgħixu qalb il-ġebel, din tħaffer il-bejta tagħha stess taħt l-art), fil-vokalizzazjoni u fir-riproduzzjoni probabilment 'il quddiem ħa tiġi meqjusa bħala speċi. Distribuzzjoni Din l-ispeċi mifruxa fil-kontinent ta' l-Asja, eżattament mal-Kazakistan, Mongolja, Ċina u Russja. Is-sottospeċi Ochotona pallasi sunidica qiegħda fil-periklu u Ochotona pallasi hamica fil-periklu kritiku ta' estinzjoni. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana Speċi Pika ta' Pallas, Ochotona pallasi Sottospeċi Ochotona pallasi hamica (Thomas, 1912) Ochotona pallasi pallasi (Gray, 1867) Ochotona pallasi pricei (Thomas, 1911) Ochotona pallasi sunidica (Ma et al., 1980) Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona pallasi. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006.
4347
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20tal-fidda
Pika tal-fidda
Pika Il-Pika tal-fidda (Ochotona argentata) jew Pika ta' Helan Shan hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha, mill-kontinent Asjatiku. Din hija speċi żgħira pjuttost rari li tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċijiet u miġburin fis-sottoġeneru Pika. Il-Pika tal-fidda ġiet deskritta l-ewwel darba bħala sottospeċi tal-Pika Alpina, iżda din l-ispeċi għandha l-karyotype (2n = 38), il-kulur tal-pil, xi fatturi fl-għadam tar-ras u l-vokalizzazjoni differenti u b'hekk ġiet klassifikata bħala speċi. Il-firxa ta' din il-pika ċkienet drammatikament; dan ġara minħabba d-deforestazjoni katastrofika li ġarrab l-irdum u l-madwar ta' Helan Shan. F'dawn l-aħħar 30 sena l-eżemplari kollha maqbuda ġew minn foresta waħda b'arja ta' 2km b'1.5km viċin ir-raħal ta' Su-i-kou. Skond il-"2006 IUCN Red List of Threatened Species" il-Pika tal-fidda qiegħda mniżżla bħala speċi fil-periklu kritiku ta' estinzjoni. Distribuzzjoni Din l-ispeċi ta' pika tinsab fuq l-irdum ta' Helan Shan biss fil-lokalità ta' Ningxia fiċ-Ċina. Sinonimi "Ochotona helanshanensis", "Ochotona pallasi helanshanensis" u "Ochotona alpina argentata" huma sinonimi ta Ochotona argentata Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana Speċi Pika tal-fidda, Ochotona argentata Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona argentata. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006.
4351
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20Alpina
Pika Alpina
Il-pika Alpina, xjentifikament magħrufa Ochotona alpina, hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mat-Tramuntana tal-kontinent Ażjatiku, normalment f'ambjent muntanjuż u bl-irdumijiet. Din għandha distribuzzjoni vasta mifruxa ma' tliet pajjiżi li huma l-Każakistan, il-Mongolja u r-Russja. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn tmien speċi u li huma miġburin fis-sottoġeneru Pika. Ochotona alpina hija mniżżla mil-Lista Ħamra ta' Speċi Mhedda tal-IUCN bħala speċi komuni b'popolazzjoni stabbli fi stat tal-inqas ħsieb. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana Speċi Pika Alpina, Ochotona alpina Sottospeċi Ochotona alpina alpina (Pallas, 1773) Ochotona alpina changaica (Ognev, 1940) Ochotona alpina cinereofusca (Schrenk, 1858) Ochotona alpina sushkini (Thomas, 1924) Referenzi Ħoloq esterni Ochotona alpina fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006 Pika
4353
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20ta%27%20Hoffmann
Pika ta' Hoffmann
Pika Il-Pika ta' Hoffmann (Ochotona hoffmanni) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi ta' piki, miġburin fis-sottoġeneru Pika. Il-Pika ta' Hoffmann hija speċi relativament ġdida, din l-ispeċi ta' pika sa l-1996 kienet ikkunsidrata bħala sottospeċi tal-Pika Alpina (Ochotona alpina) Distribuzzjoni Din l-ispeċi hija endemika għall-Mongolja u ma tinstab fl-ebda pajjiż ieħor. Sinonimi "Ochotona alpina hoffmanni" huwa sinonimu ta' Ochotona hoffmanni. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana Speċi Pika Alpina, Ochotona alpina Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona hoffmanni. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006..
4355
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20ta%27%20Turuchan
Pika ta' Turuchan
Pika Il-Pika ta' Turuchan (Ochotona turuchanensis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u qegħdin miġburin kollha fis-sottoġeneru Pika. Il-Pika ta' Turuchan għal tul ta' żmien kienet klassifikata bħala sottospeċi tal-Pika Alpina (Ochotona alpina). Distribuzzjoni Din hija speċi endemika tar-Russja mifruxa fit-territorju ta' Krasnoyarskyi Krai. Sinonimi "Ochotona alpina turuchanensis" huwa sinonimu ta' Ochotona turuchanensis. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana Pika ta' Turuchan, Ochotona turuchanensis Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
4357
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20%C4%A7amra%20ta%C4%8B-%C4%8Aina
Pika ħamra taċ-Ċina
Il-pika ħamra taċ-Ċina (Ochotona erythrotis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi, miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Din il-pika qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi b'popolazzjoni stabbli fi stat tal-inqas ħsieb. Distribuzzjoni Din hija waħda mill-ispeċi endemiċi taċ-Ċina u tinsab mifruxa mal-muntanji fit-territorji jew fil-provinċi ta' Gansu, ta' Qinghai, ta' Sichuan u ta' Xinjiang. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji Pika ħamra taċ-Ċina, Ochotona erythrotis Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Ochotona erythrotis fuq Lista Ħamra tal-IUCN. Ħamra taċ-Ċina, Pika
4360
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20ta%27%20Forrest
Pika ta' Forrest
Il-pika ta' Forrest (Ochotona forresti) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja f'ambjent ta' rdum mal-ġnub tal-muntanji li jħarsu lejn ix-xemx f'għoli ta' mhux inqas minn 2,600 metru u mhux aktar minn 4,400 m. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn tlettax-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Il-pika ta' Forrest qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi li m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar il-popolazzjonijiet tagħha u qiegħda mniżżla fi stat ta' "tagħrif insuffiċjenti". Distribuzzjoni Din hija speċi mifruxa mal-muntanji ta' erba' pajjiżi tal-Asja li huma l-Indja, iċ-Ċina, il-Butan u Mjanmar. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa Pika ta' Forrest, Ochotona forresti Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona forresti. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Pika
4362
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20ta%27%20Gaoligong
Pika ta' Gaoligong
Pika Il-Pika ta' Gaoligong (Ochotona gaoligongensis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha u tinsab fl-Asja f'ambjent ta' rdum u foresti f'ogħli ta' madwar 2,950m ta' muntanja waħda biss. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Il-Pika ta' Gaoligong qiegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala speċi li hemm bżonn aktar studji u osservazzjoni fuq il-popolazzjonijiet tagħha u mniżżla fi stat "Indeterminat" ("Indeterminate"). Distribuzzjoni Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa mal-muntanja ta' Goligong biss fil-Majjistral tal-provinċa ta' Yunnan. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji Pika ta' Gaoligong, Ochotona gaoligongensis Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-8018-8221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona gaoligongensis. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006.
4364
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20ta%27%20Glover
Pika ta' Glover
Pika Il-Pika ta' Glover (Ochotona gloveri) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha u tinsab fl-Asja. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Il-Pika ta' Glover qiegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala speċi bil-popolazzjonijiet mifruxin, stabili u mhumiex jonqsu. B'hekk din qiegħda mniżżla fi stat ta' "L-inqas ħsieb" ("Least Concern"). Distribuzzjoni Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa ma' 3 territorji jew provinċi li huma Qinghai, Sichuan u Yunnan. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji Pika ta' Glover, Ochotona gloveri Sottospeċi Ochotona gloveri brookei Ochotona gloveri calloceps Ochotona gloveri gloveri Ochotona gloveri kamensis Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona gloveri. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006.
4368
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20ta%27%20Muli
Pika ta' Muli
Il-pika ta' Muli (Ochotona muliensis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha u tinsab fl-Asja. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Il-Pika ta' Muli tinsab ikklassifikata mil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi fi stat indeterminat. Il-ftit eżemplari li jeżistu minn din l-ispeċi għandhom 'il fuq minn 25 sena u hemm il-biża' li xi kimiċi li ntużaw biex jikkontrollaw annimali vertebrati oħra affettwaw ħażin lill-Pika ta' Muli. Din hija speċi endemika taċ-Ċina u tinsab f'lokalità waħda biss fil-Punent ta' Sichuan. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji Pika ta' Muli', Ochotona muliensis Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition'', Johns Hopkins University Press, Ochotona muliensis fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006 Muli
4371
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20tal-widnejn%20kbar
Pika tal-widnejn kbar
Pika Il-Pika tal-widnejn kbar (Ochotona macrotis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa fuq arja vasta fl-Asja. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Il-Pika tal-widnejn kbar qiegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala speċi b'popolazzjoni stabbli mifruxa f'bosta pajjiżi u b'hekk imniżla fi stat ta' "L-inqas ħsieb" ("Least Concern"). Distribuzzjoni Din hija speċi mifruxa f'bosta pajjiżi ta' l-Asja bħal Afganistan, Ċina, Indja, Kazakistan, Kirgistan, Nepal, Pakistan u Tajikistan. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji Pika tal-widnejn kbar, Ochotona macrotis Sottospeċi Ochotona macrotis auritus (Blanford, 1875) Ochotona macrotis chinensis (Thomas, 1911) Ochotona macrotis macrotis (Günther, 1875) Ochotona macrotis sacana (Thomas, 1914) Ochotona macrotis wollastoni (Thomas & Hinton, 1922) Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona macrotis. 2006 IUCN Red List of Threatened Species
4373
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20ta%27%20Kozlov
Pika ta' Kozlov
Il-pika ta' Kozlov (Ochotona koslowi) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha u tinsab fl-Asja u tippreferi ambjent ta' tundra qalb l-għolijiet. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Il-Pika ta' Kozlov qiegħda klassifikata mil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi bil-popolazzjoni dgħajfa b'distribuzzjoni ristretta u b'hekk imniżżla fi stat "vulnerabbli". Din hija speċi endemika taċ-Ċina li tinsab biss f'Arkatag, parti żgħira mil-muntanji ta' Kunlun, f'punt fil-Punent fejn jiltaqaw il-provinċi ta' Xinjiang, Xizang, u Quinghai. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa Pika ta' Kozlov, Ochotona koslowi Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ochotona koslowi fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Pika
4375
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20ta%27%20Royle
Pika ta' Royle
Pika Il-Pika ta' Royle (Ochotona roylei) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-muntanji f'bosta pajjiżi fl-Asja. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Il-Pika ta' Royle qiegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala speċi b'popolazzjoni stabli u mifruxa fuq territorju vast, b'hekk għandha stat ta' l-inqas ħsieb ("Least Concern"). Distribuzzjoni Din hija speċi mifruxa mal-muntanji ta' erba pajjiżi fl-Asja li huma Ċina, Nepal, Indja u Pakistan. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji Pika ta' Royle, Ochotona roylei SottospeċiOchotona roylei nepalensis (Hodgson, 1841) Ochotona roylei roylei'' (Ogilby, 1839) Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona roylei. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006.
4378
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20ta%27%20Ladak
Pika ta' Ladak
Il-Pika ta' Ladak (Ochotona ladacensis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn tlettax-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Il-Pika ta' Ladak qiegħda klassifikata mill-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi b'popolazzjoni stabbli u mifruxa fuq territorju vast, b'hekk għandha stat tal-inqas ħsieb. Distribuzzjoni Din hija speċi mifruxa mal-muntanji ta' tliet pajjiżi fl-Asja li huma ċ-Ċina, l-Indja u l- Pakistan. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji Pika ta' Ladak, Ochotona ladacensis Referenzi Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4. Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona ladacensis. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Pika
4379
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20%C4%A7amra%20tat-Turkestan
Pika ħamra tat-Turkestan
Il-pika ħamra tat-Turkestan (Ochotona rutila) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja. Din hija speċi b'distribuzzjoni vasta f'bosta pajjiżi Ażjatiċi fosthom il-Każakistan, il-Kirġiżistan, it-Taġikistan, l-Użbekistan u possibilment fl-Afganistan u ċ-Ċina. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li huwa magħmul minn tlettax-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Il-Pika ħamra tat-Turkestan qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi komuni b'popolazzjoni stabbli mifruxa fuq arja vasta u b'hekk mniżżla fi stat tal-inqas ħsieb. Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Lagomorph Specialist Group (1996). Ochotona rutila. Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Ħamra tat-Turkestan
4381
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20tal-%C4%A6imalaja
Pika tal-Ħimalaja
Il-pika tal-Ħimalaja (Ochotona himalayana) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae. Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa mal-muntanji fl-arja ta' Xizang, biss hemm possibilità li tinsab fin-Nepal ukoll. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Il-Pika tal-Ħimalaja qiegħda klassifikata mil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi bil-popolazzjoni stabbli fi stat tal-inqas ħsieb. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa Pika tal-Ħimalaja, Ochotona himalayana Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 Ħoloq esterni Ochotona himalayana fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006. Ħimalaja
4384
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pika%20sewda
Pika sewda
Il-pika sewda (Ochotona nigritia) hija speċi ta' mammiferu plaċentat pjuttost żgħir, tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha, li ġiet misjuba fis-sena 2000. Ftit li xejn hemm informazzjoni fuq din l-ispeċi, ħlief li tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa. Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa mal-muntanji ta' Pianma, f'Lushui,fil-provinċja ta' Yunnan. Klassifikazzjoni Ordni Lagomorpha Familja Ochotonidae Ġeneru Ochotona Sottoġeneru Conothoa Pika sewda, Ochotona nigritia Referenzi Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4 A new species of pika : PianMa blacked pika, Ochotona nigritia (Lagomorpha : Ochotonidae) from Yunnan, China, Zoological Research, 21 : 204-209. Sewda
4430
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ipertensjoni
Ipertensjoni
L-ipertensjoni hija ż-żieda fil-pressjoni ta' sistema mimlija b'likwidi jew gassijiet. Id-dijanjosi ta' l-ipertensjoni tirrikjedi li l-pazzjent ikollu pressjoni tad-demm iktar minn 140/90. Riċentement, ġiet introdotta definizzjoni ġdida, li tikklassifika lil dawk li għandhom pressjoni iktar minn 120/80, flimkien ma' ċerti sintomi, bħala suġġetti għal-ipertensjoni. Dari, pressjoni ta' iktar minn 120/80 kienet tkun ritenuta sempliċiment bħala pressjoni għolja u mhux bħala vija li tista' twassal għall-marda. B'hekk, meta l-pressjoni ta' fuq (sistolika) tkun bejn il-120 u l-139, u dik ta' taħt (dijastolika) il-kundizzjoni tkun magħrufa bħala pre-ipertensjoni. Mediċina L-ipertensjoni tista' tkun sintomu ta' diversi patoloġiji, per eżempju: ipertensjoni arterjuża ipertensjoni arterjuża essenzjali ipertensjoni arterjuża sekondarja ipertensjoni tal-kavità plewrika ipertensjoni endokranika ipertensjoni okulari ipertensjoni pulmunari ipertensjoni venuża Mard
4432
https://mt.wikipedia.org/wiki/Moli%C3%A8re
Molière
Jean-Baptiste Poquelin, aħjar magħruf bħala Molière (twieled fil-15 ta' Jannar 1622 – miet fis-17 ta' Frar 1673), kien kittieb tat-teatru Franċiż, direttur u attur kif ukoll wieħed mill-pijunieri tal-Kummiedja Satirika. Ħajtu Bin artist, Jean-Baptiste Poquelin, tilef lil ommu ta' età zgħira u sabiex ikompli l-istudji tiegħu huwa daħal fis-Soċjetà tal-Giżwiti, hekk meqjusa prestiġġjuża f'dawk iż-żminijiet, fil-Kulleġġ ta' Clermont. Fl-età ta' tmintax-il sena, Poquelin irċieva t-titlu ta' Tapissier du Roi. Din il-pożizzjoni tatu lok għall-kuntatti iktar frekwenti mar-Re Lwiġi XIV. Huwa laħaq avukat fl-1642 ġewwa Orléans. Il-wasla tiegħu f'Pariġi F'Ġunju ta' l-1643, flimkien mal-maħbuba tiegħu Madeleine Béjart, ħuha u oħta, huwa waqqaf il-kumpanija tejatrali bl-isem ta' L'Illustre Théâtre, li spiċċat bla fondi fl-1645. Kien hawnhekk li huwa addotta l-isem fittizju ta' Molière, x'aktarx insipirat minn villaġġ żgħir fin-Nofsinhar ta' Franza, fil-viċinanzi ta' Le Vigan,li kien ta' l-istess isem. Jista' jagħti l-każ, li huwa għamel dan it-tibdil sabiex ma jġibx mistħija fuq missieru talli għandu attur fil-familja tiegħu. Minħabba l-falliment tal-kumpanija tiegħu kellu jqatta' xi ġimgħat il-ħabs biex ipatti għal xi dejn li kellu. Ġie meħlus mill-ħabs bil-għajnuna ta' missieru, u minn hemmhekk telaq ma' Madeleine idur mal-villaġġi ta' Franza u jagħmilha ta' kummidjant. Dam jgħix f'dan it-tip ta' ħajja għal 14-il sena sħaħ. Fil-bidu kien daħal bħala attur mal-kumpaniji ta' Charles Dufresne iżda mbagħad waqqaf kumpanija tiegħu. Matul il-vjaġġi tiegħu, Molière iltaqa' mal-Prinċep ta' Conti, gvernatur ta' Languedoc. Dan minn naħa tiegħu sar il-benefattur tiegħu u għalhekk Molière semma l-kumpanija tiegħu għalih. Din il-ħbiberija spiċċat ħesrem hekk kif Conti ssieħeb mal-għedewwa ta' Molière fil-Parti des Dévots. Ġewwa Lyon, Mlle Duparc, magħrufa bħala Marquise, issieħbet fil-kumpanija. Pierre Corneille ipprova kemm -il darba jirbaħ l-imħabba ta' Marquise imma l-persekuzzjoni tiegħu ma sarfitx fi frott għax Marquise saret il-maħbuba ta' Jean Racine. Dan ta' l-aħħar offra lil Molière it-traġedja tiegħu Théagène et Chariclée (waħda mill-ewwel xogħolijeit tiegħu wara li abbanduna l-istudji tat-Teolgija). Imma Molière ma ried bl-ebda mod li jaċċetta dan għalkemm inkoraġġixxa lil Racine sabiex ikompli bil-karriera artistika tiegħu. Din il-ħbiberija intemmet bħal dik ta' qabilha meta Molière sar jaf li Racine kien ipprezenta l-istess traġedja bil-moħbi lill-kumpanija bl-isem ta' Hôtel de Bourgogne ukoll. Molière wasal lura Pariġi fl-1658 u ħa sehem fit-traġedja ta' Corneille Nicomède u fil-farsa Le docteur amoureux ġewwa l-Louvre li dak iż-żmien kien jiġi mikri bħala teatru. Ta' min jgħid li dawn iż-żewġ wirjiet kienu ta' suċċess. Ġie ppremjat it-titlu ta' Troupe de Monsieur (Monsieur kien ħu r-Re)u bil-għajnuna ta' dan, il-kumpanija ta' Molière ingħaqdet mal-kumpanija famuża Taljana Commedia dell'Arte. Huwa stabillixxa ruħu sewwa fit-teatru tagħhom, Petit-Bourbon, fejn fit-18 ta' Novembru 1659, ġiet murija għall-ewwel darba fuq il-palk waħda mix-xogħolijiet il-kbar tiegħu, Les Précieuses Ridicules. Dan kien l-ewwel attentat minn ħafna oħra li ġew warajh fejn Molière iwaqqa' ghaċ-ċajt ċerti manjieri u mġiba li kienu kommuni fi Franza ta' dak iż-żmien. Hawnhekk huwa ħareġ bil -frażi castigat ridendo mores (tikkritika lis-soċjetà permezz ta' l-umoriżmu). L-istil u l-kontenut ta' dan l-ewwel suċċess tiegħu mal-ewwel kienu l-mira ta' kritika qalila. Drammaturgi Franċiżi